This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XB0209(01)
Part 0 of the ECB Staff Rules containing the Ethics Framework (This text cancels and replaces the text published in Official Journal C 104, 23.4.2010, p. 3 )
Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika (Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali C 104 23.4.2010, pġ. 3 )
Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika (Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali C 104 23.4.2010, pġ. 3 )
ĠU C 40, 9.2.2011, p. 13–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 40/13 |
Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika
(Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 104 tat-23 ta’ April 2010, pġ. 3)
2011/C 40/08
0.1. Disposizzjonijiet ġenerali
0.1.1. |
Il-kondotta ta’ membri tal-istaff la għandha xxekkel l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom u lanqas tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom:
|
0.1.2. |
Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-istaff taħt il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jingħataw biss fl-interessi tal-BĊE. Dawn il-privileġġi u immunitajiet m’għandhom bl-ebda mod jeżentaw lil membri tal-istaff mit-twettiq tal-obbligazzjonijiet privati tagħhom jew milli jikkonformaw mal-liġijiet u r-regoli tal-pulizija li hemm fis-seħħ. Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membri tal-istaff ikkonċernati għandhom jinformaw immedjatament lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
0.1.3. |
Membri tal-istaff li huma sekondati jew bil-lif minn organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra għandhom ikunu integrati mal-istaff tal-BĊE, ikollhom l-istess obbligazzjonijiet u drittijiet bħall-membri oħra tal-istaff, u jaqdu dmirijiethom biss għall-benefiċċju tal-BĊE. |
0.2. Uffiċjal għall-Etika
Membri tal-istaff jistgħu jitolbu lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE sabiex jipprovdi gwida dwar kull kwistjoni marbuta mal-konformità tagħhom mal-qafas dwar l-etika tal-BĊE. Kondotta li tkun konformi għal kollox mal-parir tal-Uffiċjal għall-Etika għandha tiġi preżunta bħala konformi mal-qafas dwar l-etika u m’għandhiex twassal għal proċeduri dixxiplinarji kontra membri tal-istaff għal ksur tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Dan il-parir m’għandux, minkejja dan, jeżonera lil membri tal-istaff minn obbligi esterni.
0.3. Segretezza professjonali
0.3.1. |
Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jikxfu mingħajr awtorizzazzjoni kull informazzjoni kklassifikata li jkunu rċevew fil-kuntest tax-xogħol tagħhom fil-BĊE lil kull persuna barra l-BĊE, inklużi l-membri tal-familja tagħhom, u lil kollegi fi ħdan il-BĊE li m’għandhomx bżonn l-informazzjoni sabiex jaqdu dmirijiethom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew hija aċċessibbli għall-pubbliku. |
0.3.2. |
Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif ta’ informazzjoni fi ħdan jew barra l-BĊE għandha tinkiseb skont ir-regoli tal-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju. |
0.3.3. |
Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif tingħata lil membru tal-istaff fejn ikun iridu jagħti l-evidenza, kemm bħala xhud fi proċeduri legali jew mod ieħor, u fejn ċaħda biex tingħata l-evidenza tista’ tiġbed responsabbiltà kriminali. Bħala eċċezzjoni, awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif ma tkunx meħtieġa jekk membru tal-istaff huwa msejjaħ sabiex jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’każ bejn il-BĊE u membru tal-istaff kurrenti jew tal-imgħoddi. |
0.4. Relazzjonijiet interni
0.4.1. |
Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-istruzzjonijiet tas-superjuri tagħhom u mal-linji ta' rappurtar applikabbli. |
0.4.2. |
Membri tal-istaff m’għandhomx jitolbu lil staff ieħor sabiex jaqdu dmirijiet privati għalihom jew għal oħrajn. |
0.4.3. |
Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b’mod leali lejn il-kollegi tagħhom. B’mod partikolari, membri tal-istaff la għandhom iżommu minn membri oħra tal-istaff informazzjoni li tista’ taffettwa t-tmexxija tan-negozju, partikolarment sabiex jiksbu vantaġġ persunali, u lanqas jagħtu informazzjoni li hija falza, mhux preċiża jew eżaġerata. Barra minn hekk, m’għandhomx ixekklu jew jirrifjutaw li jikkooperaw ma’ kollegi. |
0.5. L-użu tar-riżorsi tal-BĊE
Membri tal-istaff għandhom jirrispettaw u jipproteġu l-proprjetà tal-BĊE. It-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, hi x’inhi n-natura tagħhom, huma pprovduti mill-BĊE għall-użu uffiċjali biss, sakemm l-użu għal raġunijiet privati mhuwiex permess jew skont ir-regoli interni relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju jew b’awtorizzazzjoni speċjali. Membri tal-istaff għandhom jieħdu kull miżura raġjonevoli u xierqa biex l-ispejjeż għall-BĊE jiġu mnaqqsin kull fejn possibbli, sabiex ir-riżorsi disponibbli jistgħu jintużaw bil-mod l-aktar effiċjenti.
