EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0451

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

/* KUMM/2011/0451 finali - 2011/0196 (COD) */

52011PC0451




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Raġunijiet u għanijiet

It-takografi għandhom rwol kruċjali fil-verifika tal-konformità minn sewwieqa professjonali tat-trasport bit-triq mar-regoli dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ. Dawn jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-triq, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa u l-kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji tat-trasport bit-triq. Li t-takografi jsiru iżjed kosteffikaċi huwa wieħed mill-elementi prinċipali tal-istrateġija tal-Kummissjoni biex tkompli tintegra s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tagħmel it-trasport bit-triq aktar sigur, effiċjenti u kompetittiv kif spjegat fil-White Paper dwar it-trasport tat-28 ta’ Marzu 2011[1].

L-UE ilha tirregola l-installazzjoni u l-użu tat-takografi sa mill-1970. Il-leġiżlazzjoni attwali fis-seħħ għall-apparat ta’ reġistrazzjoni huwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq[2]. Ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi u r-regoli dwar l-użu, l-approvazzjoni tat-tip, l-installazzjoni u l-ispezzjoni tat-takografi. Dan joħloq firxa ta’ obbligi legali għall-manifatturi u l-awtoritajiet iżda wkoll għall-operaturi tat-trasport u s-sewwieqa. Dan ir-Regolament diġà ġie adattat għaxar darbiet għall-progress teknoloġiku, permezz tal-komitoloġija.

Fil-preżent, żewġ tipi ta’ takografi qed jintużaw minn madwar 900 000 impriża tat-trasport u 6 miljun sewwieq. Minbarra t-takografu diġitali introdott fil-vetturi rreġistrati wara l-1 ta’ Mejju 2006, it-takografu analogu ilu jintuża sa mill-1985 u għadu jintuża f’vetturi eqdem.

Il-proposta mehmuża għandha l-għan li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 sabiex ittejjeb is-sistema tat-takografi. Din il-proposta hija akkumpanjata minn Komunikazzjoni li hija mibgħuta b’mod parallel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u li tispjega l-azzjonijiet l-oħra li huma meħtieġa sabiex il-miżuri tal-proposta mehmuża jsiru kompletament effettivi jew jiġu supplimentati.

1.2. Il-kwistjoni indirizzata

Sehem sinifikanti tal-vetturi kkontrollati mill-pulizija nazzjonali jew mill-uffiċjali tal-infurzar jinstabu li qed jiksru r-regoli soċjali. Madwar kwart ta’ dawn instabu li qed jiksru r-regoli tat-takografu. Fi kwalunkwe punt ta’ żmien, diversi eluf ta’ vetturi kummerċjali tqal (heavy duty) isuqu fuq in-netwerk trans-Ewropea b’takografu mbagħbas jew kard mhux valida. Tali nuqqas ta’ konformità mal-obbligi għal perjodi minimi ta’ mistrieħ jirriżulta f’għeja kbira għas-sewwieq, li huwa stmat li jipproduċi żieda fil-kost soċjali tal-inċidenti ta’ EUR 2.8 biljun fis-sena. Dan jagħti wkoll vantaġġ kompetittiv mhux dovut lil dawk li qed jiksru l-liġi, b’impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern u b’implikazzjonijiet serji għas-saħħa tas-sewwieqa.

Barra minn hekk, hemm spazju għal titjib ulterjuri tal-mod kif it-takografu (diġitali) jassisti fix-xogħol tas-sewwieqa u jappoġġja l-effiċjenza fit-trasport. Għalkemm l-introduzzjoni tat-takografu diġitali diġà naqqset sostanzjalment il-piż amministrattiv fuq id-diversi partijiet, il-kost annwali tal-konformità, stmat għal madwar EUR 2.7 biljun, għadu għoli wisq.

Il-proposta għalhekk għandha l-għan li twassal għal infurzar aħjar tar-regoli soċjali u li jonqos il-piż amministrattiv mhux neċessarju, billi tiżviluppa l-aspetti tekniċi tat-takografu u żżid l-effiċjenza.

1.3. Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-UE

Il-proposta hija konsistenti mal-politika mħabbra mill-Kummissjoni fil-White Paper tagħha ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti’[3]. Din hija msemmija espliċitament bħala parti mill-Inizjattiva 6 li tikkonċerna t-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq[4].

Il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport Intelliġenti (STI)[5] u d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport[6].

Il-proposta tikkunsidra wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt li tiġi rispettata l-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà li wieħed imexxi negozju (l-Artikolu 16) u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni (l-Artikolu 49), u d-dritt li wieħed ma jiġix mixli jew ikkundannat darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50).

2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati minn Diċembru 2009 sa Marzu 2010. Minħabba n-natura teknika tas-suġġett, il-parteċipazzjoni kienet relattivament kbira: 73 kontribuzzjoni, il-maġġoranza ta’ kwalità għolja, ġew riċevuti minn diversi partijiet interessati.

Il-maġġoranza tal-partijiet interessati riedu jaraw titjib fit-takografu diġitali, iżda ma ridux li jiġi sostitwit minn tip differenti ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni. Kważi l-partijiet interessati kollha kienu tal-opinjoni li kienu neċessarji kriterji armonizzati fil-livell tal-UE għall-apparat ta’ reġistrazzjoni. Il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip għat-takografu kien meqjus sodisfaċenti. Kważi l-partijiet interessati kollha qalu wkoll li l-livell ta’ sigurtà għandu jinżamm jew anki jitjieb. Ġew espressi ħafna ideat li ġew eżaminati sussegwentement fil-Valutazzjoni tal-Impatt għat-tnaqqis tal-kost tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u/jew biex isir użu aħjar tiegħu – pereżempju permezz ta’ integrazzjoni tal-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewqan.

2.2. Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-Kummissjoni kienet f’kuntatt kontinwu mal-Istati Membri u l-partijiet interessati permezz tal-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 għall-kwistjonijiet relatati mal-apparat ta’ reġistrazzjoni. Il-Kumitat normalment jiltaqa’ darba fis-sena. Il-partijiet interessati ewlenin ħadu sehem f’dan il-kumitat bħala osservaturi. Dawn inkludew organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-pulizija kif ukoll manifatturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ inizjattivi biex tipprovdi sfond għall-proposta.

Il-Kummissjoni kkofinanzjat konsultazzjoni estensiva fuq sentejn li ġġib flimkien il-partijiet interessati ewlenin[7].

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) ivvaluta l-vulnerabbiltà u l-verifikabbiltà preżenti tat-takografu diġitali. Il-JRC irrapporta wkoll lill-Kummissjoni dwar ix-xenarji tekniċi għall-iżvilupp ulterjuri tat-takografu diġitali.

Il-kumitat tad-djalogu soċjali settorjali dwar it-trasport bit-triq ġie kkonsultat fis-26 ta’ Mejju 2010. Fit-8 ta’ Lulju 2010, l-imsieħba soċjali Ewropej qablu dwar dikjarazzjoni konġunta dwar ir-reviżjoni tar-regolament dwar it-takografu diġitali, u din ingħatat kunsiderazzjoni fit-tħejjija ta’ din il-proposta[8].

Sabiex iħejji l-Valutazzjoni tal-Impatt, il-kuntrattur estern stabbilixxa Grupp ta’ Esperti li jinkludi rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tat-trasport bit-triq, unjins tat-trasport bit-triq, awtoritajiet tal-infurzar u tal-approvazzjoni tat-tip, awtoritajiet għall-ħruġ tal-kards, manifatturi tal-vetturi, u manifatturi tat-takografi. Il-Grupp ta’ Esperti rreveda d-dokumenti ppreparati mill-kuntrattur u attenda sessjoni ta’ ħidma li fih ġie rivedut u diskuss l-abbozz tar-rapport finali tal-kuntrattur.

2.3. Valutazzjoni tal-Impatt

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u r-rapporti tal-esperti dwar is-suġġett ippermettew lill-Kummissjoni tidentifika sett wiesa’ ta’ miżuri individwali li x’aktarx jindirizzaw il-problemi identifikati. Dan kien segwit minn eżaminazzjoni minn qabel tal-miżuri possibbli.

