EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0371

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2011/0371 finali - NLE 2011/0160 */

52011PC0371

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2011/0371 finali - NLE 2011/0160 */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi għall-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[1], endorsjat mill-Kunsill fl-2003[2], jipproponi sensiela ta’ miżuri, inkluż sostenn għall-pajjiżi li jipproduċu l-injam, kollaborazzjoni multilaterali biex jikkumbattu l-kummerċ tal-injam illegali, is-sostenn għall-inizjatttivi tas-settur privat, kif ukoll miżuri li jiskoraġġixxu l-investiment f’attivitajiet li jinkoraġġixxu l-qtugħ illegali tas-siġar. Il-bażi fundamentali ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni hija l-istabbiliment tal-isħubiji FLEGT bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li jipproduċu l-injam, immirati biex iwaqqfu l-qtugħ illegali tas-siġar Fl-2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005[3], li jistabbilixxi skema ta’ liċenzjar u mekkaniżmu li jivverifika l-legaliltà tal-importazzjonijiet tal-injam fl-UE.

F’Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni u, b’mod partikolari biex jinkoraġġixxi l-kummerċ fl-importazzjonijiet tal-injam legali vverifikat li ġej minn pajjiżi imsieħba lejn l-UE[4]. Il-Ftehim mal-Liberja huwa s-sitt ftehim ta’ dan it-tip li ġie nnegozjat. wara l-ftehimiet mal-Gana, il-Kongo, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Indoneżja.

Il-Kummissjoni bdiet in-negozjati mal-Liberja f’Marzu tal-2009. In-negozjati proċedew fuq sentejn u involvew sitt sessjonijiet ta’ negozjar wiċċ imbwiċċ u 14-il diskussjoni teknika permezz ta’ vidjokonferenza, kif ukoll laqgħat fuq livell ta’ ħidma teknika. Matul in-negozjati l-Kummissjoni kienet assistita mill-Istati Membri, notevolment ir-Renju Unit li, f’dan il-każ, ipprovda riżorsi biex jiffaċilita l-proċess. Il-Kummissjoni dejjem żammet lill-Kunsill aġġornat dwar il-progress tan-negozjati permezz ta’ rapporti regolari lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Foresti, kif ukoll lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-UE fil-Liberja. Wara kull laqgħa ta’ negozjati, il-partijiet żammew laqgħat pubbliċi ta’ aġġornament biex il-partijiet interessati jinżammu infurmati bil-progress li jkun sar waqt it-taħdidiet. Addizjonalment, il-Liberja adottat approċċ parteċipattiv ħafna billi involviet lis-soċjetà ċivili, lir-rapreżentanti tal-komunità, is-settur privat u rappreżentant tal-leġiżlatura Liberjana fl-abbozzar tal-Ftehim.

Il-ftehim jindirizza l-elementi kollha li hemm fid-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill. B’mod partikolari, huwa jistabbilixxi l-qafas, l-istituzzjonijiet u s-sistemi tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT. Huwa jistipula l-kontrolli fuq il-katina ta’ forniment, il-qafas għall-monitoraġġ tal-konformità legali u r-rekwiżiti tal-awditi indipendenti tas-sistema. Dawn il-komponenti huma stipulati f’annessi mal-Ftehim li jipprovdu deskrizzjoni ddettaljata tal-istrutturi li se jirfdu l-assigurar tal-legalità li tista’ tinkiseb bil-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT.

Il-Ftehim ta’ sħubija Volontarja (VPA) jiffoka fuq il-governanza u l-infurzar tal-liġi u, permezz ta’ sistema ta’ liċenzji, jipprovdi l-assigurazzjoni li l-injam Liberjan huwa prodott legalment. Huwa eżempju tal-impenn tal-Liberja biex ittejjeb ir-responsabbiltà u t-trasparenza. Bħala konsegwenza tal-prassi ħażina fil-passat, l-injam Liberjan ma għandux reputazzjoni tajba fuq is-swieq internazzjonali. Il-liċenzja FLEGT se sserraħ ras is-swieq internazzjonali li l-prodotti tal-injam Liberjan ġejjin minn sorsi legali vverifikati.

Il-VPA se jsostni r-riformi reglatorji li huma għaddejjin li se jsaħħu l-qafas legali, sabiex tkun promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u jissaħħaħ l-involviment tal-komunitajiet lokali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-ftehim jindika b’mod ċar l-oqsma fejn huma meħtieġa r-riformi u jistipula skeda għalihom.

Il-Liberja żviluppat qafas komprensiv għall-monitoraġġ tal-konformità legali għal kull tip ta’ impriża, kemm jekk siġar mill-foresti komunitarji, konċessjonijiet kbar jew siġar ta’ sjieda privata fuq l-irziezet, u li taqqgħad l-aspetti kollha tal-prodzzjoni tal-injam, inkluż l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-ħsad, l-applikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti u l-istandards ambjentali, il-kondiviżjoni tal benefiċċji, id-drittijiet tal-ħaddiema u t-taxxi. Il-konformità se tkun monitorjata mis-sistema l-ġdida għall-assigurazzjoni legali, li tibni fuq u tespandi sistema eżistenti ta' kustodja. Addizzjonalment, il-Liberja se taħdem ma' awditur indipendenti, li se jipprovdi rapporti pubbliċi regolari dwar l-effikaċja tas-sistema. Is-soċjetà ċivili se timmonitorja l-VPA inġenerali, tikkondividi s-sejbiet mal-gvern, il-partijiet involuti nazzjonali u l-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni responsabbli għas-sorveljanza.

Il-ftehim imur lil hinn mill-kopertura limitata tal-prodott proposta fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT. huwa jkopri l-prodotti kollha tal-injam esportati, inluż il-laqx tal-injam, u prodotti sekondarji komuni tal-konċesjonijiet tal-agrikoltura kummerċjali. Il-Liberja hija impenjata li tistabbilixxi sistema li se tipprovdi assigurazzjoni lill-UE li l-prodotti kollha tal-injam mil-Liberja huma prodotti legalment u b’hekk jikkontribwixxu b’mod pożittiv għat-tkabbir tal-Liberja.

Il-Fehim jagħmel dispożizzjoni għall-kontrolli tal-importazzjoni fuq il-konfini tal-UE, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u r-Regolament (KE) Nru 1024/2008 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-Fehim jinkludi deskrizzjoni tal-liċenzja FLEGT tal-Liberja, li tuża l-format preskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi hawn fuq. Il-liċenzji Flegt se jinħarġu wkoll għall-esportazzjoni tal-injam destinat għal swieq oħra internazzjonali u sistema ta' numerazzjoni speċifika għall-UE se tkun introdotta biex l-esportazzjoni tal-injam destinat għall-UE tkun tingħaraf faċilment.

Il-Ftehim jistabbilixxi mekkaniżmu għal djalogu u kooperazzjoni mal-Unjoni fejn tidħol l-iskema FLEGT, permezz tal-Kumitat Konġunt għall-Impimentazzjoni. Hu jistabbilixxi wkoll prinċipji tal-parteċipazzjoni tal-partijiet involuti, is-salvagwardji soċjali, ir-responsabbiltà u t-trasparenza, kif ukoll il-monitoraġġ tal-Ftehim u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tiegħu.

Il-Ftehim jistabbilixxi limitu ta’ żmien u l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar. Peress li l-Liberja se tirrevedi u tlesti r-regolamenti li jmexxu s-settur, issaħħaħ is-sistema regolatorja u ta' ġestjoni tal-informazzjon tagħha, taġġorna l-kontrolli fil-katina ta’ forniment biex tkopri il-faċilitajiet tal-iproċessar u tistabbilixxi verifika indipendenti tal-konformità legali, se jgħaddu bosta snin biex ikunu żviluppati u ttestjati s-sistemii l-ġodda u biex tinbena l-kapaċità min-naħa tal-gvern, is-soċjetà ċivili u s-settur privat għall-kompiti previsti. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji FLEGT mistennija li tkun operattiva b'mod sħiħ sa nofs l-2014. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji se tiġi evalwata fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-ftehim qabel ma l-UE tibda taċċetta l-liċenzji FLEGT.

2011/0160 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikoli 218(6)(a)(v) u 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[5],

Billi:

(1)       F'Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT): Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE'[6] li sejħet għal miżuri biex ikun indirizzat il-qtugħ illegali permezz tal-iżvilupp ta' Ftehimiet ta' sħubija volontarja ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta' Azzjoni ġew adottati f’Ottubru tal-2003[7] u l-Parlament għadda riżoluzzjoni fil-11 ta' Lulju tal-2005[8].

(2)       Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/XXX ta' […][9], il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’) ġie ffirmat fil-[…][10], suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)       Il-Ftehim għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja għall-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i awtorizzata/i biex jagħtu/i, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 30 tal-Ftehim sabiex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim.

Artikolu 3

Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jirrappreżentaw lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni mwaqqaf skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni.

Artikolu 4

Għall-finijiet tal-emendar tal-annessi tal-Ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 26 tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005, biex tapprova kwalunkwe emenda f'isem l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […]

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President                                                                        […]

FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI TAL-FORESTI, IL-GOVERNANZA U L-KUMMERĊ TAL-PRODOTTI TAL-INJAM LEJN L-UNJONI EWROPEA

L-UNJONI EWROPEA

minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Unjoni’

u

IR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘il-Liberja’,

minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa ‘il-Partijiet’,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Liberja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000[11], minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim ta' Cotonou’ ;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[12] bħala l-ewwel pass lejn l-indirizzar tal-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat;

WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio tal-1992 fil-kuntest tal-assigurazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u b’mod partikolari, tal-Prinċipju 10 dwar l-importanza tal-għarfien u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali u tal-Prinċipju 22 dwar ir-rwol essenzjali tan-nies indiġeni u komunitajiet oħra lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Awtoritattiva li Ma Torbotx Legalment tal-Prinċipji għal Kunsens Globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tat-tipi kollha ta' foresti tal-1992 u l-adozzjoni reċenti mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Strument li Mhux Legalment Vinkolanti dwar it-tipi kollha ta’ foresti[13];

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u b’mod partikolari, ir-rekwiżit li permessi tal-esportazzjoni CITES maħruġa mill-partijiet ta’ CITES għal kampjuni ta’ speċi elenkati fl-Annessi I, II jew III jingħataw biss taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż li t-tali kampjuni ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet ta’ dak l-Istat għall-protezzjoni tal-fawna u l-flora.

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-objettivi ta’ żvilupp miftiehma fuq livell internazzjonali u lill-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-prinċipji u lir-regoli li jirregolaw is-sistemi ta' kummerċ multilaterali, b'mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 u l-ftehimiet multilaterali l-oħra li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) kif ukoll il-ħtieġa li jiġu applikati b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea[14];

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-qafas stabbilit mil-Liġi Nazzjonali tal-Liberja tar-Riforma tal-Foresti[15] li jibbilanċja l-prijoritajiet f’kompetizzjoni kummerċjali, komunitarji u ta’ konservazzjoni li qed jintużaw, il-ġestjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-foresti, u b'hekk jippromwovi l-użu effettiv fil-preżent ta' riżorsi tal-foresti għall-iżvilupp ekonomiku, FILWAQT li fl-istess ħin jiżgura li r-riżorsi tal-foresti se jkunu disponibbli għall-benefiċċju ta’ ġenerazzjonijiet futuri;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI aktar ir-rikonoxximent tal-Liberja tal-importanza tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku u t-trasparenza fl-użu sostenibbli tal-foresti u l-governanza tagħhom, inkluż l-allokazzjoni ta' liċenzji tal-foresti, il-promozzjoni ta' operazzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-monitoraġġ ta' konformità ma’ rekwiżiti fiskali u rekwiżiti regolatorji oħra;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li s-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità tal-Liberja hija mfassla sabiex tiġi żgurata l-legalità tal-prodotti kollha tal-injam esportati mil-Liberja għal kwalunkwe parti tad-dinja u bil-għan li jiġi applikat jew estiż ir-rekwiżit ta’ legalità għall-prodotti kollha tal-injam użati fis-suq domestiku;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-isforzi magħmula mil-Liberja sabiex tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-organiżmi slavaġ fit-territorju nazzjonali kollu tagħha u, b'mod partikolari, sabiex tiżgura l-legalità tal-flussi kollha tal-injam;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU aktar il-kontribuzzjoni li l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' sħubija volontarja FLEGT se tagħmel fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, f’konformità mal-isforzi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+) billi titrawwen l-infurzar tal-liġi u l-governanza tal-foresti;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat u tal-popolazzjonijiet lokali residenti għas-suċċess tal-politiki ta' governanza tal-foresti, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet u l-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku,

B’DAN FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Ftehim, konsistenti mal-impenn komuni tal-Partijiet li jiġġestixxu b’mod sostenibbli t-tipi kollha ta’ foresti, huwa li jipprovdi qafas legali bl-iskop li jiżgura li l-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni mil-Liberja ta’ prodotti tal-injam koperti minn dan il-Ftehim ġew prodotti legalment u, b’hekk, li jippromwovi l-kummerċ fil-prodotti tal-injam.

Barra minn hekk, dan il-Ftehim jipprovdi bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet għall-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim u t-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u l-governanza tal-foresti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)          ‘importazzjoni fl-Unjoni’ tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni skont l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju[16] ta’ prodotti tal-injam li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala ‘merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali’ skont id-definizzjoni li tidher fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju[17];

(b)          ‘esportazzjoni’ tfisser il-ħruġ jew l-irtirar fiżiku ta’ prodotti tal-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ġeografiku tal-Liberja, għajr il-prodotti tal-injam fi tranżitu fil-Liberja;

(c)          ‘injam fi tranżitu’ ifisser kwalunkwe prodott tal-injam li joriġina minn pajjiż terz, li jidħol fit-territorju tal-Liberja taħt il-kontroll doganali u joħroġ taħt l-istess forma waqt li jzomm il-pajjiż tal-oriġini tiegħu;

(d)          ‘prodotti tal-injam’ ifisser il-prodotti elenkati fl-Anness I;

(e)          ‘kodiċi HS’ tfisser kodiċi ta’ erba' jew sitt numri, kif stabbilita fis-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Komodità stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Komodità tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(f)           ‘liċenzja FLEGT’ tfisser dokument li jikkonferma li konsenja tkun ġejja minn sors legali u hija vverifikata skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-Ftehim. Liċenzja FLEGT tista’ tkun fuq karta jew fil-forma elettronika;

(g)          ‘awtorità tal-liċenzji’ tfisser l-awtorità maħtura mil-Liberja biex toħroġ u tivvalida l-liċenzji FLEGT;

(h)          ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw il-liċenzji FLEGT;

(i)           ‘konsenja’ tfisser il-kwantità ta’ prodotti tal-injam koperta minn liċenzja FLEGT li tintbagħat mill-konsenjatur jew trasportatur mil-Liberja u hija ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali fl-Unjoni;

(j)           ‘injam prodott legalment’ ifisser prodotti tal-injam akkwistati, prodotti u kkumerċjalizzati permezz ta’ proċessi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet statutorji u regolatorji fis-seħħ fil-Liberja, kif stabbilit fl-Anness II;

(k)          ‘ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa’ tfisser proċedura doganali tal-Unjoni li tagħti l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni lil oġġetti li mhumiex mill-Unjoni (b'referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2913/92), li jimplika l-ġbir ta' kwalunkwe dazju dovut għall-importazzjoni; il-ġbir, kif xieraq, ta' imposti oħra; l-applikazzjoni tal-miżuri ta' politika kummerċjali u l-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet; u t-twettiq ta' formalitajiet oħra previsti fir-rigward tal-importazzjoni tal-oġġetti;

(l)           ‘il-Kummissjoni Ewropea’ tfisser l-istituzzjoni tal-Unjoni imsemmija fl-Artikoli 13(1) u 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li, fost kompiti oħra, tiżgura r-rappreżentazzjoni esterna tal-Unjoni u teżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuttivi u ta’ ġestjoni.

Artikolu 3

Skema ta’ liċenzjar FLEGT

1.           Skema ta' Liċenzji dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-iskema ta' liċenzji FLEGT’) hija hawnhekk stabbilita bejn il-Partijiet f'dan il-Ftehim. Hija tistabbilixxi sett ta' proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jkunu vverifikat u ċċertifikat, permezz ta' liċenzji FLEGT, li l-prodotti tal-injam li jiġu kkunsinjati lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti jew akkwistati legalment. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 u dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha taċċetta dawn il-konsenji mil-Liberja għall-importazzjoni fl-Unjoni biss jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.

2.           L-iskema tal-liċenzji FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness I.

Artikolu 4

Awtorità tal-liċenzji

1.           Il-Liberja għandha taħtar l-awtorità tal-liċenzji tagħha u tinnotifika d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità tal-liċenzji lill-Kummissjoni Ewropea. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.           L-awtorità tal-liċenzji għandha tivverifika li l-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti legalment skont il-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness II. Skont it-termini stabbiliti fl-Anness II, għandha toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru konsenji ta’ injam prodott jew akkwistat legalment għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni

3.           L-awtorità tal-liċenzji m’għandhiex toħroġ liċenzji FLEGT għal kwalunkwe prodott tal-injam li huwa kompost minn, jew li jinkludi, prodotti tal-injam importati fil-Liberja minn pajjiż terz ħlief jekk jintwera li l-prodott tal-injam ikun ġie prodott u esportat skont il-liġijiet tal-pajjiż terz ikkonċernat u jkun ikkonforma mal-Anness II għal dan il-Ftehim u ma kwalunkwe regolament li jirregola l-importazzjoni ta’ prodotti tal-injam fil-Liberja.

