Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0530

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

    /* KUMM/2011/0530 finali - 2011/0231 (COD) */

    52011PC0530

    /* KUMM/2011/0530 finali - 2011/0231 (COD) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Diġà jeżisti approċċ tal-UE għal prodotti tal-inbid aromatizzat u huwa ġġustifikat sabiex jiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti fis-suq uniku u sabiex jiġu protetti l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jippermettu l-identifikazzjoni mill-konsumatur ta’ prodotti speċifiċi li għandhom karatteristiċi attribwibbli għall-oriġini ġeografika. Qafas legali għal prodotti tal-inbid aromatizzat, li jistabbilixxi definizzjonijiet tal-prodott u regoli dwar it-tikkettar jaffettwa lill-produtturi ta’ prodotti bħal dawn u, sa ċertu punt, lill-konsumaturi permezz tar-regoli dwar it-tikkettar.

    Din il-proposta tissostitwixxi l-Proposta tal-Kummissjoni COM(2007)848 li l-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011, ara COM(2010)623, 27/10/2010, l-Anness IV, li ġie kkomunikat lill-istituzzjonijiet l-oħrajn.

    Il-proposta tissimplifika r-regoli eżistenti billi tintroduċi bidliet limitati sabiex ittejjeb il-leġibbiltà u ċ-ċarezza tar-regoli. B’mod partikolari, din taddatta d-definizzjonijiet użati għall-evoluzzjoni teknika u tqiegħed r-regoli eżistenti fuq l-indikazzjonijiet ġeografiċi f’konformità mal-ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (il-Ftehim TRIPs). Skop wieħed huwa wkoll l-allinjament mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-proposta ma tbiddilx l-ambitu tar-regoli eżistenti għas-settur, u ma għandhiex impatt sinifikanti għaliex tikkorrispondi ma’ addattament għal obbligi diġà meħudin mill-Unjoni. Il-produtturi ewlenin Ewropej u l-organizzazzjonijiet nazzjonali ġew ikkonsultati b’mod informali u ma stennewx impatti sinifikanti. Jeżisti kunsens fost il-produtturi ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat biex iżommu l-istess qafas u regoli simili; mid-dehra jeħtieġ biss li jkun hemm aġġustamenti tekniċi minuri. Dawk ġew ikkomunikati lis-servizzi tal-Kummissjoni mir-rappreżentanti tas-settur. Għal din ir-raġuni, ma saret ebda valutazzjoni tal-impatt ulterjuri.

    ALLINJAMENT MAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA.

    L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddistingwu bejn żewġ tipi differenti ta’ atti tal-Kummissjoni:

    L-Artikolu 290 tat-TFUE jippermetti lil-leġiżlatur sabiex jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. Fit-terminoloġija użata mit-Trattat, l-atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod issir referenza għalihom bħala “atti delegati” (Artikolu 290(3)).

    L-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri sabiex jadottaw il-miżuri kollha tal-liġi nazzjonali neċessarji sabiex jimplimentaw atti tal-Unjoni li jorbtu legalment. Dawk l-atti jistgħu jikkonferixxu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn huma meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom. Fit-terminoloġija użata mit-Trattat, l-atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod issir referenza għalihom bħala “atti ta’ implimentazzjoni” (Artikolu 291(4))

    Għan ewlieni tal-proposta preżenti jikkonsisti fl-allinjament tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1) mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE.

    Skont il-proposta attwali, l-għanijiet u l-prinċipji u elementi oħrajn essenzjali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat huma ddeterminati mil-Leġiżlatur.

    Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta, permezz ta’ att iddelegat, il-proċessi tal-produzzjoni (Artikolu 3(2)), il-metodi tal-analiżi (Artikolu 3(3)), l-emendi neċessarji tad-definizzjonijiet, ir-rekwiżiti, ir-restrizzjonijiet, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet (Artikolu 9), ir-regoli neċessarji għall-indikazzjonijiet ġeografiċi (Artikolu 29) u r-regoli neċessarji għall-iskambju tal-informazzjoni (Artikolu 33(2)).

    Barra minn hekk, il-Leġiżlatur għandu jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat, speċifikament fir-rigward tal-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi (Artikoli 15(3), 17, 25, 26, 27 u 30), mal-kontrolli amministrattivi u fiżiċi (Artikolu 32(2)) u mal-iskambju tal-informazzjoni (Artikolu 33)

    EMENDI SOSTANTIVI

    L-għanijiet ewlenin l-oħrajn segwiti huma dawn li ġejjin:

    - Titjib tal-applikabbiltà, il-leġibbiltà u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    - Introduzzjoni ta’ politika dwar il-kwalità definita sew għall-prodotti tal-inbid aromatizzat bbażati fuq id-definizzjonijiet preżenti tal-prodotti.

    - Aġġornament ta’ ċerti denominazzjonijiet tal-bejgħ, fid-dawl tal-possibbiltà li jiżdied il-livell tal-inbid minflok jiġi miżjud l-alkoħol direttament, u b’hekk jiġi żgurat li l-konsumatur jiġi informat bix-xieraq.

    - Introduzzjoni ta’ flessibilità permezz ta’ ċaqliq tal-kompetenza sabiex jiġu emendati d-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tal-inbid aromatizzati mill-proċedura preċendenti ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati.

    - Addattament tar-regoli tal-Unjoni għal rekwiżiti tekniċi ġodda.

    - Addattament tar-regoli tal-Unjoni għar-rekwiżiti tal-WTO, inkluż il-Ftehim TRIPS.

    - Definizzjoni tal-kriterji li jiggwidaw ir-rikonoxximent ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda.

    STRUTTURA TAL-ABBOZZ TAR-REGOLAMENT:

    L-abbozz tar-Regolament dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat jikkonsisti f'4 Kapitoli u 3 Annessi:

    Il-Kapitolu I jistabbilixxi d-definizzjoni bażika u l-klassifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    Il-Kapitolu II jittratta d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    Dan jirreferi għar-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, u jiddelega lill-Kummissjoni l-istabbiliment ta’ proċessi ta’ produzzjoni awtorizzati ulterjuri. Dan jirreferi għall-metodi internazzjonali ta’ analiżi għall-analiżi ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat.

    Dan jistabbilixxi wkoll regoli ta’ tikkettar speċifiċi għal dawk il-prodotti.

    Il-Kapitolu II jistabbilixxi, billi jirreferi għall-Annessi I u II, sistema koerenti bbażata fuq prattiki ta’ kwalità tradizzjonali u żviluppi ġodda fir-rigward tal-kwalità tal-prodotti. Dan għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni ċara lill-klijent dwar in-natura tal-prodotti (denominazzjonijiet tal-bejgħ) u jobbliga lill-produttur sabiex jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jevita milli l-konsumatur jiġi żgwidat.

    Il-Kapitolu III jistabbilixxi regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi skont l-obbligi internazzjonali tal-UE.

    L-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati attwalment fir-Regolament Nru 1601/91 huma ttrasferiti fir-reġistru li hu stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament preżenti. Il-Kapitolu III jipprevedi li l-fajls tekniċi għal dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    Fil-Kapitolu IV, hemm stabbiliti Miżuri Ġenerali, Tranżitorji u Finali.