Wara ġew stabbiliti pakketti tal-politika li joffru alternattivi politiċi vijabbli għall-kisba tal-għanijiet. Il-pakketti tal-politika kienu meħtieġa għaliex, f’termini ta’ sigurtà, l-affidabbiltà tas-sistema tiddependi fuq is-sigurtà ta’ ħafna mill-elementi tagħha; u minħabba li huma meħtieġa proċeduri leġiżlattivi differenti (komitoloġija vs kodeċiżjoni). Fil-qosor, il-pakketti li ġew stabbiliti huma dawn li ġejjin:

Il-Pakkett ta’ Politika 1 (PP1) huwa pakkett tekniku li għandu l-għan sempliċement li jtejjeb l-apparat tat-takografu attwali u jinkludi l-miżuri li ġejjin:

- Siġilli ta’ kwalità ogħla

- Interfaċċja aħjar mal-utenti

- Teknoloġija tal-kriptaġġ iżjed sigura

Il-Pakkett ta’ Politika 2 (PP2) huwa wkoll pakkett ta’ miżuri tekniċi iżda li għandu jwessa’ sostanzjalment il-funzjonalitajiet tat-takografu diġitali, li jwassal għal tip ġdid ta’ takografi diġitali.

- Titjib fil-funzjonijiet tat-takografu (reġistrazzjoni awtomatika u manwali)

- Komunikazzjoni mingħajr fili għal kontrolli mill-ġenb tat-triq

- Interfaċċja armonizzata ma’ applikazzjonijiet oħra tas-STI

Il-Pakkett ta’ Politika 3 (PP3) jinkludi biss miżuri mhux tekniċi.

- Ħwienet tax-xogħol iżjed affidabbli

- Li l-frodi tal-kards tas-sewwieqa issir iżjed diffiċli

- Taħriġ aħjar tal-uffiċjali tal-kontroll

- Livell minimu ta’ armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet

- Regoli modernizzati dwar l-użu

Il-Pakkett tal-Politika 4 (PP4) huwa kombinazzjoni ta’ miżuri tekniċi u miżuri ta’ titjib tas-sistema (PP2+PP3).

Mill-perspettiva tal-effikaċja, PP4 huwa l-aktar attraenti għaliex joffri l-ogħla livell potenzjali ta’ kisba taż-żewġ għanijiet speċifiċi. Madankollu, l-analiżi tal-koerenza turi li PP4 jippreżenta wkoll l-ogħla kompromessi bejn l-impatti pożittivi ekonomiċi u soċjali minn naħa, u l-impatti baġitarji fuq l-awtoritajiet pubbliċi min-naħa l-oħra. F’termini ta’ koerenza, PP1 jikklassifika bħala l-ogħla. Fl-aħħar nett, PP4 jirrikjedi l-aktar flus f’termini ta’ investiment meħtieġ, filwaqt li PP1 huwa l-orħos u l-aktar faċli biex jiġi implimentat, għaliex dan jista’ jiġi adottat mingħajr ma tiġi segwita l-proċedura leġiżlattiva normali.

Meta jitqiesu dawn l-aspetti kollha, u fin-nuqqas ta’ analiżi sħiħa tal-kost-benefiċċju, l-effetti pożittivi ta’ PP4 jidhru li jissuperaw l-ispejjeż tiegħu. Tabilħaqq, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv ta’ PP4 huwa ta’ EUR 515.5 miljun, ferm ogħla mill-kosti totali tal-implimentazzjoni sħiħa tiegħu. Għalhekk, l-analiżi mwettqa tissuġġerixxi li l-Pakkett ta’ Politika 4 għandu jkun l-alternattiva preferita.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju tal-miżuri proposti

Il-bidliet ewlenin li ġejjin se jiġu introdotti permezz tar-Regolament propost:

- Il-komunikazzjoni remota mit-takografu għal skopijiet ta’ kontroll (l-Artikolu 5 tar-regolament futur dwar it-takografu): din il-miżura se tagħti lill-awtoritajiet ta’ kontroll ċerti indikazzjonijiet bażiċi dwar il-konformità qabel ma titwaqqaf il-vettura għal kontroll mal-ġenb tat-triq. Impriżi li jikkonformaw b’hekk jevitaw kontrolli mal-ġenb tat-triq bla bżonn u għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ulterjuri tal-piż amministrattiv.

- Integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-kards tas-sewwieqa mal-liċenzja tas-sewqan (l-Artikolu 27 tar-regolament futur dwar it-takografu): permezz tal-integrazzjoni tal-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewqan, din il-miżura se żżid is-sigurtà tas-sistema għaliex is-sewwieqa se jkunu inqas inklinati li jużaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom taħt ċirkostanza ta’ frodi. Din se tnaqqas ukoll b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Din il-miżura teħtieġ adattamenti żgħar għad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan. Il-proposta korrispondenti qed tiġi żviluppata f’mod parallel ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun malajr.

- Reġistrazzjoni awtomatizzata tal-lokazzjoni preċiża permezz ta’ GNSS (l-Artikolu 4 tar-regolament futur dwar it-takografu): din id-dispożizzjoni se tagħti lill-awtoritajiet tal-kontroll iżjed informazzjoni għall-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali. Bl-użu ta’ reġistrazzjoni awtomatizzata, din se tgħin tnaqqas il-piż amministrattiv.

- L-iżgurar tal-integrazzjoni tat-takografu diġitali fis-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (STI) (l-Artikolu 6 tar-regolament futur dwar it-takografu): permezz tal-provvista ta’ interfaċċja armonizzata u standardizzata tat-takografu, applikazzjonijiet oħra tas-STI se jkollhom aċċess iżjed faċli għad-dejta rreġistrata u prodotta mit-takografu diġitali.

- Żieda fl-affidabbiltà tal-ħwienet tax-xogħol (il-Kapitolu IV, b’mod partikolari l-Artikolu 19, tar-regolament futur dwar it-takografu): permezz tat-tisħiħ tal-qafas legali għall-approvazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol pereżempju b’sistema ta’ kontrolli regolari u mhux imħabbra u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, l-affidabbiltà tal-ħwienet tax-xogħol se tiżdid u r-riskju ta’ frodi u manipulazzjoni se jonqos.

- Livell minimu ta’ armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet (l-Artikolu 37 tar-regolament futur dwar it-takografu): din l-armonizzazzjoni minima tiżgura li l-ksur tar-regoli dwar it-takografu li huwa klassifikat fil-leġiżlazzjoni tal-UE bħala ‘ksur serju ħafna’[9] u bħala ‘ksur l-aktar serju’[10] se tattira l-ogħla kategorija ta’ pieni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

- Taħriġ tal-uffiċjali tal-kontroll (l-Artikolu 35 tar-regolament futur dwar it-takografu): ir-Regolament se jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu taħriġ xieraq lill-uffiċjali tal-kontroll tagħhom responsabbli għall-verifika tal-apparat ta’ reġistrazzjoni.

- Ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006[11] (l-Artikolu 2): din il-miżura ta’ eżenzjoni ta’ ċertu vetturi mill-obbligu li jsir użu mit-takografu ġiet rakkomandata mill-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi mmexxi mis-Sur Stoiber. Din se tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk l-impriżi li huma l-aktar SMEs.

Ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 hija wkoll opportunità biex jiġu modernizzati u simplifikati t-testi, pereżempju billi jingħataw definizzjonijiet ċari (l-Artikolu 2 tar-regolament futur dwar it-takografu), li jagħmel il-ħidma tal-esperti aktar effiċjenti bl-inklużjoni ta’ esperti minn pajjiżi mhux tal-UE li jużaw it-takografu diġitali (l-Artikolu 41 tar-regolament futur dwar it-takografu), u billi tiddaħħal referenza diretta għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta (l-Artikolu 34 tar-regolament futur dwar it-takografu).

3.2. Bażi legali

Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-istess bħal dik għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 eżistenti, jiġifieri l-Artikolu 91 TFUE.