4.           L-awtorità tal-liċenzji għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli pubblikament il-proċeduri tagħha għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. Għandha żżomm ukoll rekords tal-konsenji kollha koperti mil-liċenzji FLEGT u, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, għandha tagħmel dawn ir-rekords disponibbli għall-finijiet ta’ monitoraġġ indipendenti, waqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li hi proprjetà tal-esportaturi.

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lil-Liberja bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri tal-Unjoni. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.           L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull konsenja tiġi koperta minn liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik il-konsenja għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. Ir-rilaxx tal-konsenja jista’ jiġi sospiż u l-konsenja miżmuma fejn ikun hemm dubji fir-rigward tal-validità tal-liċenzja FLEGT. Il-proċeduri li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ konsenji koperti minn liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

3.           L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena rekord tal-liċenzji FLEGT li jirċievu.

4.           Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil persuni jew korpi maħtura mil-Liberja bħala awditur indipendenti, aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti.

5.           Madankollu, fejn l-injam u l-prodotti derivati mill-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u koperti minn liċenzja FLEGT jidħlu fl-Unjoni, għandhom jgħaddu minn eżami preskritt mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom[18], billi l-liċenzja FLEGT tiċċertifika wkoll li dan l-injam inkwistjoni ġie prodott jew akkwistat legalment.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1.           Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-awtorità tal-liċenzji bħala mezz ta’ ċertifikazzjoni li l-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti jew akkwistati legalment.

2.           Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu u jimtlew bl-Ingliż.

3.           Il-Partijiet jistgħu, permezz ta’ ftehim, jistabbilixxu sistemi elettroniċi għall-ħruġ, it-trażmissjoni u r-riċezzjoni tal-liċenzji FLEGT.

4.           Il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

Definizzjoni ta’ injam prodott legalment

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, qed tiġi stabbilita definizzjoni ta’ ‘injam prodott legalment’ fl-Artikolu 2 u l-Anness II. Id-definizzjoni tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali u regolamenti ta’ akkompanjament tal-Liberja li jridu jiġu mħarsa qabel ma l-prodotti tal-injam ikunu jistgħu jiġu koperti mil-liċenzji FLEGT L-Anness II jinkludi wkoll ‘tabelli ta’ legalità’ flimkien ma’ ‘indikaturi ta’ legalità’ u ‘verifikaturi ta’ legalità’ u proċeduri ddettaljati ta’ verifika li jridu jiġu segwiti sabiex tiġi determinata l-konformità mal-liġi tal-Liberja.

Artikolu 8

Verifika ta’ injam prodott legalment

1.           Il-Liberja għandha tistabbilixxi sistema biex tivverifika li l-injam ikun ġie prodott jew akkwistat legalment u biex tiżgura li l-konsenji verifikati bħala tali biss jiġu esportati lejn l-Unjoni. Is-sistema għall-verifika tal-legalità għandha tinkludi kontrolli tal-konformità sabiex tiġi pprovduta assigurazzjoni li l-injam u l-prodotti derivati destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti jew akkwistati legalment u li l-liċenzji FLEGT ma jkunux inħarġu għal konsenji tal-injam li ma jkunux ġew prodotti jew akkwistati legalment, jew li l-oriġini tagħhom ma tkunx magħrufa. Is-sistema għandha tinkludi wkoll proċeduri bl-għan li jiġi żgurat li l-injam ta' oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħolx fil-katina tal-provvista.

2.           Is-sistema ta' verifika li l-konsenji tal-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti legalment hija deskritta fl-Anness II.

Artikolu 9

Applikazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT għall-prodotti tal-injam mhux esportati lejn l-Unjoni

1.           Il-Liberja għandha timpenja ruħha biex tivverifika l-legalità tal-injam esportat lejn swieq li mhumiex fl-Unjoni, tal-injam mibjugħ fis-swieq domestiċi tiegħu u tal-injam importat permezz, fejn ikun possibbli, tas-sistemi tal-verifika tal-legalità żviluppati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.           Bħala sostenn għal dawn l-isforzi, l-Unjoni, bi djalogu mal-partijiet interessati, għandha tinkoraġġixxi l-użu tas-sistemi żvilupppati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għal kummerċ fi swieq internazzjonali oħra u ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 10

Konsultazzjonijiet dwar il-validità tal-liċenzji

1.           F’każ li jinħolqu dubji dwar il-validità ta’ kwalunkwe liċenzja, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ titlob fil-pront lill-awtorità tal-liċenzji informazzjoni addizzjonali u tfittex aktar kjarifika. Jekk l-awtorità tal-liċenzji ma tweġibx fi żmien 21 jum kalendarju mid-data ta’ meta tirċievi t-talba għal informazzjoni addizzjonali, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tagħha u m’għandhiex taċċetta l-liċenzja. Jekk, wara li tiġi provduta l-informazzjoni addizzjonali u aktar investigazzjoni, jiġi stabbilit li l-informazzjoni fuq il-liċenzja ma tikkorrispondix mal-konsenja, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u m’għandhiex taċċetta l-liċenzja. L-awtorità tal-liċenzji trid tiġi infurmata fil-pront bil-miktub b’kull nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ liċenzja FLEGT flimkien mar-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċettazzjoni.

2.           F’każ li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim jew diffikultajiet persistenti fir-rigward tal-konsultazzjonijiet li jikkonċernaw il-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni.

Artikolu 11

Awditur indipendenti

1.           Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-ħtieġa li jimpjegaw is-servizzi ta’ awditur indipendenti għal perjodi ta’ żmien miftiehma biex jikkontrollaw il-prestazzjoni u l-effikaċja tal-iskema tal-liċenzji FLEGT kif stabbilita fl-Anness V.

2.           Il-Liberja għandha tqabbad is-servizzi ta’ awditur indipendenti, wara li tikkonsulta mal-Unjoni.

3.           L-awditur indipendenti għandu jirreferi l-ilmenti li jqumu matul ix-xogħol tiegħu lill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni.

4.           L-awditur indipendenti għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Partijiet f’rapporti skont il-proċedura deskritta fl-Anness V. Ir-rapporti tal-awditur indipendenti għandhom jiġu ppubblikati skont il-proċedura stabbilita fl-Anness V.

5.           Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-awditur indipendenti, inkluż billi jiżguraw li dan tal-aħħar ikollu aċċess fit-territorju ta’ kull Parti għall-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Madankollu, Parti tista’, skont il-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-protezzjoni tad-dejta, iżżomm kwalunkwe informazzjoni li m'għandhiex permess li tiżvela.

Artikolu 12

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evidenza ta’ kwalunkwe evażjoni jew irregolarità fl-iskema tal-liċenzji FLEGT, inkluż b’rabta ma’ dan li ġej:

(a)     aġġirament tal-kummerċ, inkluż bit-teħid ta’ rotta ġdida tal-kummerċ mil-Liberja lejn l-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz, fejn hemm raġuni li wieħed jemmen li dan sar bl-intenzjoni li jiġi evitat il-liċenzjar;

(b)     liċenzji FLEGT li jkopru l-prodotti tal-injam li jinkludu importazzjonijiet minn sorsi suspettużi f’pajjiżi terzi; jew

(c)     frodi fil-kisba jew l-użu tal-liċenzji FLEGT.

Artikolu 13

Id-data tal-operazzjoni tal-iskema tal-liċenzji FLEGT

1.           Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar data minn meta l-iskema tal-liċenzji FLEGT għandha tibda topera.

2.           It-tnedija tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT għandha tiġi preċeduta minn evalwazzjoni teknika konġunta, li l-għanijiet u l-kriterji tagħha huma stabbiliti fl-Anness VI. L-evalwazzjoni għandha tiddetermina li l-assigurazzjoni tal-legalità li hija l-bażi tal-iskema tal-liċenzji FLEGT tissodisfa b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha u li s-sistemi fl-Unjoni Ewropea għar-riċezzjoni, il-verifika u l-aċċettazzjoni tal-liċenzji FLEGT huma fis-seħħ.

Artikolu 14

Skeda għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

1.           Il-Partijiet jaqblu fuq l-iskeda għall-implimentazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

2.           Il-Partijiet, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni, għandhom jevalwaw il-progress tal-implimentazzjoni b’referenza għall-iskeda stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 15

Miżuri ta' sostenn

1.           Il-Partijiet identifikaw l-oqsma indikati fl-Anness VIII bħala dawk fejn hemm il-ħtieġa għal riżorsi tekniċi u finanzjarji addizzjonali biex jiġi applikat dan il-Ftehim.

2.           Il-provvista ta’ dawn ir-riżorsi għandha tkun soġġetta għall-proċeduri normali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-ipprogrammar tal-assistenza lil-Liberja u għall-proċeduri baġitarji tal-Liberja stess.

3.           Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ ftehim konġunt fejn il-finanzjament u l-kontribuzzjonijiet tekniċi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jiġu kkoordinati biex isostnu dawn il-proċessi.

4.           Il-Liberja għandha tiżgura li l-infurzar tal-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikun inkluż fl-istrumenti nazzjonali tal-ippjanar, bħall-istrateġiji ta’ tnaqqis tal-faqar u l-baġits.

5.           Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-attivitajiet assoċċjati mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim jiġu koordinati mal-inizjattivi ta’ żvilupp rilevanti, eżistenti jew fil-futur bħal, fost oħrajn, dawk li jsostnu l-azzjoni sabiex jintaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+).

6.           Il-provvista ta’ riżorsi addizzjonali għandha tiġi soġġetta għall-proċeduri li jirregolaw l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilita fil-Ftehim ta’ Kotonù, u għal dawk li jirregolaw l-għajnuna bilaterali mogħtija lil-Liberja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Involviment tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni tal-Ftehim

1.           Skont il-Liġi Nazzjonali tal-Liberja tar-Riforma tal-Foresti relatata mal-ġestjoni parteċipatorja tar-riżorsi tal-foresti, il-Liberja għandha tiżgura li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim isiru f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż l-industrija, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet lokali u persuni oħra dipendenti fuq il-foresti. Il-partijiet interessati għandhom jipparteċipaw permezz ta’ strutturi ta’ governanza eżistenti tal-foresti u permezz ta' sħubija ta' korp nazzjonali li jrid jiġi stabbilit skont il-paragafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.           Il-Liberja għandha tistabbilixxi kumitat nazzjonali sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, magħmul minn rappreżentanti tal-aġenziji rilevanti tal-Gvern u partijiet interessati rilevanti oħra.

3.           L-Unjoni għandha tikkonsulta b’mod regolari mal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li tikkunsidra l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjoni u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

Artikolu 17

Salvagwardji soċjali

1.           Sabiex jiġi minimizzat kwalunkwe impatt negattiv li jista’ jkollu dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jiżviluppaw ftehim aħjar tal-mod kif persuni potenzjalment affettwati u komunitajiet lokali jaqilgħu l-għixien, inklużi dawk involuti fil-qtugħ illegali tas-siġar.

2.           Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq dawk il-komunitajiet imsemmija f’paragrafu 1, waqt li jieħdu passi raġonevoli biex jimmitigaw kwalunkwe impatt ħażin. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu fuq miżuri addizzjonali biex jindirizzaw kwalunkwe impatt negattiv.

Artikolu 18

Inċentivi relatati mas-suq

Filwaqt li tikkunsidra l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tħabrek biex tippromwovi l-aċċess favorevoli għas-suq tagħha għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Dawn l-isforzi għandhom jinkludu:

(a)     l-inkoraġġament tal-politiki ta’ akkwist pubbliku u privat li jirrikonoxxu l-isforzi li jiżguraw provvista ta’ prodotti tal-injam prodotti legalment; u

(b)     il-promozzjoni tal-prodotti bil-liċenzji FLEGT fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 19

Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni

1.           Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-JIC’) biex jiffaċilita l-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-JIC għandu jiffaċilita wkoll id-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-Partijiet.

2.           Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha fil-JIC li għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' konsensus. Il-JIC għandu jiġi kopresedut minn tnejn mill-membri tiegħu, wieħed mill-Unjoni u l-ieħor mil-Liberja.

3.           Il-JIC għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, il-JIC għandu:

(a)     jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena fid-dati u l-postijiet miftiehma mill-Partijiet;

(b)     iħejji l-aġenda tal-ħidma tiegħu u t-termini ta’ referenza għall-azzjoni konġunta;

(c)     jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess;

(d)     jistabbilixxi arranġament ta’ kopresidenza sabiex il-laqgħat tiegħu jiġu preseduti;

(e)     jiżgura li l-ħidma tiegħu tkun trasparenti u li l-informazzjoni dwar il-ħidma u d-deċiżjonijiet tiegħu tkun disponibbli għall-pubbliku;

(f)      jekk ikun meħtieġ, jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew korpi sussidjarji oħra għal oqsma li jeħtieġu kompetenzi speċifiċi;

(g)     jippubblika rapport annwali. Dettalji tal-kontenut ta’ dan ir-rapport jingħataw fl-Anness IX.

4.           Il-funzjonijiet speċifiċi tal-JIC huma deskritti fl-Anness X.

5.           Fil-perjodu bejn l-inizjalar ta’ dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ tiegħu, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu konġunt għad-djalogu u l-monitoraġġ biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 20

Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim

1.           Ir-rappreżentanti tal-Partijiet li huma responsabbli għall-komunikazzjonijiet uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:

Għal-Liberja: || Għall-Unjoni Ewropea

Il-Ministru tal-Agrikoltura || Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Liberja

2.           Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin fi żmien xieraq l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 21

Rapportaġġ u żvelar tal-informazzjoni lill-pubbliku

1.           Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni hija essenzjali sabiex tiġi mtejba l-governanza u għalhekk il-provvista tal-informazzjoni lill-partijiet interessati għandha tkun ċentrali għall-VPA. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata regolarment sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ sistemi, tiżdied it-trasparenza, u b’hekk titjieb il-kunfidenza tal-parti interessata u tal-konsumatur kif ukoll jiġi żgurat li jingħata rendikont aħjar tal-Partijiet. Id-dettalji tal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata huma stabbiliti fl-Anness IX.

2.           Kull parti għandha tiddetermina l-mekkaniżmu l-aktar xieraq biex tagħmel l-informazzjoni pubblika. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jagħmlu sforz biex jipprovdu lill-partijiet interessati fis-settur tal-foresti b’informazzjoni affidabbli u aġġornata.

3.           It-termini tar-referenza u l-proċeduri li jiggwidaw il-funzjonament tal-JIC għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 22

Informazzjoni kunfidenzjali

1.           Kull Parti timpenja ruħha, fil-limiti preskritti mil-liġijiet tagħha stess, li ma tiżvelax informazzjoni kunfidenzjali skambjata taħt dan il-Ftehim. L-ebda Parti m’għandha tiżvela lill-pubbliku, jew tippermetti lill-awtoritajiet tagħha involuti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim li jiżvelaw, sigrieti tal-kummerċ jew informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali skambjata taħt dan il-Ftehim.

2.           Suġġett għall-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali:

(a)     in-numru u t-tip tal-liċenzji FLEGT maħruġa mil-Liberja u rċevuti mill-Unjoni u l-volum tal-prodotti tal-injam esportati mil-Liberja u rċevuti mill-Unjoni taħt dawn il-liċenzji;

(b)     l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi rilevanti tal-liċenzji FLEGT u tal-importaturi;

(c)     l-ammonti tal-miżati u t-taxxi mħallsa minn kwalunkwe esportatur;

(d)     multi monetarji imposti jew azzjoni regolatorja meħuda kontra kwalunkwe kuntrattur jew detentur tal-liċenzji.

Artikolu 23

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġi applikat taħt il-kundizzjonijiet previsti f'dak it-Trattat, min-naħa waħda, u għat-territorju tal-Liberja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 24

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.           Il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu kull tilwim li jikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet fil-pront.

2.           Fil-każ li xi tilwim ma jkunx jista’ jiġi solvut permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tat-talba inizjali għall-konsultazzjonijiet, kull Parti tista’ tirreferi t-tilwim lill-JIC, li għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjoni. Il-JIC għandu jiġi provdut bl-informazzjoni kollha rilevanti għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinsab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-JIC għandu jinħtieġ li jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex tinżamm l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim.

3.           Fil-każ li l-JIC ma jkunx jista’ jsolvi t-tilwima fi żmien xahrejn, il-Partijiet jistgħu jfittxu b’mod konġunt l-bon offiċji ta’, jew jitolbu l-medjazzjoni, minn parti terza indipendenti.

4.           Fil-każ li ma jkunx jista’ jsolvi t-tilwima skont il-paragrafu 3, kull Parti tista’ tinnotifika lill-oħra dwar il-ħatra ta’ arbitru; il-Parti l-oħra trid imbagħad taħtar arbitru ieħor fi żmien 30 jum kalendarju mill-ħatra tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom jaħtru b’mod konġunt it-tielet arbitru fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni arbitru.

5.           Id-deċiżjonijiet tal-arbitri għandhom jittieħdu b’vot ta' maġġoranza fi żmien sitt xhur mill-ħatra tat-tielet arbitru.

6.           Id-deċiżjoni għandha torbot lill-Partijiet u ma tistax tiġi appellata.

7.           Il-JIC għandu jistabbilixxi l-proċeduri tal-ħidma għall-arbitraġġ.

Artikolu 25

Sospensjoni

1.           Kull Parti tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-każ li l-Parti l-oħra (a) tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha kif speċifikat skont dan il-Ftehim, jew (b) tonqos milli żżomm il-miżuri regolatorji u amministrattivi u l-mezzi meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim, jew (c) taġixxi jew tonqos milli taġixxi b'mod li joħloq riskji sinifikanti għall-ambjent, is-saħħa, is-sikurezza jew is-sigurtà tan-nies tal-Unjoni jew tal-Liberja. Id-deċiżjoni ta’ sospensjoni u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lill-Parti l-oħra.

2.           Il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jieqfu japplikaw 30 jum kalendarju wara li jingħata dan l-avviż.