    L-Anness I jinkludi d-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    L-Anness II jinkludi d-denominazzjonijiet tal-bejgħ u deskrizzjoni assoċjata tal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    Tabella ta’ korrelazzjoni hija stabbilita fl-Anness III.

    Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni.

    2011/0231 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[1],

    Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[3],

    Billi:

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid[4] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 122/94 tal-25 ta’ Jannar 1994 li jipprovdi ċerti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91[5] kellhom suċċess fir-regolazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid, minn hawn ’il quddiem imsejħa “prodotti tal-inbid aromatizzat”. Madankollu, fid-dawl tal-innovazzjoni teknoloġika, l-iżviluppi tas-suq u l-aspettattivi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-regoli applikabbli għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ ċertu prodotti tal-inbid aromatizzat, filwaqt li jiġu kkunsidrati metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali.

    2. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, hemm bżonn ta’ aktar emendi sabiex jiġu allinjati s-setgħat konferiti lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat). Minħabba l-ambitu ta’ dawk l-emendi, huwa xieraq li r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 jiġi revokat u li dan jiġi mibdul b’test ġdid. Ir-Regolament (KE) Nru 122/94 jintroduċi regoli dwar l-għoti ta’ togħma u ż-żieda tal-alkoħol applikabbli għal ċerti prodotti tal-inbid aromatizzat; sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza, dawn għandhom ikunu inkorporati f’dan it-test ġdid.

    3. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat huma importanti għall-konsumaturi, il-produtturi u s-settur agrikolu fl-Unjoni. Il-miżuri applikabbli għall-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa u l-ilħuq ta’ trasparenza tas-suq u kompetizzjoni ġusta. Permezz ta’ dan, il-miżuri għandhom jissalvagwardaw ir-reputazzjoni li l-prodotti tal-inbid aromatizzat tal-Unjoni kisbu fis-suq intern u fuq is-suq dinji billi tibqa’ tingħata kunsiderazzjoni għall-prattiki tradizzjonali użati fil-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat kif ukoll żieda fid-domanda għall-protezzjoni u l-informazzjoni għall-konsumatur. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll fir-rigward tal-prodotti li għalihom tali innovazzjoni sservi biex ittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tal-prodotti tal-inbid aromatizzat konċernati.

    4. Il-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat tikkostitwixxi żbokk kbir għas-settur agrikolu tal-Unjoni, li għandu jiġi enfasizzat mill-qafas regolatorju.

    5. Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kollha kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġix prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi. Sabiex tinżamm u titjieb ir-reputazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat tal-Unjoni fuq is-suq dinji, ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal xarbiet bħal dawn prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

    6. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza fil-leġiżlazzjoni li tikkontrolla l-prodotti tal-inbid aromatizzat, huwa neċessarju li jiġu definiti b’mod ċar il-prodotti koperti minn dik il-leġiżlazzjoni, il-kriterji għall-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u b’mod partikolari, id-denominazzjoni tal-bejgħ u l-indikazzjoni tal-oriġini. Permezz tal-istabbiliment ta’ regoli bħal dawn, l-istadji kollha fil-katina tal-produzzjoni huma regolati u l-konsumaturi huma protetti u informati sew.

    7. Id-definizzjonijiet tal-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom ikomplu jirrispettaw il-prattiki tal-kwalità tradizzjonali iżda għandhom ikunu aġġornati u mtejba fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi.

    8. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom ikunu prodotti skont ċerti regoli u restrizzjonijiet, li jiggarantixxu li l-aspettattivi tal-konsumatur fir-rigward tal-kwalità u l-metodi ta’ produzzjoni jintlaħqu. Sabiex jintlaħqu l-istandards internazzjonali f’dan il-qasam, il-metodi ta’ produzzjoni għandhom jiġu stabbiliti u l-Kummissjoni għandha bħala regola ġenerali tibbaża ruħha fuq dawk rakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV).

    9. Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel[6] u r-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel[7] għandhom japplikaw għall-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    10. Barra minn hekk, l-etanol użat għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat għandu jkun esklussivament ta’ oriġini agrikola, sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi u jkun hemm konformità mal-prattiki ta’ kwalità tradizzjonali. Dan jiżgura wkoll żbokk għall-prodotti agrikoli bażiċi.

    11. Minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, huwa xieraq li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi fuq id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jissupplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tikkettar. Dawk il-miżuri speċifiċi għandhom jipprevjenu wkoll li d-denominazzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti tal-inbid aromatizzat jintużaw ħażin meta mqabbel ma’ prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    12. F’konformità mat-Trattat, fl-applikazzjoni tal-politika dwar il-kwalità u sabiex jiġi permess livell għoli ta’ kwalità tal-prodotti tal-inbid aromatizzat b’indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat b’indikazzjoni ġeografika, prodotti fit-territorju tagħhom stess.

    13. Minħabba li r-Regolament Nru XXXX/20YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- …. dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli [COM(2010)733 finali][8], ir-Regolament Nru XXXX/20YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2010)799 finali] li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)[9] u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar [it-tikettar], u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89[10], ma japplikawx għal prodotti tal-inbid aromatizzat, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jintużaw biex il-prodotti tal-inbid aromatizzat jiġu identifikati bħala li joriġinaw fit-territorju ta’ pajjiż, jew reġjun jew lokalità f’dak it-territorju, fejn ċerta kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott tal-inbid aromatizzat hija essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu u għandha tiġi rreġistrata mill-Kummissjoni.

    14. Proċedura għar-reġistrazzjoni, il-konformità, it-tibdil u t-taħsir possibbli ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiż terz u tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita f’dan ir-Regolament.

    15. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, u għandhom isiru arranġamenti għall-Kummissjoni biex tkun tista’ tissorvelja u tivverifika tali konformità.

    16. Sabiex ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi fir-rigward tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikati f’dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

    17. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tħejjija tal-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    18. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat kemm it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni kif ukoll id-diskriminazzjoni bejn l-operaturi fis-settur tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat. Ħlief fejn huwa stipulat espliċitament mod ieħor, il-Kummissjoni għandha teżerċita dawk is-setgħat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[11].

    19. It-tranżizzjoni mir-regoli stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament tista’ toħloq diffikultajiet li mhumiex ittrattati f’dan ir-Regolament. Għal dik il-fini, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji.

    20. Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika għal sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħażniet eżistenti għandha tkun permessa wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm jiġu eżawriti dawn il-ħażniet,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I AMBITU, DEFINIZZJONI U KLASSIFIKAZZJONI TAL- PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT

    Artikolu 1Suġġett u ambitu

    1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat kif ukoll dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat.

