Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 52011PC0389
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2010/030 NL/Noord-Holland and Flevoland Division 18 from the Netherlands)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)
/* KUMM/2011/0389 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) /* KUMM/2011/0389 finali */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1]
jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà,
bil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn
mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[2]. Fl-20 ta' Diċembru 2010,
il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu l-applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u
Flevoland Diviżjoni 18 għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG,
wara sensji f'26 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18
tan-NACE Reviżjoni 2 ("l-Istampar u r-Riproduzzjoni ta' Midja
Rrekordjata")[3]
fir-reġjun NUTS II ta' Noord-Holland (NL32) u Flevoland (NL23)
fil-Pajjiżi l-Baxxi. Din l-applikazzjoni hija parti minn pakkett
ta' erba' applikazzjonijiet interrelatati, li kollha jikkonċernaw sensji
f'sitt reġjuni NUTS II differenti fil-Pajjiżi l-Baxxi
f'intrapriżi li joperaw fis-settur tal-istampar u r-riproduzzjoni ta'
midja rrekordjata. Wara analiżi fil-fond ta' din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li l-kundizzjonijiet għal
kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ġew issodisfati. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: || Nru ta' Referenza tal-FEG || EGF/2010/030 Stat Membru || Il-Pajjiżi l-Baxxi Artikolu 2 || (b) Intrapriżi kkonċernati || 26 Reġjuni NUTS II || Noord-Holland (NL32) Flevoland (NL23) Taqsima NACE Reviżjoni 2 || 18 ("l-Istampar u r-Riproduzzjoni ta’ Midja Rrekordjata") Perjodu ta’ referenza || 16.1.2010 – 16.10.2010 Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 16.1.2010 Data tal-applikazzjoni || 20.12.2010 Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 551 Ħaddiema li ngħataw is-sensja li huma identifikati għall-għajnuna || 551 Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 2 730 959 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 113 789 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 4,0 Baġit totali (EUR) || 2 844 748 Il-kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 1 849 086 1.
L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2010
u ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-3 ta’ Marzu 2011. 2.
L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet ta'
intervent mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat
imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali 3.
Sabiex jistabbilixxu r-rabta bejn is-sensji u
l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, il-Pajjiżi l-Baxxi
argumentaw li l-kriżi ekonomika rriżultat fi tnaqqis sostanzjali
fid-domanda għall-industrija tal-midja grafika. Bħala riżultat
ta' dan, il-fatturat fl-industrija grafika naqas bi 8,6 % fl-2009.
L-ordnijiet mingħand setturi ekonomiċi oħrajn għal materjal
stampat tar-reklamar, li jirrappreżenta 35 % tal-fatturat totali
tas-settur tal-istampar u l-pubblikazzjoni, naqsu b'mod drastiku bejn l-2008 u
l-2009 minħabba t-tnaqqis fil-baġits għall-attivitajiet marbutin
mal-midja u r-reklamar ikkawżat mill-kriżi ekonomika. L-applikazzjoni
ssemmi bosta eżempji. Fl-industrija tal-bini, il-baġit
għall-informazzjoni u r-reklamar tnaqqas b'36,8 % wara l-bidu
tal-kriżi; fis-settur finanzjarju bi 33,2 % u fl-elettronika
għall-konsumatur bi 30,6 %. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika
affettwat b'mod negattiv id-domanda għal tipi differenti ta' materjal
tal-midja stampata: fl-2009, id-domanda għar-rivisti popolari naqset b'25,7 %,
għall-gazzetti b'24,4 %, għall-gazzetti kummerċjali
distribwiti mingħajr ħlas b'10,54 % u għar-rivisti
professjonali b'23,4 %. 4.
Fil-valutazzjoni tagħha ta' applikazzjoni FEG
marbuta mal-istess settur u reġjuni[5], il-Kummissjoni diġà kienet iddikjarat
l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq l-impriżi li joperaw
fid-Diviżjoni 18 tan-NACE Reviżjoni 2 ("L-Istampar u
r-Riproduzzjoni tal-Midja Rrekordjata") fir-reġjun NUTS II ta'
Noord-Holland. Turija tal-għadd ta’ sensji u
l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b) 5.
Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu din l-applikazzjoni
skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm mill-anqas 500 sensja fuq perjodu
ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tan-NACE
Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ
reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru. 6.