3.3. Prinċipju ta’ sussidjarità

Il-prinċipju ta’ sussidjarità japplika sakemm il-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu f’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. It-trasport bit-triq qed isir dejjem iżjed ta’ natura transnazzjonali. It-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq kien jammonta għal madwar terz (jew 612 biljun tkms) tat-trasport totali tal-merkanzija bit-triq fl-UE fl-2006. Il-leġiżlazzjoni soċjali f’dan il-qasam hija armonizzata fil-livell tal-UE permezz tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u l-verifika tal-konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni teħtieġ apparat ta’ reġistrazzjoni li huwa interoperabbli bejn l-Istati Membri. Minħabba n-natura dejjem iżjed transnazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE u n-natura armonizzata tal-leġiżlazzjoni soċjali, ikun kontroproduttiv jekk ir-regolazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni terġa’ tibda ssir fil-livell nazzjonali.

3.4. Prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ propozjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

L-għanijiet totali tal-proposta huwa t-titjib tal-effiċjenza u tal-effikaċja tas-sistema tat-takografu. Il-miżuri proposti huma proporzjonali għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet, għaliex dawn se jwasslu għal tnaqqis fil-piż amministrattiv u fil-kosti relatati mal-użu tat-takografu mis-sewwieqa, l-intrapriżi u l-korpi tal-kontroll. Dawn ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet.

3.5. Għażla tal-istrument

Minħabba li l-proposta timmodifika regolament, l-istrument magħżul huwa wkoll regolament. Għalissa qed jiġi propost li jiġu riveduti biss l-artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, mhux l-annessi tekniċi tiegħu. Wara l-adozzjoni ta’ din l-emenda ta’ Regolament, it-test legali, inklużi l-annessi, se jiġu kkonsolidati permezz ta’ proċedura ta’ kodifikazzjoni.

3.6. Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

Il-proposta mhux se tinvolvi xi kost addizzjonali għall-baġit tal-UE.

5. SIMPLIFIKAZZJONI

Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta’ simplifikazzjoni. Din taqa’ fl-ambitu tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, u ssegwi proposti appoġġjati mill-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi, immexxi mis-Sur Stoiber. Il-proposta għalhekk tippermetti eżenzjonijiet nazzjonali għal ċerti kumpaniji mill-obbligu li jużaw takografu għal distanzi ta’ anqas minn 100 km, kif imħabbar mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE. Il-Pjanijiet għat-Tnaqqis Settorjali u l-Azzjonijiet tal-2009’[12].

2011/0196 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Waqt li jimxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq[15] jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni. Dan ġie sostanzjalment emendat f’ħafna okkażjonijiet, u sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza, id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu għandhom jiġu simplifikati u ristrutturati.

2. L-esperjenza turi li sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, jeħtieġ li jitjiebu ċerti elementi tekniċi u proċeduri ta’ kontroll.

3. Ċerti vetturi huma soġġetti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85[16]. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, għandu jkun possibbli li vetturi bħal dawn jiġu eżentati mill-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

4. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżenzjonijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u jonqos il-piż amministrattiv fuq l-impriżi tat-trasport filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament, id-distanzi massimi permissibbli stabbiliti fl-Artikoli 13(d), (f) u (p) tiegħu għandhom jiġu riveduti.

5. Ir-reġistrazzjoni tad-dejta tal-lokazzjoni tiffaċilita l-kontroverifika tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perjodi ta’ mistrieħ sabiex jiġu skoperti anomaliji u frodi. L-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni mqabbad ma’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali huwa mezz xieraq u kosteffikaċi li jippermetti r-reġistrazzjoni awtomatika ta’ dejta bħal din sabiex jgħin lill-uffiċjali tal-kontroll matul il-kontrolli, u għalhekk għandu jiddaħħal.

6. Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE[17] teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu għadd minimu ta’ kontrolli fil-ġenb tat-triq. Il-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta’ reġistrazzjoni u l-awtoritajiet tal-kontroll għal skopijiet ta’ kontroll mill-ġenb tat-triq tiffaċilita l-kontrolli mill-ġenb tat-triq immirati, li jrendi possibbli t-tnaqqis tal-piż amministrattiv maħluq minn kontrolli aleatorji fuq impriżi tat-trasport, u għalhekk għandha tiġi introdotta.

7. Is-sistemi ta’ trasport intelliġenti (STI) jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-isfidi quddiem il-politika tat-trasport Ewropea, bħall-volumi u l-konġestjoni li qed jikbru tat-trasport bit-triq u l-konsum dejjem jogħla tal-enerġija. Għandhom jiġu pprovduti interfaċċji standardizzati fl-apparat ta' reġistrazzjoni sabiex tkun żgurata l-interoperabblità mal-applikazzjonjiet tal-STI.

8. Is-sigurtà tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u s-sistema tiegħu hija essenzjali biex jiġi żgurat li tiġi prodotta dejta affidabbli. Il-manifatturi għandhom għalhekk jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu kontinwament l-apparat ta’ reġistrazzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu sabiex jiskopru, jipprevjenu u jimmitigaw il-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà.

9. Testijiet fuq il-post tal-apparat ta’ reġistrazzjoni li għad ma għandux approvazzjoni tat-tip jippermettu li l-apparat jiġi ttestjat f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali qabel jiġi introdott fuq bażi wiesgħa, li jippermetti titjib aktar malajr. It-testijiet fuq il-post għalhekk għandhom ikunu permessi, sakemm il-parteċipazzjoni f’testijiet bħal dawn u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jkunu sorveljati u kontrollati b’mod effettiv.

10. Il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol għandhom parti importanti fis-sigurtà tal-apparat ta’ reġistrazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati ċerti rekwiżiti minimi għall-aġġrovazzjoni u l-verifika tagħhom u li tiġi żgurata l-prevenzjoni ta' kunflitti bejn il-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi.

11. Sabiex jiġu żgurati skrutinju u kontroll iżjed effettivi tal-kards tas-sewwieqa, u jiġu ffaċilitati l-kompiti tal-uffiċjali tal-kontroll, għandhom jiġu stabbiliti r-reġistri elettroniċi nazzjonali, u għandu jkun hemm provvediment għall-interkonnessjoni ta’ dawk ir-reġistri.

12. Minħabba li l-frodi u l-użu ħażin relatati mal-liċenzji tas-sewqan huma anqas possibbli li jseħħu milli bil-kards tas-sewwieqa, is-sistema tal-apparat ta’ reġistrazzjoni tkun iżjed affidabbli u effettiva kieku l-kards tas-sewwieqa kellhom fil-futur jiġu inkorporati fil-liċenzi tas-sewqan. Dan l-approċċ inaqqas il-piż amministrattiv għas-sewwieqa li ma jkollhomx aktar bżonn japplikaw għal, jirċievu u jżommu żewġ dokumenti differenti. Għalhekk għandu jkun hemm provvediment għal emenda għad-Direttiva 2006/126/KE.

13. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq is-sewwieq u l-impriżi, għandu jiġi kkjarifikat li mhemm ebda bżonn għal prova bil-miktub ta' perjodi ta' mistrieħ kuljum jew kull ġimgħa. Għal skopijiet ta’ kontroll, il-perjodu li matulhom ma tiġix reġistrata attività għas-sewwieq għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ mistrieħ.

14. L-uffiċjali ta’ kontroll jiffaċċjaw sfidi kontinwi bħala riżultat tal-bidliet għall-apparat ta’ reġistrazzjoni u għal tekniki ġodda ta’ manipulazzjoni. Sabiex ikun żgurat kontroll aktar effikaċi u sabiex titjieb l-armonizzazzjoni tal-approċċi ta’ kontroll mal-Unjoni kollha, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll.

15. Ir-reġistrazzjoni tad-dejta mill-apparat ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għar-reġistrazzjoni ta’ dejta tal-lokazzjoni, il-komunikazzjoni mill-bogħod u l-interfaċċja mas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti se jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dejta bħal din, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta][18] u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data [dejta] personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika[19] għandha tiġi applikata.

16. Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tat-trasport bit-triq u jingħata messaġġ ċar lis-sewwieqa u lill-impriżi tat-trasport, l-ogħla kategorija ta’ sanzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu imposti fuq ksur ‘serju ħafna’ (kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq)[20], mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

17. Permezz tal-adattamenti tal-ftehim Ewropew li jikkonċerna x-xogħol ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi impenjati fit-trasport bit-triq internazzjonali, iffirmat f’Ġinevra fl-1 ta’ Lulju 1970, inklużi s-sitt emendi tiegħu, depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AETR), l-użu tal-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB sar obbligatorju fir-rigward ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiżi terzi tal-viċinat. Minħabba li dawn il-pajjiżi huma affettwati direttament mill-bidliet fl-apparat ta’ reġistrazzjoni introdotti mir-Regolament preżenti, dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi. Għalhekk għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografi.

18. Sabiex ikunu jistgħu jiġu riflessi l-iżviluppi tekniċi, il-Kummisjsoni għandha tingħata b’delega s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku u s-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji għar-reġistrazzjoni awtomatika tad-dejta tal-lokazzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mill-bogħod u sabiex tiġi żgurata interfaċċja mas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u l-abbozzar tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

19. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw it-testijiet fil-post, l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri u t-taħriġ tal-uffiċjali tal-kontroll, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[21].

20. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-proċeduri li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tat-testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw għall-monitoraġġ ta’ testijiet bħal dawn, kif ukoll il-metodoloġija għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali tal-kontroll.

21. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri.

22. Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:

1) L-Artikoli 1 sa 21 huma mibdula bl-artikoli li ġejjin:

‘KAPITOLU I

Prinċipji u ambitu

Artikolu 1Suġġett u prinċipju

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar tal-apparat ta’ reġistrazzjoni użat fit-trasport bit-triq għall-kontroll tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE[22] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE[23].

L-apparat ta’ reġistrazzjoni għandu, fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar, jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2Definizzjonijiet

23. Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

24. B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

25. ‘apparat ta’ reġistrazzjoni’ tfisser l-apparat intiż għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq għall-wiri, ir-reġistrazzjoni, l-istampar, il-ħżin u l-ħruġ awtomatiku jew semiawtomatiku tad-dettalji tal-moviment ta’ vetturi bħal dawn u ta’ ċerti perjodi tax-xogħol tas-sewwieqa tagħhom;

26. ‘unità ta’ vettura’ tfisser l-apparat ta’ reġistrazzjoni minbarra s-senser tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-senser tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ dan ir-Regolament;

27. ‘senser tal-moviment’ tfisser parti mill-apparat ta’ reġistrazzjoni li jipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vjaġġata;

28. ‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti maħsuba għall-użu mal-apparat ta’ reġistrazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni tar-rwol tad-detentur tal-kard u t-trasferiment u l-ħżin tad-dejta;

29. ‘formula ta’ reġistrazzjoni’ tfisser formula maħsuba biex taċċetta u żżomm id-dejta reġistrata, li trid titpoġġa fl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I u li fuqha jinkiteb rekord kontinwu tal-informazzjoni li trid tiġi reġistrata;

30. ‘kard tas-sewwieq’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil sewwieq partikolari li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-dejta tal-attività tas-sewwieq;

31. ‘kard tal-kontroll’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u b’mod mhux obbligatorju l-uffiċjal tal-kontroll u tippermetti aċċess għad-dejta maħżuna fil-memorja tad-dejta jew il-kards personali tas-sewwieq għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil;

32. ‘kard tal-kumpanija’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lis-sid jew lid-detentur tal-vetturi armati b’apparat ta’ reġistrazzjoni li tidentifika s-sid jew id-detentur u tippermetti l-wiri, it-tniżżil u l-istampar tad-dejta maħżuna fl-apparat ta’ reġistrazzjoni li jkun ġie magħluq b'mod sigur minn dak is-sid jew detentur;

33. ‘kard tal-ħanut tax-xogħol’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil manifattur ta’ apparat tar-reġistrazzjoni, fitter, manifattur tal-vetturi jew ħanut tax-xogħol approvat minn dak l-Istat Membru li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar, il-kalibrazzjoni u/jew it-tniżżil tal-apparat ta’ reġistrazzjoni;

34. ‘perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum’ tfisser il-perjodu li jinkludi l-ħin tas-sewqan, il-perjodi l-oħra kollha tax-xogħol, il-perjodi ta’ disponibbiltà, il-pawżi fix-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ li ma jaqbżux disa’ sigħat.

Artikolu 3Ambitu

35. L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jkun installat u użat fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru li jintużaw għat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija bit-triq li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

36. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-vetturi msemmija fl-Artikolu 13(1) u 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

37. L-Istati Membri jistgħu, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-vetturi użati għall-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament vetturi użati għall-operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006; dawn għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

38. Fil-każ ta' operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-installazzjoni u l-użu ta' apparat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament f'kull waħda mill-vetturi li skont il-paragrafu 1 ma jeħtiġux l-installazzjoni u l-użu tal-imsemmi apparat.

KAPITOLU II

Apparat ta’ reġistrazzjoni intelliġenti

Artikolu 4Reġistrazzjoni tad-dejta ta’ lokazzjoni

Id-dejta ta’ lokazzjoni għandha tiġi reġistrata biex tippermetti l-identifikazzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum. Għal dak il-fini, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni konness ma’ sistema satelittari tan-navigazzjoni globali (GNSS).

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jirrigwardaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji li jippermettu l-ipproċessar tad-dejta ta’ lokazzjoni riċevuta mill-GNSS mill-apparat ta’ reġistrazzjoni.

Artikolu 5Komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll

39. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti, l-apparat ta’ reġistrazzjoni installat fil-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw lil dawk l-awtoritajiet waqt li l-vettura tkun miexja.

40. Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-apparat ta’ reġistrazzjoni biss meta jkun mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet tal-kontroll. Din għandha tkun sigura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-dejta u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll.

41. Id-dejta skambjata matul il-komunikazzjoni għandha tkun limitata għad-dejta neċessarja għall-iskop tal-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq. Id-dejta li tikkonċerna l-identità tas-sewwieq, l-attivitajiet tas-sewwieq u l-veloċità ma għandhiex tiġi komunikata.

42. Id-dejta skambjata għandha tintuża għall-iskop uniku tal-kontroll tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Din ma għandhiex tiġi trażmessa lil entitajiet minbarra l-awtoritajiet ta’ kontroll.

43. Id-dejta tista’ tiġi maħżuna biss mill-awtoritajiet ta’ kontroll għad-dewmien ta’ kontroll fil-ġenb tat-triq, u għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sagħtejn wara li din tiġi konkluża.

44. Is-sid jew id-detentur tal-vettura għandu jkun responsabbli li jinforma lis-sewwieq dwar il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

45. L-awtorità tal-kontroll kompetenti, abbażi tad-dejta skambjata, tista’ tiddeċiedi li twettaq kontroll fuq il-vettura u l-apparat ta’ reġistrazzjoni.

46. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji biex jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta’ reġistrazzjoni u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Artikolu 6Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti

47. L-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB għandu jkun interoperabbli mal-applikazzjonijiet tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport[24].

48. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni b’interfaċċja armonizzata li tippermetti li d-dejta reġistrata jew prodotta tintuża għall-applikazzjonijiet tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti.

49. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċja, id-drittijiet tal-aċċess u l-lista tad-dejta li jista’ jkun hemm aċċess għaliha.

KAPITOLU III

Approvazzjoni tat-tip

Artikolu 7Applikazzjonijiet

50. Il-manifatturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip magħżula għal dan l-iskop minn kull Stat Membru.

51. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet magħżula skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet magħżula għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-websajt tagħha.

52. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-ispeċifikazzjonijiet xierqa u miċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima VIII tal-Anness IB. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-evalwaturi indipendenti li għandhom jagħtu ċ-ċertifikat tas-sigurtà.

53. L-ebda applikazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe tip wieħed ta’ unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu ma tista’ tiġi sottomessa lil iżjed minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 8L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip

Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew IB, sakemm l-Istat Membru jkun f’pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

Kwalunkwe modifika fil-mudell approvat jew xi żidiet miegħu jridu jirċievu approvazzjoni tat-tip tal-UE addizzjonali mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

Artikolu 9Marka tal-approvazzjoni tat-tip

L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-applikant marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li għandha taqbel mal-mudell muri fl-Anness II, għal kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li dawn japprovaw skont l-Artikolu 8.