3.           L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha terġa’ tissokta 30 jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tagħha tinforma lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet tas-sospensjoni m’għadhomx japplikaw u l-Partijiet jiftiehmu b’mod konġunt li jerġgħu jissoktaw bil-Ftehim.

Artikolu 26

Emendi

1.           Kull Parti li tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tressaq proposta mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa li jmiss tal-JIC. Il-JIC għandu jiddiskuti l-proposta, u jekk jintlaħaq kunsens, jagħmel rakkomandazzjoni. Kull Parti għandha tikkunsidra r-rakkomandazzjoni u, jekk ikun hemm qbil, għandha tapprovaha skont il-proċeduri interni tagħha stess.

2.           Kwalunkwe emenda approvata b’dan il-mod miż-żewġ Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

3.           Il-JIC jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.           Notifika ta’ kwalunkwe emenda għandha tintbagħat lid-depożitarji għal dan il-Ftehim u għandha tidħol fis-seħħ fil-ħin u fil-forma prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Annessi

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali tiegħu u għandhom ikunu infurzabbli.

Artikolu 28

Durata

B’effett mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jibqa’ validu għal żmien indefinit.

Artikolu 29

Terminazzjoni tal-Ftehim

Minkejja l-Artikolu 28, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim m’għandux jibqa japplika 12-il xahar wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 30

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal duplikatament fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku. Fil-każ ta’ diverġenza, għandu jipprevali t-test Ingliż.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

1.           Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-iskop.

2.           In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru Liberjan tal-Affarijiet Barranin, li għandhom ikunu d-depożitarji konġunti għal dan il-Ftehim.

Lista ta’ Annessi

Anness I || Lista tal-prodotti suġġetti għal-liċenzjar FLEGT

Anness II || Sistema tal-assigurazzjoni ta’ legalità tal-Liberja

Anness III || Kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodotti tal-injam esportati mil-Liberja u koperti minn liċenzja FLEGT

Anness IV || Rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi għal liċenzji FLEGT

Anness V || Funzjonijiet tal-awditjar indipendenti: termini ta’ referenza

Anness VI || Kriterji għall-evalwazzjoni tas-sistema tal-assigurazzjoni ta’ legalità

Anness VII || Skeda tal-implimentazzjoni

Anness VIII || Miżuri ta' sostenn

Anness IX || Aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-miżuri ta’ trasparenza

Anness X || Funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni

ANNESS I

LISTA TAL-PRODOTTI SUĠĠETTI GĦAL-LIĊENZJAR FLEGT

KODIĊIJIET HS || DESKRIZZJONI KUMMERĊJALI

4401 || Injam għall-ħruq, fi zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew fi frak; serratura u skart u fdal tal-injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, gerbub jew forom simili, inkluż il-laqx tal-injam tal-gomma, jew le.

4403 || Injam mhux raffinat, biz-zokk u/jew il-linfa mqaxxrin jew maqtugħ kwadru b’mod goff

4406 || Travi tal-injam għal-linji tal-ferrovija jew injam simili

4407 || Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, bi ħxuna ta’ iktar minn 6 mm

4408 || Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil tal-injam laminat), folji għat-triplaj jew għal injam laminat simili u injam ieħor isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm

4409 || Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi tal-art bil-parkè, mhux immuntat) iffurmat kontinwament (b’tarf ilsien, bil-kanal, irbattut, ċanfrin, ġonot-V, imnaqqax, ittundjat jew simili) tul xi xifer, wiċċ jew tarf tiegħu jew bosta minnhom, sew jekk inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le

4410 || Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin, jew le, bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu

4411 || Fibreboard tal-injam jew materjali oħrajn għudin, sew jekk magħqud bir-raża jew sustanzi organiċi oħra jew le

4412 || Plajwud, pannelli miksija u injam laminat simili

4414 || Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili

4415 || Kontenituri għall-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili, tal-injam; rukkelli tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta’ kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam

4416 || Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, inkluż injam imqawwes

4417 || Għodod, partijiet u manek tal-għodod, il-parti prinċipali tal-ixkupilji, manek tal-ixkupi jew tal-ixkupilji, tal-injam; forom, għodod għat-tkabbir taż-żraben, tal-injam

4418 || Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija tal-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, panelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi u shakes

9403.30 || Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fl-uffiċċji

9403.40 || Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fil-kċina

9403.50 || Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fil-kamra tas-sodda

9403.60 ||  Għamara oħra tal-injam

ANNESS II

SISTEMA TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TAL-LIBERJA

1. DAĦLA

Is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità (LAS) tal-Liberja timmira sabiex tiżgura l-legalità tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-foresti u tal-ħsad, it-trasport, l-ipproċessar u l-bejgħ tal-injam. Hija bbażata fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u sistemi eżistenti ta’ kontroll governattiv, u ġiet imfassla minn proċess ma’ partijiet interessati nazzjonali multipli li inkluda rappreżentanti ta’ komunitajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs), aġenziji tal-gvern u s-settur privat. Dawn il-partijiet interessati ftiehmu, permezz ta' proċess ta' konsultazzjonijiet u diskussjonijiet, dwar l-elementi tal-LAS deskritti hawn taħt:

· Id-definizzjoni tal-legalità;

· Il-verifika ta’ konformità mad-definizzjoni tal-legalità;

· Is-sistema tal-katina tal-kustodja;

· Il-liċenzji FLEGT;

· L-awditjar indipendenti.

Id-definizzjoni tal-legalità tistabbilixxi r-rekwiżiti ewlenin tal-leġiżlazzjoni applikabbli għas-settur tal-foresti. Id-definizzjoni tal-legalità ġiet finalizzata u endorsjata minn partijiet interessati nazzjonali matul in-negozjati tal-VPA.

Il-verifika tal-legalità tiddetermina sistematikament il-konformità mar-rekwiżiti tad-definizzjoni tal-legalità. Din hija r-responsabbiltà tal-korpi tal-gvern maħtura mil-leġiżlazzjoni u mill-VPA.

Is-sistema tal-katina tal-kustodja (COCS) tiġi applikata sabiex tiġi kkontrollata l-katina tal-provvista tal-injam mill-foresta sal-punt tal-esportazzjoni jew il-bejgħ fis-suq domestiku. Is-COCS tinkludi l-kontrolli operattivi minn kumpaniji, il-verifika mill-maniġer tas-COCS u sistema ta’ informazzjoni fejn id-dejta mill-attivitajiet tal-kontroll operattiv u tal-verifika jiġu maħżuna u analizzati. COCS li fil-biċċa l-kbira tagħha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-LAS ilha topera minn qabel ma bdew in-negozjati tal-VPA. Tfasslet u qed tiġi operata minn fornitur tas-servizz estern u eventwalment se tiġi ttrasferita lill-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Forestrija (FDA).

Il-Liberja toħroġ liċenzji FLEGT lill-konsenji kollha tal-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-injam li jiġu prodotti skont id-definizzjoni tal-legalità u kkontrollati kif suppost mis-COCS.

L-awditu indipendenti żżid il-kredibilità lil-LAS billi jispezzjona kull komponent tas-sistema sabiex jiżgura li qed taħdem kif suppost. L-awditu se jitwettaq minn korp kompetenti li huwa indipendenti mill-korpi regolaturi tas-settur tal-foresti tal-Liberja u operaturi tas-settur privat. Ir-riżultati tal-awditu jiġu rrapportati lill-Kumitat Konġunti tal-Implimentazzjoni u r-rapporti huma disponibbli pubblikament.

Il-verifika tal-legalità, il-liċenzjar u l-funzjonijiet tal-Awditjar Indipendenti ġew deskritti minn grupp ta’ ħidma ta’ parti interessata u se jiġu żviluppati aktar u jibdew joperaw matul l-implimentazzjoni tal-VPA.

Dan l-Anness jiddeskrivi kif, fil-prinċipju, l-LAS se taħdem fil-prattika.

2. AMBITU 2.1. Sorsi tal-Injam

L-injam u l-prodotti tal-injam kollha li jitkabbru domestikament ikkontrollati mil-LAS iridu joriġinaw minn żoni maħtura legalment li għall-użu tagħhom ġew allokati drittijiet skont id-dispożizzjonijiet legali. Dawn is-sorsi tal-injam jistgħu jinkludu kemm foresti naturali kif ukoll foresti ta’ pjantazzjonijiet taħt wieħed mit-tipi ta’ permessi mogħtija mill-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Foresti (FDA);

· il-kuntratt għall-ġestjoni tal-foresti (FMC);

· il-kuntratt għall-bejgħ tal-injam (TSC);

· il-permess għall-użu privat (PUP);

· il-permess għall-użu tal-foresti (FUP),

· il-permess għas-serrieq bil-katina.

It-tipi ta’ permessi msemmija hawn fuq jiġu pprovduti mill-Liġi Nazzjonali tal-Liberja tar-Riforma tal-Foresti, il-Liġi tad-Drittijiet Komunitarji, ir-Regolament tas-Serrieq bil-Katina u regolamenti relatati oħra. Ir-Regolamenti tad-Drittijiet Komunitarji u r-Regolament tas-Serrieq bil-Katina qed jiġu abbozzati attwalment u, ladarba jitlestew, isiru emendi għal-LAS sabiex tiġi riflessa kwalunkwe żieda.

Injam tal-gomma u prodotti oħra tal-injam maħsuda skont ftehimiet ta’ konċessjoni agrikola se jiġu koperti wkoll mil-LAS.

Injam abbandunat se jiġi inkorporat fis-sistema ladarba jkun ġie mibjugħ b’irkant u sjieda legali ġdida tkun ġiet stabbilita.

Fil-preżent, injam li jkun ġie kkonfiskat minħabba f’vjolazzjoni ma jistax jiddaħħal fis-sistema. Regolamenti li jitrattaw l-injam ikkonfiskat u kif se jiġi inkorporat fl-LAS se jiġu żviluppati fi żmien sentejn u qabel ma tibda topera l-liċenzja FLEGT.

Il-prodotti tal-injam importati kollha elenkati fl-Anness I għal dan il-Ftehim se jiġu kkontrollati wkoll mil-LAS. Aktar dettalji jingħataw fit-Taqsima 5.9 ta’ dan l-Anness.

2.2. Il-prodotti

Il-prodotti li ġejjin jiġu kkontrollati mil-LAS:

- Zkuk || - Kisi tal-art bil-parkè

- Laqx tal-injam || - Gwarniċi tal-injam

- Travi għal-linji tal-ferrovija || - Kontenituri/kaxex għall-ippakkjar

- Injam isserrat || - Xogħol ta’ mastrudaxxi

- Folji ||  -Għamara

- Triplaj ||

L-Anness I jispeċifika l-prodotti koperti minn dan il-Ftehim u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (HS) użati għall-klassifika ta’ kommoditajiet fil-kummerċ internazzjonali.

Hekk kif tipproċedi l-implimentazzjoni, il-Liberja se tikkunsidra ż-żieda ta’ prodotti oħra, inkluż il-faħam, mal-ambitu tal-LAS.

2.3. Destinazzjonijiet tas-suq

Il-verifika tal-legalità tiġi applikata kemm lil prodotti tal-injam mibjugħa fis-suq domestiku kif ukoll lil esportazzjonijiet, irrispettivament mill-pajjiż tad-destinazzjoni. Kontrolli fuq il-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku se jiddaħħlu b’mod gradwali, wara skeda li se tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-Liġi tad-Drittiiet Komunitarji u r-Regolament tas-Serrieq bil-Katina u se jqisu t-trattati tal-kummerċ reġjonali ECOWAS u l-integrazzjoni tagħhom fil-LAS.

3. L-ARRANĠAMENTI ISTITUZZJONALI

Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-definizzjoni tal-legalità (LD) u tiġi operata s-COCS, l-FDA se tistabbilixxi dipartiment ġdid imsejjaħ id-Dipartiment Liberjan tal-Verifika (LVD). Fornitur tas-servizzi se jiġi kkuntrattat fuq bażi ta’ ‘ibni, opera u ttrasferixxi’ (BOT) għall-ewwel ħames snin sabiex tiġi żviluppata l-metodoloġija meħtieġa tal-verifika u sabiex tinbena l-kapaċità tad-dipartimenti u d-diviżjonijiet tal-FDA involuti fl-implimentazzjoni tal-LAS.

L-LVD se jikkollabora ma’ dipartimenti u diviżjonijiet oħra tal-FDA, l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA), il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tax-Xogħol u aġenziji rilevanti oħra tal-gvern responsabbli għal aspetti speċifiċ tar-regolament tas-settur tal-foresti. Dawn il-korpi tal-gvern se jissottomettu evidenza lil-LVD dwar il-konformità tal-operaturi mad-definizzjoni tal-legalità. Barra minn hekk, se jiġi stabbilit mezz ta’ komunikazzjoni għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) sabiex jipprovdi lil-LVD u awtoritajiet rilevanti oħra bid-dejta tal-monitoraġġ dwar il-konformità tal-operaturi mar-rekwiżiti tal-LAS.

Sabiex jinħarġu liċenzji FLEGT għal esportazzjonijiet tal-prodotti tal-injam, l-FDA se tistabbilixxi dipartiment ġdid imsejjaħ id-Dipartiment tal-Liċenzji tal-Liberja (LLD). Esportaturi se japplikaw lL-LLD għal liċenzji FLEGT (ara Figura 1).

 Figura 1         Arranġament istituzzjonali għall-verifika u l-liċenzjar

4.  IL-VERIFIKA TAL-LEGALITÀ 4.1. Id-definizzoni tal-legalità u proċeduri tal-verifika relatati

Id-definizzjoni tal-legalità tikkonsisti minn 11-il prinċipju, kull wieħed minnhom maqsum f’numru ta’ indikaturi li jirrappreżentaw ir-rekwiżit legali li jrid jiġi mħares. Kull indikatur jiġi mgħammar b'verifikaturi li jintużaw sabiex jiġi determinat jekk operatur tas-settur privat jew aġenzija tal-gvern jikkonformax mar-rekwiżiti legali koperti mill-indikatur ikkonċernat.

Appendiċi A għal dan l-Anness jinkludi d-definizzjoni tal-legalità u jiddeskrivi l-proċeduri tal-verifika sabiex il-ministeru responsabbli, l-aġenzija tal-gvern u l-LVD jiġu ggwidati fil-valutazzjoni tal-konformità. Dan il-qafas ta’ verifika jispeċifika:

– l-għan li jiġi deskritt l-iskop ta’ proċedura ta’ verifika;

– il-kontroll regolatorju sabiex jiġu previsti r-rekwiżiti normattivi u/jew regolatorji u r-responsabbiltà għal indikatur partikolari;

– il-metodu tal-verifika sabiex jiġu previsti d-deskrizzjoni u l-mezzi tal-verifika, li se jikkonsistu mL-analiżi tad-dokument, l-ispezzjoni tal-qasam, il-konferma u/jew il-konsultazzjoni;

– il-frekwenza sabiex jiġi definit kemm-il darba l-konformità ma’ indikatur jew ċerti aspetti minnu jridu jiġu vvalutati mil-LVD.

Proċeduri aktar dettaljati, inklużi listi ta’ kontroll, sabiex tiġi valutata l-konformità mad-definizzjoni tal-legalità se jiġu żviluppati matul l-implimentazzjoni tal-VPA.

4.2. Il-ġestjoni tad-dejta

Ir-riżultati tal-verifika se jiġu rrekordjati f’sistema tal-ġestjoni tad-dejta li tippermetti kontrolli immedjati fuq jekk operatur jikkonformax mad-definizzjoni tal-legalità. L-LVD se jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta, inkluż l-aġġornament tar-rekords bil-frekwenza stabbilita fil-proċeduri tal-verifika.

Is-sistema tal-informazzjoni tal-katina tal-kustodja (COCIS) tinkludi ċertu dejta dwar il-konformità legali li se tinġabar sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-definizzjoni tal-legalità tul il-katina tal-prodott. Dawn ir-rekords jintużaw biex jagħtu bidu sabiex jippermettu l-progress tul il-katina tal-prodott, bħall-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħsad jew it-trasferiment taz-zkuk tul il-katina tal-provvista. Huwa prevvist li s-COCIS se tifforma parti mis-sistema tal-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għal skopijiet ta’ verifika.

Is-sistema tal-ġestjoni tad-dejta għandha tiġi żviluppata sabiex tippermetti skambji ta’ informazzjoni f’ħin immedjat sabiex kwalunkwe injam mhux konformi li jinstab matul il-verifika ikun jista' jiġi prevjenut milli jipprogressa, b'aktar kontrolli aktar 'l isfel fil-katina tal-provvista.

L-arkitettura u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema tal-ġestjoni tad-dejta u proċeduri ddettaljati għall-ġestjoni tad-dejta se jiġu żviluppati matul l-implimentazzjoni tal-VPA.

4.3. Il-verifika tal-legalità ta' operaturi li qed jaħdmu taħt skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti tal-ġestjoni tal-foresti

Operaturi li qed jaħdmu taħt skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti approvata mill-Gvern tal-Liberja jistgħu juru konformità legali mad-definizzjoni tal-legalità Liberjana billi jipprovdu lil-LVD u l-LLD b'ċertifikat validu tal-iskema.

Qabel l-aċċettazzjoni ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni, il-Gvern tal-Liberja se jwettaq valutazzjoni ta’ konsistenza sabiex ikun żgur li l-indikaturi kollha tad-definizzjoni tal-legalità Liberjana jiġu inklużi fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni, il-konformità magħhom tiġi awditjata sistematikament u l-proċess kollu ta' ċertifikazzjoni huwa affidabbli. Skemi li jkunu għaddew mill-valutazzjoni ta’ konsistenza biss jistgħu jiġu integrati fil-LAS tal-Liberja.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni Liberjana, l-operaturi kollha, inklużi dawk bis-sistemi ċertifikati tagħhom stess tal-katina tal-kustodja, se jibqgħu soġġetti għas-sistema nazzjonali tal-katina tal-kustodja.

