Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0655

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

/* KUMM/2011/0655 finali - 2011/0283 (COD) */

52011PC0655




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. l-isfond tal-proposta

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla tfixkil ta' programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari bħala għodda li tinjetta fondi fl-ekonomija.

Minkejja dan, l-implimentazzjoni tal-programmi teħtieġ ammonti sinifikanti ta' fondi minn partijiet interessati pubbliċi u privati, li, minħabba l-problemi ta' likwidità li qed jaffaċċjaw l-istituzzjonijiet finanzjarji mhumiex kapaċi jipprovdu tali finanzjament. Dan huwa b'mod partikolari l-każ ta' dawk l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati mill-krizi, u li rċevew assistenza finanzjarja taħt programm mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) għall-pajjiżi tal-EURO jew mill-mekkaniżmu tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet (BoPBoP) għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-EURO. Sal-lum, sitt pajjiżi – inkluża l-Greċja li rċeviet assistenza finanzjarja barra mill-EFSM – talbu assistenza finanzjarja taħt dawn il-mekkaniżmi u ftiehmu mal-Kummisjoni dwar programm ta' aġġustament makroekonomiku. Dawn il-pajjiżi huma l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Latvja, il-Portugall, il-Greċja u l-Irlanda, minn hawn 'l quddiem imsejħa "l-pajjiżi tal-programm". L-Ungerija, li fl-2008 daħlet fil-mekkaniżmu tal-BoP, kienet diġà ħarġet fl-2010.

Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri (jew kwalunkwe Stat Membru ieħor li jista' jkun konċernat bi programmi t'għajnuna bħal dawn fil-futur) ikomplu fil-prattika bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni u jiżbursaw l-fondi għall-propetti, il-proposta kurrenti fiha ċerti dispożizzjonijiet li jippermettu l-ħolqien ta' strument għall-ġestjoni tar-riskju. Sabiex jiġi implimentat dan l-istrument it-trasferiment ta’ parti mill-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għal dawn l-Istati Membri lura lill-Kummissjoni ikun permess. L-għan ikun li jiġu provduti kontribuzzjonijiet kapital biex ikopru t-telf mistenni u dak mhux mistenni ta' self u garanziji biex jiġu estiżi taħt sħubija għall-kondiviżjoni tar-riskju mal-Bank Ewropew għall-Investiment u/jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra b'missjoni ta' politika pubblika li huma lesti li jkomplu jsellfu lill-banek u lill-isponsors tal-proġett bil-għan li jiġi provdut finanzjament komplementarju privat għal proġetti implimentati b'kontribuzzjonijiet tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni. L-allokazzjoni ġenerali taħt il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 għalhekk ma tiġix modifikata. Dan se jipprovdi likwidità addizzjonali biex jiġu implimentati l-infrastruttura u l-investimenti produttivi fl-Istati Membri li jinsabu f'mument kritiku u se jiffaċilita l-kontiwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi li għaddejjin fil-prattika. Meta l-allokazzjonijiet finanzjarji magħmula disponibbli għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju ma jkunux intużaw biex ikopru t-telf, se jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru biex ikompli faċilità għall-kondiviżjoni tar-riskju jew bħala parti minn pakkett disponibbli għal programmi operazzjonali. Fl-aħħarnett, l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu strettament limitati u ma joħolqux obbligazzjonijiet kontinġenti għall-Unjoni jew għall-Istat Membru kkonċernat.

.

- Kuntest ġenerali

Il-kriżi finanzjarja li qed tkompli tiggrava f'xi Stati Membri, qiegħda bla dubju ta' xejn taffettwa b'mod sostanzjali l-ekonomija reali minħabba l-ammont ta' dejn u d-diffikutajiet li l-Gvernijiet qed jiltaqgħu magħhom sabiex jisselfu flus mis-suq.