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzat fuq is-suq fl-Unjoni Ewropea irrispettivament minn jekk ikunux prodotti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

    Artikolu 2Definizzjoni

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “Prodotti tal-inbid aromatizzat”: ”: tfisser prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX. COM(2010) 799 finali OKS allinjati], u li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati kif ġej:

    (a) inbejjed aromatizzati,

    (b) xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat,

    (c) cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

    (2) “Inbid aromatizzat” tfisser xarba:

    (a) miksuba minn prodott tal-inbid wieħed jew aktar definit/i fil-punt 5 tal-Parti IV tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX..COM(2010) 799 finali, OKS allinjati] u fil-punti 1 u 3 sa 9 tal-Parti II tal-Anness XII għall-istess Regolament minbarra l-inbid ‘Retsina’;

    (b) li fiha l-prodotti tal-inbid imsemmija fil-punt (a) għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-volum totali;

    (c) li magħha seta’ ġie miżjud il-most tal-għeneb u/jew il-most tal-għeneb li jkun qed jiffermenta;

    (d) li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volumta’ 14,5 % vol. u qawwa alkoħolika attwali massima skont il-volum ta’ inqas minn 22 % vol. u qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta’ 17,5 % vol.

    (3) “Xorb b’bażi ta’ nbid aromatizzat” tfisser xarba:

    (a) miksuba minn prodott tal-inbid wieħed jew iżjed definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 9 tal-Parti II tal-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX..COM(2010) 799 finali, OKS allinjati], minbarra nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u għall-inbid ‘Retsina’;

    (b) li fiha l-prodotti tal-inbid imsemmija fil-punt (a) għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

    (c) li magħha seta’ ġie miżjud il-most tal-għeneb;

    (d) li għandha qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta’ 4,5 % vol. u qawwa alkoħolika attwali massima skont il-volum ta’ inqas minn 14,5 % vol. “Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid” tfisser xarba: (a)

    (4) "Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid" tifisser xarba:

    (a) miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar kif definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 11 tal-Parti II tal-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX..COM(2010) 799 finali, OKS allinjati], minbarra inbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid ‘Retsina’;

    (b) li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

    (d) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol;

    (e) li għandha qawwa alkoħolika attwali minima skont il-volum ta’ 1,2 % vol. u qawwa alkoħolika attwali massima skont il-volum ta’ inqas minn 10 % vol..

    KAPITOLU II DESKRIZZJONI, PREŻENTAZZJONI U TIKKETTAR TA’ PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT

    Artikolu 3 Proċessi tal-produzzjoni u metodi tal-analiżi għal prodotti tal-inbid aromatizzat

    1. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom ikunu prodotti skont ir-rekwiżiti, ir-restrizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II.

    2. Sabiex tikkunsidra l-aspettattivi tal-konsumaturi u sabiex jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali applikabbli għall-qasam kopert minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi l-proċessi għall-prodotti li qegħdin jitħejjew sabiex jinkisbu prodotti tal-inbid aromatizzat.

    Meta tkun qed tistabbilixxi l-proċessi awtorizzati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq il-proċessi rakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV).

    3. Il-metodi tal-analiżi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u r-regoli li permezz tagħhom jista’ jiġi stabbilit jekk dawk il-prodotti għaddewx minn proċessi li jmorru kontra l-proċessi tal-produzzjoni awtorizzati għandhom ikunu dawk rakkomandati u ppubblikati mill-OIV.

    Fejn ma hemmx metodi u regoli rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-metodi u r-regoli korrispondenti.

    Sakemm jiġu adottati tali metodi u regoli, għandhom jintużaw il-metodi u r-regoli permessi mill-Istat Membru konċernat.

    Artikolu 4 Denominazzjonijiet tal-bejgħ

    1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kif stipulat fl-Anness II għandhom jintużaw fl-Unjoni. Dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti.

    2. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda jistgħu jużaw biss denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti waħda.

    3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta’ kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    4. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b’indikazzjoni ġeografika protetta taħt dan ir-Regolament.

    5. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness II ma għandhomx ikunu supplimentati bid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew bl-indikazzjonijiet ġeografiċi permessi għall-prodotti tal-inbid.

    Artikolu 5Dettalji addizzjonali għad-denominazzjonijiet tal-bejgħ

    1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu Bħal qabel supplimentati wkoll bid-dettalji li ġejjin:

    (a) “xott ħafna”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ inqas minn 30 gramma kull litru u, għall-kategorija tal-inbejjed aromatizzati, qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta’ 15 % vol.;

    (b) “xott”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ inqas minn 50 gramma kull litru u, għall-kategorija tal-inbejjed aromatizzati, qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta’ 16 % vol.;

    (c) “xott mezzan”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 50 u inqas minn 90 gramma għal kull litru;

    (d) “ħelu mezzan”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 90 u inqas minn 130 gramma għal kull litru;

    (e) “ħelu”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 130 gramma għal kull litru.

    Il-kontenut ta’ zokkor indikat fl-ewwel subparagrafu huwa mfisser bħala zokkor maqlub.

    It-termini “ħelu mezzan” u “ħelu” jistgħu jiġu mibdula b’indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor, imfisser fi grammi ta’ zokkor maqlub għal kull litru.

    2. Meta d-denominazzjoni tal-bejgħ tax-xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat hija supplimentata bid-dettall “spumanti”, il-kwantità tal-inbid spumanti użata ma għandhiex tkun inqas minn 95 % tal-volum tal-inbid użat.

    3. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu supplimentati wkoll b’referenza għat-togħma ewlenija użata.

    Artikolu 6Indikazzjoni tal-provenjenza

    Meta l-provenjenza tal-prodotti tal-inbid aromatizzat tkun indikata, il-provenjenza għandha tikkorrispondi għall-post fejn jiġi prodott il-prodott tal-inbid aromatizzat. Il-provenjenza għandha tkun indikata bil-kliem ‘magħmul fi (…)’, jew imfisrra f’termini ekwivalenti, supplimentata bl-isem tal-Istat Membru jew pajjiż terz korrispondenti.

    Mhijiex meħtieġa l-indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju .

    Artikolu 7Użu tal-lingwa fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

    Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-dettalji addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom, meta mfissra fi kliem, jidhru mill-inqas f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.

    Madankollu, l-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta skont dan ir-Regolament għandha tidher fuq it-tikketta fil-lingwa jew lingwi li fihom hija rreġistrata, anki meta l-indikazzjoni ġeografika tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ skont l-Artikolu 4(4).

    Fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika protetta li tuża alfabet mhux Latin, l-isem jista’ jidher ukoll f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.

    Artikolu 8Regoli aktar stretti deċiżi mill-Istati Membri

    Meta japplikaw politika dwar il-kwalità għall-prodotti tal-inbid aromatizzat b’indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament li huma prodotti fit-territorju tagħhom stess jew għall-istabbiliment ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni u d-deskrizzjoni u li huma aktar stretti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Annessi I u II sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu 9Setgħat delegati

    Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tas-settur u tiġi indirizzata l-emerġenza ta’ prodotti ġodda fuq is-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, taġġorna:

    (a) id-definizzjonijiet, ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I,

    (b) id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    KAPITOLU IIIINDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

    Artikolu 10 Definizzjoni

    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott tal-inbid aromatizzat fejn ċerta kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra ta’ dak il-prodott huma attribwibbli essenzjalment għall-oriġini ġeografika tiegħu.