Artikolu 10Approvazzjoni jew ċaħda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom, fir-rigward ta' kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li dawn japprovaw, għandhom jibagħtu fi żmien xahar kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni flimkien ma' kopji tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra .

Meta l-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra li l-approvazzjoni ġiet miċħuda u għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 11Konformità tal-apparat mal-approvazzjoni tat-tip

54. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 8 isib li kwalunkwe unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkollhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li huwa jkun ħareġ ma jkunux jaqblu mal-prototip li huwa jkun approva, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jaqblu mal-prototip approvat. Il-miżuri li jistgħu jittieħdu, jekk dan ikun meħtieġ, jistgħu jwasslu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

55. Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jirtira din l-approvazzjoni jekk unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkunu ġew approvati ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew jekk juru waqt l-użu xi difett ġenerali li jagħmilhom mhux xierqa għall-iskop li huma maħsubin għalih.

56. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE jiġi nnotifikat minn Stat Membru ieħor dwar wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu wkoll, wara li jikkonsulta lill-Istat Membru l-ieħor, jieħu l-passi msemmija f'dawk il-paragrafi, soġġett għall-paragrafu 5.

57. Stat Membru li jivverifika li seħħ wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jista' jipprojbixxi, sa ma jingħata avviż ulterjuri, it-tpoġġija fis-suq u l-użu ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formuli ta’ reġistrazzjoni jew kards tat-takografu. L-istess japplika fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, formuli ta’ reġistrazzjoni jew kards tat-takografu li jkunu ġew eżentati mill-verifika inizjali tal-UE, jekk il-manifattur, wara li jkun ingħata twissija, ma jġibx l-apparat konformi mal-mudell approvat jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni, fi żmien xahar, b'kull irtirar ta' approvazzjonjijiet tat-tip tal-UE jew b'kull miżuri oħrajn meħuda skont il-paragrafi 1, 2, u 3, u għandhom jispeċifikaw ir-raġunijet għal din l-azzjoni.

58. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE joġġezzjona dwar l-eżistenza ta' xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jiġu nnotifikati lilu, l-Istati Membri involuti għandhom jippruvaw isolvu t-tilwima u għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata.

Jekk taħditiet bejn l-Istati Membri ma jirriżultawx fi ftehim fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma' esperti mill-Istati Membri kollha u wara li tkun ikkunsidrat il-fatturi rilevanti kollha, bħal fatturi ekonomiċi u tekniċi, għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ erba’ xhur li trid tiġi nnotifikata lill-Istati Membri involuti u fl-istess ħin kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra. F'kull każ il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.

Artikolu 12Approvazzjoni tal- formuli ta’ reġistrazzjoni

59. Applikant għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' mudell ta' formula ta' reġistrazzjoni jrid jistqarr fl-applikazzjoni tiegħu it-tip jew tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni msemmija fl-Anness li għalihom hija intiża l-formula inkwistjoni, u għandu jipprovdi apparat xieraq ta' dan it-tip sabiex tkun tista' tiġi ittestjata l-formula.

60. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jindikaw fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għall-mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni t-tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni li fuqhom jista' jintuża l-mudell tal-formula.

Artikolu 13Ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda

Kull deċiżjoni meħuda taħt dan ir-Regolament li tiċħad jew li tirtira l-approvazzjoni tat-tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijet li hija bbażata fuqhom. Għandha tiġi kkomunikata deċiżjoni lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji li għandha għad-dispożizzjoni tagħha taħt il-liġijiet tal-Istati Membri u dwar il-limiti ta' żmien għall-użu ta' dawn ir-rimedji.

Artikolu 14Rikonoxximent ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni bl-approvazzjoni tat-tip

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jirreġistra xi vettura armata b'apparat ta' reġistrazzjoni, jew jipprojbixxi l-għoti ta' servizzi jew l-użu ta' din il-vettura għal xi raġuni marbuta mal-fatt li l-vettura hija armata b'apparat bħal dan, jekk l-apparat ikollu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 9 u l-plakka ta' installazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4).

Artikolu 15Sigurtà

61. Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu unitajiet ta’ vettura, sensers tal-moviment jew kards tat-takografu mmanifatturati sabiex jiskopru l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, u jipprevjenu jew jimmitigaw l-isfruttament possibbli tagħhom.

62. Għal dan l-iskop, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa lill-evalwatur indipendenti msemmi fl-Artikolu 7(3) għall-analiżi tal-vulnerabbiltajiet.

63. Evalwaturi indipendenti għandhom iwettqu testijiet ta’ penetrazzjonijiet fuq l-unitajiet tal-vetturi, is-sensers tal-moviment u l-kards tat-takografi biex jikkonfermaw li l-vulnerabbiltajiet magħrufa ma jistgħux jiġu sfruttati minn individwi fil-pussess ta' għarfien magħruf b'mod pubbliku.

Artikolu 16Testijiet fuq il-post

64. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw testijiet fuq il-post ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni li ma jkollux approvazzjoni tat-tip. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed.

65. Sewwieqa u impriżi tat-trasport li jipparteċipaw f’test fuq il-post għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Sabiex juru tali konformità, is-sewwieqa għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2).

66. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fit-twettiq ta’ testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw sabiex jiġu mmonitorjati dawn it-testijiet fuq il-post. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 40(2).

KAPITOLU IV

Installazzjoni u spezzjoni

Artikolu 17Installazzjoni u tiswija

67. L-apparat ta' reġistrazzjoni jista' jiġi installat jew imsewwi biss minn fitters jew minn ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal dak il-għan b’konformità mal-Artikolu 19.

68. Il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol għandhom jissiġillaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni wara li jkunu vverifikaw il-funzjonament tajjeb tiegħu, u b’mod partikolari li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ juża jew ibiddel id-dejta reġistrata.

69. Il-fitter jew il-ħanut tax-xogħol approvat għandu jpoġġi marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħal u, barra minn hekk, għandu jniżżel fil-każ tal-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB, id-dejta elettronika ta' sigurtà biex jitwettqu l-kontrolli tal-awtentikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom iżommu reġistru tal-marki u tad-dejta elettronika tas-sigurtà użati u tal-kards tal-ħanut tax-xogħol u tal-fitters approvati maħruġa.

70. Sabiex jiġi ċċertifikat li l-installazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni seħħet skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tintuża plakka ta' installazzjoni mwaħħla kif stipulat fl-Annessi I u IB.

71. Siġill għandu jitneħħa mill-fitters jew mill-ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafu 1 jew mill-uffiċjali tal-kontroll, jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Anness I, it-Taqsima V, il-punt 4 jew fl-Anness IB, it-Taqsima V, il-punt 3.

Artikolu 18Spezzjonijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni

L-apparat ta’ reġistrazzjoni għandu jkun soġġett għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandha titwettaq spezzjoni regolari mill-anqas kull sentejn.

Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iħejju rapport ta’ spezzjoni fil-każijiet fejn irregolaritajiet fil-funzjonament tal-apparat ta’ reġistrazzjoni jkunu ssewwew, irrispettivament minn jekk dan iseħħx bħala riżultat ta’ spezzjoni perjodika, jew spezzjoni mwettqa fuq talba speċifika tal-awtorità kompetenti nazzjonali. Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iżommu lista tar-rapporti kollha ta’ spezzjoni li jiġu ppreparati.

Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinżammu mill-ħanut tax-xogħol għal perjodu minimu ta’ sentejn minn meta jsir ir-rapport. Fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-ħwienet tax-xogħol għandhom jagħmlu disponibbli r-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-kalibrazzjonijiet imwettqa matul dak il-perjodu.

Artikolu 19Approvazzjoni tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol

72. L-Istati Membri għandhom japprovaw, jikkontrollaw regolarment u jiċċertifikaw lill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jistgħu jwettqu l-installazzjonijiet, il-kontrolli, l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni.

73. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fitters u l-ħwienet tax-xogħol ikunu kompetenti u affidabbli. Għal dan l-iskop, dawn għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta’ proċeduri nazzjonali ċari u għandhom jiżguraw li l-kriterji minimi li ġejjin jiġu sodisfati:

74. il-persunal ikun imħarreġ kif xieraq;

75. l-apparat neċessarju għat-twettiq tat-testijiet u l-kompiti rilevanti jkun disponibbli;

76. il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol huma ta’ reputazzjoni tajba.

77. Il-verifiki tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu kif ġej:

78. Fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom ikunu soġġetti għal verifika annwali tal-proċeduri applikati mill-ħanut tax-xogħol fil-ġestjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni. Il-verifika għandha tiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri ta’ sigurtà meħuda u l-ġestjoni tal-kards tal-ħanut tax-xogħol.

79. Kontrolli tekniċi mingħajr preavviż tal-fitters jew tal-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu għall-kontroll tal-kalibrazzjonijiet u tal-installazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 10 % tal-ħwienet tax-xogħol approvati kull sena.

80. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi tat-trasport tat-triq. B’mod partikolari, jekk impriża tat-trasport qed topera wkoll bħala fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, din ma għandhiex tkun awtorizzata tinstalla u tikkalibra apparat tar-reġistrazzjoni fil-vetturi tagħha stess.

81. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta’ fitters u ħwienet tax-xogħol approvati u l-kards maħruġin minnhom, kif ukoll kopji tal-marki u tal-informazzjoni neċessarja relatata mad-dejta tas-sigurtà elettronika użata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati fuq il-websajt tagħha.

82. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni, jew temporanjament jew inkella b’mod permanenti, mill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 20Kards tal-ħanut tax-xogħol

83. Il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistgħux jaqbżu aktar minn sena.

84. Jekk il-kard tal-ħanut tax-xogħol tiġi estiża, issirilha ħsara, taħdem ħażin, jew tintilef jew tinsteraq, l-awtorità għandha tipprovdi kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata għal dan. L-awtorità li toħroġ il-kard għandha żżomm reġistru tal-kards mitlufin, misruqin jew difettużi.

85. Meta Stat Membru jirtira l-approvazzjoni ta’ fitter jew ħanut tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikolu 19, dan għandu jirtira wkoll il-kards tal-ħanut tax-xogħol maħruġin lilu.

86. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevitaw li l-kards tal-ħwienet tax-xogħol distribwiti lil fitters u ħwienet tax-xogħol approvati jiġu ffalsifikati.

KAPITOLU V

Kards tas-sewwieqa

Artikolu 21Ħruġ tal-kards tas-sewwieqa

87. Il-kard tas-sewwieq għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti. Din għandha tinħareġ fi żmien xahar minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi t-talba.

88. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ‘residenza normali’ tfisser il-post fejn il-persuna normalment tgħix, jiġifieri mill-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr irbit okkupazzjonali, minħabba rbit personali li juri konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed tgħix; madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li l-irbit okkupazzjonali tagħha huwa f’post differenti mill-irbit personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew iżjed għandha titqies li hija l-post tal-irbit personali tagħha, sakemm persuna bħal din tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni jekk il-persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru biex twettaq inkarigu fuq perjodu fiss.

89. Is-sewwieqa għandhom jagħtu xhieda tar-residenza normali tagħhom permezz ta' mezzi approprjati, bħalma hi l-kard tal-identità jew dokument validu ieħor. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-kard tas-sewwieq ikollu dubji dwar il-validità ta' dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali, jew għal finijiet ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew evidenza.

90. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru awtorizzanti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw li l-applikant ma jkollux diġà kard valida ta' sewwieq u għandhom jippersonalizzaw il-kard tas-sewwieq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IB.

91. Għal skopijiet amministrattivi, il-kard tas-sewwieq ma tistax tkun valida għal aktar minn ħames snin.

92. Kard tas-sewwieq valida ma tistax tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jindunaw li l-kard ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti ffalsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, dan tal-ewwel għandu jirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u għandu jindika r-raġunijiet għalfejn qiegħed jirritornaha.

93. Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

94. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw kull possibbiltà li l-kards tas-sewwieqa jiġu ffalsifikati.

Artikolu 22Użu tal-kards tas-sewwieqa

95. Il-kard tas-sewwieq hija personali.

96. Is-sewwieq jista' jkollu kard valida waħda biss, u huwa awtorizzat li juża biss il-kard tiegħu personalizzata ta' sewwieq. Sewwieq ma għandux juża kard tas-sewwieq li tkun diffettuża jew li tkun skadiet.

Artikolu 23Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

97. Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-kard tas-sewwieq tiegħu, għandu japplika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-kard.

98. Meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza normali jkunu differenti minn dawk li jkunu ħarġu l-kard u fejn dawn ta’ qabel ikunu mitluba jġeddu l-kard tas-sewwieq, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet li ħarġu l-kard l-antika bir-raġunijiet għat-tiġdid tagħha.

99. Fil-każ ta’ talba għat-tiġdid ta’ kard li d-data tal-iskadenza tagħha tkun qed toqrob, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ġdida wara d-data tal-iskadenza sakemm dik it-talba tkun intbagħtet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 24 Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

100. L-awtorità li toħroġ il-kards għandha żżomm rekords tal-kards tas-sewwieqa maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta’ validità amministrattiva.

101. Jekk kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara jew ma taħdimx sew, is-sewwieq għandu jirritornaha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali. Is-serq tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi ddikjarat formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun seħħ is-serq.

102. It-telf tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi rrapportat f’dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali jekk dan ikun differenti.

103. Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, taħdem ħażin jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu fi żmien sebat ijiem kalendarji japplika għas-sostituzzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali tiegħu. Dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu talba dettaljata għal dan.

104. Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 4, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq mingħajr kard tas-sewwieq għal perjodu massimu ta’ 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun neċessarju għall-vettura biex tmur lura lejn is-sit tagħha, sakemm is-sewwieq jista’ juri l-impossibbiltà li jipproduċi jew juża l-kard matul dan il-perjodu.

Artikolu 25 Rikonoxximent reċiproku u skambju tal-kards tas-sewwieqa

105. Il-kards tas-sewwieqa maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament.

106. Meta d-detentur ta’ kard tas-sewwieq valida maħruġa minn Stat Membru jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, jista’ jitlob li l-kard tiegħu tiġi mibdula għal kard tas-sewwieq ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jagħmel il-bidla li jivverifika jekk il-kard li ġiet ippreżentata għadhiex valida.

107. L-Istati Membri li jwettqu dan il-bdil għandhom jirritornaw il-kard il-qadima lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u jindikaw ir-raġunijiet għaliex.

108. Meta Stat Membru jissostitwixxi jew ibiddel kard tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew il-bidla għandha tiġi rreġistrata f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 26Skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa

109. Sabiex jiġi żgurat li applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida kif imsemmi fl-Artikolu 21(4), l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri elettroniċi nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar il-kards tas-sewwieqa għal perjodu li huwa mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ validità amministrattiva tagħhom:

110. Il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq

111. Id-data u l-post tat-twelid tas-sewwieq

112. In-numru tal-liċenzja tas-sewqan u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli)

113. L-istatus tal-kard tas-sewwieq

114. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha.

115. Meta joħorġu, iġeddu jew jissostitwixxu kard tas-sewwieq, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw permezz ta’ skambju ta’ dejta elettronika li s-sewwieq ma għandux diġà kard tas-sewwieq valida oħra. Id-dejta skambjata għandha tkun limitata għad-dejta neċessarja għall-fini ta’ din il-verifika.

116. L-uffiċjali tal-kontroll jista’ jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollow l-istatus tal-kard tas-sewwieq.

117. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri komuni u speċifikazzjonijiet neċessarji għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format għad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta’ aċċess u l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 40(3).

Artikolu 27Integrazzjoni tal-kards tas-sewwieqa mal-liċenzji tas-sewqan

Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu sat-18 ta’ Jannar 2018. B’effett mid-19 ta’ Jannar 2018, il-kards tas-sewwieqa għandhom ikunu inkorporati fil-liċenzji tas-sewqan u maħruġa, mġedda, mibdula u ssostitwiti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE.