0.6. Dinjità fil-post tax-xogħol
Membri tal-istaff għandhom iżommu lura mid-diskriminazzjoni ta’ kull tip fil-konfront ta’ oħrajn u minn kull forma ta’ turment psikoloġiku jew sesswali jew bullying. Huma għandhom juru sensittività lejn u rispett għall-oħrajn u jevitaw kull imġiba li persuna oħra tista raġjonevolment tqis bħala offensiva. L-istat ta’ membri tal-istaff m’għandu b’ebda mod jiġi preġudikat abbażi tal-fatt li jkunu pprevjenew jew irrappurtaw turment jew bullying. Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-politika tal-BĊE dwar id-Dinjità fil-Post tax-Xogħol.
0.7. Obbligazzjoni biex tirrapporta ksur ta’ dmir professjonali
0.7.1. |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-membri tal-istaff taħt id-Deċiżjoni BĊE/2004/11 tat-3 ta’ Ġunju 2004 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, b’rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, u kull attività illegali oħra ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u li temenda l-Kundizzjonijiet tal-Impieg tal-Istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk jafu dwar jew għandhom suspett fondat tajjeb ta’ każ ta’ ħasil ta’ flus, finanzjament ta’ terroriżmu, abbuż ta’ informazzjoni privileġġjata, frodi jew korruzzjoni fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE. |
0.7.2. |
Fil-każijiet l-oħra kollha, membri tal-istaff jistgħu jirrappurtaw lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk ikunu jafu dwar jew ikollhom suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE. |
0.7.3. |
Membri tal-istaff m’għandhom bl-ebda mod ikunu suġġetti għal trattament inġust jew diskriminatorju, intimidazzjoni, ritaljazzjoni jew vittimizzazzjoni minħabba li jkunu rrappurtaw il-konoxxenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali. |
0.7.4. |
L-identità ta’ membri tal-istaff li jitolbu dan għandha tiġi protetta meta jkunu qed jirrapportaw il-konoxxenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali. |
0.8. Kunflitti ta’ interess – regola ġenerali
Membri tal-istaff għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tista’ twassal jew tidher li qed twassal għal kunflitt ta’ interess bejn xogħolhom u l-interessi privati tagħhom. Membri tal-istaff li, fil-qadi ta’ dmirijiethom, jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li għandhom interess personali fil-ġestjoni u l-eżitu tagħha għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lil min hu immedjatament fuqhom jew lill-Uffiċjal għall-Etika. Il-BĊE jista’ jieħu l-miżuri xierqa sabiex jevita kunflitt ta’ interess. Partikolarment u jekk ebda miżura oħra ma hija xierqa, il-BĊE jista’ jneħħi r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti lill-membru tal-istaff.