    Artikolu 11Kontenut tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni

    1. Applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

    (a) l-isem li għandu jiġi protett;

    (b) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

    (c) speċifikazzjoni tal-prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u

    (d) dokument uniku li jagħti fil-qosor l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

    2. Sabiex ikun eliġibbli għal indikazzjoni ġeografika protetta, prodott għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti li għandha tinkludi mill-inqas:

    (a) l-isem li għandu jiġi protett;

    (b) deskrizzjoni tal-prodott, b’mod partikolari l-karatteristiċi analitiċi prinċipali tiegħu kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu;

    (c) fejn applikabbli, il-proċessi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni partikolari kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-fabrikazzjoni tal-prodott;

    (d) id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata;

    (e) id-dettalji li fihom il-konnessjoni msemmija fl-Artikolu 10;

    (f) ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew, fejn stabbiliti mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li tiġġestixxi l-indikazzjoni ġeografika protetta, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, u nondiskriminatorji u kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

    (g) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-kompiti speċifiċi tagħhom.

    Artikolu 12Applikazzjoni għall-protezzjoni relatata ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz

    1. Meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonċerna żona ġeografika f’pajjiż terz, din għandu jkun fiha evidenza li l-isem konċernat huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu, minbarra l-elementi stipulati fl-Artikolu 11.

    2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, jew direttament mill-applikant jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

    3. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi sottomessa f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni ċċertifikata f’waħda minn dawk il-lingwi.

    Artikolu 13Applikanti

    1. Kwalunkwe grupp ta’ produtturi interessati, jew f’każijiet eċċezzjonali produttur uniku, jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. Partijiet oħra interessati jistgħu jipparteċipaw fl-applikazzjoni. Partijiet interessati oħrajn jistgħu jipparteċipaw fl-applikazzjoni.

    2. Il-produttuti jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni għal prodotti tal-inbid aromatizzat li jipproduċu huma stess biss.

    3. Fil-każ ta’ isem li jinnomina żona ġeografika transkonfinali, tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta.

    Artikolu 14Proċedura nazzjonali preliminari

    1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat skont l-Artikolu 11, li joriġinaw fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari skont il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

    2. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi sottomessa mal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina l-indikazzjoni ġeografika.

    3. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni sabiex jivverifika jekk din tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

    L-Istat Membru għandu, permezz ta’ proċedura nazzjonali, jiżgura l-pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u jipprovdi għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li matulhom kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu u hija residenti jew stabbilita fit-territorju tiegħu tista’ toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tippreżenta dikjarazzjoni debitament sostanzjata mal-Istat Membru.

    4. Jekk Stat Membru jqis li l-indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni b’mod ġenerali, dan għandu jiċħad l-applikazzjoni.

    5. Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti rilevanti huma ssodisfati, dan għandu:

    (a) jippubblika d-dokument uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott mill-inqas fuq l-Internet; u

    (b) jibgħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (i) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

    (ii) l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 11(2);

    (iii) id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 11(1)(d);

    (iv) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa; u

    (v) ir-referenza għall-pubblikazzjoni, kif imsemmi fil-punt (a).

    L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni ċertifikata f’waħda minn dawk il-lingwi.

    6. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sal-1 ta’ Diċembru 2012.

    7. Fejn Stat Membru ma għandux leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, dan jista’, fuq bażi tranżitorja biss, jagħti protezzjoni lill-isem skont it-termini ta’ dan il-Kapitolu fil-livell nazzjonali b’effett mill-jum li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Din il-protezzjoni nazzjonali tranżitorja għandha tieqaf fid-data li fiha tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċaħda skont dan il-Kapitolu.

    Artikolu 15Skrutinju mill-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 14(5) jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

    3. Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma ssodisfati, din għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36, tiddeċiedi li tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 11(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 14(5).

    Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu mhumiex issodisfatti, din għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tiċħad l-applikazzjoni.

    Artikolu 16Proċedura ta’ oġġezzjoni

    Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(3), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru minbarra dak li qed japplika għall-protezzjoni jew f’pajjiż terz, tista’ toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tippreżenta dikjarazzjoni debitament sostanzjata relatata mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà kif stabbilit f’dan il-Kapitolu mal-Kummissjoni.

    Fil-każ ta’ persuni fiżika jew ġuridiċi li huma residenti jew stabbiliti f’pajjiż terz, tali dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, fil-limitu ta’ żmien ta’ xahrejn imsemmi fl-ewwel paragrafu.

    Artikolu 17Deċiżjoni dwar il-protezzjoni

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni hekk kif titlesta l-proċedura ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jew tiddeċiedi li tikkonferixxi protezzjoni fuq l-indikazzjoni ġeografika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu u li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, jew inkella li tiċħad l-applikazzjoni meta dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati.

    Artikolu 18Omonimi

    1. Għandu jiġi rreġistrat isem, li għalih tiġi ppreżentata applikazzjoni, u li huwa kompletament jew parzjalment omonimu ma’ dak ta’ isem li jkun diġà rreġistrat skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies bil-mod dovut l-użu lokali u tradizzjonali u għal kwalunkwe riskju ta’ konfużjoni.

    2. Ma għandux jiġi reġistratisem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur biex jemmen li l-prodotti jiġu minn territorju ieħor anki jekk l-isem ikun preċiż safejn ikun ikkonċernat it-territorju, ir-reġjun jew il-post ta’ oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati.

    3. L-użu ta’ isem omonimu reġistrat għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni ta' eżistenza ta’ distinzjoni suffiċjenti fil-prattika bejn l-omonimu reġistrat sussegwentement u l-isem diġà fuq ir-reġistru, b’kunsiderazzjoni tal-bżonn li l-prodotturi kkonċernati jiġu trattati b’mod ekwu u tal-bżonn li l-konsumatur ma jiġix żgwidat.

    Artikolu 19Raġunijiet għal ċaħda tal-protezzjoni

    1. L-ismijiet li saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala indikazzjoni ġeografika.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “isem li sar ġeneriku” ifisser l-isem ta’ prodott ta' inbid aromatizzat li, għalkemm huwa relatat mal-post jew mar-reġjun fejn dan il-prodott ikun ġie prodott jew kummerċjalizzat oriġinarjament, ikun sar l-isem komuni ta’ prodott tal-inbid aromatizzat fl-Unjoni.

    Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari:

    (a) is-sitwazzjoni eżistenti fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-konsum;

    (b) lil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

    2. Isem għandu jkun protett bħala indikazzjoni ġeografika meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tat-trademark, ikun probabbli li l-protezzjoni tkun sejra tiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tal-prodott tal-inbid aromatizzat.

    Artikolu 20Relazzjoni mat-trademarks

    1. li tikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2) u relatat ma’ prodott tal-inbid aromatizzat għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tkun sottomessa wara d-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u l-indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta.

    Trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

    2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 18(2), trademark li l-użu tiegħu jikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2), li tkun saret applikazzjoni għalih, li jkun rreġistrat jew stabbilit permezz tal-użu, jista’ jkompli jintuża u jiġġedded minkejja l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, jekk dik il-possibbiltà hija stipulata mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, fit-territorju tal-Unjoni qabel id-data li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tat-trademark kif speċifikat bid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] jew bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009[13].

