Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0758

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza

/* KUMM/2011/0758 finali - 2011/0344 (COD) */

52011PC0758

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza /* KUMM/2011/0758 finali - 2011/0344 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kif ikkonfermat mill-Programm ta’ Stokkolma, l-iżvilupp ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jibqa’ prijorità għall-Unjoni Ewropea. Għalkemm diġà nkiseb progress sinifikanti f’dan il-qasam mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona u n-natura vinkolanti riżultanti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għadha tiffaċċja bosta sfidi bħall-implimentazzjoni insuffiċjenti jew inkonsistenti ta’ ċerti drittijiet madwar l-Unjoni jew in-nuqqas ta’ għarfien dwar ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. Il-miżuri leġiżlattivi u politiċi kif ukoll l-implimentazzjoni koerenti tagħhom huma għodod ewlenin. Il-finanzjament jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ dan il-qasam permezz ta’ appoġġ għal-leġiżlazzjoni u għat-tfassil tal-politika u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom.

Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE[1], ingħatat ħarsa ġdida lejn l-istrumenti ta’ finanzjament u l-mekkaniżmi ta’ kunsinna eżistenti sabiex jiġi żgurat fokus ċar fuq il-valur miżjud Ewropew u sabiex jitqiesu r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament. Fil-‘Baġit għall-Ewropa 2020’[2], il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa għal baġit aktar sempliċi u aktar trasparenti sabiex jiġu megħluba l-problemi li joriġinaw mill-kumplessità tal-istrutturi tal-programm u l-eżistenza ta’ programmi multipli. Il-qasam tad-Drittijiet issemma’ bħala eżempju tal-frammentazzjoni attwali, fejn għandha tittieħed azzjoni.

F’dan il-qafas u bil-għan tas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza huwa s-suċċessur ta’ tliet programmi attwali:

-           Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza,

-           Daphne III,

-           Is-Sezzjonijiet “Antidiskriminazzjoni u Diversità” u “Ugwaljanza bejn is-Sessi” tal-Programm għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali (PROGRESS).

L-inkorporazzjoni ta’ dawn il-programmi, kollha bbażati fuq dispożizzjonijiet barra t-Titolu V tal-Parti III tat-TFUE, sejra tippermetti approċċ komprensiv ta’ finanzjament f’dan il-qasam.

L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona fejn id-drittijiet tal-persuni, kif stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu promossi u protetti. B’mod partikolari, dan il-Programm għandu jippromwovi d-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza Ewropea, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet li ġejjin mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u mil-libertà li wieħed imexxi negozju fis-suq intern.

Sabiex ikunu effettivi tassew u jwasslu għal riżultati ċari għaċ-ċittadini u n-negozji, id-drittijiet jeħtieġ li jkunu magħrufa minn dawk li japplikaw għalihom, minn dawk li jagħtu pariri lin-nies dwar id-drittijiet tagħhom u minn dawk li jibbenefikaw minn dawn id-drittijiet, u jiġu applikati b’mod konsistenti u effettiv madwar l-Unjoni. Dan jista’ jinkiseb bl-appoġġ għat-taħriġ u l-ħolqien ta’ għarfien, it-tisħiħ tan-netwerks u l-faċilitazzjoni ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tgħammar lilha nnifisha b’bażi analitika soda sabiex tappoġġa t-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati dwar attivitajiet ta’ finanzjament fil-futur fil-qasam tal-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u l-Ugwaljanza għall-perjodu wara l-2013[3] ġiet imnedija fl-20 ta’ April 2011. Din kienet disponibbli onlajn għal xahrejn u kienet miftuħa għall-partijiet interessati u l-individwi kollha. 187 minn dawk li wieġbu – b’parti importanti ta’ NGOs – minn ħafna mill-Istati Membri ssottomettew il-kontribuzzjoni tagħhom.

Dawk li wieġbu evalwaw b’mod pożittiv l-objettivi politiċi tal-programmi u kkonfermaw il-ħtieġa għal finanzjament fl-oqsma koperti. Il-valur miżjud Ewropew ġie rikonoxxut u ma ġie identifikat ebda qasam fejn għandu jitwaqqaf il-finanzjament. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa għal simplifikazzjoni u titjib u ħafna mill-miżuri proposti rċevew tweġiba pożittiva, inkluż it-tnaqqis tan-numru ta’ programmi u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri.

Il-partijiet interessati kienu favur attivitajiet ta’ ffinanzjar bħall-iskambju ta’ prattiċi tajba, taħriġ ta’ professjonisti, attivitajiet li jagħtu informazzjoni u jqajmu għarfien, appoġġ għan-netwerks, studji, eċċ. It-tipi kollha ta’ attivitajiet li ġew approvati minn dawk li wieġbu huma previsti espliċitament fl-Artikolu 5 tal-proposta. Dawk li wieġbu kienu jaqblu mal-proposti tal-Kummissjoni dwar l-atturi xierqa biex jirċievu finanzjament u t-tipi ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament li jistgħu jintużaw.

2.2.        Valutazzjoni tal-Impatt

Twettqet valutazzjoni waħda tal-impatt rigward l-attivitajiet ta’ finanzjament fil-futur għall-qasam kollu tal-ġustizzja, id-drittijiet u l-ugwaljanza, li bħalissa jinkludi sitt programmi [4]. Din il-valutazzjoni tal-impatt hija rilevanti kemm għall-proposta dwar il-Programm Ġustizzja, kif ukoll għall-proposta dwar il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza. Il-valutazzjoni tal-impatt tibni fuq l-evalwazzjonijiet interim tal-programmi attwali [5], li kkonfermaw l-effikaċja u l-effiċjenza ġenerali tal-programmi, iżda identifikaw ukoll xi nuqqasijiet u lok għal titjib. Il-valutazzjoni tal-impatt qieset tliet għażliet:

Opzjoni A: li jinżammu sitt programmi u li jiġu indirizzati xi wħud mill-problemi identifikati permezz ta’ bidliet fil-ġestjoni interna tal-programmi. It-titjib fil-ġestjoni u t-trawwim ta’ sinerġiji b’saħħithom bejn il-programmi jindirizza wħud mill-kwistjonijiet. Madankollu, il-kawża ewlenija tal-problemi, jiġifieri l-għadd kbir ta’ programmi ma tkunx indirizzata direttament u konsegwentement it-titjib li għandu jinkiseb permezz ta’ din l-opzjoni jkun limitat.

Opzjoni B: li jinżammu l-miżuri kollha tal-opzjoni A u barra minn hekk li s-sitt programmi attwali jiġu inkorporati f’żewġ programmi. Din l-opzjoni tippermetti flessibbiltà fl-użu tal-fondi u fl-indirizzar tal-prijoritajiet politiċi annwali. Din tikseb żieda fis-simplifikazzjoni (kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-amministrazzjoni) u fl-effiċjenza tal-programmi, peress li jkunu meħtieġa ferm inqas proċeduri. L-effikaċja tal-programmi sejra titjieb ukoll peress li l-frammentazzjoni u d-dilwizzjoni tal-fondi jiġu indirizzati aħjar fi ħdan żewġ programmi. Ir-riżorsi umani jistgħu jiġu liberati, minħabba li inqas proċeduri jnaqqsu l-piż amministrattiv u jkunu allokati għal attivitajiet li jtejbu l-effikaċja tal-programmi (tixrid tar-riżultati, monitoraġġ, għoti ta’ informazzjoni, eċċ.).