5. IS-SISTEMA TAL-KATINA TAL-KUSTODJA 5.1. Proċeduri standard tal-operat

Sett ta’ proċeduri standard tal-operat (SOP) ġie żviluppat sabiex jiġi stabbilit (a) kif il-kumpaniji tal-foresti jikkontrollaw il-katini tal-provvista tagħhom u (b) kif dawn l-attivitajiet tal-kumpanija jiġu verifikati bl-għajnuna tas-COCS:

(a)     proċedura ġenerali standard tal-operat 01 (GSOP 01) tipprovdi deskrizzjoni ġenerali ta’ kif jitwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ verifika għall-injam u prodotti tal-injam li ġejjin mit-TSCs, l-FMCs u l-PUPs;

(b)     dettalji ta’ kull attività jiġu ppreżentati f’numru ta’ SOPs;

(c)     Il-GSOPs u l-SOPs se jiġu emendati sabiex jiġi rifless kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet ta' kontroll u ta' verifika, inkluż l-introduzzjoni ta' sorsi ġodda tal-injam fis-COCS.

Il-kontroll u l-verifika tal-injam mis-sorsi li ġejjin se jiġu żviluppati fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA:

(a)     foresti rregolati mill-Liġi tad-Drittijiet Komunitarji;

(b)     operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar bis-serrieq bil-katina;

(c)     injam importat;

(d)     injam fi tranżitu;

(e)     injam ikkonfiskat.

It-taqsimiet li ġejjin u l-Appendiċi B jiddeskrivu l-punti ewlenin ta’ kontroll u l-prinċipji ta’ gwida tas-COCS.

5.2. Qabel il-ħsad

Id-demarkazzjoni taż-żona tal-kuntratt u tal-blokok tal-ħsad u l-enumerazzjoni tas-siġar (stħarriġ tal-istokk) huma r-responsabbiltà tad-detentur tal-kuntratt. Il-LVD jivverifika li l-mappa tal-blokok u l-istħarriġ tal-istokk huma preċiżi u jipprovdi lid-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA bl-informazzjoni li jeħtieġ sabiex joħroġ aċċettazzjoni tax-xogħol tal-istħarriġ tal-mappa tal-blokok u ċ-ċertifikat annwali tal-ħsad (AHC).

Il-persunal tal-FDA jivverifika li l-mappa tal-blokok u l-istħarriġ tal-istokk ikunu twettqu kif suppost u li l-formoli u l-mapep ikunu mtlew b’mod korrett mid-detenturi tal-kuntratt. Dan huwa proċess f’żewġ stadji, li jinkludi l-ewwel kontroll tal-uffiċċju sabiex jiġi żgurat li ma jkun sar l-ebda żball amministrattiv sempliċi u t-tieni, jekk l-ewwel kontroll jinstab li huwa sodisfaċenti, kontroll imwettaq fil-foresta fuq kampjun ta' mill-inqas 5 % taż-żona tal-istħarriġ tal-istokk sabiex tiġi verifikata l-lokazzjoni, id-dijametru, l-ispeċijiet u l-għoli tas-siġar.

Is-COCIS awtomatikament tikkontrolla li:

(a)     ir-referenza taż-żona tal-kuntratt taqbel mal-identifikazzjoni tad-detentur tal-kuntratt;

(b)     l-erba’ kantunieri tal-mapep tal-blokok jaqgħu ġoż-żona grossa tal-kuntratt;

(c)     in-numri ta’ identifikazzjoni tas-siġar ġew allokati lid–detentur tal-kuntratt għal użu f’din iż-żona tal-kuntratt bħala tikketti tas-siġar.

Il-mappa tal-blokok hija imbagħad ikkontrollata b’mod manwali mill-uffiċjali f’dak il-qasam tas-COC sabiex jiġi kkonfermat li:

(a)     ir-referenza taż-żona tal-kuntratt u l-identifikazzjoni tad-detentur tal-kuntratt jaqblu ma’ dawk fil-formoli tal-istħarriġ tal-istokk sottomessi;

(b)     id-dati mistħarrġa jaqblu mad-dati fil-formoli tal-istħarriġ tal-istokk;

(c)     il-kordinati ġeografiċi tal-Universal Transverse Mercator (UTM) jaqblu ma' dawk fil-formoli tal-istħarriġ tal-istokk;

(d)     l-iskala hija mmarkata b’mod korrett fuq il-mappa, id-distanza bejn iċ-ċelloli hija korretta u d-distanzi huma mmarkati b’mod korrett fuq il-mappa;

(e)     id-direzzjoni tal-linja bażi iddaħħlet b’mod korrett u d-direzzjoni tal-vleġġa tat-tramuntana hija korretta meta mqabbla mal-linja bażi;

(f)      in-numri tal-linja tal-istħarriġ u n-numri tad-distanza huma denotati b’mod korrett;

(g)     il-bordura tal-blokok impinġija fuq il-mappa tal-blokok tikkorrispondi għall-mappa tal-lokazzjoni taż-żona tal-kuntratt u tidħol fil-konfini ġenerali taż-żona tal-kuntratt;

(h)     in-numri tas-siġar fuq il-mappa huma fiċ-ċelloli korretti, kif indikat mill-formoli tal-istħarriġ tal-istokk;

(i)      il-kodiċijiet tal-ispeċijiet huma korretti.

L-uffiċjal f’dak il-qasam tas-COC jimla formola COCIS standard, li għandha serje ta’ kaxxi ta’ kontroll u li se tiġi mgħoddija lill-iskrivan li jdaħħal id-dejta jew lill-operatur tas-COCIS sabiex tiddaħħal fis-COCIS.

Jekk kwalunkwe wieħed mill-kontrolli fil-formoli tal-istħarriġ tal-istokk jew mappa tal-blokok manwali ma jgħaddix, imbagħad l-operatur tas-COCIS se jistampa l-formoli/mapep li ma għaddewx mill-kontrolli. Is-superviżur tad-dħul tad-dejta tas-COC jibgħathom lid-detentur tal-kuntratt għal korrezzjonijiet u l-proċess jiġi ripetut bid-dejta kkoreġuta.

5.3. Il-Ħsad

Dan il-proċess jiddeskrivi l-proċeduri tat-tikkettjar, il-kejl u l-irrekkordjar li jridu jiġu segwiti mid-detenturi tal-kuntratt matul it-twaqqigħ tas-siġar. Il-kejl u l-immarkar ta’ zkuk u l-biċċiet li jibqgħu fl-art wara li jitwaqqgħu s-siġar huwa meħtieġ sabiex in-numru tas-siġra oriġinali (allokata matul l-istħarriġ tal-istokk) tiġi konnessa maz-zkuk li jirriżultaw mill-ħsad tas-siġar u mal-biċċa li tibqa’ fl-art wara li titwaqqa’ s-siġra li titħallaa' fil-foresta, b’hekk tiġi stabbilita t-traċċabbiltà.

Ladarba ċ-ċertifikat annwali tal-ħsad ikun inħareġ, id-detentur tal-kuntratt jiġi allokat marki taz-zkuk bil-bar code u huwa jingħata permess li jibda l-ħsad fil-lokazzjonijiet indikati fil-mappa tal-blokok:

(a)     qabel ma titwaqqa' s-siġra, dak imqabbad mid-detentur tal-kuntratt sabiex ikejjel iz-zkuk jirrekordja n-numru tal-marka ta’ identifikazzzjoni tas-siġra assenjat matul l-istħarriġ tal-istokk.

(b)     malli titwaqqa' s-siġra, dak li jkejjel iz-zkuk iwaħħal u jirrekordja marka ġdida fit-tarf ta’ isfel taz-zokk u oħra mal-biċċa li tibqa’ fl-art wara li titwaqqa’ s-siġra. Iz-zokk li jirriżulta li għandu t-tul tas-siġra jiġi mkejjel: id-dijametri ta’ kemm it-tarf ta’ isfel u t-tarf ta' fuq u t-tul taz-zokk sal-qasma fil-qurriegħa (sal-eqreb 10 ċm). Dak li jkejjel iz-zokk jirrekordja d-dejta fuq assistent personali diġitali (PDA) jew il-formola xierqa.

Imbagħad dak li jkejjel iz-zokk jipproċedi għas-siġra li jkun imiss sabiex titwaqqa' u jirrepeti l-istess proċedura. Id-dejta miġbura tiġi sottomessa u pproċessata minn skrivan tad-dħul tad-dejta tas-COC li jittrasferiha fis-COCIS.

5.4. Bitħa/post tal-ħatt għaz-zkuk fil-foresta

Dan il-proċess jiddeskrivi kif id-detentur tal-kuntratt ikejjel u jittikkettja s-siġar li jitwaqqgħu ladarba jkunu ġew estratti għall-post tal-ħatt għaz-zkuk u inqatgħu trasversalment għat-tul. L-istess proċedura tiġi segwita wkoll jekk, fi stadju aktar tard, iz-zkuk jinqatgħu trasversalment għal darb'oħra fi zkuk iżgħar jew sempliċement jintlibsu (jiġifieri l-ewwel ftit pulzieri jitneħħew sabiex iz-zokk jidher aħjar għall-bejgħ jew l-esportazzjoni). Il-prinċipji prinċipali huwa li tikketta ta’ identifikazzjoni titwaħħal ma kull zokk ġdid sabiex it-traċċabbiltà lura għaz-zokk, siġra u mappa tal-blokok oriġinali tkun possibbli.

Stimaturi taz-zkuk (log scalers) tas-COCS jivverifikaw kampjun sabiex jikkonfermaw li z-zkuk ikunu ġew ittikkettjati u mkejla b'mod preċiż mill-operatur. L-ispeċijiet, id-dijametru u t-tul taz-zokk se jiġu rrekordjati fis-COCIS, li awtomatikament jikkontrolla d-dejta taz-zokk fl-isfond tal-informazzjoni maħżuna mid-detentur tal-kuntratt.

5.5. It-Trasport taz-zkuk jew injam ipproċessat

Dan il-proċess jiddeskrivi l-proċedura li trid tiġi segwita meta z-zkuk u/jew il-prodotti tal-injam jiġu mgħobbija fuq trakk fil-post tal-ħatt għaz-zkuk fil-foresta, meta z-zkuk jiġu mgħobbija f'żona fejn ikunu qed jinżammu barra mill-port u meta prodotti tal-injam isserrati jiġu mgħobbija qabel il-konsenja lejn il-port u imbagħad ittrasportati. Ladarba s-COCS hija mfassla sabiex ikollha d-dejta f’ħin immedjat dwar fejn iz-zkuk jew il-prodotti tal-injam ikunu fil-katina tal-provvista, japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)     Meta l-konsenja tkun lesta għat-tagħbija, il-persunal tal-operatur (jiġifieri dak li jkejjel iz-zkuk jew it-tally man tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam) jimla formola tal-polza tat-tagħbija billi:

– jimla l-oqsma xierqa (il-bar code, l-ispeċijiet, id-dijametru u t-tul);

– iwaħħal l-istikers bil-bar code mal-polza tat-tagħbija fil-postijiet xierqa;

– jelenka n-numri bil-marka bil-bar code kollha jew it-tikketti bil-bar code imwaħħla mal-prodotti tal-injam inkluż fit-tagħbija – dawn in-numri jridu jiġu kkupjati bl-idejn;

– iniżżel id-data u jiffirma l-polza tat-tagħbija.

(b)     Iz-zkuk jew il-prodotti tal-injam iridu jiġu mgħobbija b'mod li jippermetti li l-bar codes jinqraw minn skanner tal-PDA mingħajr ma titneħħa t-tagħbija mit-trakk. Għalhekk jew ikun irid jitħalla spazju bejn it-tarf taz-zkuk u l-parti ta’ quddiem tat-trakk (skont it-tip ta’ trakk) jew iz-zkuk kollha jkunu jridu jiġu mgħobbija bil-marki fit-tarf ta’ wara, sabiex ikunu jidhru b’mod ċar. Dan sabiex jiġi faċilitat l-ikkontrollar tan-numri tal-marki mill-istimaturi taz-zkuk tas-COCS u l-FDA meta t-trakk ikun fit-triq.

L-LVD iwettaq 100% verifika dokumentarja tal-polza tat-tagħbija/noti tal-konsenja maħruġa u rċevuti u għandu timijiet mobbli ta’ stimaturi/spetturi taz-zkuk li jikkontrollaw kampjun tat-tagħbijiet kollha ttrasportati. L-ispeċijiet, id-dijametru u t-tul taz-zokk jiġu rrekordjati. Fl-istess ħin, il-pulizija Liberjana se tikkontrolla li t-tagħbijiet kollha li jgħaddu mill-postijiet tal-kontroll għandhom il-poloz tat-tagħbija meħtieġa magħhom.

5.6. L-ipproċessar tal-injam

Proċeduri dettaljati li jiddeskrivu kif l-isserrar tal-injam u l-ipproċessar ieħor ta’ prodotti tal-injam jiġu vvalutati se jiġu żviluppati fl-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tal-VPA. Fil-prinċipju, il-kontroll operattiv mill-operatur u l-verifika mis-COCS se jkopru (i) id-dħul ta’ materji primi tal-injam fis-sit tal-istabbiliment, (ii) il-ħażna ta’ materji primi tal-injam, (iii) l-ipproċessar, (iv) il-ħażna ta’ prodotti pproċessati u (v) il-ħruġ ta’ prodotti mis-sit tal-istabbiliment.

Il-miżuri ta’ kontroll u ta’ verifika li ġejjin se jiġu applikati:

(a)     l-operatur iżomm rekords tal-materji primi tal-injam kollha li jidħlu fis-sit tal-istabbiliment u jtella’ d-dejta korrispondenti fis-COCIS;

(b)     l-operatur iżomm rekords tal-materji primi kollha tal-injam maħżuna fis-sit tal-istabbiliment u jtella’ d-dejta korrispondenti fis-COCIS. Sistema ta’ ġestjoni ta’ inventarju li tirrekordja d-dħul u l-produzzjoni ta' materja prima minn żoni tal-ħażna trid tiġi applikata mill-operatur;

(c)     il-persunal tal-operatur jirrekordja l-materja prima li dieħla fl-istabbiliment tal-ipproċessar u l-prodotti kollha li ħerġin billi jdaħħal id-dejta f’formoli standard. Dan jagħti d-dejta bażi għal kull valutazzjoni ta’ rkupru (għall-isserrar tal-injam dan ikun il-volum tal-injam isserrat li joħroġ mill-impjant espress bħala persentaġġ tal-volum taz-zkuk deħlin; f’każijiet oħra jista’ jkun proporzjon tal-konverżjoni sempliċi, pereżempju x m3 ta’ injam isserrat se jkun ugwali għal y unitajiet ta’ saqajn tas-siġġijiet, eċċ);

(d)     l-operatur iżomm rekords tal-prodotti tal-injam ipproċessati kollha maħżuna fis-sit tal-istabbiliment u jtella’ d-dejta korrispondenti fis-COCIS. Sistema ta’ ġestjoni ta’ inventarju li tirrekordja d-dħul (inputs) u l-produzzjoni ta' materja prima lejn u minn kull maħżen trid tiġi applikata mill-operatur;

(e)     l-operatur iżomm rekords tal-materji primi tal-injam kollha li joħorġu mis-sit tal-istabbiliment u jtella' d-dejta korrispondenti fis-COCIS;

(f)      lott ta’ kampjun sħiħ tal-ipproċessar ta' prodott (pereżempju, xift wieħed fl-istabbiliment fejn jisserraw l-injam) irid jiġi mmonitorjat mill-persunal tal-LVD ladarba l-istabbiliment ikun lest sabiex jibda l-produzzjoni. Dan il-kampjun se jkun il-bażi għar-‘rata ta’ konverżjoni approvata’;

(g)     perjodikament u b’mod aleatorju, il-persunal tal-LVD se jivvaluta mill-ġdid ir-‘rata ta’ konverżjoni approvata’. Dawn iż-żjarat lill-impjant tal-ipproċessar għandhom ikunu għall-għarrieda;

(h)     is-COCIS timmonitorja r-rata ta’ konverżjoni bbażata fuq il-formoli standard sottomessi mill-operatur fl-isfond tar-‘rata ta' konverżjoni approvata’. Kwalunkwe varjazzjoni sinifikanti se tqanqal aktar investigazzjoni u/jew il-ħruġ ta’ rapport ta’ falliment;

(i)      il-LVD iwettaq kontrolli aleatorji fuq l-operazzjonijiet u s-sistemi taż-żamma tal-kotba kollha użati mill-operatur sabiex jikkontrolla l-flussi ta’ materja prima tal-injam u prodotti pproċessati fi ħdan is-sit tal-istabbiliment.

5.7. Esportazzjoni

Dan il-proċess jiddeskrivi kif il-prodotti diġà approvati għall-esportazzjoni mil-LVD jiġu kkonsenjati lejn il-port u mbagħad mgħobbija fuq il-bastiment.

Fil-punt tal-esportazzjoni, is-COCS tikkontrolla 100% tan-numri tal-marki u l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott fi ħdan is-COCIS u jitwettqu spezzjonijiet fiżiċi fuq kampjun tal-konsenja tal-esportazzjoni.

L-esportatur irid jinforma lis-COCS meta l-bastiment ikun lest għat-tagħbija, sabiex is-COCS tkun tista’ twettaq il-kompitu tagħha li tibgħat tim sabiex jissorvelja t-tagħbija finali tal-bastiment. Filwaqt li kull zokk jew faxx qed jitgħabba fuq il-bastiment, l-ispettur tas-COCS se jikkontrollahom fl-isfond tal-ispeċifikazzjonijiet sabiex jiżgura ruħu li huma koperti mil-liċenzja FLEGT valida u se jirrekordjahom f'PDA jew fuq il-formola xierqa. Ir-rekords se jittellgħu fuq is-COCIS u jiġu rikonċiljati mad-dejta maħżuna tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ qabel sabiex jinżamm rekord ta’ liema prodott fil-fatt ġie esportat.