0.9. Impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut
Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-BĊE jew lill-Uffiċjal għall-Etika b’kull impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess. Jekk in-natura tal-impieg twassal għal kunflitt ta’ interess mar-responsabbiltajiet tal-membru tal-istaff u jekk il-membru tal-istaff ma jistax jintrabat li l-kunflitt ta’ interess ser jieqaf f’perijodu speċifiku, allura, wara li jkun ikkonsulta mal-Uffiċjal għall-Etika, il-BĊE għandu jiddeċiedi jekk il-membru tal-istaff għandhiex titneħħielu r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.
0.10. L-għoti u l-aċċettazzjoni ta’ rigali
0.10.1. |
“Rigal” huwa kull benefiċċju jew vantaġġ, kemm finanzjarju kif ukoll mhux fi flus, li huwa b’xi mod konness mal-impieg mal-BĊE tal-membru tal-istaff u li mhuwiex il-kumpens miftiehem għal servizzi li jingħataw, kemm jekk mogħtijin minn jew offruti lil membru tal-istaff kif ukoll lil xi membru tal-familja tiegħu jew lil konoxxenza personali jew soċji professjonali. |
0.10.2. |
Membri tal-istaff la jistgħu jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali ħlief għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
Membri tal-istaff għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jagħtu lura kull rigal riċevut kontra r-regoli applikabbli lil min ikun tahulhom u jinformawh bir-regoli tal-BĊE dwar dan. Jekk l-għoti lura ta’ rigal mhux possibbli, membri tal-istaff għandhom jgħadduh lill-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jirrapportaw dwar kull rigal riċevut jew irrifjutat fit-template fornita fl-Internet, ħlief għal rigali msemmijin f’(b) hawn fuq u għal rigali ta’ mhux aktar minn EUR 10. |
0.10.3. |
L-aċċettazzjoni ta’ rigal m’għandha, fl-ebda każ, tagħmel ħsara lil jew tinfluwenza l-objettività u l-libertà tal-azzjoni tal-membru tal-istaff u m’għandhiex toħloq obbligazzjoni jew aspettattiva inapproprjata min-naħa tar-reċipjent jew il-fornitur. |
0.10.4. |
Membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali mingħand parteċipanti fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal akkwist. |
0.10.5. |
L-aċċettazzjoni ta’ rigali mingħand l-istess sors ta’ spiss hija pprojbita. |
0.10.6. |
Membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport dwar rigali li jkunu ġew riċevuti minn membri tal-familja tagħhom mingħand sorsi li huma b’xi mod marbutin mal-impieg tal-membru tal-familja mal-BĊE. |
0.11. Attivitajiet esterni li jsiru fil-qadi tad-dmirijiet professjonali
Membri tal-istaff m’għandhomx jaċċettaw għalihom infushom miżati mingħand partijiet terzi fir-rigward ta’ attivitajiet esterni marbutin b’xi mod mal-impieg tal-membru tal-istaff mal-BĊE. Dawn il-miżati għandhom jitħallsu lill-BĊE.
