EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0222(03)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 56, 22.2.2011, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 56/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“AZEITES DO RIBATEJO”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0219-09.01.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda:

Image

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sinteżi

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrati, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sinteżi

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma tinvolvi ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni bħala riżultat tal-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda(i):

3.1.   Deskrizzjoni:

(1)

L-inklużjoni ta' żejt mill-varjetà taż-żebbuġa Cobrançosa, li hi prodott agrikolu importanti fir-reġjun u tipproduċi żjut li t-togħma u l-aroma tagħhom ma jbiddlux il-karatteristiċi taż-żjut tradizzjonalment prodotti u apprezzati fir-Ribatejo għal mijiet ta' snin. Sar studju li wera li jekk iż-żejt mill-varjetà Cobrançosa jiżdied maż-żejt mill-varjetà Galega Vulgar, dan tal-aħħar ma jitlifx il-karatteristiċi sensorji u kimiċi tal-“Azeite do Ribatejo”.

(2)

Tibdil u twaqqif tar-regoli fir-rigward tal-varjetajiet ta' żejt li jistgħu jiġu inklużi, huma kif ġej:

Galega Vulgar u/jew Lentisca ammont minimu ta' 55 % (dawn il-varjetajiet, jew waħda minnhom jew it-tnejn f'daqqa, iridu jiffurmaw ammont minimu ta' 55 %)

Cobrançosa, ammont minimu ta' 45 %

Varjetajiet oħra, ammont massimu ta': 5 %.

Il-varjetà Picual hi pprojbita.

Nota: Bħala riżultat ta' dawn l-emendi, iż-żona ġeografika ma għadhiex maqsuma f'żewġ sottoreġjuni.

(3)

Emenda ta' ċerti parametri fiżiċi u kimiċi, wara li saru emendi leġiżlattivi ġenerali u studji aktar ddettaljati fuq il-prodott u l-karatteristiċi tiegħu.

(4)

Definizzjoni aħjar tal-karatteristiċi organolettiċi tal-“Azeites do Ribatejo”.

3.2.   Żona ġeografika:

Ċerti muniċipalitajiet u parroċċi ġew esklużi miż-żona ġeografika, għaliex ġie nnutat li t-tkabbir taż-żebbuġ naqas b'mod sostanzjali f'dawk iż-żoni u li ż-żjut li jiġu prodotti hemmhekk ma għadx għandhom il-karatteristiċi meħtieġa.

L-inklużjoni ċara ta' ċerti parroċċi li jinsabu fil-Muniċipalità ta' Rio Maior, li kellhom ikunu fil-lista oriġinali iżda ġew esklużi bi żball, għalkemm kienu mmarkati fuq il-mappa taż-żona ġeografika.

Iż-żona ġeografika ma għadhiex maqsuma f'żewġ sottoreġjuni, għaliex ma għadx hemm bżonn ta' dan peress li l-varjetà Lentisca hija mkabbra matul ir-reġjun kollu.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“AZEITES DO RIBATEJO”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0219-09.01.2006

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tesponi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta' tagħrif.

1.   Dipartiment Responsabbli Fl-Istat Membru:

Isem:

Gabinete de Planeamento e Políticas

Indirizz:

Rua Padre António Vieira 1

1099-073 Lisboa

PORTUGAL

Tel.

+351 213819300

Fax

+351 213876635

Posta elettronika:

Gpp@gpp.pt

2.   Grupp:

Isem:

Associação dos Agricultores do Ribatejo

Indirizz:

Rua de Santa Margarida 1-A

2000-114 Santarém

PORTUGAL

Tel.

+351 243323794 / 327444

Fax

+351 243322829

Posta elettronika:

geral@aaribatejo.pt

Kompożizzjoni:

produttur/proċessur ( X ) Oħrajn ( )

3.   Isem il-prodott:

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Azeites do Ribatejo”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-“Azeites do Ribatejo” huma żjut miksuba mill-frotta ta' Olea Europaea L., estratti biss b'mezzi mekkaniċi, tal-varjetajiet Galega Vulgar, Lentisca u Cobrançosa, li jiġu minn imsaġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

L-“Azeites do Ribatejo” għandhom il-karatteristiċi li ġejjin (sinteżi):

 

Aċidità – Extra verġni – massimu 0,8 %, Verġni – massimu 1,5 %

 