5.8. Is-suq domestiku

Il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ verifika deskritti fit-Taqsimiet 5.2 sa 5.7 huma applikabbli għas-suq domestiku, meta l-injam joriġina miż-żoni tal-produzzjoni koperti mill-FMCs, it-TSCs u l-PUPs. Proċeduri sabiex jiġu ġestiti katini tal-provvista għall-injam minn operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar bis-serrieq bil-katina se jiġu żviluppati fi ħdan il-perjodu indikat fl-Anness VII għal dan il-Ftehim.

5.9. Injam importat

L-importatur irid juri li l-injam importat jiġi minn sorsi legali u jiġi approvat mid-dwana skont il-leġiżlazzjoni Liberjana. Il-legalità tal-injam fil-pajjiż tal-ħsad tista' tintwera permezz ta’ ċertifikati maħruġa taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ verifika tal-legalità oħra li ġew ivvalutati u approvati mill-Gvern tal-Liberja f’konsultazzjoni mal-gvernijiet ikkonċernati. Injam importat ikkontrollat mil-LAS ta’ pajjiż ieħor kopert minn VPA li għandu skema ta’ liċenzjar FLEGT operazzjonali se jiġi kkunsidrat legali fil-LAS Liberjana. Injam importat li jintwera li huwa legali huwa inkluż fis-COCS fil-fruntiera u wara jiġi kkontrollat u vverifikat bl-istess mod bħal injam li jitkabbar domestikament.

5.10. Injam fi tranżitu

Injam fi tranżitu irid jinżamm segregat fiżikament minn injam domestiku jew importat u li jgħaddi mil-Liberja taħt il-kontroll doganali Liberjan. Injam fi tranżitu ma jiġix integrat fis-COCS u ma jkunx soġġett għall-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT Liberjana fil-punt tal-esportazzjoni. Il-pajjiż tal-oriġini u l-pajjiż tal-ħsad iridu jiġu indikati b’mod ċar fil-polza tat-tagħbija u dokumenti oħra ta’ trasport. Il-Liberja se tispeċifika dokumenti legali u kontrolli doganali relatati speċifiċi għall-injam fi tranżitu . Proċeduri dettaljati se jiġu żviluppati qabel ma tibda topera s-sistema tal-liċenzjar.

5.11. L-injam tal-gomma

L-SOPs għall-ikkontrollar tal-ħsad, it-trasportazzjoni, il-formazzjoni tal-laqx u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam tal-gomma se jiġu żviluppati matul l-implimentazzjoni tal-VPA.

5.12. Rikonċiljazzjoni tad-dejta

Is-COCIS tintuża għar-rikonċiljazzjoni ta’ dejta kwantitattiva bejn u fi ħdan id-diversi stadji tal-katina tal-provvista. Il-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni jimmiraw sabiex jiżguraw li l-kwantitajiet tal-injam skont l-ispeċijiet u d-dimensjonijiet huma konsistenti tul il-katina tal-provvista kollha, b’mod partikolari sabiex jiġi ppruvat li l-kwantità mibgħuta ma taqbiżx il-kwantità rċevuta u li matul l-ipproċessar il-proporzjon bejn il-kwantità ta’ materji primi u l-kwantità ta’ prodotti pproċessati huwa razzjonali.

Protokolli se jiġu żviluppati għar-rikonċiljazzjoni ta’ dejta konsolidata matul diversi katini tal-provvista u tul iż-żmien bil-ħsieb li tiġi provduta evidenza tal-legalità tas-settur kollu tal-foresti fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

Flimkien mar-rikonċiljazzjoni tad-dejta kwantitattiva, is-COCS tikkontrolla mal-bażi tad-dejta tal-LVD li hemm konformità sħiħa mal-LD qabel kull bejgħ sewwa jekk intenzjonat għall-esportazzjoni kif ukoll għall-bejgħ fil-Liberja.

6. NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MAL-LAS

Liċenzji FLEGT ma jinħarġux ħlief jekk ikunu ġew imħarsa r-rekwiżiti kollha tal-LAS. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-LAS trid tiġi indirizzata. Proċeduri legali u sanzjonijiet eżistenti japplikaw għall-indirizzar ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-LAS identifikati matul l-attivitajiet tal-verifika. Skont il-ksur, multi amministrattivi, azzjoni korrettiva, sospensjoni ta’ attivitajiet u/jew prosekuzzjoni tal-operatur jistgħu japplikaw.

Gwida dettaljata dwar kif jiġi indirizzat il-ksur u kif jiġu imposti sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità se tiġi żviluppata qabel ma tibda topera s-sistema tal-liċenzj FLEGT.

In-nuqqasijiet kollha ta’ konformità mad-definizzjoni tal-legalità, is-COCS u s-sanzjonijiet korrispondenti se jiġu rrekordjati fil-bażi tad-dejta tal-verifika (ara Taqsima 4.2).

7. IL-LIĊENZJAR

Id-Dipartiment tal-Liċenzji tal-Liberja (LLD) se jiġi stabbilit sabiex joħroġ liċenzji FLEGT għal konsenji ta’ esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-LAS. Il-proċess tal-liċenzjar jikkonsisti mill-fażijiet li ġejjin:

(a)     L-esportatur japplika lL-LLD għal liċenzja FLEGT għal kull konsenja ta’ esportazzjoni. Formola ta’ applikazzjoni standard se tiġi żviluppata fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA sabiex tiġi speċifikata l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa. L-LLD se jirreġistra l-applikazzjoni u jibgħat talba għal verifika lil-LVD.

(b)     Il-LVD jivverifika li l-esportatur u l-fornituri possibbilment assoċjati mal-konsenja ta’ esportazzjoni kkonċernata jikkonformaw mad-definizzjoni tal-legalità Liberjana u li l-prodotti għall-esportazzjoni joriġinaw minn sorsi legali u huma rreġistrati kif mistħoqq fis-COCIS. Il-proċeduri ddettaljati u l-listi ta’ kontroll għall-verifika mil-LVD se jiġu żviluppati fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA.

(c)     Il-LVD imbagħad se jibgħat komunikazzjoni bil-miktub lL-LLD sabiex jikkonferma r-riżultat tal-verifika. Il-format u l-proċess għal din il-komunikazzjoni se jiġu żviluppati fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA.

– Jekk l-LVD jikkonferma li hemm konformità sħiħa mal-LD, l-LLD joħroġ mingħajr dewmien liċenzja FLEGT lill-konsenja ta’ esportazzjoni kkonċernata. Il-proċeduri dettaljati sabiex jiġi informat l-applikant u jinħarġu liċenzji FLEGT se jiġu żviluppati fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA.

– Jekk jiġi skopert kwalunkwe nuqqas ta’ konformità f’dan l-istadju, l-LVD se jinnotifika lL-LLD li l-ebda liċenzja FLEGT ma tista' tinħareġ, jindika r-raġunijiet għal dan ir-rifjut, u jirrekordja r-rifjut fis-COCIS. L-LLD jinnotifika lill-applikant li l-applikazzjoni għal liċenzja ġiet irrifjutata u bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut. Il-proċeduri dettaljati sabiex jiġu indirizzati konsenji mhux konformi u sabiex l-applikant jiġi informat se jiġu żviluppati fi żmien sentejn mill-firma tal-VPA.

(d)     Ladarba l-liċenzja FLEGT tkun inħarġet, l-esportatur jibgħat kopja tal-liċenzja, inkluża l-ispeċifikazzjoni, lill-awtorità doganali u tal-port, b’notifika tad-data proposta tat-tagħbija. L-awtorità doganali u tal-port tikkontrolla li l-liċenzja hija konsistenti mad-dokumenti ta’ esportazzjoni uffiċjali l-oħra u tissodisfa l-formats standard. L-LLD iżomm rekords tal-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji FLEGT rċevuti, inkluż dawk li rriżultaw f'rifjut.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal liċenzji FLEGT, inkluż il-format tal-liċenzja u l-perjodu tal-validità, huma ppreżentati fl-Anness IV għal dan il-Ftehim.

8. L-AWDITJAR INDIPENDENTI

L-għan tal-awditjar indipendenti (IA) huwa li jivvaluta jekk l-LAS hijiex qed tiffunzjona effettivament, b’mod xieraq u bi kredibilità u sabiex tidentifika dgħufijiet potenzjali u riskji fl-istrutturi u l-implimentazzjoni tas-sistema.

It-termini ta’ referenza għall-IA, inkluż il-kompiti, il-kwalifiki meħtieġa u l-metodu, huma ppreżentati fl-Anness V għal dan il-Ftehim.

Appendiċi A: ID-DEFINIZZJONI, IT-TABELLA U L-PROĊEDURI TA’ VERIFIKA TAL-LEGALITÀ

1. PJAN GĦALL-POLITIKA U R-RIFORMA TAL-LIĠI TAL-FORESTRIJA

Id-Definizzjoni tal-Legalità stipulata hawn taħt ġiet żviluppata permezz ta’ proċess parteċipatorju ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati. Matul l-iżvilupp tad-Definizzjoni tal-Legalità, il-partijiet interessati Liberjani identifikaw numru ta' ambigwitajiet, lakuni u inkonsistenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki eżistenti li huma l-bażi tad-Definizzjoni tal-Legalità, u li dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex tinkiseb il-governanza tajba mixtieqa fis-settur Liberjan tal-forestrija. Il-Gvern tal-Liberja għalhekk jippjana li jwettaq riformi legali u politiċi fir-rigward tas-settur tal-forestrja f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha. Huwa mistenni li dawn ir-riformi legali se jitlestew sal-2013, u li d-Definizzjoni tal-Legalità se tiġi aġġornata wara dan sabiex tirrifletti dawn l-emendi. Żoni li jeħtieġu r-riformi politiċi u legali jinkludu:

(a)     Ftehimiet Soċjali: L-istabbiliment ta’ proċeduri sabiex jirregolaw negozjati ta’ Ftehimiet Soċjali, inkluż (i) l-iskedar ta’ negozjati; (ii) il-puntwalità ta’ kemm il-pagamenti kif ukoll it-trasferimenti ta' fondi lil komunitajiet; (iii) il-kontenut minimu ta’ ftehimiet soċjali u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet; (iv) id-drittijiet komunitarji tal-utent fir-rigward ta’ żoni ta’ konċessjoni, u (v) l-impjieg ta’ ħaddiema mingħajr ħiliet, eċċ;

(b)     Il-promulgazzjoni ta’ regolament Komunitarju tal-forestrija sabiex jiġu provduti linji gwida speċifiċi għall-ġestjoni komunitarja tal-foresti.

(c)     L-użu ta’ zkuk abbandunati inkluż proċeduri għall-irkant tagħhom, ir-reġistrazzjoni tas-sjieda legali u d-dħul fil-LAS;

(d)     L-użu ta’ zkuk ikkonfiskati mill-Gvern għar-raġuni li ġew maħsuda bi ksur tal-liġi;

(e)     L-integrazzjoni ta’ Skemi ta' Ċertifikazzjoni Indipendenti fil-LAS: id-diskussjoni u l-ftehim mal-partijiet interessati dwar l-użu ta’ skema/i ta’ ċertifikazzjoni indipendenti fil-Liberja u identifikazzjoni tal-iskema/i ta’ ċertifikazzjoni indipendenti li l-Liberja tirrikonoxxi għall-iskop li tistabbilixxi l-oriġini legali ta’ zkuk importati minn pajjiżi mhux VPA;

(f)      Lista ta’ Esklużjoni: L-istabbiliment ta’ lista ta’ esklużjoni li tidentifika dawk l-individwi li kkontribbwixxew għall-gwerra ċivili tal-Liberja u b’hekk huma pprojbiti milli jaħdmu fis-settur tal-foresti, kif meħtieġ mir-Regolamenti eżistenti tal-FDA;

(g)     Il-faċilitajiet tal-ipproċessar: Regolament relatat ma’ (i) l-istabbiliment ta’ faċilitajiet tal-ipproċessar minn detenturi tal-FMCs, u (ii) linji gwida dwar l-operat ta’ faċilitajiet tal-ipproċessar;

(h)     Aċċess tal-Parti Terza u l-Użu ta’ Prodotti tal-Foresti: Regolamenti dwar l-aċċess ta' parti terza u l-użu ta’ riżorsi tal-foresti f’żona ta’ konċessjoni ta’ parti oħra;

(i)      Il-validazzjoni u l-promulgazzjoni tar-Regolamenti tas-Serrieq bil-katina: sabiex jiġu ggwidati proċeduri ġodda għax-xogħol mas-settur informali.

2. IL-MATRIĊI TAL-LEGALITÀ

Fid-determinazzjoni ta’ jekk l-injam jew prodotti tal-injam li jinbiegħu fis-suq Liberjan jew qed jiġu esportati mil-Liberja jissodisfawx l-istandard legali stipulat fid-definizzjoni ta’ “injam legali ”, għandhom japplikaw il-prinċipji u l-indikaturi kif ukoll il-proċeduri dettaljati tal-verifika kif stipulati fit-tabella li ġejja. It-tabella tiddeskrivi l-format tal-Matriċi tal-Legalità (Prinċipji, Indikaturi, Verifikaturi, u Gwida ta’ Verifika). Il-matriċi hija maqsuma fi 11-il prinċipju, b’indikaturi u verifikaturi elenkati taħt kull prinċipju, u l-gwida tal-verifika li tiddeskrivi kif l-indikaturi għandhom jiġu kkontrollati għall-konformità. Il-gwida tal-verifika (li tindika l-Għan, il-Kontroll Regolatorju, il-Metodu tal-Verifika, u l-Frekwenza) tirrifletti l-ħsieb attwali iżda tista' tkun soġġetta għal tibdil matul aktar żvilupp ta' sistemi u proċeduri.

Il-Prinċipju tal-Legalità || Id-definizzjoni tal-legalità Liberjana hija maqsuma fi 11-il prinċipju tal-legalità. Kull prinċipju tal-legalità jikkonsisti minn numru ta’ indikaturi tal-legalità b’verifikaturi taħt kull indikatur. Proċedura ta’ verifika ġiet żviluppata għal kull indikatur.

Indikaturi tal-legalità || Dan jiddeskrivi n-norma jew ir-rekwiżit li d-Dipartiment Liberjan tal-Verifika (LVD) jeħtieġ sabiex jikkontrolla l-konformità mal-prinċipju speċifiku tal-legalità.

Verifikaturi tal-Legalità || Il-verifikaturi huma evidenza li l-ispetturi/jew l-assessuri tal-LVD se jfittxu meta jevalwaw jekk in-norma jew l-indikatur speċifiku jkunu ġew sodisfatti. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u l-assessur jista' juża mezzi addizzjonali sabiex jivverifika l-indikatur rilevanti jekk ikun meħtieġ.

Gwida tal-Verifika || Dawn il-prinċipji jiggwidaw l-ispetturi/jew l-assessuri tal-LVD fl-evalwazzjoni tagħhom ta’ indikatur partikolari: 1. L-għan: L-għan jippreżenta l-iskop tal-proċedura tal-verifika. 2. Il-Kontroll Regolatorju: Jipprovdi għar-rekwiżiti normattivi u/jew regolatorji fir-rigward ta’ indikatur partikolari u    korpi tal-gvern responsabbli. 3. Metodu tal-Verifika Jipprovdi għal deskrizzjoni u l-metodu tal-verifika u se jikkonsisti minn analiżi tad-dokument, spezzjoni fuq il-post,          konferma u/jew konsultazzjoni. 4. Frekwenza: Jipprovdi għall-frekwenza tal-verifika tal-indikatur jew ċerti aspetti minnu mil-LVD.

PRINĊIPJU 1: EŻISTENZA/RIKONOXXIMENT LEGALI U ELIĠIBBILTÀ SABIEX WIEĦED JOPERA FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess tal-foresta huwa negozju rikonoxxut legalment, komunità jew individwu eliġibbli li jopera fis-settur tal-forestrija

Indikatur 1.1        Id-detentur tal-Kuntratt jew tal-permess huwa persuna naturali jew legali rreġistrata kif suppost mal-Gvern tal-Liberja u/jew rikonoxxuta mill-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

1.1.1. Għal korporazzjonijiet u sħubiji, ċertifikat annwali kurrenti tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju u liċenzja maħruġa mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija (MOCI) || It-tipi kollha tal-kuntratti jew il-permessi li d-detentur tagħhom huwa negozju rreġistrat

1.1.2. Għal entitajiet korporattivi, artikoli ta’ inkorporazzjoni ffajljati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (MOFA) || It-tipi kollha tal-kuntratit jew il-permesis li d-detentur tagħhom hija korporazzjoni.