    F’każijiet bħal dawn l-użu tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

    Artikolu 21Protezzjoni

    1. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott tal-inbid aromatizzat li jkun ġie prodott f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

    2. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-prodotti tal-inbid aromatizzat li jużaw dawk l-ismijiet protetti b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti kontra:

    (a) kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ isem protett:

    (i) minn prodotti paragunabbli li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

    (ii) safejn tali użu jisfrutta r-reputazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika;

    (b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anki jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz hija indikata jew l-isem protett huwa tradott, traskritt jew translitterat jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tat-tip”, “bil-metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni ta’”, “bit-togħma”, “bħal” jew simili;

    (c) kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar ta’ ġewwa jew ta’ barra, il-materjal tar-reklamar jew id-dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jistgħu jagħtu impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

    (d) kwalunkwe prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

    3. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1).

    4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa amministrattivi u ġudizzjarji sabiex jevitaw jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

    Artikolu 22Reġistru

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-prodotti tal-inbid aromatizzat li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

    L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-reġistru msemmi fl-ewwel paragrafu bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    Artikolu 23Ħatra tal-awtorità kompetenti

    1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur li jikkonforma ma’ dan il-Kapitolu ikun intitolat li jkun kopert minn sistema ta’ kontrolli.

    3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom pubbliċi u taġġornahom perjodikament.

    Artikolu 24Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet

    1. Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma’ żona ġeografika fl-Unjoni, il-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ikkondizzjonar tal-prodott tal-inbid aromatizzat, għandha tiġi żgurata permezz:

    (a) tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 23; jew

    (b) ta’ korp wieħed jew iżjed responsabbli għall-verifika skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li jopera bħala korp taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

    L-ispejjeż ta’ verifika bħal din għandhom jitħallsu mill-operaturi soġġetti għaliha.

    2. Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz, għandha tiġi żgurata verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ikkondizzjonar tal-prodott tal-inbid aromatizzat, permezz:

    (a) ta’ awtorità pubblika waħda jew iżjed maħturin mill-pajjiż terz; jew

    (b) korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed jew iżjed.

    3. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(b) għandhom jikkonformaw ma’, u jkunu akkreditati skont, l-istandard Ewropew EN 45011 jew ISO/IEC Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti).

    4. Fejn l-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafi 1(a) u 2(a) jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dawn għandhom joffru garanziji xierqa ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom persunal kwalifikat u riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

    Artikolu 25Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

    1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, b’mod partikolari biex tingħata kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jew biex tiġi definita mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

    2. Fejn l-emenda proposta tinvolvi emenda waħda jew iżjed tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 11(1)(d), għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Artikoli 14 sa 17 għall-applikazzjoni għal emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta hija biss waħda minuri, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk tapprovax l-applikazzjoni mingħajr ma ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 16 u fil-każ ta’ approvazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 15(3).

    3. Fejn l-emenda proposta ma tinvolvi l-ebda bidla fid-dokument uniku, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) fejn iż-żona ġeografika hija fi Stat Membru partikolari, dak l-Istat Membru għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda u, jekk huwa favuriha, għandu jippubblika l-ispeċifikazzjoni emendata tal-prodott u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u r-raġunijiet għalihom;

    (b) fejn iż-żona ġeografika hija f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk tapprovax l-emenda proposta.

    Artikolu 26Kanċellazzjoni

    Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tikkanċella l-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika jekk il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti ma għadhiex żgurata.

    L-Artikoli 14 sa 17 għandhom japplikaw mutatis mutandis .

    Artikolu 27Denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

    1. Id-denominazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru stipulat fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

    2. L-Istati Membri għandhom, fir-rigward tad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu lill-Kummissjoni:

    (a) il-fajls tekniċi kif stipulat fl-Artikolu 11(1);

    (b) id-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ approvazzjoni.

    3. Id-denominazzjonijiet ġeografiċi eżistenti msemmija fil-paragrafu 1, li għalihom, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix sottomessa sa [ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ], għandhom jitilfu l-protezzjoni taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36, tieħu l-pass formali korrispondenti biex tneħħi t-tali ismijiet mir-reġistru stripulat fl-Artikolu 22.

    4. L-Artikolu 26 ma għandux japplika fir-rigward tad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Sa [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi li tikkanċella l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 jekk dawn ma jikkonformawx mal-Artikolu 10.

    Artikolu 28Tariffi

    L-Istati Membri jistgħu jitolbu tariffi biex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni, l-applikazzjonijiet għal emendi u t-talbiet għall-kanċellazzjoni taħt dan il-Kapitolu.

    Artikolu 29Setgħat delegati

    1. Sabiex tingħata kunsiderazzjoni lill-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta:

    (a) prinċipji għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u

    (b) definizzjonijiet, restrizzjonijiet u derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

    2. Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11 (2)(f).

    3. Sabiex tiżgura d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati:

    (a) tiddefinixxi f’liema każijiet produttur uniku jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika;

    (b) tadotta restrizzjonijiet fir-rigward tat-tip tal-applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika;

    (c) tadotta miżuri speċifiċi relatati mal-proċeduri nazzjonali applikabbli għall-applikazzjonijiet transkonfinali;

    (d) tiddefinixxi d-data ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew talba;

    (e) tiddefinixxi d-data li minnha tibda tapplika l-protezzjoni;

    (f) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom emenda għandha titqies bħala minuri kif imsemmi fl-Artikolu 25(2);

    (g) tiddefinixxi d-data li minnha emenda tidħol fis-seħħ.

    4. Sabiex tiżgura protezzjoni adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta restrizzjonijiet fir-rigward tal-isem protett.

    5. Sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tiddefinixxi l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

    6. Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

    Artikolu 30Setgħat ta’ implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri kollha neċessarji relatati ma’ dan il-Kapitolu fir-rigward:

    (a) tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward il-konnessjoni bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

    (b) it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni jew it-tiċħid diponibbli għall-pubbliku;

    (c) l-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 22;

    (e) is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet transkonfinali;

    (f) il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

    2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri kollha neċessarji relatati ma’ dan il-Kapitolu fir-rigward tal-proċedura, inkluż l-ammissibbiltà għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda ta’ indikazzjoni ġeografika, kif ukoll il-proċedura, inkluż l-ammissibiltà, għat-talbiet għal oġġezzjoni, kanċellazzjoni, jew konverżjoni, u s-sottomissjoni tal-informazzjoni relatata mad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward:

    (a) tal-mudelli għad-dokumenti u l-format tat-trasmissjoni;

    (b) tal-limiti ta’ żmien;

    (c) tad-dettalji tal-fatti, l-evidenza u d-dokumenti ta’ appoġġ li jridu jiġu sottomessi bħala appoġġ tal-applikazzjoni jew talba.

    Artikolu 31Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-assistenza ta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36

    Meta applikazzjoni jew talba sottomessa skont dan il-Kapitolu titqies bħala inammissibbli, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-assistenza ta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36, tiddeċiedi li tiċħadha fuq il-bażi ta’ inammissibbiltà.

    KAPITOLU IVDISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALITRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 32Kontrolli u verifika ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat

    1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli tal-prodotti tal-inbid aromatizzat. Dawn għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari dawn għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontroll fir-rigward tal-obbligi stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    2. Il-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u fejn ikun hemm bżonn għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li jridu jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 33Skambju ta’ informazzjoni

    1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-konformità mal-obbligi internazzjonali li jikkonċernaw il-prodotti tal-inbid aromatizzat. Dik l-informazzjoni tista’, fejn xieraq, tiġi trasmessa jew tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u tista’ ssir pubblika.