L-applikazzjoni ssemmi 551 sensja f'26 intrapriża
li joperaw fid-Diviżjoni 18 tan-NACE Reviżjoni 2
("l-Istampar u r-Riproduzzjoni ta’ Midja Rrekordjata")[6]
fir-reġjun NUTS II ta' Noord-Holland (NL32) u Flevoland (NL23) matul
il-perjodu ta' referenza ta' disa' xhur mis-16 ta' Jannar 2010
sas-16 ta' Ottubru 2010. Tliet mija minn dawn is-sensji ngħataw
fi tmien intrapriżi u ġew ikkalkolati skont l-ewwel inċiż
tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
Mitejn u wieħed u ħamsin sensja oħra ngħataw fi 18-il intrapriża
u ġew ikkalkolati skont it-tieni inċiż tal-istess paragarfu. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta' dawk is-sensji 7.
L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li
l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-impatt tagħha fuq is-settur kienu
imprevedibbli. L-applikazzjoni tiddikjara li qabel il-kriżi l-industrija
tal-istampar u tal-pubblikazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi għaddiet minn
proċess għali ta' ristrutturar sabiex tkun tista' tibqa' kompetittiva
ma' intrapriżi minn barra l-UE. Is-settur inbidel minn industrija mmexxija
mid-domanda għal waħda mmexxija mill-provvista u kien jirrikjedi
sforz kbir sabiex l-impjegati jitħejjew għal mod il-ġdid ta'
ħidma. Il-kriżi attwali ġġib magħha r-riskju li
jiġu kkanċellati l-benefiċċji tal-investimenti u sforzi
kbar li għamel is-settur. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li
taw is-sensji u l-ħaddiema identifikati għall-għajnuna 8.
L-applikazzjoni tikkonċerna 551 sensja
(li kollha huma identifikati għall-għajnuna) fis-26 intrapriża
li ġejjin: Intrapriżi u għadd ta' sensji Kwak, Van Daalen & Ronday te Zaandam || 25 || Onkenhout Almere || 3 AKS Grafische Afwerking & Drukveredeling, Amsterdam || 35 || Plantijn Casparie Almere || 85 Boekbinderij Mirenta BV, Amsterdam || 5 || Plantijn Casparie Beheer Almere || 9 Beursdrukkerij Costra, Diemen || 80 || Thieme Grafimedia Groep Flevoland || 24 Multiscreen Zwanenburg BV, Zwanenburg || 7 || Grey Amsterdam || 1 Noordhoek Offset BV, Aalsmeer || 13 || Joh. Enschede Amsterdam || 2 Rotatiedrukkerij Voorburgwal (TMG) Amsterdam || 42 || Persgroep Nederland, Amsterdam || 1 Thieme Rotatie BV Amsterdam || 48 || Remmert Dekker, Wormer || 1 Thieme Amsterdam BV || 70 || Sixtyseven BV, Beverwijk || 2 Thieme Print 4U Amsterdam || 24 || Stadtman BV, Hoorn || 1 Ten Klei DM, Amsterdam || 25 || Stolwijk Grafax BV, Diemen || 27 Drukkerij Raat & De Vries, Amsterdam || 15 || Uitgeverij Buijten & Schipperheijn, Amsterdam || 1 Grafisch Bedrijf W&E BV, Almere || 4 || Indrukwekkend BV, Heiloo || 1 Total ta' Intrapriżi: 26 || Total ta' sensji: 551 || 9.
It-tqassim tal-ħaddiema identifikati huwa kif
ġej: Kategorija || Għadd || Perċentwal Irġiel || 358 || 65,0 Nisa || 193 || 35,0 Ċittadini tal-UE || 518 || 94,0 Ċittadini mhux tal-UE || 33 || 6,0 Minn 15 sa 24 sena || 99 || 18,0 Minn 25 sa 54 sena || 303 || 55,0 Minn 55 sa 64 sena || 138 || 25,0 Aktar minn 64 sena || 11 || 2,0 10.
Tnejn u għoxrin mill-ħaddiema fil-mira
għandhom diżabilità. 11.
Fir-rigward ta' kategoriji ta’ xogħol,
it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Għadd || Perċentwal Maniġers || 39 || 7,1 Professjonisti || 110 || 20,0 Tekniċi || 116 || 21,1 Ħaddiema ta' sostenn klerikali || 66 || 12,0 Ħaddiema fis-settur tas-servizzi u tal-bejgħ || 66 || 12,0 Operaturi tal-impjanti u tal-magni u dawk li jimmuntaw il-magni || 154 || 27,9 12.
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, il-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li ġiet applikata,
u se tkompli tiġi applikata, politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u
l-irġiel kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni matul l-istadji varji
tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, għall-aċċess
għall-FEG. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 13.