0.12. Attivitajiet privati
0.12.1. |
Membri tal-istaff m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li jistgħu, b’xi mod, ixekklu l-qadi ta' dmirijiethom fil-konfront tal-BĊE u li, partikolarment, jistgħu jkunu sors ta’ kunflitt ta’ interess. |
0.12.2. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li ma jitħallsux tagħhom bħalma huma s-sempliċi ġestjoni għall-konservazzjoni tal-assi tal-familja u attivitajiet f’oqsma bħall-kultura, ix-xjenza, l-edukazzjoni, l-isport, il-karità, ir-reliġjon, ħidma soċjali jew xogħol ieħor ta’ ġid, li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-obbligazzjonijiet tal-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u/jew mhumiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess. |
0.12.3. |
Membri tal-istaff tal-BĊE għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-BĊE għal kull attività privata oħra. Dawn jinkludu:
Meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tingħata awtorizzazzjoni dwar involviment f’dawn l-attivitajiet privati, il-BĊE għandu jikkunsidra jekk l-attività għandhiex impatt negattiv fuq il-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u, partikolarment, jekk hijiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess. |
0.12.4. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jidħlu għal attivitajiet politiċi. Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jużaw il-funzjoni u l-kapaċità tagħhom fil-BĊE meta jidħlu għal attivitajiet politiċi u għandhom jevitaw illi jħallu l-opinjonijiet personali tagħhom jidhru bħala li qed jirriflettu l-opinjonijiet tal-BĊE. |
0.12.5. |
Membri tal-istaff li għandhom il-ħsieb li joħorġu għal kariga pubblika għandhom jinformaw lill-BĊE, li għandu jiddeċiedi, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, jekk il-membru tal-istaff ikkonċernat:
|
0.12.6. |
Membri tal-istaff li jiġu eletti jew maħturin f’karigi pubbliċi għandhom jinfurmaw immedjatament lill-BĊE, li, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-dmirijiet li tinvolvi u l-ħlas u r-rimborż tal-ispejjeż inkorsi fil-qadi tad-dmirijiet tal-kariga, għandu jieħu waħda mid-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu preċedenti. Jekk il-membru tal-istaff huwa mitlub jieħu lîf għal raġunijiet personali jew huwa awtorizzat jaqdi d-dmirijiet fuq bażi part-time, il-perjodu ta’ dan il-lîf jew xogħol part-time għandu jikkorrispondi għat-terminu tal-kariga tal-membru tal-istaff. |
0.12.7. |
Attivitajiet privati għandhom isiru barra l-ħinijiet tax-xogħol. Fuq bażi eċċezzjonali, il-BĊE jista’ japprova derogi minn din ir-regola. |
0.12.8. |
Il-BĊE jista’, f’kull ħin, jitlob it-terminazzjoni ta’ attivitajiet privati li mhumiex jew li m’għadhomx konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti. |
0.13. Akkwist
Membri tal-istaff għandhom jiżguraw il-ġestjoni tajba ta’ proċeduri ta’ akkwist billi jżommu l-objettività, in-newtralità u sens ta' ġustizzja, u jiżguraw it-trasparenza fl-azzjonijiet tagħhom. Fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist, membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċifiċi kollha marbutin mal-iskansar u r-rappurtar ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ rigali u s-segretezza professjonali. Membri tal-istaff għandhom jikkomunikaw biss ma’ parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist permezz ta’ mezzi uffiċjali u għandhom jevitaw li jagħtu l-informazzjoni bil-fomm.
0.14. In-negozjar ta’ impieg prospettiv
Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b'integrità u diskrezzjoni f'kull negozjati li jikkonċernaw impieg prospettiv u l-aċċettazzjoni ta’ dan l-impieg. Membri tal-istaff għandhom jinformaw lil min hu immedjatament fuqhom b’kull impieg prospettiv li jista’ joħloq jew jista’ jidher li qed joħloq kunflitt ta’ interess jew użu ħażin tal-pożizzjoni tagħhom fi ħdan il-BĊE. Membri tal-istaff jistgħu jintalbu jastjenu mit-trattazzjoni ta’ kull kwistjoni li tista’ tkun marbuta ma’ min jista’ jħaddimhom.
0.15. Premji, unuri u dekorazzjonijiet
Membri tal-istaff għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jaċċettaw premji, unuri jew dekorazzjonijiet b’konnessjoni max-xogħol tagħhom għall-BĊE.