    2. Sabiex tagħmel in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 veloċi, effiċjenti, preċiżi u kost-effettivi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi:

    (a) in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata

    (b) il-metodi ta’ notifika;

    (c) ir-regoli relatati mad-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għas-sistemi ta’ informazzjoni disponibbli;

    (d) il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

    3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta:

    (a) regoli dwar l-għoti ta’ informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu;

    (b) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;

    (c) arranġamenti għat-trasmissjoni jew għad-disponibbiltà tal-informazzjoni u d-dokumenti lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku.

    Artikolu 34 Setgħat tal-Kummissjoni

    Meta jingħataw is-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati, għandu japplika l-Artikolu 35.

    Meta jingħataw is-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni, din għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 36(2), ħlief jekk ma jkunx stipulat espliċitament mod ieħor f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 35 Eżerċizzju tad-delegazzjoni

    1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

    3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum wara l-pubblikazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

    4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ [xahrejn] ta’ notifika ta’ dak l-att jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Artikolu 36Atti ta’ implimentazzjoni - kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 37 Revoka

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 qiegħed jiġi revokat minn [ data ta’ applikazzjoni = sena(1) wara d-dħul fis-seħħ ].

    Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 38Miżuri tranżitorji

    1. Sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni mir-regoli stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, fejn xieraq, tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri biex temenda jew tidderoga minn dan ir-Regolament, sa [ 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ] .

    2. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li ġew prodotti skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 qabel [data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ] jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

    Artikolu 39Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan għandu japplika [ sena(1) wara d-dħul fis-seħħ, għandha timtela b’data preċiża meta r-Regolament jkun sejjer jiġi ppubblikat ].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET, REKWIŻITI U RESTRIZZJONIJIET TEKNIĊI

    (1) Għoti ta’ togħma

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-għoti tat-togħma lill-inbejjed aromatizzati:

    (a) sustanzi u/jew preparazzjonijiet naturali ta’ għoti ta’ togħma kif definit fl-Artikolu 3(2) (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 ;

    (b) sustanzi ta’ għoti ta’ togħma:

    - identiċi għall-vanillin,

    - li għandhom ir-riħa u/jew it-togħma tal-lewż,

    - li għandhom ir-riħa u/jew it-togħma tal-berquq,

    - li għandhom ir-riħa u/jew it-togħma tal-bajd, u/jew

    (c) ħxejjex aromatiċi u/jew ħwawar aromatiċi u/jew oġġetti tal-ikel li jagħtu t-togħma l-ikel,

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-għoti tat-togħma ta’ xarbiet ibbażati fuq l-inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid:

    (a) sustanzi u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definit fl-Artikolu 3(2) (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, u/jew;

    (b) ħxejjex aromatiċi u/jew ħwawar u/jew oġġetti tal-ikel li jagħtu t-togħma.

    (2) Għoti ta' ħlewwa

    Il-prodotti tal-inbid aromatizzat jistgħu jingħataw il-ħlewwa bl-użu ta’ wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin:

    (a) zokkor nofsu abjad, zokkor abjad, zokkor raffinat, destrożju, fruttożju, ġulepp tal-glukożju, taħlita likwida ta' zokkor likwidu maqlub, ġulepp taz-zokkor maqlub, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem[15];

    (b) most tal-għeneb rettifikat u konċentrat, most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb;

    (c) zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussiviament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr bażijiet, aċidi minerali jew addittivi oħra kimiċi;

    (d) għasel kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel[16];

    (e) ġulepp tal-ħarrub;

    (f) kwalunkwe sustanza karboidrata oħra naturali li għandha effett simili għal dawk il-prodotti.

    (3) Żieda ta’ alkoħol

    Wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin li jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni ta’ ċerti nbejjed aromatizzati u, ċertu xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat:

    (a) etanol li joriġina mill-vitikultura,

    (b) alkoħol etiliku jew alkoħol tal-għeneb imnixxef,

    (c) etanol ta’ oriġini agrikola,

    (d) distillat tal-inbid jew distillat tal-għeneb imnixxef,

    (e) distillat ta’ oriġini agrikola,

    (f) spirtu mill-inbid jew spirtu mill-karfa tal-għeneb magħsur,

    (g) spirtu tal-għeneb,

    Il-prodotti elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. B’mod partikolari l-etanol ta’ oriġini agrikola għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) karatteristiċi organolettiċi: ebda togħma notevoli minbarra dik tal-materja prima;

    (b) qawwa alkoħolika minima skont il-volum: 96 %;

    (c) livell minimu tar-residwi:

    (i) aċidità totali, imfissra fi grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: : 1.5,

    (ii) esteri mfissra fi grammi ta’ aċitat etiliku għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkħol: : 1.3,

    (iii) aldeid mfisser fi grammi ta’ aldeid aċetiku għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: 0.5,

    (iv) alkoħol ogħla mfisser fi grammi ta’ methyl-2 propanol-1 għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: 0.5,

    (v) metanol imfisser fi grammi għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: 30,

    (vi) estratt niexef imfisser fi grammi għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: 1.5,

    (vii) bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu mfissra fi grammi kull għal ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol: 0.1,

    (viii) furfural: imperċettibbli.

    L-etanol użat biex jiddilwa jew idewweb is-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu ttogħma, jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor fil-preparazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat għandu jintuża fid-doża strettament neċessarja u mhuwiex ikkunsidrat bħala żieda ta’ alkoħol għall-produzzjoni ta’ prodott tal-inbid awtorizzat.

    (4) Addittivi u sustanzi koloranti

    Ir-regoli dwar l-addittivi tal-ikel, inklużi l-kuluri, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti tal-inbid aromatizzat.

    (5) Żieda ta’ ilma

    Għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, iż-żieda tal-ilma għandha tkun awtorizzata sakemm tintuża fid-doża strettament neċessarja għall-preparazzjoni tal-essenza li tagħti t-togħma, biex iddewweb is-sustanzi koloranti u li jagħtu l-ħlewwa u/jew biex taġġusta l-kompożizzjoni finali tal-prodott.

    Il-kwalità tal-ilma miżjud trid tkun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali[17] u d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat- 3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem[18], u din ma għandhiex tbiddel in-natura tal-prodott.

    Dan l-ilma jista’ jkun distillat, demineralizzat, permutat jew imrattab.

    (6) Għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat, għandha tkun awtorizzata ż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju.

    (7) Qawwa alkoħolika skont il-volum

    “Qawwa alkoħolika skont il-volum” tfisser il-proporzjon tal-volum tal-alkoħol pur preżenti fil-prodott ikkonċernat f’20°C għall-volum totali ta’ dak il-prodott bl-istess temperatura.

    “Qawwa alkoħolika attwali skont il-volum” tfisser in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jkun jinsab f’100 volum tal-prodott bl-istess temperatura.

    “Qawwa alkoħolika potenzjali skont il-volum” tfisser in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jintħalqu mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor li jinsab f’100 volum tal-prodott bl-istess temperatura;

    “Qawwa alkoħolika totali skont il-volum” tfisser it-total tal-qawwa attwali u dik potenzjali skont il-volum.