KAPITOLU VI

Użu ta’ apparat

Artikolu 28Użu korrett tal-apparat ta’ reġistrazzjoni

118. L-impriża tat-trasport, is-sid tal-vettura u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u l-kard tas-sewwieq fejn sewwieq ikun meħtieġ isuq vettura armata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB.

119. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi, jissopprimi jew jeqred id-dejta rreġistrata fuq il-formula ta’ reġistrazzjoni, li tkun maħżuna fl-apparat ta’ reġistrazzjoni jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mill-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB. Kwalunkwe manipulazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni, tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li tista’ tirriżulta fil-falsifikazzjoni, soppressjoni jew qerda tad-dejta u/jew tal-informazzjoni stampata għandha tkun ipprojbita wkoll. Ebda apparat li jista’ jintuża għal dan il-għan ma għandu jkun preżenti fuq il-vettura.

120. Il-vetturi ma għandhomx ikunu armati b’aktar minn sett wieħed ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni minbarra għall-fini tat-testijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 16.

121. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, ir-reklamar u/jew il-bejgħ ta’ apparat mibni u/jew maħsub għall-manipulazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni.

Artikolu 29Ir-responsabbiltà tal-impriża

122. L-impriża tat-trasport għandha toħroġ għadd suffiċjenti ta’ formuli tar-reġistrazzjoni lis-sewwieqa tal-vetturi armati bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I b’kunsiderazzjoni tal-fatt li dawn il-formuli huma ta’ natura personali, it-tul tal-perjodu tas-servizz u l-possibbiltà tal-bżonn li jinbidlu l-formuli li ssirilhom ħsara, jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat. L-impriża tat-trasport għandha toħroġ lis-sewwieqa formuli ta’ reġistrazzjoni ta’ mudell approvat biss li huwa xieraq għall-użu fl-apparat installat fil-vettura.

Meta l-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw li, b’kunsiderazzjoni tat-tul tal-perjodu ta’ servizz, l-istampar meta mitlub kif imsemmi fl-Anness IB jista’ jsir b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.

123. L-impriża tat-trasport għandha żżomm il-formuli ta’ reġistrazzjoni u l-kopji stampati, kull meta jkunu nħarġu kopji stampati b’konformità mal-Artikolu 31, f'ordni kronoloġika u f'forma li tista' tinqara għal mill-inqas sena wara l-użu tagħhom u għandha tagħti kopji lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom. L-impriża tat-trasport għandha wkoll tagħti kopja tad-dejta mniżżla mill-kards tas-sewqan, lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom u l-verżjonijiet tal-kopji stampati ta' dawn il-kopji. Il-formuli ta' reġistrazzjoni, il-kopji stampati u d-dejta mniżżla għandhom jintwerew jew jingħataw meta mitluba minn kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

124. Impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imwettaq mis-sewwieqa tal-impriża. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu l-impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, l-Istati Membri jistgħu jqisu kwalunkwe prova li l-impriża tat-trasport ma tistax raġonevolment tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar.

Artikolu 30Użu tal-kards tas-sewwieqa u l- formuli ta’ reġistrazzjoni

125. Is-sewwieqa għandhom jużaw il-formuli ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa kull jum li fih isuqu, li jibda mill-mument meta jieħdu f’idejhom il-vettura. Il-formula ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum sakemm dan l-irtirar ma jiġix awtorizzat mod ieħor. Ebda formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tas-sewwieq ma tista’ tintuża fuq perjodu itwal minn dak li hija maħsuba għalih.

126. Is-sewwieq għandu jipproteġi b’mod xieraq il-formuli ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa, u ma għandux juża formuli jew kards li jkunu maħmuġin jew bil-ħsara.

127. Meta s-sewwieq ma jkunx jista' juża l-apparat ta’ reġistrazzjoni installat fil-vettura minħabba li s-sewwieq kien 'il bogħod mill-vettura, il-perjodi tal-ħin imsemmija fil-paragrafu 5(b) (ii) u (iii) għandhom:

(a) jekk il-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I, jiddaħħlu fil-formula ta’ reġistrazzjoni, jew manwalment, jew b'reġistrazzjoni awtomatika jew b'mezzi oħra, b'mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-formula; jew

(b) jekk il-vettura tkun attrezzata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB, jiddaħħlu fil-kard tas-sewwieq bl-użu tal-faċilità ta' dħul manwali li hemm fl-apparat ta’ reġistrazzjoni.

Għal fini ta’ kontroll, il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma tiġix irreġistrata attività għandhom jitqiesu bħala mistrieħ jew pawża. Is-sewwieqa mhumiex obbligati jirreġistraw il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa meta jkunu 'l bogħod mill-vettura.

128. Fejn ikun hemm aktar minn sewwieq wieħed fuq il-vettura attrezzata bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB, kull sewwieq għandu jiżgura illi l-kard tas-sewwieq tiegħu tidħol fl-islott it-tajjeb fl-apparat ta’ reġistrazzjoni.

Meta jkun hemm iktar minn sewwieq wieħed f’vettura attrezzata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB, is-sewwieqa għandhom jemendaw il-formuli ta’ reġistrazzjoni skont kif ikun hemm bżonn, sabiex l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima II (a), (b) u (c) tal-Anness I tiġi rreġistrata fuq il-formula ta’ reġistrazzjoni tas-sewwieq li jkun attwalment qiegħed isuq.

129. Is-sewwieqa għandhom:

(a) jiżguraw li l-ħin irreġistrat fuq il-formula jaqbel mal-ħin uffiċjali fil-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura;

(b) joperaw il-mekkaniżmi tal-iswiċċ li jippermettu li l-perjodi ta' ħin li ġejjin jiġu rreġistrati separatament u b'mod distint:

(i) taħt is-sinjal [pic]: ħin ta' sewqan,

(ii) taħt is-sinjal [pic]: ‘xogħol ieħor’, li tfisser kull attività minbarra s-sewqan, kif definita fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25], kif ukoll kull xogħol għall-istess persuna li tħaddem jew għal xi persuna oħra li tħaddem kemm fis-settur tat-trasport jew barra minnu,

(iii) taħt is-sinjal [pic]: ‘disponibbiltà’, kif definita fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2002/15/KE;

(iv) taħt is-sinjal [pic]: pawżi fix-xogħol u perjodi ta' mistrieħ.

130. Kull sewwieq għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fuq il-formula ta' reġistrazzjoni tiegħu:

(a) meta jibda juża l-formula — kunjomu u l-ewwel isem tiegħu;

(b) id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-formula u d-data u l-post fejn jintemm dan l-użu;

(c) in-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura li huwa jkun ġie assenjat għaliha, kemm fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula kif ukoll, fil-każ ta' bdil tal-vettura, waqt l-użu tal-formula;

(d) il-qari tal-odometru:

(i) fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,

(ii) fit-tmiem tal-aħħar vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,

(iii) fil-każ ta' bidla fil-vetturi waqt ġurnata tax-xogħol, il-qari fuq l-ewwel vettura li huwa ġie assenjat għaliha u l-qari fuq il-vettura ta’ wara;

(e) il-ħin ta' kull bidla tal-vettura.

131. Is-sewwieq għandu jdaħħal fl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB is-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madankollu, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu aktar speċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż sakemm l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998.

Mhuwiex neċessarju li s-sewwieqa jdaħħlu din l-informazzjoni jekk l-apparat ta’ reġistrazzjoni jirreġistra awtomatikament id-dejta tal-lokazzjoni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 31Kards tas-sewwieqa jew formuli ta’ reġistrazzjoni bil-ħsara

132. Fil-każ li ssir ħsara lill-formula li jkun fiha reġistrazzjonijiet jew lill-kard tas-sewwieq, is-sewwieqa għandhom iwaħħlu l-formula jew il-kard tas-sewwieq li tkun ġratilha l-ħsara mal-formula żejda użata biex tibdilha.