Opzjoni Ċ: li jiġi implimentat programm wieħed biss. Din l-opzjoni tindirizza l-problemi kollha kkawżati minn strumenti legali multipli u mill-piż amministrattiv akbar tal-ġestjoni ta’ programmi multipli. Madankollu, minħabba r-restrizzjonijiet legali, l-ambitu ta’ dan il-programm ma jkunx kapaċi jkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-oqsma politiċi kollha. Ikun meħtieġ li ssir għażla bejn il-qasam tal-ġustizzja u l-qasam tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza. Għalkemm din is-soluzzjoni tista’ tagħti impatt massimu f’termini ta’ ġestjoni, madankollu ma jkunx possibbli li l-prijoritajiet politiċi u l-ħtiġijiet tal-qasam politiku kollha jiġu indirizzati b’mod suffiċjenti.

Bħala riżultat tal-analiżi u l-paragun tal-opzjonijiet, l-opzjoni ppreferuta hija l-implimentazzjoni ta’ żewġ programmi li jkopru l-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-oqsma politiċi kollha (opzjoni B). Meta mqabbla mal-istatus quo l-opzjoni B toffri vantaġġi ċari u ma tippreżenta ebda żvantaġġ. L-opzjoni A mhix ta’ benefiċċju daqs l-opzjoni B u l-opzjoni Ċ toffri biss kopertura parzjali tal-oqsma politiċi, li jagħmel lil din l-opzjoni mhux adattata.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 19(2), 21(2), 114, 168, 169 u 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-kombinazzjoni ta’ dawn l-artikoli flimkien hija meħtieġa sabiex ikomplu jiġu appoġġjati politiki li huma żviluppati u implimentati fit-tliet programmi attwali, u mhix maħsuba biex testendi l-attivitajiet għal oqsma politiċi ġodda. It-taħlita ta’ aktar minn Artikolu wieħed hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet ġenerali tal-Programm b’mod komprensiv u sabiex jiġi adottat approċċ simplifikat u aktar effiċjenti għall-finanzjament. L-użu ta’ dan is-sett ta’ artikoli jipprovdi l-bażi legali meħtieġa għall-attivitajiet proposti u għaldaqstant ma hemm l-ebda ħtieġa għala għandu jintuża l-Artikolu 352 tat-TFUE.

L-Artikolu 19(2) jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ inċentiv għall-appoġġ ta’ azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-razza u l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali, inklużi attivitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u li jappoġġjaw id-drittijiet tat-tfal.

L-Artikolu 21(2) jipprovdi għal miżuri tal-Unjoni li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini li jmorru minn post għall-ieħor u li joqogħdu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Azzjonijiet li jimmiraw li jinfurmaw liċ-ċittadini u lill-awtoritajiet dwar id-drittijiet għal protezzjoni diplomatika u konsulari u dwar id-drittijiet tal-vot tagħhom stess jistgħu jkunu koperti wkoll b’dan l-Artikolu peress li fil-prattika huma jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadin li jmur minn post għall-ieħor.

L-Artikolu 114 jipprevedi l-approssimazzjoni tal-liġijiet immirati għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. L-Artikolu 169 jipprevedi, minbarra l-approssimazzjoni tal-liġijiet skont l-Artikolu 114, l-adozzjoni ta’ miżuri li jappoġġaw, jissupplimentaw u jissorveljaw il-politika tal-Istati Membri biex jipproteġu s-sigurtà tas-saħħa u l-interess ekonomiku tal-konsumaturi kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt għall-informazzjoni, għall-edukazzjoni u li jorganizzaw ruħhom sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom. Iż-żewġ dispożizzjonijiet jistgħu jservu bħala bażi għall-finanzjament ta’ attivitajiet relatati ma’ kwistjonijiet tal-konsumatur u tal-liġi kuntrattwali. Livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-iżvilupp tal-liġi kuntrattwali sabiex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet transkonfinali joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fuq il-fruntiera.

L-Artikolu 168 jipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u azzjoni tal-Unjoni li tikkumplimenta l-politiki nazzjonali fil-prevenzjoni ta’ mard fiżiku u mentali u l-prevenzjoni ta’ sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Il-vjolenza kontra t-tfal tikkostitwixxi periklu għas-saħħa fiżika u mentali tat-tfal, inklużi ta’ spiss theddid transkonfinali. It-tfal huma ċittadini vulnerabbli u jeħtieġu livell ogħla ta’ protezzjoni kontra dawn il-perikli għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Il-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi wkoll theddida serja għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi, li jeħtieġu livell għoli ta’ protezzjoni.

L-Artikolu 197 jippermetti l-appoġġ tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni jew l-appoġġ ta’ skemi ta’ taħriġ. Din id-dispożizzjoni se tkun partikolarment importanti f’oqsma bħad-drittijiet fundamentali, iċ-ċittadinanza u l-protezzjoni tad-dejta, fejn l-awtoritajiet nazzjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu.

L-attivitajiet ta’ finanzjament proposti jirrispettaw il-prinċipji tal-valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiffoka fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjoni tal-Istati Membri biss. L-attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effettiva tal-acquis billi tiġi żviluppata fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, tiżdied il-kooperazzjoni transkonfinali u n-netwerking u tinkiseb applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni. L-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u biex tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Bażi analitika soda għall-appoġġ u l-iżvilupp ta’ politika sejra tiġi appoġġjata. Intervent tal-Unjoni Ewropea jippermetti li dawn l-attivitajiet jiġu segwiti b’mod konsistenti madwar l-Unjoni u jġib ekonomiji ta’ skala.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità fis-sens li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb l-objettiv iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jammonta għal EUR 439 miljun (prezzijiet attwali).

5.           ELEMENTI EWLENIN TAL-PROPOSTA

L-għan tal-approċċ propost huwa li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ finanzjament, kif mitlub mill-partijiet involuti kollha, tingħaqad ma’ approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati. L-elementi ewlenin ta’ dan l-approċċ huma kif ġej:

- Il-proposta tiddefinixxi l-objettivi ġenerali u speċifiċi segwiti mill-Programm (Artikoli 3 u 4) u l-oqsma ta’ azzjoni li fuqhom sejjer jiffoka l-Programm (Artikolu 5). L-objettivi ġenerali u speċifiċi jiddefinixxu l-ambitu tal-programmi (oqsma politiċi), filwaqt li t-tipi ta’ azzjoni huma orjentati lejn il-fondi, huma applikabbli għall-oqsma politiċi kollha kkonċernati u jiddefinixxu b’mod orizzontali r-riżultati li jistgħu jinkisbu permezz tal-finanzjament. Fl-istess ħin, huma jiddefinixxu fejn il-finanzjament jista’ verament ikun ta’ valur miżjud għall-ilħuq tal-objettivi politiċi. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni sejra tistabbilixxi kull sena l-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-oqsma politiċi rispettivi. Il-Programm jista’ juża l-istrumenti finanzjarji kollha previsti fir-Regolament Finanzjarju. Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti b’mod legali fl-Istati Membri jew f’pajjiż terz li jipparteċipa fil-Programm, bl-ebda limitazzjoni oħra għall-aċċess għall-programm. Din l-istruttura tippermetti s-simplifikazzjoni, kif ukoll orjentazzjoni aħjar tal-programm skont il-ħtiġijiet u l-iżviluppi tal-politika. Barra minn hekk, hija tipprovdi kuntest stabbli għall-evalwazzjoni, minħabba li l-objettivi speċifiċi huma marbuta direttament ma’ indikaturi għall-evalwazzjoni, li sejrin jibqgħu konsistenti għat-tul kollu tal-programm u sejrin jiġu sorveljati u evalwati b’mod regolari. Huwa propost li ma jinżammux ammonti speċifiċi għal kull qasam politiku fil-programm sabiex tinkiseb aktar flessibilità u sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-programm.

- Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi hija limitata għall-pajjiżi taż-ŻEE, għall-pajjiżi ta' adeżjoni, għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi potenzjalment kandidati. Pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea għall-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma' azzjonijiet tal-Programm, jekk dan iservi l-iskop ta' dawn l-azzjonijiet.