    ANNESS II

    DENOMINAZZJONIJIET TAL-BEJGĦ U DESKRIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT

    A. DENOMINAZZJONIJIET TAL-BEJGĦ U DESKRIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT

    (1) Inbid aromatizzat :

    Inbid aromatizzat li ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

    (2) Inbid aromatizzat imqawwi:

    Inbid aromatizzat li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

    (3) Aperitif ibbażat fuq l-inbid :

    Inbid aromatizzat li jista’ jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

    L-użu tat-terminu “aperitif” f’dan il-każ huwa mingħajr ħsara għall-użu tiegħu għad-definizzjoni tal-prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (4) Vermut :

    Inbid aromatizzat:

    - li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu,

    - li t-togħma karatteristika tiegħu tkun inkisbet mill-użu ta’ sustanzi xierqa tal-ħwawar tal-Artemisia u,

    - li jista’ jkun ingħata ħlewwa biss permezz taz-zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb konċentrat u rettifikat u most tal-għeneb konċentrat.

    (5) Inbid morr aromatizzat:

    Inbid aromatizzat li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu u li jkollu togħma karatteristika morra.

    Id-deskrizzjoni “nbid aromatizzat morr” għandha tkun segwita bl-isem tas-sustanza prinċipali li tagħti t-togħma morra. L-espressjonijiet li ġejjin, jew espressjonijiet ekwivalenti f’lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni, jistgħu jintużaw biex jissupplimentaw jew jissostitwixxu din id-deskrizzjoni:

    - “ Quinquina wine ”, li t-togħma prinċipali tiegħu hija togħma naturali ta’ kinina,

    - “ Bitter vino ”, li t-togħma prinċipali tiegħu hija togħma naturali ta’ ġenzjana u x-xarba ġiet ikkulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra; l-użu tal-kelma “bitter” (morr) f’dan il-każ għandu jkun mingħajr ħsara għall-użu tagħha għad-definizzjoni tal-prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-regolament,

    - “ Americano ”, li t-togħma tiegħu hija dovuta għall-preżenza ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma naturali li ġejjin mill-assenzju u l-ġenzjana u x-xarba tkun ġiet ikkulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra u/jew ħamra.

    (6) Inbid aromatizzat b’bażi ta’ bajd :

    Inbid aromatizzat:

    - li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu

    - li miegħu jkunu ġew miżjuda l-isfar tal-bajd ta’ kwalità tajba jew il-kuntratti minnu u,

    - li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor maqlub ta’ aktar minn 200 gramma u kontenut ta’ abjad tal-bajd minimu ta’ 10 grammi għal kull litru ta’ prodott lest .

    It-terminu “cremovo” jista’ jakkumpanja t-terminu “inbid aromatizzat b’bażi ta’ bajd” meta nbid bħal dan ikun fih l-inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 80 %.

    It-terminu “cremovo zabaione” jista’ jakkumpanja t-terminu “inbid aromatizzat b’bażi ta’ bajd” meta nbid bħal dan ikun fih l-inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 80 % u kontenut ta’ abjad tal-bajd ta’ mhux inqas minn 60 gramma għal kull litru.

    (7) Väkevä viiniglögi Starkvinsglögg

    Inbid aromatizzat:

    - li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu u,

    - li t-togħma karatteristika tiegħu tkun inkisbet bl-użu tal-imsiemer tal-qronfol u/jew tal-kannella.

    B. DENOMINAZZJONIJIET TAL-BEJGĦ U DESKRIZZJONIJIET TAX-XORB IBBAŻAT FUQ L-INBID AROMATIZZAT

    (1) Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat li ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

    (2) Xorb ibbażat fuq l-inbid imqawwi aromatizzat

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu

    - li jkun ingħata l-ħlewwa,

    - li jkun inkiseb minn inbid abjad,

    - li miegħu jkun ġie miżjud id-distillat tal-għeneb imnixxef u,

    - li jkun ingħata t-togħma esklussivament mill-estratt tal-kardamonu;

    - jew

    - li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu,

    - li jkun ingħata l-ħlewwa,

    - li jkun inkiseb minn inbid aħmar u,

    - li miegħu jkunu ġew miżjuda preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma miksubin esklussivament minn ħwawar, ġinseng, ġewż, essenzi tal-frott taċ-ċitru u ħxejjex aromatiċi.

    (3) Sangria :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jkun inkiseb mill-inbid,

    - li huwa aromatizzat biż-żieda ta’ estratti jew essenzi naturali tal-frott taċ-ċitru, bi jew mingħajr il-meraq ta’ frott bħal dan,

    - li miegħu jista' jkun li ġew miżjuda ħwawar,

    - li miegħu jista' jkun li ġie miżjud CO2 ,

    - - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol

    - li ma jkunx ingħata kulur,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 4.5% vol., u inqas minn 12 % vol. u,

    - li jista’ jkun fih partikoli solidi tal-polpa jew tal-qxur tal-frott taċ-ċitru u l-kulur tiegħu jiġi esklussiviament mill-materja prima użata.

    Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ trid tkun akkumpanjata mill-kliem ‘prodott fi …’ segwita bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristrett minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun ġie magħmul fi Spanja jew fil-Portugall.

    Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja jew fil-Portugall.

    (4) Clarea :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat, li jkun inkiseb minn inbid abjad taħt l-istess kondizzjonijiet bħas-Sangria.

    Id-deskrizzjoni “ Clarea ” trid tkun akkumpanjata mill-kliem «prodott fi …» segwit bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristretta minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun sar fi Spanja.

    Id-deskrizzjoni “ Clarea ” tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat” biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja .

    (5) Zurra :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat li jinkiseb biż-żieda ta’ brandi jew spirtu tal-inbid kif definit fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 mas- Sangria u l- Clarea , possibbilment biż-żieda ta’ biċċiet tal-frott. Il-qawwa alkoħolika attwali skont il-volum għandha tkun ta’ 9 % vol jew aktar u inqas minn 14 % vol.

    (6) Bitter soda :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - miksub minn “bitter vino” li l-kontenut tiegħu fil-prodott lest ma jridx ikun inqas minn 50 % skont il-volum,

    - - li jkun ġie miżjud miegħu s-CO2 jew ilma bil-gass u,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 8 % vol., u inqas minn 10.5 % vol..

    - L-użu tal-kelma “bitter”(morr) f’dan il-kuntest għandu jkun mingħajr ħsara għall-użu tagħha biex tiddefinixxi prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

    (7) Kalte Ente :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li huwa miksub mit-taħlita ta’ nbid, inbid semifrizzanti jew inbid inbid semifrizzanti miżjud b’CO2 ma’ nbid frizzanti jew inbid frizzanti b’CO2 miżjud,

    - li miegħu jkunu ġew miżjuda sustanzi tal-lumi naturali jew estratti tagħhom,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 % vol..

    - Il-prodott lest għandu jkun fih mhux inqas minn 25 % skont il-volum ta' nbid frizzanti jew inbid frizzanti b’CO2 miżjud.

    (8) Glühwein :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar jew abjad,

    - li jingħata togħma prinċipalment mill-kannella u/jew l-imsiemer tal-qronfol,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol

    - għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 % vol..