1.1.3. Għal detenturi li mhumiex negozji rreġistrati, ċertifikat jew ittra ta’ rikonoxximent maħruġa mill-FDA || FMC/TSC taħt il-liġi Komunitarja tal-Forestrija, FUP/PUP, permessi tas-serrieq bil-katina maħruġa lil persuna naturali jew proprjetaru uniku

Gwida tal-Verifika || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jivverifika li persuna li qed tfittex kuntratt jew permess tal-foresti għall-ħsad, l-ipproċessar jew l-esportazzjoni ta’ zkuk jew kwalukwe prodott tal-injam ieħor fil-Liberja hija jew impriża ta’ negozju rreġistrat kif mistħoqq jew waħda rikonoxxuta mill-FDA bħala kapaċi tikseb u żżomm kuntratt jew permess tal-foresti taħt il-liġi Liberjana. Il-Kontroll Regolatorju: Il-liġi Liberjana tirrikjedi li kwalunkwe persuna li qed tmexxi u/jew twettaq negozju trid tirreġistra n-negozju mal-MOCI. Huwa ksur tal’liġi li wieħed ma jirreġistrax negozju. Biex tinvolvi ruħha fil-forestrija komunitarja il-komunità trid tiġi rikonoxxuta mill-FDA. Ir-reġistrazzjoni tan-negozju tiskadi kull sena fid-data tar-reġistrazzjoni u trid tiġġedded. L-NFRL jipprovdi wkoll li kwalunkwe persuna eliġibbli tista’ tikseb u żżomm kuntratt tal-foresta. It-terminu “persuna” huwa definit sabiex jinkludi kemm persuna naturali kif ukoll legali, u entitajiet inkorporati u mhux inkorporati. || Id-deskrizzjoni: L-eżistenza ta’ dokument validu ta’ reġistrazzjoni tan-negozju hija verifikata mil-LVD. Fil-każ li ċ-ċarezza hija meħtieġa l-LVD jista’ jikseb informazzjoni addizzjonali mill-MOCI u d-Dipartimenti Kummerċjali u Legali tal-FDA. Fil-każ tal-forestrija komunitarja, il-verifika tar-rikonoxximent tal-komunità tal-FDA tista’ tinkiseb mid-Dipartiment Legali u Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 1. 1.     L-analiżi tad-dokument 2. 2.     Konsultazzjoni mal-MOCI u d-Dipartimenti Kummerċjali, Legali u Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA. || Kull sena

Referenzi: GBL (4.3 sa 4.5); COCS SOP (4) ||

Indikatur 1.2        Is-sid(sidien) attwali jew il-partijiet interessati ta’ detentur ta’ kuntratt jew permess ma jinkludix(jinkludux) il-President u l-Viċi President attwali tal-Liberja, Membri tal-          Leġiżlatura, Membri tal-kabinett, Diretturi u Maniġers tal-FDA, is-Supretendenti attwali tal-kontea jew kwalunkwe persuna speċifikament ipprojbita milli tippossjedi                kuntrattur tal-foresti jew interess f’kuntratt tal-foresti

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

1.2.1       Għal detentur ta’ kuntratt li huwa negozju rreġistrat, ġurament notarili esegwit mis-CEO tiegħu li jiddikjara              li s-sidien tiegħu ma jinkludux persuni pprojbiti || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

1.2.2       It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi             Lista attwali mħejjija mill-FDA ta’ uffiċjali tal-Gvern anzjani ipprojbiti milli jżommu liċenzja tal-foresti skont it-Taqsima 5.2(b) tal-NFRL || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

1.2.3       Lista attwali ta’ partijiet interessati u sidien benefiċjarji ta’ kuntratt korporattiv jew detentur tal-permessi || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.1.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li l-applikanti kollha għal-liċenzjar u/jew konċessjonijiet tal-foresti huma eliġibbli li jżommu liċenzja tal-foresti. Il-Kontroll Regolatorju: Id-detenturi ta’ ċerti pożizzjonijiet fil-Gvern huma pprojbiti mit-Taqsima 5.2b tal-NFRL li jmexxu operazzjonijiet kummerċjali tal-foresti minħabba f’kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali. Interess regolatorju ewlieni huwa li jsir kontro-kontroll tas-sid attwali ta’ detentur tal-kuntratt mal-lista attwali tal-uffiċjali anzjani tal-gvern ipprojbiti miżmuma mill-FDA. Minħabba li r-responsabblità primarja hija tad-detentur tal-kuntratti li jiżgura li s-sidien tiegħu huma persuni eliġibbli, id-dententur tal-kuntratt għandu jagħmel ġurament li huwa f’konformità. Il-veraċità tal-affidavit b’ġurament se tiġi kkontrollata ma’ records disponibbli fir-rigward tas-sidien tad-detentur tal-kuntratt. Il-lista ta' persuni pprojbiti kif ukoll tal-partijiet interessati attwali tan-negozji rreġistrati fil-pussess ta' kuntratt jew liċenzji se titqiegħed fid-dominju pubbliku, kif iddikjarat taħt l-Anness IX ta’ dan il-Ftehim. || Id-deskrizzjoni: Sabiex jiġi żgurat li ġew issodisfatti r-rekwiżiti msemmija hawn fuq, l-LVD irid jirrevedi r-rekords tas-sjieda tad-detentur tal-kuntratt sabiex jivverifika li l-applikant mhuwiex persuna pprojbita jew entità li s-sid(sidien) tiegħu jinkludi(u) persuna(i) pprojbita(i). Mezzi ta’ verifika: 3. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA 4. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull konsenja

Referenzi: NFRL (5.2b); Regolament 103-7(21-22) Regolament 104-07(62); Taqsimiet 44, Att dwar il-PPC ||

Indikatur 1.3        Id-detentur tal-Kuntratt mhuwiex eskluż milli joffri jew japplika għal liċenzja tal-foresti jew kwalunkwe kuntratt/konċessjoni oħra tal-gvern minħabba f’vjolazzjonijiet tal-          Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet (PPCA)

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

1.3.1       Il-Kummissjoni tal-Konċessjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPCC) tiżviluppa u żżomm Lista ta’ Esklużjoni ta’                persuni  li nstabu ħatja li kisru l-Att dwar il-PPC u/jew ir-regoli u l-linji gwida stabbiliti tiegħu || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika: || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li l-applikanti kollha għal kuntratti jew permessi tal-foresti mhumiex qed jiksru l-Att dwar il-PPC li jirregola l-għotja tal-konċessjonijiet u kuntratti oħra. Il-Kontroll Regolatorju: Applikant għal-liċenzjar tal-foresti ma jridx jiġi eskluż milli joffri għal konċessjoni u kuntratti pubbliċi oħra minħabba fi vjolazzjonijiet ta’ regoli tal-offerti stabbiliti mill-PPCC. Offerenti li jirnexxu jridu jiġu kkontrollati mal-lista ta’ esklużjoni attwali/aġġornata li hija prodotta u miżmuma mill-PPCC taħt it-taqsima 44 tal-Att dwar il-PPC, li tipprekludi ċerti entitajiet milli jingħataw konċessjoni bħala riżultat tal-preżenza ta’ ċerti kondizzjonijiet wara applikazzjoni u/jew offerta li tirnexxi. || Id-deskrizzjoni: Sabiex jiġi żgurat li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti hawn fuq, l-LVD irid jivverifika li l-applikant mhuwiex fuq il-lista tal-esklużjoni tal-PPCC. Il-lista tal-esklużjoni tal-PPCC għandha tkun waħda mid-dokumenti mqiegħda fid-dominju pubbliku kif indikat fl-Anness IX ta' dan il-Ftehim. Mezzi ta’ verifika: 5. 1.     Konsultazzjoni mal-PPCC 6. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: Taqsimiet 44, Att dwar il-PPC ||

PRINĊIPJU 2: L-ALLOKAZZJONI TAL-FORESTA Id-Drittijiet tal-Użu tal-Foresti kopert mill-kuntratt ingħata skont il-Liġi Nazzjonali tar-Riforma tal-Foresti u l-Liġi tad-Drittijiet Komunitarji

Indikatur 2.1        Il-komunitajiet kollha fir-raġġ ta’ 3.0 kilometri taż-żona proposta għall-konċessjoni (imsejħa “komunitajiet affettwati”) ġew ikkonsultati mill-FDA u taw il-kunsens                infurmat tagħhom għall-konċessjoni proposta.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.1.1       Rapport tal-istħarriġ soċjo-ekonomiku imħejji mill-FDA || FMC,TSC, u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

2.1.2       Avviżi bil-miktub tal-laqgħa (laqgħat) ta' konsultazzjoni (avviżi fuq ir-Radju u fil-Gazzetti) || FMC,TSC, u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

2.1.3       Minuti u lista ta’ attendenza tal-laqgħat li juru l-punti ewlenin diskussi u l-ftehimiet li ntlaħqu || FMC,TSC, u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

2.1.4       Ittra ta’ bona fede iffirmata minn komunitajiet li qed jimpenjaw ruħhom sabiex jinnegozjaw in bona fede ma'          detentur tal-kuntratt eventwali || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: Il-liġi tenfasizza r-rwol essenzjali ta’ parteċipazzjoni pubblika fil-governanza parteċipatorja, it-trasparenza u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-iskop ta’ din il-proċedura huwa li tiżgura li tingħata aderenza adegwata lil dan l-aspett fid-determinazzjoni u l-allokazzjoni ta’ riżorsi tal-forestrija fil-Liberja. Il-Kontroll Regolatorju: L-FDA ingħatat il-mandat li tiddeċiedi dwar l-użu u l-allokazzjoni ta’ riżorsi tal-forestrija miżmuma bħala sehem fiduċjarju mill-Gvern. Fid-deċiżjoni tal-ippjanar tal-użu tal-art u l-validazzjoni ta’ riżorsi tal-forestrija, il-parteċipazzjoni pubblika tissodisfa rwol ewlieni u jeżisti dmir fuq l-FDA sabiex tinvolvi ruħha mal-komunitajiet affettwati rilevanti. Bil-ħsieb li tiġi żgurata parteċipazzjoni adegwata, jitpoġġew rekwiżiti fuq l-FDA f’termini tan-notifika, l-infurmar, t-tmexxija ta’ laqgħat, l-irrekordjar ta’ kummenti u l-konsiderazzjoni tal-input ta’ dawn il-komunitajiet. Dan l-approċċ parteċipatorju jiżgura li jitqiesu l-opinjonjiet ta’ partijiet interessati rilevanti u li tittieħed deċiżjoni infurmata f'termini tal-ippjanar tal-użu tal-art u l-validazzjoni ta’ riżorsi tal-forestrija. Skont manwal approvat maħruġ mill-FDA wara proċess ta’ tħejjija parteċipatorja, il-komunitajiet affettwati jinkludu dawk f’raġġ ta’ 3.0 kilometri miż-żona tal-konċessjoni. || Id-deskrizzjoni: L-LVD għandu jivverifika li l-FDA tippjana l-użu tal-art tal-foresti tagħha permezz ta' konsultazzjonijiet meħtieġa b'mod statutorju ma’ komunitajiet u partijiet interessati oħra. Fil-każ ta' konsultazzjonijiet ma' komunitajiet, l-LVD għandu jikkonferma l-fatt u l-kwalità tal-konsultazzjonijiet permezz ta’ reviżjoni tad-dokumentazzjoni, inkluż ir-rapport tal-istħarriġ soċjo-ekonomiku u l-ħin u l-arranġamenti relatati mat-tmexxija u d-diskussjonijiet fil-laqgħat. Jekk ikun meħtieġ, l-aġenziji l-oħra tal-gvern bħall-Ministeru tal-Affarijiet Interni u l-komunitajiet affettwati rilevanti jistgħu jiġu kkonsultati. Mezzi ta’ verifika: 7. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA u, jekk ikun meħtieġ, il-Ministeru tal-Affarijiet Interni u komunitajiet affettwati 8. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: NFRL (4.1-4.5); Regolament 102-07(21-22) Regolament 104-07(62) Taqsima 87 tal-Att dwar il-PPC ||

Indikatur 2.2        Qabel l-allokazzjoni tal-kuntratt tal-foresti, l-FDA kisbet Ċertifikat tal-Konċessjoni mill-Ministeru tal-Ippjanar u l-Affarijiet Ekonomiċi, li japprova     il-pjan ta’ konċessjoni sottomess mill-FDA u jikkonferma li l-konċessjoni proposta hija konsistenti mal-għanijiet tal-iżvilupp nazzjonali

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.2.1       Pjan ta’ konċessjoni sottomess mill-FDA lill-Ministeru tal-Ippjanar u l-Affarijiet Ekonomiċi (MPEA) fir-rigward tal-konċessjoni tad-detentur tal-kuntratt || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

2.2.2       Ċertifikat tal-konċessjoni (jew approvazzjoni bil-miktub) maħruġ mill-MPEA lil FDA, li jawtorizza lil FDA sabiex           tibda attività’ tal-allokazzjoni tal-konċessjoni/ kuntratt għaż-żona tal-foresta speċifikata || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: Il-proċedura timmira sabiex tivverifika li l-għanijiet tal-forestrija tal-Liberja jinqabdu fil-pjan tal-iżvilupp ġenerali tal-pajjiż kif endorsjat mill-MPEA permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat tal-konċessjoni. Il-Kontroll Regolatorju: L-FDA trid tiżgura li l-foresta li trid tiġi allokata hija adattata għall-forestrija kummerċjali u li ġie żviluppat pjan ta’ konċessjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti kollha provduti mill-NFRL u l-Att dwar il-PPC, li jirrispetta ż-żoni protetti u d-drittijiet ta’ komunitajiet affettwati speċjalment għall-użu ta’ prodotti tal-foresti li mhumiex tal-injam. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li l-MPEA fil-fatt ħareġ ċertifikat tal-konċessjoni lill-FDA abbażi ta’ reviżjoni tal-pjan tal-konċessjoni żviluppat u sottomess mill-FDA sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti għal proċedura ta’ offerti kompetittivi jiġu sodisfatti kif provdut mill-NFRL u l-Att dwar il-PPC. Dan isir permezz tal-konsultazzjoni mad-Dipartiment Legali u/jew Kummerċjali tal-FDA Mezzi ta’ verifika: 9. 1.     Konsultazzjoni mal-PPCC u/jew id-Dipartimenti Legali u Kummerċjali tal-FDA 10. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: Regolament 104-07 (5.2(a)(i)) l-Att dwar il-PPC (46) ||

Indikatur 2.3        Id-detentur tal-Kuntratt ikkonforma ma’ rekwiżiti statutorji ta’ prekwalifikazzjoni u kkwalifika kif mistħoqq mill-FDA sabiex (i) jopera fis-settur tal-forestrija, u fil-każ tal-          TSC u FMC, (ii) jitfa’ offerta għall-kuntratt

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.3.1       Rapport tal-kumitat ta' prekwalifikazzjoni fir-rigward tal-proċess tal-prekwalifikazzjoni || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

2.3.2       Ċertifikat validu ta’ prekwalifikazzjoni maħruġ mid-detentur tal-kuntratt || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

2.3.3       Ikklirjar tat-taxxa li ma juri l-ebda arrettrati tat-taxxa fid-data tas-sottomissjoni || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

2.3.4       Garanzija ta' likwidità minn bank b’reputazzjoni fid-data tas-sottomissjoni || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

2.3.5       Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tan-negozju kien jeżisti qabel iċ-ċertifikat tal-prekwalifikazzjoni || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ USD 10 000,00 jew aktar

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li kumpanija li qed tapplika għal liċenzja tkun ikkonformat mar-rekwiżiti kollha ta’ prekwalifikazzjoni rilevanti u għalhekk tissodisfa l-kriterji tal-proċess tal-offerti. Il-Kontroll Regolatorju: L-FDA trid tiżgura li r-rekwiżiti kollha ta' prekwalifikazzjoni ġew sodisfatti minn detentur ta' kuntratt partikolari qabel il-proċess tal-offerti u/jew il-kisba tar-riżors tal-foresti. Ir-rekwiżiti ta’ prekwalifikazzjoni fost affarijiet oħra jinkludu: (1) Artikoli ta' inkorporazzjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (MOFA), (2) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tan-negozju mill-MOCI, (3) L-ikklirjar tat-taxxa mill-Ministeru tal-Finanzi (MOF), u (4) Garanzija ta’ likwidità minn bank b’reputazzjoni. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti ġew sodisfatti fil-ħin stabbilit mil-liġi. Dan ifisser li ċ-Ċertifikat ta’ Prekwalifikazzjoni irid ikun ġie ddatat qabel mid-detentur tal-kuntratt jew iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-proċessur, l-ikklirjar tat-taxxa, u l-garanzija tal-bank meħtieġa. Mezzi ta’ verifika: 11. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA, l-MOF, l-MOFA u l-MOCI. 12. 2.     L-analiżi tad-dokument || Once during the Contract period

Referenzi: NFRL (5.2(a)(i); Regolament 103-07 (41-46) ||

Indikatur 2.4        Il-kuntratt tal-foresti inħareġ għall-offerti skont il-proċess tal-offerti kompetittiv u r-regoli stabbiliti mill-Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet u     r-Regolamenti maħruġa mill-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.4.1       Avviż ta’ offerta pubblika || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

2.4.2       Rapport tal-bord tal-evalwazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

2.4.3       Rapport tad-diliġenza dovuta mill-FDA || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

2.4.4       Rapport finali tal-bord tal-evalwazzjoni tal-offerta lill-Kumitat Inter-Ministerjali tal-Konċessjonijiet (IMCC) || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

2.4.5       Rakkomandazzjonijiet tal-IMCC lill-President || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.4) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-liċenzja tal-foresti għal operazzjonijiet kummerċjali tal-foresti ngħatat abbażi ta' proċess kompetittiv tal-offerti kif rikjest mil-liġi. Il-Kontroll Regolatorju: Il-liġi tirrikjedi li ladarba tiġi sottomessa offerta, l-offerti jiġu evalwati mill-bord tal-evalwazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni, li imbagħad jissottometti rapport tal-evalwazzjoni tal-offerta fi żmien 60 jum lill-entità tal-konċessjoni (f'dan il-każ l-FDA). Wara dan, l-FDA tista’ tikkonkludi rapport ta' diliġenza dovuta dwar l-offerti kollha rakkomandati. Imbagħad il-bord tal-evalwazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni se jissottometti rapport finali lill-IMCC. L-IMCC imbagħad se jirrevedi r-rapport u jissottometti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-President għad-deċiżjoni finali. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti billi l-ewwel jikkonsulta u jivverifika l-eżistenza u l-validità tad-dokumenti meħtieġa mad-Dipartiment Kummerċjali u/jew id-Dipartiment Legali tal-FDA. Jekk tinħtieġ aktar kjarifika, l-LVD jista’ jikkonsulta mal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tal-Offerta għall-Konċessjoni u/jew mal-IMCC. Mezzi ta’ verifika: 13. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA, l-IMCC u l-PPCC 14. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: NFRL (3.3 &5.2(a)); l-Att dwar il-PPC (115(1)&(2) u 116); u r-Regolamenti tal-FDA 104, Taqsima 31-36 ||