- Il-prijoritajiet annwali tal-programm sejrin jiġu definiti fi programm ta’ ħidma annwali. Minħabba li dan jimplika għażliet ibbażati fuq politika, l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali hija soġġetta għall-opinjoni ta’ Kumitat tal-Istati Membri taħt il-proċedura ta’ Konsulenza.

- Il-Kummissjoni tista’ tuża, fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kost-benefiċċju, aġenzija eżekuttiva eżistenti għall-implimentazzjoni tal-programm, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità.

2011/0344 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 19(2), 21(2), 114, 168, 169 u 197 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea hija stabbilita fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri. Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-drittijiet ipprovduti fit-Trattat. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona saret legalment vinkolanti fl-Unjoni, tirrifletti d-drittijiet u l-libertajiet li huma intitolati għalihom il-persuni fl-Unjoni. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu promossi u rispettati biex ikunu jistgħu jsiru realtà. It-tgawdija sħiħa ta’ dawk id-drittijiet għandha tkun iggarantita u għandu jitneħħa kwalunkwe ostakolu.

(2) Il-Programm ta’ Stokkolma[6] jafferma mill-ġdid il-prijorità li jiġi żviluppat qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u jispeċifika fil-prijoritajiet politiċi tiegħu, il-kisba ta’ Ewropa tad-drittijiet. Il-finanzjament huwa identifikat bħala wieħed mill-għodda importanti għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-prijoritajiet politiċi tal-Programm ta’ Stokkolma.

(3) Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw b’mod sħiħ id-drittijiet li joħorġu miċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fl-Unjoni, id-dritt tagħhom li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fil-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali, id-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari u d-dritt tagħhom li jagħmlu petizzjoni lill-Parlament Ewropew. Huma għandhom iħossuhom komdi dwar il-ħajja, l-ivvjaġġar u li jmorru jaħdmu fi Stat Membru ieħor, b’fiduċja li d-drittijiet tagħhom ikunu protetti, irrispettivament minn fejn fl-Unjoni Ewropea jinzertaw.

(4) Iċ-ċittadini u n-negozji għandhom jibbenefikaw ukoll b’mod sħiħ mis-suq intern. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet li joħorġu mil-leġiżlazzjoni dwar il-konsumaturi u n-negozji għandhom ikunu appoġġjati sabiex jeżerċitaw il-libertà li jwettqu negozju fis-suq intern. L-iżvilupp ta’ strumenti leġiżlattivi għall-kuntratti u għall-konsumaturi jipprovdi soluzzjonijiet prattiċi sabiex in-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jindirizzaw problemi transkonfinali, bil-għan li joffrulhom aktar għażliet u jagħmluha tiswa inqas għalihom biex jikkonkludu kuntratti ma’ msieħba fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

(5) Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma valuri komuni għall-Istati Membri. Il-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni hija mira kontinwa li teħtieġ azzjoni kkoordinata, inkluż permezz tal-allokazzjoni ta’ fondi.

(6) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet tiegħu kollha. Għandu jsir regolarment monitoraġġ u valutazzjoni sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm.

(7) Il-vjolenza fuq in-nisa fil-forom kollha tagħha tikkostitwixxi vjolazzjoni ta’ drittijiet fundamentali u pjaga serja għas-saħħa. Din il-vjolenza hija preżenti fl-Unjoni u teħtieġ azzjoni kkoordinata sabiex tiġi indirizzata. It-teħid ta’ azzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

(8) It-Trattat jeħtieġ li l-Unjoni tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni. It-tfal huma vulnerabbli, b’mod partikolari f’sitwazzjoni ta’ faqar, esklużjoni soċjali, diżabbiltà jew sitwazzjonijiet speċifiċi li jqiegħduhom fir-riskju. Għandha tittieħed azzjoni sabiex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u sabiex ikun hemm kontribut għall-protezzjoni tat-tfal minn ħsara u vjolenza, li jippreżentaw periklu għas-saħħa fiżika jew mentali tagħhom.

(9) Id-dejta tal-individwi għandha tkompli tiġi protetta b’mod effettiv fil-kuntest ta’ żvilupp teknoloġiku kostanti u l-globalizzazzjoni. Il-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta għandu jiġi applikat b’mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni Ewropea. Sabiex jinkiseb dan, l-Unjoni għandha tkun tista’ tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw dan il-qafas legali

(10) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Ewropa 2020[7] tistabbilixxi strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-appoġġ u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-individwi fi ħdan l-Unjoni, l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-għanijiet oġġettivi u l-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija għall-Ewropa 2020.

(11) L-esperjenza tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni uriet li l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi fil-prattika titlob kombinazzjoni ta’ strumenti, inklużi leġiżlazzjoni, inizjattivi politiċi u finanzjament. Il-finanzjament huwa għodda importanti li tikkumplimenta l-miżuri leġiżlattivi. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit programm ta’ finanzjament. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Baġit għall-Ewropa 2020’[8] tisħaq fuq il-ħtieġa għal razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni. Simplifikazzjoni sinifikanti u ġestjoni effiċjenti tal-finanzjament jistgħu jinkisbu permezz tat-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi u razzjonalizzazzjoni, simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri ta’ finanzjament.

(12) Bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u ġestjoni effiċjenti tal-finanzjament, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza li jipprovdi għall-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet imwettqa qabel fuq il-bażi ta’ tliet programmi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/252/KE tad-19 ta’ April 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku ‘Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza’ bħala parti mill-programm Ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ [9]; id-Deċiżjoni Nru 779/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f’riskju (il-Programm Daphne III) bħala parti mill-Programm Ġenerali Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ [10]; u t-taqsimiet ‘ugwaljanza bejn is-sessi’ u ‘antidiskriminazzjoni u diversità’ tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress [11].

(13) Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ‘Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE[12] u ‘Baġit għall-Ewropa 2020’ jenfasizzaw l-importanza tal-iffukar tal-finanzjament fuq azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. L-azzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, biex b’hekk tiżdied il-kooperazzjoni u n-netwerking transkonfinali u l-kisba ta’ applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni.L-attivitajiet ta’ finanzjament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex jinkiseb għarfien aħjar u effettiv ta-liġi tal-Unjoni u tal-politiki minn dawk kollha kkonċernati u jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjonijiet u politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawn l-azzjonijiet jiġu segwiti b’mod konsistenti madwar l-Unjoni u jġib ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.

(14) Sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għodod xierqa biex jevalwa l-prestazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, huwa għandu jiddefinixxi objettivi ġenerali u speċifiċi. Sabiex jitkejjel l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi speċifiċi, għandu jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi li għandhom jibqgħu validi għat-tul kollu tal-Programm.

(15) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm multiannwali li għandu jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(16) Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b’konformità sħiħa mar-Regolament (UE, Euratom) Nru XX/XX tal-XX fuq ir-regolamenti finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, huwa għandu juża l-għodod ta’ simplifikazzjoni introdotti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati għandu jkollhom l-għan li jallokaw ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għal azzjonijiet li jiġġeneraw l-ogħla impatt fir-rigward mal-objettiv politiku imfittex.

(17) Għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma annwali. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[13]. Minħabba l-ammonti annwali kkonċernati, l-implikazzjonijiet baġitarji jistgħu jitqiesu bħala mhux sostanzjali. Għaldaqstant, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva.

(18) Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit tal-Unjoni, għandu jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta’ finanzjament li jappoġġjaw l-oqsma politiki marbuta mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari bejn il-Programm u l-programm Ġustizzja stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru XX/XX of XX[14], il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit mir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[15] u l-programmi fl-oqsma tal-affarijiet interni; l-impjieg u l-affarijiet soċjali; is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur; l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport; is-soċjetà tal-informazzjoni; it-tkabbir, b'mod partikolari l-Istrument ta' Għajnuna għal Qable l-Adeżjoni[16] u l-fondi li joperaw taħt il-Qafas Strateġiku Komuni (Il-Fondi CSF).