    Mingħajr ħsara għall-kwantitajiet tal-ilma li jirriżultaw mir-rikors għall-Anness I (5), iż-żieda tal-ilma hija projbita.

    Fejn dan jiġi preparat bl-inbid abjad, id-denominazzjoni tal-bejgħ “ Glühwein ” għandha tkun supplimentata bil-kliem “ inbid abjad ”;

    (9) ViiniglögiVinglögg

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar jew abjad,

    - li jingħata togħma prinċipalment mill-kannella u/jew l-imsiemer tal-qronfol,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol,

    - għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 % vol..

    Fejn dan jiġi preparat bl-inbid abjad, id-denominazzjoni tal-bejgħ “ ViiniglögiVinglögg ” għandha tkun supplimentata bil-kliem “inbid abjad”.

    (10) Maiwein :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - - li jinkiseb mill-inbid li fih ikunu ġew miżjuda l-pjanti tal- Asperula odorata L. jew estratti tagħhom sabiex tiġi żgurata togħma predominanti ta’ Asperula odorata L.,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol,

    - għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 % vol..

    (11) Maitrank :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jinkiseb mill-inbid abjad, li fih il-pjanti tal- Asperula odorata L. ikunu ġew immaċerati jew li magħhom ikunu ġew miżjuda estratti tal- Asperula odorata L. b’żieda ta’ larinġ u/jew frott ieħor, possibbilment fil-forma ta’ meraq, konċentrat jew estratti, u b’massimu ta’ 5 % zokkor li jagħti l-ħlewwa,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol,

    - għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 % vol..

    (12) Pelin :

    Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat

    - li jinkiseb mill-inbid aħmar jew abjad, konċentrat tal-most tal-għeneb, meraq tal-għeneb (jew zokkor tal-pitravi) u taħlita speċifika ta’ ħxejjex aromatiċi,

    - li miegħu ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 8.5 % vol. u,

    - li għandu kontenut ta’ zokkor mfisser bħala zokkor maqlub ta’ 45-50 gramma għal kull litru, u aċidità totali ta’ mhux inqas minn 3 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

    C. DENOMINAZZJONIJIET TAL-BEJGĦ U DESKRIZZJONIJIET TA’ COCKTAILS AROMATIZZATI MAGĦMULA MILL-PRODOTTI TAL-INBID

    (1) Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid

    Prodott li jikkonforma mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(4).

    L-użu tat-terminu «cocktail» f’din il-konnessjoni huwa mingħajr ħsara għall-użu tiegħu għad-definizzjoni ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (2) Cocktail b’bażi ta’ nbid :

    Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid

    - li fih il-proporzjon ta’ most tal-għeneb konċentrat ma jaqbiżx 10 % tal-volum totali tal-prodott lest,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ inqas minn 7 % vol. u,

    - li fih il-kontenut ta’ zokkor, imfisser bħala zokkor maqlub huwa ta’ inqas minn 80 gramma għal kull litru.

    (3) Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ għeneb semifrizzanti:

    Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid

    - li jinkiseb esklussivament mill-most tal-għeneb,

    - li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ inqas minn 4 % vol. u,

    - li fih id-dijossidu tal-karbonju miksub esklussivament mill-fermentazzjoni tal-prodotti użati.

    (4) Cocktail tal-inbid :

    Cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid, li jitħallat mal-inbid semifrizzanti.

    ANNESS III

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Regolament (KEE) Nru 1601/91 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2(1) sa (4) | Artikolu 2 u Anness II |

    Artikolu 2(5) | Artikolu 5(1) |

    Artikolu 2(6) | Artikolu 5(2) |

    Artikolu 2(7) | Artikoli 9 u 35 |

    Artikolu 3 | Artikolu 3(1) u Anness I |

    Artikolu 4 | Artikolu 3(1) u Anness I |

    Artikolu 4(4) | Artikolu 3(3) |

    Artikolu 5 | Artikolu 3(2) |

    Artikolu 6(1) | Artikolu 4(1) u (2) |

    Artikolu 6(2)a) | Artikolu 4(4) |

    Artikolu 6(2)b) | Artikolu 21 |

    Artikolu 6(3) | Artikolu 4(5) |

    Artikolu 6(4) | Artikolu 8 |

    Artikolu 7(1) u (3) | _ |

    Artikolu 7(2) | Artikolu 4(3) |

    Artikolu 8(1) | _ |

    Artikolu 8(2) | Artikolu 4(1) u (2) |

    Artikolu 8(3) | Artikolu 5(3) |

    _ | Artikolu 6 |

    Artikolu 8(4), l-ewwel u t-tieni paragrafu | _ |

    Artikolu 8(4), it-tielet paragrafu | Anness I (3), it-tielet paragrafu |

    Artikolu 8(4a) | _ |

    Artikolu 8(5) sa (8) | Artikolu 7 |

    Artikolu 8(9) | _ |

    Artikolu 9 | Artikolu 32 |

    Artikolu 10 | Artikolu 12 |

    Artikolu 10a | Artikoli 10 sa 31 |

    Artikolu 11 | _ |

    Artikoli 12 sa 15 | Artikoli 33 sa 35 |

    _ | Artikolu 36 |

    Artikolu 16 | Artikolu 37 |

    Artikolu 17 | Artikolu 38 |

    Anness I | Anness I (3), it-tieni paragrafu |

    Anness II | / |

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | Fiche Fin /11/465131 RVDE/cc 6.10.2011.1 |

    DATA: 14/04/2011 |

    1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT 05 02 09 | APPROPRJAZZJONIJIET. EUR 1143.7 miljun |

    2. | TITOLU: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-XXX dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti tal-inbid aromatizzat. |

    3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat |

    4. | GĦANIJIET: Li jiġi stabbilit qafas ġudizzjarju għad-definizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat. |

    5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2011 (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA LI JMISS 2012 (EUR miljuni) |

    5.0 | NEFQA - IDDEBITATA FIL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - |

    5.1 | DĦUL - RIŻORSI TAL-KE STESS (TAXXI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | - | - | - |

    2013 | 2014 | 2015 | 2016 |

    5.0.1 | STIMA TAN-NEFQA | - | - | - | - |

    5.1.1 | STIMA TAD-DĦUL | - | - | - | - |

    5.2 | METODU TAL-KALKOLU: - |

    6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVALE |

    6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVALE |

    6.2 | SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVALE |

    6.3 | SE JKUN MEĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS FUTURI? | IVALE |

    OSSERVAZZJONIJIET: Dan ir-regolament ma għandu l-ebda implikazzjoni baġitarja. |

    [1] ĠU C […], […], p. […]

    [2] ĠU C […], […], p. […]

    [3] ĠU C […], […], p. […]

    [4] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

    [5] ĠU L 21, 26.1.1994, p.7.

    [6] ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16

    [7] ĠU L 354, 31.12.2008, p.34

    [8] ĠU L […], […], p. […]

    [9] ĠU L […], […], p. […]

    [10] ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16

    [11] ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

    [12] ĠU L 229, 8.11.2009, p. 25.

    [13] ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

    [14] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    [15] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

    [16] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

    [17] ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.

    [18] ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

    Top