Indikatur 2.5:       F’każ ta’ permess tal-użu privat (PUP), il-kuntratt ingħata mal-permess bil-miktub tas-sid ivverifikat tal-art

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.5.1       L-att validu tal-proprjetà tas-sid tal-art privata || PUP

2.5.2       Il-permess bil-miktub tas-sid tal-art privata || PUP

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.5) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li l-PUP jingħata biss fejn is-sjieda tal-art privata hija stabbilita b’mod ċar u mal-approvazzjoni bil-miktub tas-sid tal-art. Il-Kontroll Regolatorju: L-LVD huwa meħtieġ li jivverifika lis-sid ta’ art privata maħsuba li tkun is-suġġett ta’ PUP. Dan se jinvolvi l-ikkontrollar tal-att tal-proprjetà sottomess mar-rekords pubbliċi fiċ-Ċentru għar-Rekords u d-Dokumentazzjoni Nazzjonali (CNDRA). || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti l-ewwel billi jirrevedi t-titolu tal-proprjetà, u imbagħad billi jikkonferma li l-permess bil-miktub huwa fil-fatt mis-sid tal-art. Mezzi ta’ verifika: 15. 1.     Konsultazzjoni mal-CNDRA 16. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: NFRL Taqsima 5.6 ||

Indikatur 2.6        F’konsultazzjoni mal-partijiet interessati u abbażi tar-rapport tal-istħarriġ soċjo-ekonomiku tagħha, l-FDA ħejjiet mappa integrata li turi ż-żona tal-kuntratt u żoni tal-art maġenbha              bħal konċessjonijiet oħra, żoni protetti tal-foresta u art privata.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.6.1       Il-mappa tal-FDA li turi ż-żona tal-konċessjoni inkwistjoni u tindika artijiet maġenbha || FMC, TSC, FUP

2.6.2       Ir-rappport tal-infurzar tal-FDA (ir-Rapport ta’ Verifika tal-konformità mal-FDA) || FMC, TSC, FUP

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.6) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li ż-żona tal-konċessjoni mogħtija lid-dententur tal-kuntratt ma taffettwax l-art fil-pussess ta' detentur(i) ieħor(oħra) tal-kuntratt jew żona protetta tal-foresta. Il-Kontroll Regolatorju: Huwa essenzjali li kull żona tal-kuntratt tiġi demarkata kif suppost sabiex jiġi evitat li żoni ta' konċessjoni jirkbu fuq xulxin jew jaffettwaw żoni protetti tal-foresti || Id-deskrizzjoni: L-LVD għandu jivverifika li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti billi jikkontrolla l-validità tal-mappa tal-konċessjoni mad-Dipartiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp u d-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 17. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartimenti tar-Riċerka u l-Iżvilupp u tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA 18. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: COCS SOP (7, 8, 19, 20 & 21) Regolament 109-07 ||

Indikatur 2.7        Id-detentur tal-foresti issottometta garanzija tal-offerent flimkien mal-offerta tiegħu għall-kuntratt tal-foresta lill-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.7.1       L-irċevuta tal-garanzija tal-offerent maħruġa mill-FDA || FMC u TSC

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.7) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta' din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-offerent ikun issottometta l-garanzija statutorju meħtieġ u ssodisfa r-rekwiżiti rilevanti. Il-Kontroll Regolatorju: Ir-Regolamenti tal-FDA 104-07 jirrikjedu li l-offerenti għall-FMC u t-TSC jissottomettu garanzija ta’ offerta flimkien mal-offerta tagħhom. Il-garanzija għandha tkun valida għal mill-inqas 12-il xahar u fl-ammont ugwali għal 1/6 tal-miżata annwali taż-żona determinata għal kuntratt partikolari. Barra minn hekk, il-garanzija trid tinħareġ minn istituzzjoni kompetenti u awtorizzata fil-Liberja. Skont it-Taqsima 43 tar-Regolament 104-07, fi żmien 30 jum wara l-għażla tal-offerent ir-rebbieħ, l-offerent ir-rebbieħ jista’ jitlob lura l-garanzija oriġinali billi jiddepożita ammont tal-garanzija fi flus mal-Bank Ċentrali tal-Liberja jew bank ieħor maħtur uffiċjalment sabiex iżomm il-kontijiet tal-FDA u jippreżenta l-prova tad-depożitu lill–FDA. Ir-Regolament jipprovdi wkoll li mal-preżentazzjoni fil-ħin tal-prova tad-depożitu tal-valur tal-garanzija mal-Bank Ċentrali tal-Liberja, l-FDA għandha tirritorna l-garanzija oriġinali lill-offerent ir-rebbieħ. Madankollu, jekk l-offerent ir-rebbieħ jonqos milli joffri prova ta’ depożitu fi żmien 30 jum wara l-għażla, l-FDA għandha tiġbed mill-garanzija u tiddepożita l-fondi mal-Bank Ċentrali tal-Liberja jew bank ieħor iddeżinjat uffiċjalment sabiex iżomm il-kontijiet tal-Awtorità. Fl-aħħarnett, jekk l-offerent ir-rebbieħ u l-Gvern jeżegwixxu l-kuntratt fir-rigward ta' liema ġie sottomess il-garanzija, l-FDA għandha tirranġa li tikkredita l-fondi depożitati lejn kwalunkwe ammonti li l-offerent ir-rebbieħ għandu jagħti lill-Gvern skont il-kuntratt. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti ġew sodisfatti billi jikkonsulta ma’, u jivverifika l-validità tal-Irċevuta tal-Garanzija tal-Offerenti mad-Dipartiment Kummerċjali u/jew Finanzjarju tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 19. 1.     Konsultazzjoni mad-dipartimenti Kummerċjali / Finanzjarji tal-FDA 20. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: Regolament 104-07 (43 & 61(b)) COCS SOP (9) ||  

Indikatur 2.8        Id-detentur tal-kuntratt jiddepożita garanzija ta’ prestazzjoni inizjali fil-perjodu speċifikat mil-liġi wara l-konklużjoni tan-negozjati tal-kuntratt

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.8.1       Kopja tal-garanzija tal-prestazzjoni ddepożitat fi żmien 90 jum mill-konklużjoni tan-negozjati || FMC

2.8.2       Kopja tal-garanzija tal-prestazzjoni ddepożitat fi żmien 30 jum mill-konklużjoni tan-negozjati || TSC

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.8) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-garanzija tal-prestazzjoni meħtieġa ġiet ddepożitata fil-perjodu taż-żmien meħtieġ. Il-Kontroll Regolatorju: Ir-Regolament 104-07 jirrikjedi li d-detenturi tal-kuntratt tal-FMC u t-TSC (iżda mhux l-FUP jew il-PUP) jissottomettu garanzija tal-prestazzjoni fil-perjodu taż-żmien meħtieġ: 1. FMC: il-garanzija tal-prestazzjoni trid tiġi sottomessa fi żmien 90 jum fl-ammont ta' 150 000 USD (inqas minn 10 0000ha) jew sa 250 000USD (aktar minn 100 000 ha 2. TSC: il-garanzija tal-prestazzjoni fi żmien 30 jum fl-ammont ta’ 25 000 USD. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti billi jikkonsulta ma’ u jivverifika l-eżistenza u l-validità tal-garanzija tal-prestazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali u/jew Finanzjarju tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 21. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartimenti Kummerċjali u/jew Finanzjarji tal-FDA 22. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba fil-bidu tal-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: Regolament 104-07(61(b)); COCS SOP (9) ||

Indikatur 2.9        Il-kuntratt tal-foresti ġie ffirfmat mid-detentur tal-kuntratt u l-FDA u, fejn applikabbli, ratifikat kif mistħoqq f’konformità mal-liġi

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

2.9.1       L-Att li jirratifika l-kuntratt tal-foresti, li huwa ffirmat mill-President u stampat f’hand bills || FMC u konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

2.9.2       Il-kuntratt iffirmat mid-detentur tal-kuntratt u d-Direttur Amministrattiv tal-FDA || TSC, FUP, PUP, permessi tas-Serrieq bil-katina

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.2.9) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-kuntratti tal-foresti kollha jiġu konklużi f’konformità mal-liġi. Fir-rigward tal-FMCs, l-għan huwa li jiġi żgurat li barra milli jiġi ffirmat mid-detentur tal-kuntratt u l-Gvern tal-Liberja, att li jirratifika lill-FMC jiġi mgħoddi wkoll miż-żewġt ikmamar tal-Leġiżlatura u approvat mill-President. Fir-rigward tal-kuntratti l-oħra kollha, l-għan huwa li jiġi żgurat li jiġu ffirmati kif suppost bejn id-detentur tal-kuntratt u l-ġestjoni tal-FDA. Il-Kontroll Regolatorju: Ladarba FMC jiġi ffirmat ma’ offerent li jirnexxi, l-FMC għandu jiġi ratifikat mil-Leġiżlatura u l-att tal-Leġiżlatura li jirratifika l-FMC approvat mill-President. Il-kuntratti tal-foresti u l-liċenzji l-oħra kollha jiġu ffirmati bejn id-detentur tal-kuntratt u l-FDA. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jivverifika li (1) kull FMC ikun ġie ffirmat u rratifikat, u (2) il-liċenzji tal-foresti l-oħra kollha jiġu ffiirmati mid-detentur rilevanti tal-kuntratt u d-Direttur Amministrattiv tal-FDA mal-approvazzjoni mill-Bord tal-FDA. L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ikunu ġew sodisfatti billi jikkonsulta mad-Dipartimenti Kummerċjali u Legali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 23. 1.     L-analiżi tad-dokument 24. 2.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali jew Legali tal-FDA || Darba fil-bidu tal-perjodu tal-kuntratt

Referenzi: NFRL (5.3); Regolamenti 104-07 (62); COCS SOP (5) ||

PRINĊIPJU 3: OBBLIGI SOĊJALI U L-QSIM TAL-BENEFIĊĊJI Id-detentur tal-kuntratt huwa f’konformità mar-rekwiżiti tal-obbligi soċjali u l-qsim tal-benefiċċji stabbiliti bil-Liġi

Indikatur 3.1        Id-detentur tal-kuntratt innegozja ftehim soċjali mar-rappreżentanti awtorizzati ta’ komunitajiet affettwati fir-raġġ 3.0 kilometri miż-żona proposta tal-konċessjoni                jew il-permess wara avviż bil-quddiem lil dawn il-komunitajiet affettwati

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

3.1.1       Il-minuti tal-laqgħa li jirriflettu diskussjonijiet u ftehimiet attwali li ntlaħqu mid-detentur tal-kuntratt u                rappreżentanti awtorizzati ta’ komunitajiet affettwati identifikati aktar qabel mill-FDA matul l-istħarriġ soċjo-ekonomiku tagħha || FMC, TSC, FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

3.1.2       Avviż imwassal jew ippubblikat tal-intenzjoni ta' negozju ma' komunitajiet affettwati (avviżi bir-radju jew                riklami fil-gazzetti) || FMC, TSC, FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

3.1.3       Evidenza li ma ġie ppreżentat l-ebda ilment mal-FDA minn komunità affettwata li jallega esklużjoni minn                negozjat jew nuqqas ta’ negozjar min-naħa tad-detentur tal-kuntratt || FMC, TSC, FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.3.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li detentur tal-kuntratt jaderixxi mar-rekwiżiti statutorji u tal-FDA, rilevanti kollha li jappartjenu għal obbligi soċjali qabel ma jikseb iċ-Ċertifikat Annwali tal-Ħsad tiegħu għall-FMC, it-TSC, jew l-FUP. Il-Kontroll Regolatorju: L-NFRL u r-Regolamenti 105-07 promulgati taħt l-NFRL it-tnejn ipoġġu dmir fuq id-detenturi tal-FMC, it-TSC u l-FUPs prinċipali sabiex jinnegozjaw ‘Ftehim Soċjali’ ma’ komunitajiet affettwati permezz tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fir-rigward ta’ foresti li jridu jiġu maħsuda. Ir-Regolament jiddefinixxi komunitajiet affettwati bħala “komunità li tinkludi inqas minn distrett statutorju (inkluż chiefdoms, klannijiet, bliet żgħar, bliet, irħula, u abitazzjonijiet umani) li l-interess tagħhom x'aktarx jiġi affettwat mill-operazzjonijiet imwettqa taħt liċenzja ta' riżorsi tal-foresti. “Interessi” għall-iskopijiet ta’ din id-definizzjoni jistgħu jkunu ta’ natura ekonomika, tas-saħħa ambjentali, tal-għixien, estetika, kulturali, spiritwali jew reliġjuża.” Fil-prattika, il-komunitajiet affettwati jiġu definiti u identifikati mill-FDA matul l-ippjanar tal-użu tal-foresti u l-istħarriġ soċjo-ekonomiku ta’ qabel l-allokazzjoni tagħha. Skont ir-Regolamenti 105-07 it-tul ta' żmien ta' dawn il-ftehimiet soċjali huwa ta’ ħames (5) snin għall-FMCs u l-FUPs, u tliet (3) snin għat-TSCs. L-iffirmar ta’ ftehim soċjali huwa rekwiżit ta’ qabel it-twaqqigħ tas-siġar għal FMCs u TSCs. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti jiġu sodisfatti permezz ta' konsultazzjoni u verifika mad-Dipartiment tal-Forestrija Komunitarja tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 25. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Forestrija Komunitarja tal-FDA u komunitajiet affettwati 26. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull Ċiklu[19]

Referenzi: Regolament 105-07 (31&32); NFRL, Taqsima 5.6(d)(vi) ||  

Indikatur 3.2        Ftehim soċjali nnegozjat b’mod reċiproku ġie ffirmat bejn id-detentur tal-kuntratt u l-komunitajiet affettwati KOLLHA permezz tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, u                il-ftehim isir effettiv qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tat-twaqqigħ tas-siġar

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

3.2.1       Ftehim Soċjali esegwit iffirmat mid-detentur tal-kuntratt u kull komunità affettwata permezz tal-   Kumitat Komunitarju tal-Iżvilupp tal-Forestrija (CFDC) || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

3.2.2       Ftehim Soċjali li kien jeżisti qabel iċ-Ċertifikat Annwali tal-Ħsad ta' detentur tal-kuntratt || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

3.2.3       Lista ta' CFDC identifikata minn jew irreġistrata mal-FDA || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.3.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li detentur ta’ FMC, TSC u/jew FUP li għandu valur ta' aktar minn USD 10 000,00 ikun iffirma ftehim soċjali mal-komunitajiet affettwati kollha qabel l-operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar. Il-Kontroll Regolatorju: Id-detentur u/jew il-kumpanija jistgħu jinnegozjaw biss il-Ftehim Soċjali mas-CFDC li jaġixxi f’isem il-komunitajiet affettwati. Is-CFDC irid ikun rappreżentant tal-komunitajiet kollha affettwati mill-attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar tad-detenturi tal-kuntratt. Jista' jkun hemm iktar minn CFDC wieħed li jirrappreżenta komunitajiet affettwati. Titwettaq verifika annwali mill-FDA sabiex tiġi monitorjata, ivvalutata u żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00. It-Taqsima 31 (b) (1) tar-Regolamenti 105-07 tiddikjara li d-detentur tal-kuntratt “għandu jiżgura li f’kull ħin, għat-tul ta' żmien tal-liċenzja tar-riżorsi tal-foresti, ikun fis-seħħ ftehim soċjali għall-benefiċċju tal-komunitajiet affettwati kollha fir-rigward taż-żona fejn se jsir il-qtugħ tas-siġar”. It-Taqsima 31 (b) (2) tipprovdi wkoll li d-detentur tal-kuntratt ma jistax iwaqqa’ s-siġar ħlief jekk ikun fis-seħħ ftehim soċjali għall-benefiċċju tal-komunitajiet affettwati kollha fir-rigward taż-żona fejn se jsir il-qtugħ tas-siġar taħt Liċenzja tar-riżorsi tal-foresti.” || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjoni ma’ u l-verifika tal-ftehim soċjali esegwit mad-Dipartiment Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 27. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Komunitajru tal-Forestri tal-FDA u komunitajiet affettwati. 28. 2.     L-analiżi tad-dokument 29. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull Ċiklu

Referenzi: Regolament 105-07 (31) ||

Indikatur 3.3        It-termini tal-ftehim soċjali bejn id-detentur tal-kuntratt/il-permess u l-komunitajiet affettwati jinkludu kodiċi ta’ kondotta li tirregola l-partijiet fil-ftehim,                mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, flimkien ma’ (i) deskrizzjoni ta’ ammonti ta’ benefiċċji finanzjarji pagabbli lill-komunità mid-detentur tal-kuntratt u (ii) rekwiżit li             d-detentur tal-kuntratt/il-permess iħallas l-ammonti kull tliet xhur f'kont li jagħti l-interessi miżmum minn terzi (escrow) li d-detentur tal-kuntratt/ il-permess għandu jżomm b’fiduċja f’isem       il-komunitajiet affettwati kollha.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

3.3.1       Il-kodiċi ta’ kondotta li tirregola d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' komunitajiet affettwati u     d-detentur tal-kuntratt/ il-permess || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD 10 000,00