(19) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti b’miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa b’mod żbaljat jew użati ħażin u, fejn xieraq, penali. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkun awtorizzat iwettaq kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet fuq l-operaturi ekonomiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96[17] bl-għan li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni mal-finanzjament mill-Unjoni taħt il-Programm.

(20) Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona, fejn id-drittijiet tal-individwi, kif stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu promossi u protetti, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Stabbiliment u tul tal-Programm

1.           Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Programm’.

2.           Il-Programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2 Valur miżjud Ewropew

Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżula għall-finanzjament jimmiraw biex jipproduċu riżultati b’valur miżjud Ewropew u għandha tara li l-valur miżjud Ewropew ikun inkiseb tabilħaqq permezz tar-riżultati finali tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm.

Artikolu 3 Objettivi ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona, fejn id-drittijiet tal-individwi, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikunu promossi u protetti.

Artikolu 4 Objettivi speċifiċi

1.           Sabiex jinkiseb l-objettiv ġenerali imsemmi fl-Artikolu 3, il-Programm għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)     li jikkontribwixxi għat-titjib tal-eżerċizzju tad-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

(b)     li jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali inkluża l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u tal-anzjani;

(c)     li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ta’ dejta personali;

(d)     li jtejjeb ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal;

(e)     li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lin-negozji li jinnegozjaw u jixtru b’fiduċja fi ħdan is-suq intern, billi jsaħħaħ d-drittijiet derivati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u billi jappoġġja l-libertà li wieħed imexxi negozju fis-suq intern, permezz tat-transazzjonijiet transkonfinali.

2.           L-indikaturi għall-kejl tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu, fost affarijiet oħra, il-perċezzjoni Ewropea tar-rispett, l-eżerċizzju u l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-għadd ta’ ilmenti.

Artikolu 5 Azzjonijiet

1.           Bil-għan li jiġu segwiti l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiffukaw fuq dawn l-oqsma ta’ azzjoni:

(a)     it-tisħiħ tal-għarfien pubbliku u l-għarfien tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni;

(b)     l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-UE fl-Istati Membri;

(c)     il-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-bini ta’ għarfien reċiproku u fiduċja   reċiproka fost il-partijiet interessati kollha involuti;

(d)     it-titjib fl-għarfien u l-fehim ta’ kwistjonijiet potenzjali li jaffettwaw l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-prinċipji garantiti mit-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat tfassil ta’ politiki u leġiżlazzjoni bbażat fuq l-evidenza.

2.           Il-Programm għandu jiffinanzja fost affarijiet oħra t-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a)     Attivitajiet analitiċi, bħall-ġbir ta’ dejta u statistika; l-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta’ riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv; monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; u l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni; workshops, seminars, laqgħat ta’ esperti, konferenzi;

(b)     Attivitajiet ta’ taħriġ, bħal skambji tal-persunal, workshops, seminars, avvenimenti ta’ taħriġ tat-trejners, żvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ onlajn/oħrajn;

(c)     Attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku, kooperazzjoni, tqajjim ta’ għarfien u tixrid, bħal identifikazzjoni, u skambji dwar, prattiċi tajba, approċċi u esperjenzi innovattivi, organizzazzjoni ta' reviżjoni bejn il-pari u tagħlim reċiproku; organizzazzjoni ta’ konferenzi u seminars; organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ tqajjim ta’ għarfien u informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea; ġabra u pubblikazzjoni ta’ materjali għat-tixrid ta’ informazzjoni kif ukoll ir-riżultati tal-Programm; l-iżvilupp, operazzjoni u manutenzjoni ta’ sistemi u għodod permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(d)     Appoġġ għall-atturi ewlenin, bħal appoġġ lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi u l-politiki tal-Unjoni; appoġġ għal netwerks ewlenin fil-livell Ewropew li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm; netwerking fost korpi u organizzazzjonijiet speċjalizzati, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; finanzjament ta’ netwerks ta’ esperti; finanzjament ta’ osservatorji fil-livell Ewropew.

Artikolu 6 Parteċipazzjoni

1.           L-Aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għall-korpi pubbliċi u/jew privati kollha u l-entitatjiet stabbiliti legalment:

(a)     fl-Istati Membri;

(b)     fil-pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(c)     f’pajjiżi ta’ adeżjoni, pajjiżi kandidati u pajjiżi potenzjalment kandidati, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

2.           Korpi u entitatjiet pubbliċi u/jew privati legalment stabbiliti, b'mod partikolari pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati mal-azzjonijiet tal-Programm, jekk dan iservi l-iskop ta' dawn l-azzjonijiet.

3.           Skont il-Programm, il-Kummissjoni tista’ tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooprazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u n-Nazzjonijiet Uniti. L-Aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 7 Baġit

1.           Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 439 miljun.

2.           L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista’ tkopri wkoll nefqiet relatati ma’ attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu; b’mod partikolari, azzjonijiet ta’ studji, laqgħat ta’ esperti, informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea, safejn ikunu relatati mal-objettivi ġenereali ta’ dan ir-Regolament, spejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien ma’ spejjeż tekniċi u amministrattivi oħrajn ta’ għajnuna li l-Kummissjoni tagħmel għall-ġestjoni tal-Programm.

3.           L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XX/XX ta’ XX li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020.

Artikolu 8 Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru XX/XX ta’ XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea.

2.           Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali fil-forma ta’ atti implimentattivi. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2).

3.           Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, il-prijoritajiet ta’ sejħiet għal proposti u l-elementi l-oħra kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru XX/XX ta’ XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9 Proċedura ta’ kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 10 Kumplementarjetà

1.           Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà ġenerali u sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, fost affarijiet oħra, mal-programm Ġustizzja, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u ma’ programmi fl-oqsma tal-affarijiet interni; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur; l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport; is-soċjetà tal-informazzjoni; it-tkabbir, b’mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u l-fondi li joperaw skont il-Qafas Strateġiku Komuni (il-fondi tas-CSF).

2.           Il-programm jista’ jaqsam ir-riżorsi ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-programm Ġustizzja, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jissodisfaw l-għanijiet taż-żewġ programmi. Azzjoni li għaliha jkun ingħata finanzjament mill-Programm tista’ twassal għall-għoti ta’ finanzjament mill-Programm Ġustizzja, sakemm il-finanzjament ma jkunx ikopri l-istess oġġetti tal-ispiża.

Artikolu 11 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti imħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, fuq il-bażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, il-kuntratturi u sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

              L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi direttament jew indirettament ikkonċernati mit-tali fondi b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali f’konnessjoni ma’ ftehim tal-għotja jew deċiżjoni dwar għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni.

              Mingħajr preġudizzju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotjiet u deċiżjonijiet dwar għotjiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex jitwettqu tali verifiki, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet.

Artikolu 12 Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-Programm b’mod regolari sabiex issegwi l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imwettqa taħtu fl-oqsma tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4. Il-monitoraġġ għandu jipprovdi wkoll mezz ta’ evalwazzjoni tal-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ġew indirizzati fl-azzjonijiet tal-programm. Fejn ikun rilevanti, l-indikaturi għandhom ikunu disaggregati skont is-sess, l-età u d-diżabbiltà.

2.           Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi:

(a)     rapport ta’ evalwazzjoni interim sa mhux aktar tard minn nofs l-2018;

(b)     rapport ta’ evalwazzjoni ex post.

3.           Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm bl-għan li jiġi stabbilit jekk il-finanzjament f’oqsma koperti mill-Programm għandhomx jiġu mġedda, modifikati jew sospiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll l-ambitu għal kwalunkwe simplifikazzjoni tal-Programm, il-koerenza interna u esterna tiegħu, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha tiegħu. Dan għandu jieħu in kunsiderazzjoni r-riżultati ta’ evalwazzjonijiet ex-post tal-programmi msemmija fl-Artikolu 13.