Valur tal-perossidu: massimu 15 meq O2/kg

 

Assorbenza: K 232 nm – massimu 2,00, K 270 nm – massimu 0,20, ΔK – massimu 0,01

 

Kulur – mewġa elettronamjetika dominanti (λ) – 577 – 578 nm

 

Trilinolina – massimu 0,2 %

 

Aċidi xaħmija trans % – Olejku – massimu 0,03, Translinoleiċi + Translinoleiċi – massimu 0.03

 

Alkoħol alifatiku – massimu 300 mg/Kg

 

Steroli

Kolesterol

< 0,5

Brassikasterol

≤ 0,1

Kampesterol

≤ 4,0

Stigmasterol

< kampesterol

β-sitosterol

≥ 93,0

Δ7–Stigmasterol

≤ 0,3

 

Steroli totali – minimu 1 000 mg/Kg

 

Eritrodjol + Uvaol – massimu 4,5 %

 

Xama' – massimu 250 mg/Kg

Ġew stabbiliti wkoll il-parametri tal-aċidi xaħmija u tat-trigliċeridi.

L-“Azeites do Ribatejo” għandhom kontenut medju ta' frott, aħdar u frott misjur, b'laqtiet ta' tuffieħ; il-kulur hu isfar dehbi, u xi kultant imżewwaq bl-aħdar. Sabiex jiġi approvat bħala “Azeites do Ribatejo”, iż-żjut extra verġni u verġni jrid ikollhom medja żero ta' difetti. Kwalunkwe żejt b'karatteristiċi organolettiċi differenti minn dawk li huma tipiċi tal-varjetajiet permessi, mhux se jkunu aċċettati.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn il-prodott hu prodott, ipproċessat u ppakkjat hi limitata għall-Muniċipalitajiet li ġejjin: Abrantes, Alcanena, Alcobaça (il-parroċċi ta' S. Vicente de Aljubarrota u ta' Turquel biss), Alvaiázere, Azambuja (il-parroċċa ta' Vila Nova de S. Pedro biss), Cartaxo (il-parroċċi ta' Cartaxo, Ereira, Pontével u Vale da Pinta biss), Constância, Entroncamento, Ferreira do Zêzere, Gavião, Golegã, Ourém (il-parroċċi ta' Alburitel, Atouguia, Caxarias, Cercal, Espite, Fátima, Formigais, Freixianda, Gondemaria, Matas, Na Sa da Misericórdia, Na Sa da Piedade, Olival, Rio de Couros u Seiça biss), Porto de Mós (il-parroċċi ta' Alcaria, Alvados, Arrimal, Juncal, Mendiga, Pedreiras, S. Bento u Serro Ventoso biss), Rio Maior (il-parroċċi ta' Alcobertas, Arruda dos Pisões, Assentiz, Azambujeira, Fráguas, Malaqueijo, Marmeleira, Outeiro da Cortiçada, Ribeira de S. João, Rio Maior, S. João da Ribeira u S. Sebastião biss), Santarém, Sardoal, Tomar, Torres Novas u Vila Nova da Barquinha.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Barra mill-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, ġiet stabbilita sistema ta' traċċabilità L-operaturi kollha, irrispettivament mix-xogħol li jagħmlu (dawk li jkabbru ż-żebbuġ, li jitħnu jew li jippakkjaw) huma suġġetti għas-sistema ta' kontroll u ċertifikazzjoni. Għal kull produttur awtorizzat mill-Agrupamento de Produtores Gestor da DOP biex juża l-“Azeites do Ribatejo” DPO ġie magħmul Reġistru Deskrittiv, li jinkludi tagħrif aġġornat dwar il-provenjenza taż-żjut użati, il-kundizzjonijiet attwali li taħthom huma prodotti/kkunsinjati u t-teknoloġija użata għat-tħin u l-ippakkjar. Fir-rigward ta' dawk li jkabbru ż-żebbuġ, isiru kontrolli meta jiġu applikati t-trattamenti, matul il-perjodu ta' tkabbir u, b'mod partikolari, meta jsir il-ħsad tal-frotta, f'intervalli xierqa. Fir-rigward ta' dawk li jitħnu jew li jippakkjaw, isiru kontrolli matul l-estrazzjoni, il-ħażna u l-ippakkjar tal-prodott. Il-kontrolli jsiru matul il-proċess kollu, u kull oġġett ippakkjat tal-“Azeites do Ribatejo” hu identifikat b'mod xieraq billi jitwaħħal iċ-Ċertifikat bil-Marka tan-numru rilevanti, li jippermetti li l-prodott jiġi identifikat matul kull stadju tal-produzzjoni. Id-DPO tista' tintuża biss fuq pakketti taż-żejt taż-żebbuġa verġni u extra verġni li għadhom il-karatteristiċi deskritti hawn fuq u li l-produzzjoni tagħhom hi soġġetta għal kontroll.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