0.16. Relazzjonijiet ma’ partijiet esterni
0.16.1. |
Membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-indipendenza tal-BĊE, ir-reputazzjoni u l-ħtieġa li tinżamm is-segretezza professjonali fir-relazzjonijiet tagħhom ma' kull parti esterna. Fil-qadi ta’ dmirijiethom, membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-maniġment tagħhom b'kull tentattiv inapproprjat minn parti terza sabiex tinfluwenza lill-BĊE fil-qadi ta’ dmirijietu. |
0.16.2. |
Membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-BĊE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u jieħdu nota tal-Kodiċi Ewropew dwar l-Imġiba Amministrattiva Tajba fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku. |
0.16.3. |
Membri tal-istaff għandhom imexxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-kollegi fil-BĊNi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka mill-qrib. Kooperazzjoni bħal din għandha titmexxa mill-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-iskansar ta' preġudizzju nazzjonali. F’kull relazzjoni ma’ BĊN, il-membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn il-BĊE u r-rwol imparzjali tal-BĊE fi ħdan is-SEBĊ. |
0.16.4. |
Membri tal-istaff għandhom ikunu kawti fir-relazzjonijiet tagħhom ma' gruppi interessati u mal-media, partikolarment dwar kwistjonijiet marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom, u jżommu f’moħħhom l-interessi tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jirreferu t-talbiet kollha għall-informazzjoni marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom li jsiru minn rappreżentanti tal-media lid-Direttorat għall-Komunikazzjoni u jikkonformaw mad-disposiżżjonijiet relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju. |
0.17. Abbuż ta’ informazzjoni privileġġata
0.17.1. |
Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jużaw jew jipprovaw jużaw informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tal-BĊE, u li għadha ma saritx pubblika jew mhix aċċessibbli għall-pubbliku, għall-benefiċċju tal-interessi privati tagħhom jew ta' ħaddieħor. Membri tal-istaff huma speċifikament ipprojbiti milli jieħdu vantaġġ minn din l-informazzjoni f’kull transazzjoni finanzjarja jew fir-rakkomandazzjoni jew l-għoti ta’ parir kontra transazzjonijiet bħal dawn. Din l-obbligazzjoni għandha tkompli tapplika wara t-terminazzjoni tal-impieg mal-BĊE. |
0.17.2. |
Membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom fin-negozjar ta’ assi jew drittijiet għal żmien qasir biss jekk, qabel ma jsiru dawn it-transazzjonijiet, l-Uffiċjal għall-Etika huwa sodisfatt bin-natura mhux spekulattiva u l-ġustifikazzjoni għal dawn it-transazzjonijiet. |
0.17.3. |
Membri tal-istaff għandhom iżommu rekords għas-snin tal-kalendarju preċedenti u kurrenti ta’ dawn kollha li ġejjin:
Sabiex tiġi sorveljata l-konformità mal-Artikolu 0.17.1 u 0.17.2, fuq talba tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal, il-Baġit u l-Organizzazzjoni l-membri tal-istaff għandhom jipprovdu l-fuq imsemmija dokumentazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur konsekuttivi, kif speċifikat fit-talba. L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff taħt dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara t-terminazzjoni tal-impieg tagħhom mal-BĊE. |
0.17.4. |
Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja tal-BĊE, kwistjonijiet dwar ir-rati tal-kambju, l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BĊE, l-analiżi tal-istabbiltà finanzjarja tas-SEBĊ, statistika ta’ qabel ir-rilaxx, attivitajiet tal-ESRB jew kull informazzjoni sensittiva oħra tas-suq għandhom iżommu lura milli jagħmlu transazzjonijiet ta' investiment finanzjarju f’wieħed minn dawn li ġejjin:
Investimenti li jkunu jeżistu fi żmien meta membru tal-istaff jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-disposizzjoni jistgħu jinżammu jew jinbidlu jekk il-membru tal-istaff:
L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff li għalihom hemm provvediment f’dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara li membru tal-istaff ikun waqaf jappartjeni għall-kategorija ta’ staff meqjusa bħala li għandha aċċess għal informazzjoni interna msemmija fil-paragrafu 1. |
0.17.5. |
Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja tal-BĊE jew kwistjonijiet ta’ rata tal-kambju għandhom iżommu lura milli jagħmlu kull transazzjoni ta’ investiment finanzjarju matul il-perjodu ta’ sebat ijiem li jippreċedi l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Governattiv ta’ xahar ta’ kalendarju. |
(1) ĠU L 230, 30.6.2004, p. 56.