4.           L-evalwazzjoni ex post għandha tirrapporta dwar l-impatti fit-tul tal-Programm u dwar is-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm, bl-għan li jikkontribwixxu għal deċiżjoni dwar programm sussegwenti.

Artikolu 13 Miżuri transitorji

L-azzjonijiet li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2014 fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2007/252/KE, id-Deċiżjoni 779/2007/KE jew Sezzjoni 4: Antidiskriminazzjoni u diversità, u s-Sezzjoni 5: Ugwaljanza bejn is-sessi tad-Deċiżjoni 1672/2006/KE, għandhom ikomplu jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Deċiżjonijiet, sakemm jitlestew. Fir-rigward ta’ dawk l-azzjonijiet, ir-referenza għall-Kumitati previsti fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2007/252/KE, fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 779/2007/KE u fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 1672/2006/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għall-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament preżenti.

Artikolu 14 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni maħsub

2.           MIŻURI AMMINISTRATTIVI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarji tan-nefqa milquta/in

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ parti terza fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/ INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2014-2020 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza

1.2. Qasam(oqsma) politiku/politiċi kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB [18]

Titolu 33 - Ġustizzja

1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja [19]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, billi jippromwovi u jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva ta’ Ewropa tad-drittijiet, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan jinkludi b’mod partikolari d-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza Ewropea, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u tal-anzjoni, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-konsumaturi u l-libertà li wieħed imexxi negozju fis-suq intern, billi jiġu ffaċilitati t-transazzjonijiet transkonfinali.

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata(i)

Objettivi speċifiċi

Sabiex jinkiseb l-objettiv ġenerali msemmi hawn fuq, il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) li jikkontribwixxi għat-titjib tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

(b) li jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali inkluża l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u tal-anzjani;

(ċ) li jikkontribwixxi fl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ta’ dejta personali.

(d) li jtejjeb ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal;

(e) li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lin-negozji li jinnegozjaw u jixtru b’fiduċja fi ħdan is-suq intern, billi jinforza d-drittijiet derivati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u billi jappoġġja l-libertà li wieħed imexxi negozju fis-suq intern, permezz tat-transazzjonijiet transkonfinali.

Attività ABM/ABB ikkonċernat

ABB 33 02 u 33 06.

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta sejra tikkontribwixxi għall-infurzar tal-acquis, li jippermetti liċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni biex jibbenefikaw b’mod sħiħ mil-leġiżlazzjoni eżistenti. Dawn se jkunu aktar konxji tad-drittijiet tagħhom, u l-Istati Membri u l-partijiet interessati se jkollhom għodod aħjar sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u sabiex jikkoperaw ma’ xulxin. L-effetti tal-proposta fuq benefiċjarji/gruppi fil-mira huma deskritti f’aktar dettall fit-Taqsima 4.1.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Barra minn hekk, il-bidliet fil-programmi ta’ finanzjament proposti se jkollhom effett ċar ta’ benefiċċju fuq il-proċessi li bihom jiġi ġestit l-appoġġ finanzjarju. Dan jibda minn approċċ integrat tul il-programmi fil-proċessi tal-applikazzjonijiet, id-dokumentazzjoni meħtieġa u s-sistemi tal-IT li għandhom jintużaw. Dan fih innifsu sejjer jikkostitwixxi ffrankar taż-żmien konkret minħabba li bosta partijiet interessati li huma attivi fl-oqsma koperti minn diversi ġenerazzjonijiet attwali ta’ programmi, ma jkollhomx aktar jindirizzaw rekwiżiti diverġenti u jistgħu jikkonċentraw aktar fuq l-iżvilupp ta’ proposti b’saħħithom minn perspettiva ta’ kontenut u kwalità.

Barra minn hekk, bi proċess armonizzat u razzjonalizzat ta’ għażla ta’ proġett wieħed, id-dewmien bejn is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-kisba tar-riżultati jitnaqqas b’mod sostanzjali u b’hekk l-organizzazzjoni li tagħmel l-applikazzjoni jkollha intervall iqsar ta’ inċertezza. Dan iġib miegħu l-vantaġġ miżjud ulterjuri ta’ proġetti li jibdew ħafna iqsar wara l-konċepiment tagħhom u għalhekk jirrispondu b’mod ħafna aktar effettiv għall-ħtiġijiet konkreti li jfittxu li jindirizzaw b’mod konformi mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi għall-kejl tal-ilħuq tal-objettivi speċifiċi msemmija hawn fuq, għandhom ikunu, fost affarijiet oħra, il-perċezzjoni Ewropea tar-rispett, l-eżerċizzju u l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-għadd ta’ ilmenti.

Id-DĠ Ġustizzja ma għandux biżżejjed informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali biex jistabbilixxi miri sinifikanti fit-tul jew għal żmien medju, iżda qabel tibda l-implimentazzjoni tal-programm, id-DĠ Ġustizzja sejjer jipprova jiġbor aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti t-tragwardi u l-miri.

1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jiġu sodisfatti fi żmien qasir jew twil

Billi l-leġiżlazzjoni hija għodda ewlenija għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza, jeħtieġ li din tiġi kkumplimentata minn mezzi oħra. F’dan il-kuntest, il-finanzjament għandu rwol importanti x’jaqdi. B’mod partikolari, l-iffinanzjar għandu jtejjeb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni u d-drittijiet stabbiliti direttament fit-Trattat billi jiżdied l-għarfien, is-sensibilità u l-kapaċità taċ-ċittadini, professjonisti u partijiet interessati, permezz tal-appoġġ għall-:

-            Informazzjoni u t-tqajjim ta’ għarfien pubbliku, inkluż l-appoġġ għal kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lin-nies bid-drittijiet tagħhom, kif garantit skont il-liġi tal-UE, u kif jinfurzawhom fil-prattika;

-        Taħriġ u bini ta’ kapaċità għall-professjonisti legali (bħall-imħallfin u l-prosekuturi) u prattikanti oħrajn, sabiex dawn jingħataw l-għodod biex iqiegħdu effettivament id-drittijiet u l-politiki tal-UE fil-prattika.

Il-finanzjament għandu wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni f’livell transnazzjonali u fl-iżvilupp ta’ fiduċja reċiproka, permezz ta’:

-        Tisħiħ tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-UE sabiex jgħinu fit-tħejjija ta’ inizjattivi futuri f’dan il-qasam, kif ukoll biex jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa;

-        Kooperazzjoni transkonfinali dwar l-infurzar, pereżempju t-twaqqif ta’ sistemi ta’ twissija tat-tfal nieqsa, il-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni kontra d-droga operattiva u transkonfinali.

Barra minn hekk, il-finanzjament għandu jappoġġja:

-        Riċerka, analiżi u attivitajiet oħrajn ta’ appoġġ, li jipprovdu informazzjoni ċara u dettaljata lil-leġiżlatur dwar il-problemi u s-sitwazzjoni fil-post. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u jiżguraw li dawn ikunu bbażati fuq evidenza, jkunu immirati sew u strutturati sew.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-finanzjament kopert mill-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. L-attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effettiva tal-acquis billi tiġi żviluppata fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, biex b’hekk tiżdied il-kooperazzjoni u n-netwerking transkonfinali u l-kisba ta’ applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni fl-Unjoni. L-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni biss tista’ tipprovdi attivitajiet koordinati li jistgħu jilħqu lill-Istati Membri kollha. L-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni, il-partijiet interessati għandhom it-tendenza li jindirizzaw problemi simili b’mod frammentat u maqtugħ. Il-kollaborazzjoni u netwerking bejniethom se jwasslu għal tixrid tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari approċċi innovattivi u integrati fi Stati Membri differenti. Il-parteċipanti f’dawn l-attivitajiet imbagħad jaġixxu bħala multiplikaturi fl-attivitajiet professjonali rispettivi tagħhom u jxerddu aktar l-aħjar prattiki fl-Istat Membru tagħhom.