Il-Kummissjoni ressqet proposti bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja attwali u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha. Fil-qafas tal-pakkett ta' rkupru tagħha, f'Diċembru tal-2008 l-Kummissjoni pproponiet għadd ta' bidliet regolatorji bl-għan li tissimplifika r-regoli ta' implimentazzjoni għall-politika ta' koeżjoni u sabiex tipprovdi prefinanzjament addizzjonali permezz ta' pagamenti bil-quddiem għall-programmi tal-FEŻR u l-FSE. Il-pagamenti addizzjonali bil-quddiem li ngħataw lill-Istati Membri fl-2009 ipprovdew doża immedjata ta' EUR 6,25 biljun fi flus kontanti bħala parti mill-pakkett finanzjarju li dwaru ntlaħaq ftehim ma' kull Stat Membru għall-perjodu 2007-2013. It-total ta' pagamenti bil-quddiem laħqu l-EUR 29.38 biljun permezz ta' din l-emenda. Proposta mressqa mill-Kummissjoni f'Lulju 2009, ipprovdiet miżuri oħra li jissimplifikaw l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni. L-adozzjoni ta' dawn il-miżuri f'Ġunju 2010 ikkontribwiet b'mod sinifikanti sabiex l-implimentazzjoni tal-programmi tiġi simplifikata u tat spinta lill-assorbiment tal-fondi, filwaqt li naqqset il-piżijiet amministrattivi fuq il-benefiċjarji. Il-Kummissjoni adottat ukoll f’Awwissu 2011 proposta għal emenda għar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 bil-għan li jiżdied l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja rimborżat permezz ta' pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ finali sa 10 punti ta' persentaġġ fuq il-limiti attwali (COM (2011) 482 finali tal-01/08/2011). Meta adottata mill-Kunsill u l-Parlament din il-proposta se tippermetti likwidità addizzjonali lill-Istati Membri kkonċernati biex jikkofinanzjaw parti mill-proġetti u programmi li mhux eliġibbli għal kontribuzzjonijiet mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Barra minn hekk, il-proġetti tal-infrastruttura rilevanti fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu wkoll jiġu appoġġjati jekk jitqiesu adatti.

- Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam politiku tal-proposta

L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (minn hawn 'il quddiem 'ir-Regolament Ġenerali') jipprevedi li l-BEI jista', fuq talba mill-Istati Membri, jipparteċipa f'attivitajiet relatati mat-tħejjija ta' proġetti, b'mod partikolari proġetti kbar, l-arranġament tal-finanzjament, u sħubiji pubbliċi-privati. Huwa jipprevedi wkoll li l-Istat Membru, bi qbil mal-BEI, jista' jikkonċentra s-self mogħti fuq prijorità waħda jew aktar ta' programm operazzjonali. Il-proposta attwali se tiffaċilita l-approvazzjoni ta' tali self mill-BEI, jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra skont kif ikun il-każ, f'mument meta minħabba tnaqqis tal-grad tad-dejn pubbliku u privat tal-Istat u istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri self bħal dan ma jkunx disponibbli.

- Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi finanzjarja.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIŻI TAL-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Ma kienx hemm konsultazzjoni ma' partijiet interessati esterni.

- Ġbir u użu ta’ għarfien espert

L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

- Analiżi tal-impatt

Il-proposta tippermetti lill-Kummissjoni li timplimenta taħt strument ta' ġestjoni ċentralizzata, strument għall-kondiviżjoni tar-riskju biex ikopri r-riskji relatati ma' self u garanziji biex tingħata lill-promuturi tal-proġetti u sieħba oħra pubbliċi jew privati. L-għan huwa li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni rapida tal-programmi tal-politika tal-koeżjoni permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura u investimenti produttivi oħrajn li se jkollhom impatt reali u immedjat fuq l-ekonomija u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi.

Din mhix se timponi ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali fuq il-baġit globali, ġaladarba l-allokazzjoni finanzjarja totali għall-perjodu mill-Fondi lill-Istati Membri inkwestjoni, mhux se tinbidel.

3. Elementi legali tal-proposta

- Sommarju tal-miżuri proposti

Qed ikun propost li jiġi modifikat l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 bil-għan li jippermetti strument għall-kondiviżjoni tar-riskju biex jiġi ġestit taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta. Barra minn hekk qed ikun propost li jiġi emendat l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 bil-għan li jippermetti lill-Istati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom, li jikkontribwixxu parti mill-allokazzjonijiet tagħhom taħt l-objettivi ta' "Konverġenza" u "Kompetittività Reġjonali u Impjiegi" tal-politika ta' koeżjoni għall-provvediment u l-allokazzjonijiet kapitali għal self jew garanziji maħruġa għal promuturi tal-proġetti u sieħba pubbliċi jew privati oħra direttament jew indirettament mill-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra.

It-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għal strument tal-kondiviżjoni tar-riskju bħal dan għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati għandha taddotta deċiżjonijiet ad hoc biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għal tali strument, abbażi tal-allokazzjonijiet li għandhom jiġu trasferiti mill-Fondi Strutturali u allokazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

- Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li jiddefinixxi r-regoli komuni applikabbli għat-tliet Fondi. Ibbażat fuq il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’ programmar kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni ta' proġetti.

- Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta' sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tiffaċilita l-appoġġ permezz tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni lil ċerti Stati Membri li jesperjenzaw diffikultajiet serji, notevolment bi problemi fit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tagħhom, u b'defiċit u sitwazzjoni tad-dejn li qed imorru għall-agħar, ħtija wkoll tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni Ewropea mekkaniżmu li jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twaqqaf strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jiffaċilitaw l-għoti ta' self jew garanziji li jimmiraw għal kofinanzjament ta' kontribuzzjonijiet privati għal proġetti implimentati b'appoġġ pubbliku taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni.

- Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità:

Il-proposta attwali hija tassew proporzjonali ġaladarba toffri żieda fl-għajnuna mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta' Koeżjoni lill-Istati Membri li jinsabu f'diffikultajiet jew mhedda b'diffikultajiet serji li nħolqu minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom, u li jaqgħu taħt l-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2010 (li jistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta' sabilizzazzjoni finanzjarja), jew huma f'diffikultajiet jew mhedda serjament b'diffikultajiet li għandhom x'jaqsmu mal-bilanċ tal-ħlasijiet tagħhom u li jaqgħu taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 332/2002, dan jgħodd ukoll għall-Greċja, li rċeviet assistenza finanzjarja barra mill-EFSM taħt il-Ftehim bejn il-Kredituri u l-Att għal Faċilità ta' Self fiż-Żona tal-Euro.

- Għażla ta’ strumenti

L-istrument propost: regolament.

Strumenti oħra ma jkunux adattati minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini kollha ta’ manuvra stipulati mill-qafas legali u tikkunsidra neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza s'issa, li tipproponi modifiki fir-Regolament Ġenerali. L-għan ta’ din ir-reviżjoni huwa li jiġi ffaċilitat aktar il-kofinanzjament ta' proġetti u allura titħaffef kemm l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll jitħaffef l-impatt ta' investimenti bħal dawn fuq l-ekonomija reali.

4. Impatt baġitarju

Ma hemm ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet għall-impenji billi mhu qed issir ebda proposta ta' modifika fl-ammonti massimi tal-iffinanzjar tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni kif stipulat fil-programmi operazzjonali għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013.

Din il-proposta tista' tirriżulta f'aċċelerazzjoni tal-ħlasijiet li se jiġu kkumpensati sa tmiem il-perjodu ta' programmar. Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-perjodu kollu ta' pprogrammar mhux se jinbidel.

Quddiem it-talba ta' Stat Membru sabiex jibbenifika mill-azzjoni u waqt li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tas-sottomissjonijiet tal-pagamenti interim, fl-2012 il-Kummissjoni ser terġa’ tevalwa l-ħtieġa ta’ krediti ta’ pagament addizzjonali u ser tipproponi, jekk ikun meħtieġ, l-azzjonijiet neċessarji lill-Awtorità Baġitarja.

Il-proposta turi r-rieda min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tassisti l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi finanzjarja. L-emenda se tipprovdi lill-Istati Membri kkonċernati bil-fondi neċessarji biex jappoġġjaw proġetti u l-irkupru l-ekonomija.

2011/0283 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kondizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta' diversi Stati Membri.

2. Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi, inklużi emendi fil-qafas leġiżlattiv, l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u ċ-ċittadini qed jinħass ma' kullimkien.

3. Abbażi tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat, li jipprovdi l-possibbiltà li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni lil Stat Membru li jkun jinsab f'diffikultà jew li jkun mhedded minn diffikultajiet serji kkaġunati minn avvenimenti eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja[3] stabbilixxa t-tali mekkaniżmu bil-għan li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

4. Bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE[4] u 2011/344/UE[5] l-Irlanda u l-Portugall ingħataw din l-għajnuna finanzjarja.

5. Il-Greċja kienet għaddejja minn diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħha, diġà qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 407/2010. Għaldaqstant l-assistenza finanzjarja lill-Greċja ma setgħetx tiġi bbażata fuq dak ir-Regolament.

6. Il-Ftehim bejn il-Kredituri u l-Ftehim għal Faċilità ta' Self ġew konklużi għall-Greċja nhar it-8 ta' Mejju 2010, daħlu fis-seħħ nhar il-11 ta' Mejju 2010. Huwa jipprevedi li l-Ftehim bejn il-Kredituri se jibqa’ fis-seħħ u effettiv għal tul ta' programm ta' tliet snin sakemm ikun hemm xi ammonti pendenti taħt il-Ftehim għal Faċilità ta' Self.