L-“Azeites do Ribatejo” jinkisbu permezz ta' estrazzjoni mill-frotta ta' Olea Europaea L. b'mezzi mekkaniċi biss, f'imtieħen li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita ta' produzzjoni. Il-Prattika Tajba kollha hi osservata, inter alia fir-rigward ta' kultivazzjoni, trattament fitosanitarju, metodu ta' ħsad, trasport u pproċessar/ippakkjar. Jitħalla biss fil-proporzjonijiet speċifikati, iż-żebbuġ tal-varjetajiet imsemmija hawn taħt u li ġejjin minn imsaġar li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita: Galega Vulgar u/jew Lentisca, minimu 55 %, Cobrançosa, massimu 45 %. Huma permessi varjetajiet oħra (barra il-Picual, li hi pprojbita): massimu 5 %. Il-metodi ta' estrazzjoni sekondarja huma pprojbiti, bħalma hu l-użu ta' enżimi u ta' terra. Iż-żjut verġni u extra verġni huma ppakkjati f'kontenituri apposta u ttikkettati kif xieraq. L-operazzjonijet kollha deskritti hawn fuq jieħdu post fiż-żona ġeografika ddefinita, għax il-prodott huwa taħlita, u ladarba ż-żjut ikunu mħallta, ma jistgħux jiġu sseparati jew identifikati. Għalhekk, dan hu l-metodu l-aktar xieraq li bih isiru l-kontrolli u jiġi żgurat li tinżamm it-traċċabilità matul il-proċess ta' produzzjoni kollu, u b'hekk jiggarantixxi l-oriġini, il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott.

4.6.   Rabta:

L-imsaġar taż-żebbuġ jinsabu fir-reġjun ta' Ribatejo, li għandu b'mod ċar klima Mediterranja, bi sjuf sħan u xotti u fejn jiddominaw il-ħamriji tal-ġir. It-tkabbir taż-żebbuġ kien ta' importanza kbira fir-reġjun sa minn żmien żemżem, għalhekk ħalla l-marki tiegħu fuq it-tradizzjonijiet lokali; pereżempju, hemm għadd infinit ta' riċetti li jużaw iż-żejt taż-żebbuġa. Barra mir-rabta storika u soċjo-kulturali, l-“Azeites do Ribatejo” għandhom karatteristiċi sensorji u kimiċi ddefiniti b'mod ċar li jagħmluhom differenti minn żjut oħra. Għalkemm il-varjetajiet użati mhumiex esklussivi għar-reġjun, il-proporzjonijiet varji ta' varjetajiet taż-żebbuġ fil-kompożizzjoni u l-ekosistema huma fatturi deċiżivi fil-produzzjoni ta' żejt bil-karatteristiċi deskritti.

4.7.   Korp ta' spezzjoni:

Isem:

Certis

Indirizz:

Rua Diana de Liz, Horta do Bispo

Apartado 320

7006 Évora

PORTUGAL

Tel.

+351 266769564

Fax

+351 266769566

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

It-tikketta jrid ikollha l-kliem “Azeites do Ribatejo – Denominação de Origem Protegida” u l-logo korrispondenti tal-Komunità. Trid tinkludi wkoll it-tikketta ta' ċertifikazzjoni, bl-isem tal-prodott u l-indikazzjoni relevanti, l-isem tal-korp ta' spezzjoni u numru tas-serje (jiġifieri kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jippermetti t-traċċabilità tal-prodott). Taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-produttur jiġi mibdul bl-isem ta' kwalunkwe entità oħra, anke meta dik l-entità tieħu responsabbiltà tal-prodott, jew tpoġġih fis-suq. L-isem kummerċjali – “Azeites do Ribatejo – DPO” – ma jistax ikun mibdul bi kwalunkwe kliem ieħor jew indikazzjonijiet, inklużi d-distributur jew marki kummerċjali oħra.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top