Bażi analitika soda għall-appoġġ u l-iżvilupp tal-politiki sejra tiġi appoġġjata. L-intervent tal-Unjoni Ewropea jippermetti li dawn l-attivitajiet jiġu segwiti b’mod konsistenti madwar l-Unjoni u jġib ekonomiji ta’ skala. Il-finanzjament fil-livell nazzjonali ma jipprovdix l-istess riżultati, iżda biss approċċ frammentat u limitat li ma jkoprix il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

L-evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu mwettqa għall-programmi attwali fil-qasam tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza kkonfermaw l-effikaċja ġenerali tal-programmi, iżda dawn identifikaw ukoll għadd ta’ problemi bħad-dilwizzjoni ta’ fondi (‘saupoudrage’) fost ħafna proġetti fuq skala żgħira b’impatt limitat. Minkejja l-fatt li l-finanzjament huwa allokat għal numru kbir ta’ proġetti, m’hemmx tixrid ġeografiku bbilanċjat fost l-organizzazzjonijiet li jirċievu l-fondi. L-evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu jaqblu li għandu jsir aktar sabiex jitjieb it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati u r-riżultati tal-attivitajiet iffinanzjati. It-titjib fit-tixrid imur id f’id mat-titjib fl-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. L-evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u l-konsultazzjoni pubblika enfasizzaw f’termini ta’ effiċjenza l-proċeduri kumplessi u burokratiċi li qed jaffaċċjaw l-applikanti. Mil-lat amministrattiv, il-multiplikazzjoni tal-proċeduri għall-programmi differenti timponi piż amministrattiv kbir fuq il-Kummissjoni. Il-multiplikazzjoni tal-proċeduri u l-piż amministrattiv għoli jikkontribwixxu għaż-żieda fit-tul tal-proċeduri. L-inkorporazzjoni tal-programmi flimkien għandha tindirizza din il-kwistjoni u toħloq sinerġiji bejn il-programmi.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-Programm se jfittex sinerġiji, konsistenza u kumplementarjetà ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, fost affarijiet oħra mal-programm Ġustizzja u ma’ programmi fl-oqsma tal-affarijiet interni; l-impjiegi; is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumaturi; l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport; il-komunikazzjoni; is-soċjetà tal-informazzjoni; it-tkabbir, b’mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u mal-fondi li joperaw skont il-Qafas Strateġiku Komuni (il-fondi tas-CSF). L-irduppjar tal-attivitajiet skont dawn il-programmi l-oħra sejjer jiġi evitat, u r-riżorsi jistgħu jinqasmu bejn il-programm Ġustizzja u l-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza sabiex jinkisbu objettivi komuni.

1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

þ Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat

1. þ  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill- 01/01/2014 sal- 31/12/2020

2. þ  Impatt finanzjarju mill-2014 sal- 2020 u aktar ’il quddiem

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul mhux limitat

· Implimentazzjoni bil-perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS,

· segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni maħsuba [20]

þ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

þ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

· þ  aġenziji eżekuttivi

· þ  korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet [21]

· ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

3. ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

þ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (kif speċifikat hawn taħt)

Jekk aktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed huwa indikat, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-possibbiltà li tintuża aġenzija eżekuttiva eżistenti għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali tal-Programm hija prevista fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. F’dan l-istadju, ma ttieħdet ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward, u ma twettqet ebda analiżi ta’ kost/benefiċċju, iżda l-opzjoni għandha tinżamm miftuħa.

Ġestjoni konġunta hija opzjoni oħra li tista’ tiġi prevista fil-futur. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 para. 2: Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u l-OECD.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kondizzjonijiet.

Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. L-ilħuq tal-objettivi speċifiċi sejjer jiġi mmonitorjat b’mod regolari fuq il-bażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta.

Barra minn hekk, rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tiegħu sejjer jiġi pprovdut mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn nofs l-2018. Evalwazzjoni ex post dwar l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm sejra tiġi pprovduta wara t-tmiem tal-Programm.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

Id-DĠ Ġustizzja ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat min-nuqqas rikorrenti ta’ riżultati sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll min-nuqqas tar-rata ta’ żbalji residwali ogħla minn 2 % fl-aħħar snin tar-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ Ġustizzja (u l-ex DĠ JLS) (b’eċċezzjoni unika għall-programm Daphne fl-2009).

Ir-riskji identifikati ewlenin huma dawn li ġejjin:

- Riskju ta’ kwalità baxxa tal-proġetti magħżula u implimentazzjoni teknika dgħajfa tal-proġett, biex b’hekk jitnaqqas l-impatt tal-programmi; minħabba proċeduri ta’ għażla mhux adegwati, nuqqas ta’ kompetenza jew monitoraġġ insuffiċjenti;

- Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku ta’ fondi mogħtija, kemm għal għotjiet (kumplessità ta’ rimbors ta’ spejjeż eliġibbli attwali flimkien mal-possibbiltajiet limitati biex jiġu ċċekkjati l-ispejjeż eliġibbli mhux fuq il-post) u għall-akkwist (xi kultant numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jinvolvu possibbiltajiet insuffiċjenti sabiex jiġu mqabbla l-offerti tal-prezzijiet);

- Riskju relatat mal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet (speċjalment) iżgħar sabiex jikkontrollaw effettivament in-nefqa kif ukoll jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa;

- Riskju ta’ reputazzjoni għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet ta’ frodi jew kriminali; assigurazzjoni parzjali biss tista’ tittieħed minn sistemi ta’ kontroll interni tal-partijiet terzi minħabba n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, kull wieħed jopera s-sistema ta’ kontroll tiegħu, ħafna drabi pjuttost żgħira fid-daqs.

Ħafna minn dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu grazzi għal immirar aħjar tal-proposti u l-użu ta’ elementi ssimplifikati inklużi fir-reviżjoni Trijennali tar-Regolament Finanzjarju.

2.2.2. Metodu(i) ta’ kontroll maħsub(a)

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern

Is-sistema ta’ kontroll prevista għall-programm futur hija kontinwazzjoni tas-sistema attwali tal-kontroll. Din hija magħmula minn blokok ta’ bini differenti: is-superviżjoni ta’ operazzjonijiet mill-Unità ta’ Ġestjoni tal-Programm, il-kontroll ex-ante (verifika finanzjarja) mill-Unità ċentrali tal-Baġit u l-Kontroll, il-kumitat tal-akkwist intern (JPC), il-kontrolli ex-post għall-għotjiet u l-verifiki mill-Kapaċità tal-Verifika Interna u/jew is-Servizz ta’ Verifika Interna.

It-transazzjonijiet kollha huma soġġetti għal verifika ex ante mill-Unità tal-Ġestjoni tal-Programm u verifika finanzjarja mill-Unità tal-Baġit u l-Kontroll (ħlief għal prefinanzjamenti ta’ riskju baxx). Għall-għotjiet, it-talbiet għall-ispejjeż jiġu vverifikati bir-reqqa, u jintalbu dokumenti ta’ sostenn meta dawn ikunu meqjusin meħtieġa, ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju. Il-proċeduri kollha ta’ akkwist miftuħa u ristretti u l-proċeduri negozjati kollha ta’ iktar minn EUR 60.000 huma ppreżentati lill-kumitat tal-akkwisti interni għal kontrolli qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni tal-għotja.