7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi assistenza finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament[6] tal-Istati Membri stabbilixxa strument li jipprovdi li l-Kunsill se jagħti għajnuna reċiproka f'każijiet fejn Stat Membru li ma adottax l-euro jkun f'diffikultà jew ikun serjament mhedded b'diffikultajiet fir-rigward tal-bilanċ tal-pagamenti tiegħu.

8. Permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/102/KE[7], 2009/290/KE[8] u 2009/459/KE[9] l-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija rispettivament ngħataw assistenza finanzjarja bħal din.

9. Fil-11 ta' Lulju 2011, il-ministri tal-finanzi tas-17-il Stat Membru taż-Żona tal-Euro ffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Huwa previst li, sal-2013, il-MES jieħu f'idejh il-kompiti li bħalissa qed jitwettqu mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja. Dan il-mekkaniżmu tal-futur għaldaqstant għandu diġà jiġi kkunsidrat f'dan ir-Regolament.

10. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011 laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex isseddaq is-sinerġiji bejn il-programmi ta' self għall-Greċja u l-Fondi tal-Unjoni, biex tappoġġja sforzi ħalli tiżdied ħilet il-Greċja li tassorbi l-fondi mill-Unjoni sabiex tkun tista' tixpruna t-tkabbir u l-impjiegi billi terġa' tiffoka fuq kif ittejjeb il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet laqgħu u appoġġjaw it-tħejjija mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ta’ programm komprensiv ta’ assistenza teknika għall-Greċja.

11. Fid-dikjarazzjoni mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Ewro u l-Istituzzjonijiet tal-UE tal-21 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment kienu mistiedna biex issaħħu s-sinerġiji bejn il-programmi ta' self u fondi tal-Unjoni fil-pajjiżi kollha li qed jieħdu assistenza mill-Fond Monetarju Internazzjonali jew tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għal dak il-għan.

12. L-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali fil-qasam tal-infrastruttura u l-investiment produttiv fil-Greċja taffaċċja problemi serji minħabba li l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tas-settur privat u partikolarment tas-settur finanzjarju nbidlet b’mod drammatiku bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja.

13. Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

14. Fid-dawl tal-għarfien espert ta' ħafna żmien li għandu l-BEI bħala l-finanzjatur ewlieni tal-proġetti ta’ infrastruttura u l-impenn tiegħu biex jappoġġja l-irkupru ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi toħloq fi sħubija mal-BEI strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

15. Fid-dawl tal-ħtieġa li jkun hemm espansjoni fl-opportunitajiet ta' investiment li jistgħu jitfaċċaw fl-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ wkoll tistabbilixxi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju ma' korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji adegwati kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10] taħt termini u kondizzjonijiet simili għal dawk tal-BEI.

16. Biex jirrispondu malajr fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

17. Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-budget tal-Unjoni Ewropea allokat lill-Fondi għandu jiġi implementat fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, * bl-eċċezzjoni tal-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 36(2a) u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 45.

Il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba għandu jiġi applikat skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

_________________

* ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1"

(2) Fl-Artikolu 36, għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. L-Istati Membri li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(2), jistgħu jikkontribwixxu parti mill-allokazzjonijiet finanzjarji indikati fl-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 għal strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, li se jiġi stabbilit mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Bank Ewropew tal-Investiment, jew bi ftehim ma’ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji adegwati kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, taħt termini u kondizzjonijiet simili għal dawk applikati għal u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, biex ikopri l-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital ta' garanziji u self, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħrajn, mogħtija taħt l-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju.

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward nefqa li mhix koperta bl-Artikolu 56.

L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Pagamenti lill-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom isiru f'porzjonijiet, skont l-użu skedat tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self u garanziji għall-finanzjament ta' operazzjonijiet speċifiċi.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jindirizza talba lill-Kummissjoni li għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, li jiddeskrivi s-sistema stabbilita biex tiggarantixxi li l-ammont disponibbli jintuża għall-benefiċċju esklussiv tal-Istat Membru li pprovdih fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni tagħha skont l-Artikolu 18(2), kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għal tali strument għall-kondiviżjoni tar-riskju. Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet għandhom mill-inqas jindirizzaw dan li ġej:

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, informazzjoni dwar l-użu tal-fondi u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

(b) l-istruttura tal-imposti u kostijiet amministrattivi u maniġerjali oħra.