It-territorju kkonċernat ikopri
l-provinċji ta' Noord-Holland u Flevoland. Noord-Holland hija
l-provinċja fil-Majjistral tal-Pajjiżi l-Baxxi. B'iktar minn 2,5 miljun
ruħ jgħixu f'żona ta' 2 670 km2,
Noord-Holland hija t-tieni l-iktar provinċja b'densità tal-popolazzjoni
għolja fil-pajjiż. Flevoland, l-iktar provinċja
żagħżugħa tal-Pajjiżi l-Baxxi, hija magħmula
kważi kompletament minn polders. Hija ġiet stabbilita tul
l-aħħar seklu, bl-eċċezzjoni ta' Urk u Schokland li qabel
kienu gżejjer. Flevoland tmiss mal-provinċji ta' Friesland u
Overijssel u hija konnessa ma' Gelderland, Utrecht u Noord-Holland b'pontijiet
u digi. 14.
L-awtoritajiet ewlenin ikkonċernati huma
l-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi (SZW) u l-Fond
għat-Taħriġ għas-settur tal-grafika u l-midja (A&O
Fonds Grafimedia) f'isem ir-Raad for Overleg in de Grafimedia Branche-ROGB
(il-Kunsill għall-konsultazzjoni fis-settur tal-grafika u l-midja).
Partijiet interessati rilevanti oħra huma l-Istitut għall-Industrija
Kreattiva (GOC); l-organizzazzjoni pubblika li hija responsabbli
għall-benefiċċji (UWV werkbedrijf); iċ-ċentru
għall-mobbiltà UWV; ROC van Amsterdam (ċentru għat-taħriġ
vokazzjonali tal-gvern f'livell reġjonali) u l-Grafisch Lyceum Rotterdam;
l-organizzazzjoni għall-SMEs (MKB-ondernemingen); l-organizzazzjonijiet
ta’ sħubija soċjali: FNV Kiem (trejdjunjin), CNV Media (trejdjunjin),
Koninklijk Verbond van Grafische Ondernemingen-KVGO (organizzazzjoni ta' min
iħaddem) għad-distretti Gelderland/Utrecht, Den Haag u Rotterdam; u
NUV (organizzazzjoni ta' min iħaddem). L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 15.
Is-sitwazzjoni ekonomika taż-żewġ
provinċji ddeterjorat fl-2009 u t-tkabbir ekonomiku tiegħu kien
negattiv (-3.9 % f'Noord-Holland u-2,8 % fi Flevoland) meta mqabbla
mas-sena preċedenti. Fil-Pajjiżi l-Baxxi jeżistu mal-2 000 intrapriża
tal-midja grafika, li minnhom 20 % jinsabu f'Noord-Holland u
jirrappreżentaw 20 % tal-impjiegi fis-settur tal-midja grafika,
filwaqt li fi Flevoland hemm 51 intrapriża tal-midja grafika, li
jirrappreżentaw 2,3 % tal-impjiegi fis-settur. Matul l-2008 u l-2009
ix-xogħol fl-intrapriżi tal-midja grafika li jinsabu f'Noord-Holland
naqas bi 15,5 %. Fil-provinċja li tmiss magħha ta' Flevoland,
it-tnaqqis fl-impjiegi kien ta' 3,2 %. L-awtoritajiet Olandiżi
jargumentaw li s-sensji fis-settur tal-grafika se jaggravaw is-sitwazzjoni
tal-qgħad, li diġà ddeterjorat bħala riżultat
tal-kriżi ekonomika u finanzjarja. Għalhekk bejn Frar tal-2009 u Frar
tal-2010, in-numru ta' persuni li kienu qed ifittxu xogħol żdied b'10,1 %
f'Noord-Holland u b'10,4 % fi Flevoland. Barra minn hekk, billi hemm
kumpaniji u fornituri ta' servizzi li jiddependu ħafna fuq l-industrija
tal-midja grafika, ir-riskji ta' falliment huma kbar u jistgħu
jikkawżaw iktar problemi fil-ġejjieni, anki wara l-kriżi. Pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u analiżi tal-ispejjeż
stmati, inkluża l-komplimentarjetà tiegħu mal-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 16.