133. Jekk il-kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu:

(a) fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq, u għandu jdaħħal f'dik il-kopja stampata:

(i) id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu;

(ii) il-perjodi tal-ħin imsemmija fl-Artikolu 30 (5) (b) (ii), (iii) u (iv);

(b) fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perjodi ta' ħin irreġistrati mill-apparat ta’ reġistrazzjoni, jirreġistra kull perjodu ta' xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu saret il-kopja stampata fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx irreġistrat mill-apparat ta’ reġistrazzjoni, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard s-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu.

Artikolu 32Rekords li jridu jinġarru mis-sewwieq

134. Fejn is-sewwieq isuq vettura li tkun attrezzata bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I, is-sewwieq għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjona:

(i) il-formuli ta’ reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fit-28 jum ta’ qabel,

(ii) il-kard tas-sewwieq jekk dan ikollu waħda, u

(iii) kull rekord manwali u kopji stampati li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta’ qabel kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.

135. Meta s-sewwieq isuq vettura attrezzata bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB, hu għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjonaw:

(i) il-kard tas-sewwieq tiegħu,

(ii) kull rekord manwali u kopja stampata li tkun saret matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, u

(iii) il-formuli ta’ reġistrazzjoni li jaqblu mal-istess perjodu bħal dak imsemmi fil-punt (ii) li matulu huwa saq vettura attrezzata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I.

136. Uffiċjal awtorizzat li jispezzjona jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-formuli ta’ reġistrazzjoni, tad-dejta murija jew stampata li tkun ġiet irreġistrata mill-apparat ta' reġistrazzjoni jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma’ xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 24(2) u 33(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 33Proċeduri fil-każ ta’ apparat li ma jaħdimx sew

137. Fil-każ ta' ħsara jew operazzjoni difettuża tal-apparat ta’ reġistrazzjoni, l-impriża tat-trasport trid tieħdu għat-tiswija għand fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.

Jekk il-vettura ma tkunx tista' tittieħed lura lejn il-post fi żmien perjodu ta' ġimgħa kkalkulat mill-ġurnata tal-ħsara jew ta' meta tinstab l-operazzjoni difettuża, it-tiswija għandha ssir fit-triq.

Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi.

138. Waqt li l-apparat ta' reġistrazzjoni jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieqa għandhom jimmarkaw dejta li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sewwieq (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma, kif ukoll l-informazzjoni kollha għad-diversi perjodi ta' żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b'mod korrett mill-apparat ta' reġistrazzjoni:

(a) fuq il-formula jew formuli ta’ reġistrazzjoni, jew

(b) fuq formula temporanja li trid tiġi mehmuża mal-formula ta’ reġistrazzjoni jew tinżamm flimkien mal-kard tas-sewwieq.

KAPITOLU VII

Protezzjoni tad-dejta, infurzar u sanzjonijiet

Artikolu 34Protezzjoni ta’ dejta personali

139. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

140. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li d-dejta personali tkun protetta fir-rigward ta’:

141. l-użu ta’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4,

142. l-użu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5,

143. l-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni ma’ interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6,

144. l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26,

145. iż-żamma ta’ rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29.

146. L-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB għandu jkun magħmul f’mod li jiżgura l-privatezza. Id-dejta strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata.

147. Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw, fejn applikabbli, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Artikolu 35Taħriġ tal-uffiċjali ta’ kontroll

148. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali ta’ kontroll ikunu mħarrġa kif xieraq għall-analiżi tad-dejta rreġistrata u l-kontroll tal-apparat ta’ reġistrazzjoni.

149. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ taħriġ għall-uffiċjali ta’ kontroll tagħhom [6 xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

150. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar il-metodoloġija għat-taħriġ tal-bidu u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll, inkluż dwar tekniki għall-immirar tat-tekniki u għall-iskoperta ta’ apparat ta’ manipulazzjoni u ta’ frodi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 36Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fil-verifika tal-konformità miegħu.

Fi ħdan il-qafas ta’ din l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jibagħtu lil xulxin regolarment l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament minn fitters u ħwienet tax-xogħol, u kwalunkwe pieni imposti għal ksur bħal dan.

Artikolu 37Sanzjonijiet

151. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. Fil-każ ta’ ħwienet tax-xogħol li jkunu kisru d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dan jista’ jinkludi l-kanċellazzjoni tal-approvazzjoni u l-irtirar tal-kard tal-ħanut tax-xogħol.

152. Ebda ksur ta’ dan ir-Regolament ma għandu jkun soġġett għal aktar minn piena jew proċedura waħda.

153. Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għal ksur serju ħafna kif definit fid-Direttiva 2009/5/KE għandhom ikunu l-ogħla kategoriji applikabbli fl-Istat Membru għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq.

154. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri u r-regoli fuq il-pieni u s-sanzjonijiet sa [data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-miżuri.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 għall-fini tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku.

Artikolu 39Eżerċizzju tad-delegazzjoni

155. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

156. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-[id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

157. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

158. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

159. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 38 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ (2) xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[ (2) xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 40Kumitat.

160. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

161. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.

162. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.

Artikolu 41Forum dwar it-Takografu

163. Għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografu sabiex jappoġġja d-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni fost l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti minn pajjiżi terzi li jużaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni taħt il-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali (AETR).

164. L-Istati Membri għandhom jiddelegaw espert lill-Forum dwar it-Takografu.

165. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn esperti minn Partijiet Kontraenti mhux tal-UE għall-AETR.

166. Il-partijiet interessati, ir-rappreżentanti tal-manifatturi tal-vetturi, il-manifatturi tat-takografi u l-imsieħba soċjali, għandhom jiġu mistiedna għall-Forum dwar it-Takografu.

167. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jaddotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

168. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena.

Artikolu 42Komunikazzjoni tal-miżuri nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam ikkontrollat minn dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-adozzjoni tiegħu u għall-ewwel darba [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2) L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:

169. Fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punt (b) huwa mħassar.

170. fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.1, ir-referenza għal "Artikolu 15(3), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) tar-Regolament" huwa mibdul b’"Artikolu 30(5), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) ta’ dan ir-Regolament "

171. fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.2, ir-referenza għal "Artikolu 15 tar-Regolament" hija mibdula b’"Artikolu 30 tar-Regolament"

172. fil-Kapitolu IV (a) il-punt 1, it-tielet subparagrafu, ir-referenza għal "Artikolu 15(5) tar-Regolament" hija mibdula b’"Artikolu 30(6) tar-Regolament".

3) L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:

173. Fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punti (l), (o), (t), (y), (ee), (kk), (oo) u (qq) huma mħassra:

174. Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

175. fl-ewwel paragrafu, ir-referenza għal "Artikolu 12(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2135/98" hija mibdula b’"Artikolu 24(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85".

176. it-Taqsima 1 "Approvazzjoni ta’ fitters jew ħwienet tax-xogħol" hija mħassra.

177. Fil-Kapitolu VIII, il-punt 271, ir-referenza għal "Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament" hija mibdula b’referenza għal "Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament".

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 huwa emendat kif ġej:

Id-distanza ta’ ‘50 km’ imsemmija fil-punti (d), (f) u (p) tal-Artikolu 13(1) hija mibdula b’‘100 km’.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan għandu japplika b’effett minn [sena waħda wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] COM(2011) 144 finali

[2] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8

[3] COM(2011)0144 finali

[4] Ara t-Taqsima 1.1 "Żona Unika Ewropea tat-Trasport" tal-Anness I għall-White paper, COM(2011)0144 finali

[5] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Pjan ta' Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa [KUMM(2008)886], Qasam ta’ Azzjoni 4

[6] ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1–13

[7] L-istudju SMART

[8] http://ec.europa.eu/employment_social/dsw/public/actRetrieveText.do?id=8903

[9] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq, ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45–50

[10] Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, ĠU L 300, 14.11.09, p. 51

[11] Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, ĠU L 102, 11.04.2006, p. 1

[12] COM(2009) 544 finali

[13] ĠU C , , p. .

[14] ĠU C , , p. .

[15] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8

[16] ĠU L 102, 11.04.2006, p.1

[17] ĠU L 102, 11.04.2006, p. 35

[18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50

[19] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37–47

[20] ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45–50

[21] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13–18.

[22] ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35-39

[23] ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.

[24] ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

[25] ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35.

Top