L-allokazzjonijiet finanzjarji għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu strettament limitati u m'għandhomx joħolqu obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni jew għall-Istat Membru kkonċernat.

Kwalunkwe ammont li jibqa' wara t-tlestija ta' operazzjoni koperta minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju jista' jerġa' jintuża, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, fi ħdan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, jekk l-Istat Membru għadu jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti kif speċifikat fl-Artikolu 77(2). Jekk l-Istat Membru ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, l-ammont li jibqa' għandu jitqies bħala dħul assenjat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, approprjazzjonijiet għal impenji addizzjonali ġenerati minn dan id-dħul assenjat għandhom jiżdiedu s-sena ta' wara mal-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru konċernat."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju għal Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom.

2. QAFAS TA' ĦIDMA ABM / ABB

Il-Qasam/l-Oqsma tal-Politika kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

Impjiegi u Affarijiet Soċjali; Attività ABB 04.02

Il-Fond ta' Koeżjoni, ABB 13.04

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Il-linji baġitarji (linji operazzjonali u linji relatati tal-assistenza teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

L-azzjonijiet ġodda proposti ser ikunu implimentati fuq il-linji baġitarji li ġejjin:

- 13.031600 Konverġenza (FEŻR)

- 13.031800 Kompetittività reġjonali u impjiegi (FEŻR)

- 13.04.02 Fond ta’ Koeżjoni

- 13.03.xx [Linja ġdida] Strument għall-kondiviżjoni tar-riskju ffinanzjat mill-pakkett finanzjarju tal-FEŻR

- 13.04.xx [Linja ġdida] Strument għall-kondiviżjoni tar-riskju ffinanzjat mill-pakkett CF

- 04.02.xx [Linja ġdida] Strument għall-kondiviżjoni tar-riskju ffinanzjat mill-pakkett finanzjarju tal-FSE

3.2. It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Nefqa ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

13.031600 | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.031800 | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.03xx | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

04.0217 | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

04.02xx | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.04.02 | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.04.xx | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

04.0219 | Mhux obbligatorju | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 1b |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Is-sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Ġaladarba ma huma proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda għall-approprjazzjonijiet għall-impenji, l-ebda ċifra ma hija mdaħħla fit-tabelli imma m.a. (mhux applikabbli) hija murija. Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2007-2013.

Din il-proposta tista' tirriżulta f'aċċelerazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (2012-2013) li se jiġu kkumpensati sa tmiem il-perjodu ta' programmar. Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-perjodu kollu ta' pprogrammar mhux se jinbidel.

L-allokazzjonijiet finanzjarji għal strument għall-kondiviżjoni tar-riskju inklużi imposti ta' ġestjoni u kostijiet eliġibbli oħra, għandhom ikunu strettament limitati għall-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja tal-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju u m’għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew fuq il-baġit tal-Istat Membru kkonċernat.

.

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Nru tat-Taqsima | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Nefqa operazzjonali[11] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1 | a | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | m.a | … | m.a | m.a. | ….. | m.a | 0. |

Nefqa amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[12] |

Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4 | c | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | m.a. | m.a. | n.a | m.a. | m.a. | m.a. | 0,000 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[13] |

Riżorsi umani u nefqa relatata (AMD) | 8.2.5 | d | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Kostijiet amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-kosti jiet relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6 | e | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

It-total indikattiv tal-kost finanzjarju għall-intervent

AI TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

AĦ TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | m.a | m.a. | m.a | m.a. | m.a. | m.a. | m.a |

Dettalji ta’ kofinanzjament

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Totali |

…………………… | f | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju attwali.

( Il-proposta ser tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[14] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta' riżorsi umani | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fuq żmien qasir jew twil