Qegħdin jiġu proposti t-tipi ta’
miżuri li ġejjin, li kollha jingħaqdu biex jiffurmaw pakkett
ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati mmirati lejn l-integrazzjoni
mill-ġdid tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Dawn se jiġu
offruti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja permezz ta' ċentru
ta' mobbiltà, imsejjaħ iċ-Ċentru Kreattiv tal-Karrieri (Creative
Career Centre - C3). Attivitajiet ta' tħejjija –
Dħul u reġistrazzjoni: Din tkopri intervista inizjali sabiex il-ħaddiem li jkun
ingħata s-sensja jiġi rreġistrat u jiġu identifikati
l-aktar tipi ta' miżuri xierqa. –
Informazzjoni u helpdesk: Dan għandu x'jaqsam ma' laqgħat kollettivi u funzjoni ta'
helpdesk biex tiġi pprovduta informazzjoni rigward il-miżuri disponibbli
lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Konsulenza –
Konsulenza minn xogħol għal
xogħol: Dak l-akkumpanjament minn impjieg
għal impjieg ieħor ikopri programm individwalizzat li jinkludi
l-monitoraġġ, it-twaqqif ta' pjan ta' azzjoni ta' karriera u
vokazzjonali, l-orjentazzjoni fis-suq tax-xogħol u konsulenza inizjali fuq
il-post tax-xogħol il-ġdid. –
Rikollokament: Dan
jipprova jagħti sostenn attiv lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja
fl-eżaminazzjoni tagħhom ta' opportunitajiet ġodda ta'
xogħol. –
Taħriġ għall-intervisti
tax-xogħol: Dan ikopri l-analiżi ta'
postijiet battala disponibbli, l-għajnuna fit-tfassil ta' CV u ittra ta'
applikazzjoni u t-tħejjija għall-intervisti tax-xogħol. –
Gwida biex wieħed jiftaħ kumpanija
għal rasu L-akkumpanjament lejn il-ħolqien
ta' negozju jipprova jassisti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja li
qegħdin jippjanaw joħolqu n-negozju tagħhom stess. Dan ikopri
l-għoti ta' parir legali, l-għajnuna għat-tfassil ta' pjan ta'
negozju, is-sostenn fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi. Taħriġ –
"Edukazzjoni": Din tkopri t-taħriġ vokazzjonali u t-taħriġ
mill-ġdid, it-taħriġ fil-maniġment u fil-ħiliet
soċjali u t-taħriġ speċifiku tekniku mill-ġdid
għall-ħaddiema li t-taħriġ tekniku tagħhom ma jkunx
għadu utli. –
Rikonoxximent tal-esperjenza preċedenti
(APL): Dan ikopri l-evalwazzjoni tal-għarfien u
l-esperjenza preċedenti ta' kull ħaddiem individwali kif ukoll
l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn ikun meħtieġ taħriġ
ulterjuri. 17.
In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li
hija inkluża fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, tkopri l-attivitajiet ta’ ġestjoni u kontroll, kif
ukoll l-informazzjoni u r-reklamar. 18.
Is-servizzi personalizzati ppreżentati
mill-awtoritajiet Olandiżi huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol
fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 3
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Olandiżi jistmaw li
l-ispejjeż totali ta' dawn is-servizzi huwa ta' EUR 2 730 959
u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG tkun ta' EUR 113 789
(4 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija
ta’ EUR 1 849 086 (65 % tal-kosti totali). Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Spiża stmata għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Kosti totali (l-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR)* Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Dħul u reġistrazzjoni || 551 || 193 || 106 456 Informazzjoni u helpdesk || 551 || 86 || 47 314 Konsulenza minn xogħol għal xogħol || 207 || 3 606 || 746 355 Rikollokament || 165 || 4 479 || 738 981 Taħriġ għall-intervisti tax-xogħol || 165 || 1 419 || 234 203 Gwida biex wieħed jiftaħ kumpanija għal rasu || 28 || 4 578 || 128 191 Edukazzjoni || 231 || 2 495 || 576 281 Rikonoxximent tal-esperjenza preċedenti (APL): || 55 || 2 785 || 153 178 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 2 730 959 Spiża għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Maniġment || || 28 447 Informazzjoni u reklamar || || 28 447 Attivitajiet ta’ kontroll || || 56 895 Nefqa subtotali għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 113 789 Total tal-ispiża stmata || || 2 844 748 Kontribut tal-FEG (65 % tal-ispiża totali) || || 1 849 086 * It-totali
ma jaqblux minħabba l-arrotondament 19.
Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkonfermaw li
l-miżuri deskritti hawn fuq huma komplementarji mal-azzjonijiet iffinanzjati
mill-Fondi Strutturali. Il-miżuri tal-FSE huma disponibbli biss
għall-ħaddiema li jkollhom xogħol, filwaqt li l-azzjonijiet
tal-FEG għandhom l-għan li dawk il-ħaddiema li ngħataw
is-sensja jerġgħu jsibu impjieg. L-awtorità tal-ġestjoni
għall-FEG, li hija wkoll l-awtorità tal-ġestjoni għall-FSE,
stabbiliet il-proċeduri tal-kontroll neċessarji biex telimina
kwalunkwe riskju ta’ finanzjament doppju. Data(i) li fiha/fihom bdew jew kienu
ppjanati li jibdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati 20.