Is-settur ta’ kontroll ex-post japplika “strateġija ta’ skoperta” mmirata lejn l-iskoperta ta’ massimu ta’ anomaliji sabiex jiġu rkuprati l-pagamenti mhux dovuti. Fuq il-bażi ta’ din l-istrateġija, il-verifiki jitwettqu fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi għal kollox fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli

Nistmaw li bejn 50 u 70 % tal-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-programmi finanzjarji attwali jwettaq funzjonijiet ta’ kontroll f’sens wiesa’ (mill-għażla tal-benefiċjarji/kuntratturi sal-implimentazzjoni tar-riżultati ta’ verifika). Dan jikkorrispondi għal medda ta’ bejn EUR 2,1 miljun (50% tal-ispejjeż fuq ir-Riżorsi umani 2014 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3), u EUR 3,2 miljun (70% tal-ispejjeż tar-Riżorsi Umani tal-2020 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3). Barra minn hekk, l-esternalizzazzjoni tal-verifiki ex post jipproduċi spejjeż fil-medda ta’ bejn EUR 75.000 u 100.000 fis-sena, li huma ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv. Dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw bejn 6 u 4% tal-baġit totali tal-Programm, li jonqsu matul il-perjodu ta’ seba’ snin, minħabba l-fatt li l-approprjazzjonijiet annwali jiżdiedu b’mod sostanzjali bejn l-2014 u l-2020, filwaqt li l-ispejjeż tal-kontroll jibqgħu pjuttost stabbli.

Grazzi għat-taħlita ta’ kontrolli ex-ante u ex-post kif ukoll kontrolli mhux fuq il-post u verifiki fuq il-post, fl-aħħar snin ir-rata medja ta’ żball residwali kwantifikabbli kienet inqas minn 2 %, ħlief għal eċċezzjoni waħda għall-programm Daphne fl-2009, fejn ir-rata ta’ żball telgħet ftit aktar minn 2 %.Dan ġie indirizzat is-sena ta’ wara permezz ta’ żieda ta’ kontrolli ex post fuq il-post. Dawn il-kontrolli skoprew u kkoreġew l-iżbalji li fadal f’din il-popolazzjoni. Għalhekk, is-sistema ta’ kontroll intern kif ukoll l-ispiża tagħha hija meqjusa xierqa fid-DĠ Ġustizzja sabiex jintlaħaq l-għan ta’ rata ta’ żball baxxa.

Madankollu, f’dan il-qafas, id-DĠ Ġustizzja se jkompli jesplora l-possibilitajiet sabiex titjieb il-ġestjoni u sabiex tiżdied is-simplifikazzjoni. Bit-tnaqqis tan-numru ta’ programmi, għandhom japplikaw regoli u proċeduri armonizzati, biex b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ żball. Barra minn hekk, l-għodod ta’ simplifikazzjoni disponibbli fir-reviżjoni Trijennali tar-Regolament Finanzjarju sejrin jintużaw kemm jista’ jkun minħabba li huwa mistenni li dawn sejrin jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u għalhekk jirrappreżentaw tnaqqis simultanju ta’ riskji ta’ żball u tal-piż amministrattiv għall-Kummissjoni.

Sinteżi tan-natura u l-intensità tal-kontrolli (attwali).

Sinteżi tal-kontrolli || Ammont f'EUR miljuni || Numru ta' benefiċjarji/ tranżazzjonijiet (% tat-total) || Ambitu *(valutazzjoni 1-4) || Kopertura (% tal-Valur)

Kontrolli Ex ante fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha || M/A || 100% || 1-4, ibbażat fuq ir-riskju u t-tip ta' tranżazzjoni || 100%

Il-kontrolli tal-Kumitat tal-Akkwisti fuq deċiżjonijiet ta' għoti ta' akkwisti || M/A || 100% ta' proċeduri ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 125.000 u proċeduri negozjati 'l fuq minn EUR 60.000 || 4 || 100% ta' proċeduri ta' akkwist 'il fuq minn EUR 125.000 u proċeduri nnegozjati 'l fuq minn EUR 60.000

Kontrolli ex post fuq għotjiet - pagamenti finali || M/A || Mill-inqas 10% || 4 || Bejn 5 u 10%

*Profondità tal-kontrolli:

1. Kontroli amministrattiv/ aritmetiku minimu bl-ebda referenza għad-dokumenti ta' appoġġ

2. Kontroll b'referenza għall-informazzjoni korroborattiva li tinkludi element ta' sorveljanza indipendenti (eż ċertifikat ta' verifika jew verifika oħra), iżda bla referenza għal dokumenti sottostanti.

3. Kontroll b'referenza għal informazzjoni korroborattiva (eż bażi ta' dejta li tiġġustifika ċerti elementi tat-talba, parti terza jew valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-kisbiet, eċċ.)

4. Kontroll b'referenza għal u inkluż l-aċċess għad-dokumentazzjoni sottostanti li hija disponibbli fl-istadju tal-proċess in kwistjoni, għall-inputs u l-outputs kollha (eż l-iskedi tal-ħinijiet tax-xogħol, irċevuti, verifika fiżika, eċċ.); jiġifieri kontroll tal-istess intensità ta' ttestjar ta' tranżazzjoni bħal dawk imwettqa mill-QEA bħala parti mid-DAS.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika miżuri eżistenti jew previsti ta’ prevenzjoni u protezzjoni.

Miżuri differenti huma jew se jitqiegħdu fis-seħħ għall-Programm futur tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza sabiex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet. Il-proposta fiha, fl-Artikolu 11 tagħha dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS), adottata f’Ġunju 2011, id-DĠ Ġustizzja qed ifassal strateġija kontra l-frodi li tkopri ċ-ċiklu tal-infiq kollu, wara li kkunsidra l-proporzjonalità u l-kost-benefiċċju tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati. Din l-istrateġija hija bbażata fuq żewġ pilastri: il-prevenzjoni, ibbażata fuq kontrolli effettivi, u r-rispons xieraq, jekk jiġu skoperti frodi jew irregolaritajiet, li jikkonsistu fl-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball u fejn xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u deterrenti. L-istrateġija kontra l-frodi tiddeskrivi s-sistema ta’ verifiki ex ante u ex post, ibbażati fuq sistema ta’ twissijiet (red flags), u tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-persunal meta jiġu skoperti frodi jew irregolaritajiet. Din tipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ ħidma mal-OLAF.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarji tan-nefqa affettwata(i)

· Linji baġitarji ġodda mitlubin

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Għadd [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[3…] || [33 01 04.YY] [Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza] || [Mhux diff…] || IVA || IVA || LE || LE

[3…] || [33 YY YY YY] [Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza] || [Diff…] || IVA || IVA || LE || LE

|| || || || || ||

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Għadd || [Intestatura 3 – Sigurtà u ċittadinanza]

DĠ: Ġustizzja || || || Sena 2014[22] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja - 33 xx xx || Impenji || (1) || 42,400 || 47,900 || 53,900 || 60,900 || 67,900 || 74,900 || 83,400 || || 431,300

Ħlasijiet || (2) || 17,100 || 27,700 || 39,800 || 49,000 || 59,100 || 65,900 || 73,300 || 99,400 || 431,300

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi [23]* || || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja 33 01 04 yy || || (3) || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || || 7,700

TOTAL approprjazzjonijiet għad-DĠ ĠUSTIZZJA || Impenji || =1+1a +3 || 43,500 || 49,000 || 55,000 || 62,000 || 69,000 || 76,000 || 84,500 || || 439,000

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 18,200 || 28,800 || 40,900 || 50,100 || 60,200 || 67,000 || 74,400 || 99,400 || 439,000

* Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li testernalizza (parzjalment) l-implimentazzjoni tal-Programm lil aġenziji eżekuttivi. L-ammonti u l-imputazzjonijiet jiġu aġġustati jekk ikun meħtieġ skont ir-riżultati tal-proċess ta’ esternalizzazzjoni.