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla tfixkil ta' programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari bħala għodda li tinjetta fondi fl-ekonomija. Sabiex jiżguraw li dawn l-Istati Membri jkomplu l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni fil-prattika u joħorġu l-fondi għall-proġetti, il-proposta fiha dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni timplimenta strument għall-kondiviżjoni tar-riskju.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-proposta se tippermetti l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi, billi tinjetta finanzjament addizzjonali mobilizzat mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra fl-ekonomija.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-għan huwa li dawk l-Istati Membri l-iktar milquta mill-kriżi finanzjarja jiġu megħjuna biex ikunu jistgħu jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi fil-prattika, u b'hekk jiżdiedu l-fondi fl-ekonomija.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn isfel hawn muri l-metodu(i) magħżul(in) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni: ġestjoni ċentralizzata indiretta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Fuq talba mill-Istati Membri, l-ipprogrammar ta' xi programmi operazzjonali se jiġi riveduta 'l isfel sabiex jagħmel disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji fl-allokazzjoni finanzjarja tal-Istati Membri. Dawn l-approprjazzjonijiet se titqiegħed fuq linja baġitarja ddedikata biex timplimenta l-azzjoni. Meta l-azzjoni titlesta u l-ammonti li jipprovdu l-finanzjament tal-faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju ma jkunux meħtieġa aktar, dawn se jiġu rritornati bħala dħul assenjat fuq il-linji tal-baġitarji li pprovdew il-finanzjament inizjali jew il-linji tal-baġitarji ekwivalenti li jappoġġaw il-finanzjament tal-programmi operazzjonali.

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar, ġestjoni u kontroll

L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI se jiġu ġestit mill-BEI skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi miżuri ta’ verifika, kontroll u monitoraġġ xierqa. Kif previst fl-Istatut tal-BEI, il-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, li huwa sostnut minn awdituri esterni, huwa responsabbli li jivverifika r-regolarità tal-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-BEI. Il-kontijiet tal-BEI jiġu approvati kull sena mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu.

Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI u jimmonitorizza li l-BEI huwa ġestit skont l-Istatut tiegħu u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

Il--ftehim bejn it-tliet partijiet eżistenti bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI ta’ Ottubru 2003, imġedded għal perjodu ieħor ta' erba' snin fl-2007, jagħti d-dettalji dwar ir-regoli, li skont liema l-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq il-verifiki tagħha fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt ġaranzija tal-UE. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI kif ikun neċessarju biex jissodisfa d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tiegħu jew it-talbiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll ċertifikat ta’ awditur dwar l-ammonti pendenti ta’ Operazzjonijiet ta' Finanzjament tal-BEI.

Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni skont tmexxija finanzjarja soda għandhom jinkludu t-tfassil ta' rapporti regolari fuq il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva permezz ta' l-implimentazzjoni finanzjarja.

Meta istituzzjonijiet finanzjarji oħra jipparteċipaw fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, ir-regoli u l-proċeduri interni tagħhom, rispettivament il-ftehimiet li jkunu ffirmaw mal-Kummissjoni, fir-rigward tal-ġestjoni, ir-rappurtar, ġestjoni u kontroll għandhom għaldaqstant japplikaw.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni ex ante

Din il-proposta ġiet mħejjija fuq it-talba tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni.

6.2.2. Il-miżuri meħudin wara evalwazzjoni intermedjarja/ex post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli

6.2.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Mhux applikabbli

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Il-BEI għandu r-responsabilità ewlenija għall-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni mill-frodi permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet iffinanzjati tal-"Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Ġegħil, il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" kif adottat f'April 2008.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI jinkludu, fost l-arranġamenti dettaljati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, il-kompetenza tal-OLAF li jwettaq investigazzjonijiet interni. B'mod partikolari, f'Lulju 2004, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI approva deċiżjoni "li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet interni b'relazzjoni mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunità".

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) | A*/AD | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

B*, C*/AST | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Il-persunal iffinanzjat bl-art XX 01 02 | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-art. XX 01 04/05 | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

L-AMMONT TOTALI | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

Mhux applikabbli

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

(Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB għas-sena n

( Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss

( Postijiet li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-SPA/APB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | L-AMMONT TOTALI |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

-intra muros | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

- extra muros | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

8.2.5. Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-kosti assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Il-kost totali tar-Riżorsi Umani u l-kosti relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk applikabbli

m.a.

Kalkolu– Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1, jekk applikabbli

m.a.

8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | L-AMMONT TOTALI |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

XX 01 02 11 03 – Kumitati | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

2 Total ta' Infiq Ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Kost totali għall-Amministrazzjoni, għajr ħlief ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHIX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. | m.a. |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

m.a.

[1] ĠU L , , p. .

[2] ĠU L , , p. .

[3] ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

[4] ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.

[5] ĠU L 159, 176.2011, p. 88.

[6] ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

[7] ĠU L 37, 6.2.2009, p. 5.

[8] ĠU L 79, 25.3.2009, p. 39.

[9] ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.

[10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[11] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[12] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[13] In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[14] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[15] Kolonni addizzjonali għandhom jiġu miżjuda jekk meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni teċċedi s-6 snin.

Top