Il-Pajjiżi l-Baxxi bdew is-servizzi
personalizzati lill-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett koordinat
propost lill-FEG għall-kofinanzjament fis-16 ta’ Jannar 2010.
Din id-data, għalhekk, tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta'
eliġibbiltà għal kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata
mill-FEG. Proċeduri għall-konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali 21.
L-imsieħba soċjali ġew ikkonsultati
permezz tal-Fond tas-Suq tax-Xogħol u tat-Taħriġ ta' Fondazzjoni
għas-settur tal-grafika u l-midja (Arbeids & Opleidingsfonds
Grafimedia branche), li fid-dawl tal-kriżi qablu dwar il-ħolqien ta'
ċentru għall-mobbiltà għas-settur li jismu C3 (Creative Career
Centre). L-għan ta' dan iċ-ċentru ta' mobbiltà huwa li
jikkoordina l-miżuri atttivi varji tas-suq tax-xogħol b'konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali. 22.
L-awtoritajiet Olandiżi kkonfermaw li
r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar
sensji kollettivi ġew issodisfati. Informazzjoni dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi 23.
Fir-rigward tat-twettiq tal-kriterji stabbiliti
fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet
Olandiżi fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix
miżuri li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa
tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi; · taw prova li l-azzjonijiet jipprovdu sostenn lill-ħaddiema
individwali u ma għandhomx jintużaw għar-ristrutturar ta'
kumpaniji jew setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma
jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
24.
Il-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni
li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess
korpi li jiġġestixxu u jikkontrollaw l-Fond Soċjali Ewropew
(FSE) li jiffinanzja lill-Pajjiżi l-Baxxi. L-Aġenzija
għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi (Agentschap SZW) se tkun
il-korp intermedjarju għall-awtorità ta' ġestjoni. Finanzjament 25.
Abbażi tal-applikazzjoni mill-Pajjiżi
l-Baxxi, il-kontribuzzjoni proposta mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta'
servizzi personalizzati hija ta' EUR 1 849 086, li
tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta
tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li
ngħatat mill-Pajjiżi l-Baxxi. 26.
B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta'
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament
(KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-ambitu tal-allokazzjoni mill-ġdid
ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG
għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat
skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 27.
L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja
jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat
għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar
erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. 28.
Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex
timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura
ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil
taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar
il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ.
Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz
tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq,
tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet
tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha
tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu. 29.
B’mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta
talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2011 iddaħħal
approprjazzjonijiet speċifiċi għall-ħlasijiet, kif jitlob
Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlasijiet 30.
Ammont ta' EUR 2 657 165 għadu
disponibbli fil-Linja Baġitarja tal-FEG 04.0501 wara l-adozzjoni
miż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja ta' tliet
Deċiżjonijiet li flimkien jilħqu total ta' EUR 10 371 321,
u meta jitqiesu it-tmien każijiet li bħalissa qegħdin jiġu
diskussi mill-Awtorità Baġitarja għal ammont totali ta' EUR 34 580 464.
Dan l-ammont disponibbli se jintuża biex ikopri l-ammont ta' EUR 1 849 086
li huwa meħtieġ għal din l-applikazzjoni. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland
u Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-ġestjoni finanzjarja soda[7],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[8],
u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-Proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[9], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja
b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet
kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom
fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) L-ambitu tal-FEG twessa’
għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009
biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat
dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG
fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Il-Pajjiżi l-Baxxi
ressqu applikazzjoni biex jimmobilizzaw l-FEG, fir-rigward tas-sensji f'26 intrapriża
li joperaw fid-Diviżjoni 18 tan-NACE Reviżjoni 2
("l-Istampar u r-Riproduzzjoni ta' Midja Rrekordjata")
fir-reġjun NUTS II ta' Noord-Holland (NL32) u Flevoland (NL23), fl-20 ta' Diċembru 2010
u ssupplimentawha b'informazzjoni addizzjonali sat-3 ta' Marzu 2011.
Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu
ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet
proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 849 086. (5) L-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni
finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiżi Baxxi. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 849 086
f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun
ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi [Brussell/Strasburgu], Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU
L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] Ir-Regolament
(KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [4] Skont
it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [5] COM(2010)530.
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni […] applikazzjoni EGF/2009/026
NL/Noord-Holland u Utrecht Taqsima 18. [6] Ir-Regolament
(KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [7] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [8] ĠU
L 406, 30.12.2006, p. 1. [9] ĠU
C […], […], p. […].