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 42,400 || 47,900 || 53,900 || 60,900 || 67,900 || 74,900 || 83,400 || || 431,300

Ħlasijiet || (5) || 17,100 || 27,700 || 39,800 || 49,000 || 59,100 || 65,900 || 73,300 || 99,400 || 431,300

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || || 7,700

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 43,500 || 49,000 || 55,000 || 62,000 || 69,000 || 76,000 || 84,500 || || 439,000

Ħlasijiet || =5+ 6 || 18,200 || 28,800 || 40,900 || 50,100 || 60,200 || 67,000 || 74,400 || 99,400 || 439,000

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

DĠ: ĠUSTIZZJA || ||

Ÿ Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || || 30,150

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || || 0,402

TOTAL DĠ ĠUSTIZZJA || Approprjazzjonijiet || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || || TOTAL

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 47,739 || 53,302 || 59,221 || 66,311 || 73,403 || 80,493 || 89,083 || || 469,552

Ħlasijiet || 22,439 || 33,102 || 45,121 || 54,411 || 64,603 || 71,493 || 78,983 || 99,400 || 469,552

3.2.2.  Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi

· þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt. Mhuwiex possibbli li d-DĠ Ġustizzja jipprovdi lista eżawrjenti tar-riżultati kollha li għandhom jingħataw permezz tal-intervent finanzjarju taħt il-programm, l-ispejjeż medji u l-għadd tagħhom, kif mitlub minn din it-taqsima. M'hemm ebda għodod statistiċi bħalissa li jippermettu li jiġu prodotti spejjeż medji fuq il-bażi tal-programmi attwali, u definizzjoni preċiża bħal din tmur kontra l-prinċipju li l-programm fil-futur għandu jipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex jipprovdi għall-prijoritajiet politiċi bejn l-2014-2020. Madankollu, din hija lista (mhux eżawrjenti) tar-riżultati li huma mistennija:

- Numru ta’ persuni fil-grupp fil-mira milħuqa minn attivitajiet ta’ tqajjim ta’ għarfien;

- Numru ta’ persuni fil-grupp fil-mira milħuqa minn attivitajiet ta’ taħriġ..

- Numru ta’ partijiet interessati li jipparteċipaw, fost affarijiet oħra, f’netwerking, skambji, żjarat ta’ studju;

- Numru ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod tal-IT u proċeduri Ewropej.

- Inizjattivi ta’ politika mfassla fuq il-bażi ta’ evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet tal-impatt u abbażi ta’ konsultazzjonijiet komprensivi ta’ partijiet interessati u esperti;

- Numru ta’ evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-programm.

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat [24] || Ħlas medju tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd ta’ riżultati || Ħlas || Għadd totali tar-riżultati || Ħlas totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 [25]… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

ĦLAS TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi

· þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 [26] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || 30,150

Nefqa amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || 0,402

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || 30,552

Barra mill-INTESTATURA 5 [27] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 7,700

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 1,100 || 7,700

TOTAL || 5,339 || 5,402 || 5,321 || 5,411 || 5,503 || 5,593 || 5,683 || 38,252

Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li testernalizza (parzjalment) l-implimentazzjoni tal-Programm lil aġenziji eżekuttivi. L-ammonti u l-imputazzjonijiet jiġu aġġustati jekk ikun hemm bżonn skont ir-riżultati tal-proċess ta’ esternalizzazzjoni

3.2.3.2. Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani

· þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi mfissra f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji, f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE) ||

33 01 01 01 (Fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 30,75 || 30,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE)[28] ||

33 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 0,5 || 0,5 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 02 02 (AK, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy [29] || - fil-Kwartieri Ġenerali[30] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 31,25 || 31,25 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75

33 huwa l-qasam politiku jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu sodisfatti mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun il-każ, allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. L-ammonti u l-imputazzjonijiet jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess previst ta’ esternalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-kompiti li għandhom jitwettqu jinkludu l-kompiti kollha meħtieġa għall-ġestjoni ta’ programm finanzjarju, bħal: - l-għoti ta’ input għall-proċedura baġitarja; - it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma /deċiżjonijiet ta’ finanzjament annwali, li jistabbilixxu prijoritajiet annwali; - il-ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti; - il-komunikazzjoni mal-partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali / attwali, Stati Membri,eċċ); - il-ġestjoni ta’ proġetti, b’mod operattiv u finanzjarju; - it-twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (kontroll ex ante, kumitat ta’ akkwist, verifiki ex post, verifika interna) ; - il-kontabbiltà; - l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-ġestjoni tal-għoti tal-għodod tal-IT; - il-monitoraġġ u r-rappurtar fuq l-ilħuq tal-objettivi, inkluż fir-rapporti AAR u AOS

Persunal estern || Il-kompiti huma simili għal dawk ta’ uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal kompiti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mill-persunal estern

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

· þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega liema programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali [31].

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

· þ  Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

· ¨  Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

· þ  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

þ         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju kontinwu tal-baġit || Impatt tal-proposta/inizjattiva[32]

Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Artikolu 6xxxx…………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affetwata/i.

[33 yyyyyy…] Linja ta’ dħul

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

F’dan l-istadju, id-dħul mhux magħruf u se jiddependi fuq il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati tal-programm.

[1]               Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE, COM(2010)700 finali tad-19.10.2010.

[2]               Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Baġit għall-Ewropa 2020: is-sistema attwali tal-finanzjament, l-isfidi fil-futur, ir-riżultati ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati u għażla differenti dwar il-kwistjonijiet orizzontali u settorali ewlenin, SEC(2011) 868 finali, Li jakkompanja l-Komunikazzjoni dwar Baġit għall-Ewropa 2020, COM(2011)500 finali tad-29.6.2011.

[3]               http://ec.europa.eu/justice/news/consulting_public/news_consulting_0010_en.htm

[4]               Il-Programm Ġustizzja Ċivili (JCIV), il-Programm Ġustizzja Kriminali (JPEN), il-Programm għad-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza (FRC), il-Programm Daphne III (DAP), il-Programm dwar l-Informazzjoni u l-Prevenzjoni tad-Droga (DPIP) u t-taqsimiet “Anti-diskriminazzjoni u Diversità” u “Ugwaljanza bejn is-Sessi” tal-Programm għall-Impjieg u s-Sigurtà Soċjali (PROGRESS).

[5]               Rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ fondi “Ġustizzja ċivili”, COM(2011)351 finali tal-15.06.2011; Rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar il-Programm Ġustizzja Kriminali, COM(2011)255 final tal- 11.5.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm “Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza” 2007 – 2013, COM(2011)249 finali tal-5.5.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-programm Daphne III 2007 – 2013, COM(2011)254 finali tal-11.05.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm speċifiku “Prevenzjoni u Informazzjoni dwar id-Droga (DPIP) 2007 – 2013, COM(2011)246 finali tal-5.5.2011.

[6]               ĠU C 115, 4.5.2010, p. 115.

[7]               COM(2010)2020 finali tat-3.3.2010.

[8]               COM(2011)500 tad-29.6. 2011.

[9]               ĠU L 110, 27.4.2007, p. 33 u Corriġendum, ĠU L 141, 2.6.2007.

[10]             ĠU L 173, 3.7.2007, p. 19.

[11]             ĠU L 315, 15.11.2006, p.1.

[12]             COM(2010)700 tad-19.10.2010.

[13]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[14]             OJ L XX, XX.XX.XXXX, p. XX.

[15]             OJ L XX, XX, p. XX.

[16]             OJ L XX, XX, p. XX.

[17]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[18]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Activity-Based Budgeting (Baġit Ibbażat fuq l-Attività).

[19]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[20]             Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[21]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[22]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[23]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji "BA" preċedenti), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[24]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li se jiġu forniti (eż.: numru ta’ skambji finanzjati ta’ studenti, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[25]             Kif ġie deskritt fis-Sezzjoni 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku(ċi)…”

[26]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[27]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji “BA” preċedenti), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[28]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[29]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji “BA” preċedenti).

[30]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[31]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[32]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top