3.3.2       Id-deskrizzjoni tal-miżata minima kull metru kubiku li d-detentur tal-kuntratt/ il-permess se jħallas fuq bażi ta’ kull tliet xhur        lill-komunitajiet affettwati (jekk ikun hemm oħrajn, speċifika) || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

3.3.3       Il-ktieb tal-bank jew rekords oħra tal-kont li jagħti l-interessi u miżmum minn terzi miftuħ mid-detentur tal-kuntratt/         il-permess b’fiduċja għall-komunitajiet affettwati || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

3.3.4       Il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.3.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li r-rekwiżiti statutorji kollha qed jiġu sodisfatti u li l-kondizzjonijiet u/jew l-elementi preskritti huma inklużi fil-ftehim soċjali nnegozjat. Il-Kontroll Regolatorju: Kwalunkwe ftehim soċjali nnegozjat bejn CFDC wieħed jew aktar irid fost affarijiet oħra jinkudi: 1. Deskrizzjoni tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ membri ta’ komunitajiet affettwati kif ukoll id-detentur; 2. Deskrizzjoni tal-benefiċċji finanzjarji li komunità affettwata se tirċievi; 3. Rekwiżit li d-detentur tal-kuntratt/ il-permess iħallas benefiċċji finanzjarji fuq bażi ta' kull tliet xhur f'kont li jagħti l-interessi miżmum minn terzi b'fiduċja għall-komunità. 4. Rekwiżit li l-fondi jiġu rilaxxati biss f’benefiċċju, mat-talba bil-miktub ta’ CFDC, basta din it-talba tiġi approvata mill-FDA. It-taqsima 33(a) tar-Regolamenti 105-07 tipprovdi li l-FDA għandha tagħmel kodiċijiet tal-kondotta mudell disponibbli liberament fuq l-Internet u għandha, fuq talba, tipprovdi kopji fuq karta jew elettroniċi ta’ kodiċijiet tal-kondotta mudell lil detenturi tal-kuntratt/ il-permess, is-CFDCs, u komunitajiet affettwati. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjoni u verifika tal-kontenuti tal-ftehim soċjali ffirmat mad-Dipartiment Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 30. 1.     L-analiżi tad-dokument 31. 2.     Żjara fuq il-post mal-komunitajiet || Kull ċiklu[20]

Referenzi: NFRL (5.3(b) &5.6(d)), Regolament 105-07 (33) ||

Indikatur 3.4        Il-ftehim soċjali bejn id-detentur tal-kuntratt u l-komunità jew il-komunitajiet ġie attestat mill-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

3.4.1       Ftehim soċjali attestat mill-FDA bejn id-detentur tal-kuntratt u l-komunità affettwata || FMC, TSC, u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.3.4) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċeduri huwa sabiex jiġi żgurat u/jew ivverifikat li l-ftehim soċjali jkun ġie approvat mill-FDA. Il-Kontroll Regolatorju: Kwalunkwe ftehim soċjali nnegozjat irid jiġi sottomess lill-FDA għall-attestazzjoni. Mal-irċevuta tad-dokument, l-FDA se tirrevedi l-ftehim sabiex tiddetermina l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-konformità tagħha mal-liġi. Jekk il-ftehim ma jissodisfax il-kriterji rilevanti, l-FDA trid tirrifjutah u tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Id-detentur jista’ jirrimedja kwalunkwe defiċjenza u jissottometti mill-ġdid il-ftehim soċjali lill-FDA għal konsiderazzjoni mill-ġdid. L-FDA se tattesta għall-ftehim soċjali jekk tkun sodisfatta li l-ftehim huwa komplet, preċiż u jikkonforma mal-liġijiet rilevanti. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjonijiet ma’ u verifika tal-eżistenza u l-validità tal-ftehim soċjali attestat mad-Dipartiment Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 32. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Komunitarju tal-Forestrija tal-FDA 33. 2.     L-analiżi tad-dokument 34. 3.     Żjara fuq il-post ma’ komunitajiet magħżula || Kull ċiklu

Referenzi: Regolament 105-07 (36) COCS SOP (9) ||

Indikatur 3.5        Il-miżati stipulati dovuti lill-komunitajiet mid-detentur tal-kuntratt taħt il-ftehim soċjali jridu jitħallsu mid-detentur tal-kuntratt (i) fil-perjodi taż-żmien preskritti           u (ii) f’kont miżmum minn terzi miftuħ mid-detentur tal-kuntratt għal dan l-iskop

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

3.5.1       Dikjarazzjonijiet awtentikati tal-bank kull tliet xhur tal-kont miżmum minn terzi || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

3.5.2       Verifiki ta’ Konformità mal-FDA || FMC, TSC u FUP li għandhom valur ta' aktar minn USD 10 000,00

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.3.5) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-miżati rilevanti dovuti lill-komunità jkunu tħallsu fi żmien xieraq. Il-Kontroll Regolatorju: Il-ftehim soċjali jinkludi termini finanzjari tal-prestazzjoni li huma importanti għall-ftehimiet. Huwa għalhekk essenzjali li l-ħlas fi żmien xieraq tal-miżati mifthiema u pprovduti fil-ftehimiet soċjali jiġi vverifikat. Fil-livell operattiv, punti ta’ kontroll jistgħu jinkludu dikjarazzjonijiet ta' kont miżmum minn terzi, u rapporti ta' verifika annwali mill-FDA li jkejlu l-konformità ta’ detenturi tal-kuntratt. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konferma. Fil-każ li tinħtieġ aktar kjarifika, id-Dipartimenti Kummerċjali u Komunitarji tal-Forestrija tal-FDA jistgħu jiġu kkonsultati. Mezzi ta’ verifika: 35. 1.     Konsultazzjoni mad-dipartiment Komunitarju tal-forestrija tal-FDA 36. 2.     L-analiżi tad-dokument 37. 3.     Spezzjonijiet fuq il-post || Kull konsenja

Referenzi: Regolament 105-07(36)10 Regolament 107-07 (33); ||

PRINĊIPJU 4: L-OPERAZZJONIJIET TA’ ĠESTJONI U L-ĦSAD TAL-FORESTI Operazzjonijiet ta’ ġestjoni u l-ħsad tal-foresti jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli kollha

Indikatur 4.1        Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess lesta pjan operazzjonali annwali u fejn huwa applikabbli, pjan ta’ ġestjoni tal-foresti

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

4.1.1       Iċ-Ċertifikat Annwali tal-Ħsad || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

4.1.2       Pjan operazzjonali annwali approvat || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

4.1.3       Pjan approvat tal-ġestjoni tal-foresti || FMC

4.1.4       Permess bil-miktub mis-sid tal-art || PUP

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.4.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li kull detentur tal-kuntratt jikkonforma mal-prerekwiżiti statutorji rilevanti qabel ma jibdew l-operazzjonijiet tat-twaqqigħ tas-siġar. Il-Kontroll Regolatorju: 1.                FMC: Kuntratti jingħataw fuq l-art tal-foresti vvalidati u f’konformità mar-rekwiżiti tal-Att dwar il-PPC. L-FMC huwa kuntratt ta’ 25 sena u huwa soġġett għal pjan ta’ ġestjoni, Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA), pjan tan-negozju, Ftehimiet Soċjali, u pjanijiet annwali operattivi. 2.                TSC: kuntratti ta’ tliet snin mogħtija f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Ġestjoni tal-Foresti, ivvalidati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Att dwar il-PPC u soġġetti għal pjanijiet annwali operazzjonali. 3.                F’xi każijiet iżolati, jista’ jkun hemm każijiet fejn l-FUP jaqbeż ir-rekwiżiti antiċipati fuq skala żgħira u jiġi vvalidat formalment. F’xi istanzi l-LVD jista’ jinħtieġ li jevalwa kwalunkwe rekwiżit ta’ qabel il-ħsad li jista' jaderixxi ma’ dan l-FUP. 4.                PUP: għall-użu kummerċjali kollu ta’ riżorsi tal-foresti fuq art privata, operatur jista’ jkun is-sid tal-art jew ikollu l-permess tas-sid tal-art u jżomm PUP validu maħruġ mill-FDA. Detentur ta’ PUP ma jistax jibda t-twaqqigħ tas-siġar ħlief jekk ikollu ċertifikat annwali tal-ħsad u pjan annwali operazzjonali approvati. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjoni mal-FDA u l-EPA inkluż id-Dipartimenti Kummerċjali u Komunitarji tal-Forestrija. Mezzi ta’ verifika: 38. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA u l-EPA 39. 2.     L-analiżi tad-dokument 40. 3.     spezzjoni fuq il-post || Kull sena (għal pjan operazzjonali); Kull ċiklu (pjan ta’ ġestjoni)

Referenzi: NFRL (4.5, 5.3,5.4, 5.6) Regolament 104-07 (62a); EPML (23) ; COCS SOP (9) ||

Indikatur 4.2        Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess jikkonforma mat-termini tal-pjan annwali operazzjonali tiegħu u r-rekwiżiti tal-liġi fir-rigward tal-ispeċijiet u l-kwantitajiet li għandu l-permess                li jaħsad.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

4.2.1       Blokok annwali approvati || FMC

4.2.2       Kompartiment u coupe annwali || Il-kuntratti kollha tal-foresti ħlief FMC

4.2.3       Verifika tad-dejta tas-siġar imwaqqgħin (SOP 11) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief il-konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

4.2.3       Rapport ta’ verifika ta' konformità annwali tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief il-konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.4.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta' din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li detentur tal-kuntratt jew il-permess jikkonforma mal-allokazzjonijiet u l-obbligi annwali tiegħu tal-ħsad kif approvat mill-FDA. Il-Kontroll Regolatorju: 1.                Iċ-ċertifikat annwali approvat tal-ħsad jipprovdi l-parametri li fihom irid jaħdem operatur partikolari, kif ukoll ir-rekwiżiti li jridu jiġu mħarsa, fi ħdan il-perjodu annwali speċifikat. 2.                L-FDA għandha żewġ mekkaniżmi operazzjonali ta’ kontroll: 2.1.      Monitoraġġ kontinwu fuq il-post, u 2.2       Awditjar annwali ta’ konformità mmexxija mill-FDA sabiex tiġi monitorjata, ivvalutata u żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet ta' FMC, TSC, FUP u/jew PUP uniku. || Id-deskrizzjoni: Dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat fid-dettall mill-LVD. L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 41. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 42. 2.     Spezzjoni fuq il-post || Kull sena

Referenzi: NFRL (3.2;3.4) & COCS SOP (7-11) ||

PRINĊIPJU 5: OBBLIGI AMBJENTALI Id-Detentur tal-Kuntratt u l-Proċessur tal-Injam issodisfaw l-obbligi ambjentali kollha meħtieġa mil-liġi

Indikatur 5.1        Id-detentur tal-Kuntratt jew il-permess u l-proċessur tal-injam temmew Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali li hija approvata mill-EPA.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

5.1.1       Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali imħejji minn jew għad-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur tal-injam || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.1.2       l-Liċenzja tal-Impatt Ambjentali maħruġa mill-EPA lid-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur tal-injam qabel      il-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħsad || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.1.3       Il-Permess tal-Impatt Ambjentali maħruġ mill-EPA lid-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur tal-injam li jiddikjaral-kondizzjoni(jiet), jekk ikun hemm, tal-Liċenzja tal-Impatt Ambjetali elenkata bħala Verifikatur 5.1.2 || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.5.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li r-rekwiżiti rilevanti jkunu ġew issodisfatti fir-rigward tal-proċess tal-applikazzjoni tal-EIA. Il-Kontroll Regolatorju: Liċenzja tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) hija meħtieġa mil-Liġi tal-Protezzjoni u l-Ġestjoni Ambjentali (EPML) tal-2002 għal attivitajiet elenkati u/jew identifikati fl-Anness 1 għall-Att. Fir-rigward tal-attivitajiet tal-forestrija, dawn li ġejjin jeħtieġu EIA: (1) il-qtugħ tas-siġar u/jew l-ipproċessar tal-injam, (2) il-forestrija ta’ pjantazzjoni. Flimkien mal-Liċenzja Ambjentali, l-EPA toħroġ Permess tal-Impatt Ambjentali li jiddikjara l-kondizzjonijiet li jiġu mal-Liċenzja u li d-detentur tal-liċenzja ambjentali jrid iħares. Qabel ma toħroġ il-liċenzja, l-FDA tipprovdi l-konsiderazzjoni meħtieġa u tagħti l-input tagħha fl-evalwazzjoni tal-EPA. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonferma mal-FDA u l-EPA li d-detentur tal-kuntratt jew il-permess għandu mhux biss liċenzja EI iżda anke permess EI li jindika bi speċifiċità l-kondizzjonijiet li d-detentur tal-liċenzja EI irid iħares. Mezzi ta’ verifika: 43. 1.     Konsultazzjoni mal-EPA u l-FDA 44. 2.     L-analiżi tad-dokument || Darba matul il-validità tal-Liċenzja u l-Permess EI

Referenzi: EPML (6,21-23); Reg (105-107) COCS SOP (9) ||

Indikatur 5.2        Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess jew il-proċessur tal-injam jimplimenta l-miżuri ta’ mitigazzjoni identifikati fl-EIA tiegħu kif indikat fil-permess EI

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

5.2.1       Ir-rapporti ta’ monitoraġġ ambjentali tal-EPA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.2.2       Ir-rapporti ta’ spezzjoni tal-EIA tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.5.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li kwalunkwe kondizzjoni u/jew miżura ta’ mitigazzjoni identifikata u imposta mill-EPA tiġi implimentata mid-detentur tal-kuntratt jew il-permess jew il-proċessur tal-injam u li ma hemm l-ebda transgressjoni ambjentali inkonsistenti mal-permess EI. Il-Kontroll Regolatorju: Rekord ta' deċiżjoni u/jew awtorizzazzjoni ambjentali jrid jinħareġ lid-detentur tal-kuntratt jew il-permess qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar. L-EPA u l-FDA jimmonitorjaw il-konformità mal-kondizzjonijiet ta’, u/jew il-miżuri ta’ mitigazzjoni identifikati permezz ta’ verifiki regolari u/jew fuq il-post. Id-detentur tal-liċenzja EIA għandu d-dmir li jissottometti notifiki lil EPA jekk ikun hemm bidla materjali fil-proġett jew l-attività li jista’ jkollha impatt fuq l-ambjent. L-EPA tista’ ddaħħal aktar azzjoni ta’ infurzar fil-każ ta’ nuqqasijiet ta' konformità. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonsulta, u jivverifika mad-Diviżjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali tal-FDA, u d-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-EPA kif ukoll id-Dipartiment tal-Outstation u l-Ispettorat li d-detentur tal-kuntratt jikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-permess EI. Mezzi ta’ verifika: 45. 1.     Konsultazzjoni mal-EPA u l-FDA 46. 2.     L-analiżi tad-dokument 47. 3.     Spezzjonijiet fuq il-post || Kull sena

Referenzi: EPML (24-27), EPAA ||

Indikatur 5.3        Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess jew il-proċessur tal-injam ħeles mit-tagħmir, il-karburant, l-iskart tal-injam u skart relatat li jirriżulta mill-operazzjonijiet tiegħu f’manjiera             legali u ambjentalment xierqa.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

5.3.1       Ir-rapport tal-ispezzjoni tal-EPA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.3.2       Ir-rapport annwali tal-awditjar tal-konformità tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.5.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li l-iskart kollu qed jiġi mormi b’mod legali f’manjiera ambjentalment xierqa. Il-Kontroll Regolatorju: 1.                Evidenza ta’ rekord ta’ deċiżjoni u/jew liċenzja tal-impatt ambejntali pożittivi inħarġet lid-detentur tal-kuntratt qabel il-bidu tal-operazzjonijiet. 2.                L-EPA timmonitorja l-konformità mal-kondizzjonijiet ta’, u/jew il-miżuri ta’ mitigazzjoni identifikati. 3.                L-EPA tmexxi awditi regolari u/jew perjodiċi mal-proġetti li jista’ jkollhom impatt jew effett detrimentali. 4.                L-EPA tista' ddaħħal azzjoni ta’ infurzar fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonsulta, u jivverifika mad-Dipartiment Kummerjċali u d-Diviżjoni tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA. Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-EPA kif ukoll id-Dipartiment tal-Outstation u l-Ispettorat tal-EPA iridu jiġu kkonsultati. Informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb direttament mid-detentur tal-kuntratt jew il-permess u l-proċessuri tal-injam. Mezzi ta’ verifika: 48. 1.     Konsultazzjoni mal-EPA 49. 2.     L-analiżi tad-dokument 50. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull sena

Referenzi: EPML (24-27), EPAA ||

Indikatur 5.4        Id-detentur tal-kuntratt żamm distanza adegwata bejn l-operazzjonijiet tal-ħsad tiegħu u l-passaġġi tal-ilma, u speċifikament ma waqqax siġar li jistgħu jheddu l-fluss jew                l-istabilità tal-passaġġ(i) tal-ilma

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

5.4.1       Ir-rapport tal-ispezzjoni tal-EPA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.4.2       Ir-Rapport Annwali tal-Awditjar tal-Konformità tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.5.4) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li d-detentur tal-permess huwa f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti relatati mal-ġestjoni tal-ilma u l-prevenzjoni tat-tniġġiż tar-riżorsi tal-ilma. Il-Kontroll Regolatorju: L-għan huwa li tiġi żgurata konformità ġenerali fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma. F’dan ir-rigward, il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (2007) tipprojbixxi l-qtugħ tas-siġar f’żoni protetti u passaġġi tal-ilma. Teħtieġ li strixxi adegwati ta’ prevenzjoni u protezzjoni jinżammu bejn iż-żoni tal-ħsad u l-passaġġi tal-ilma… Fir-rigward tal-kejl tal-konformità, kemm l-EPA kif ukoll l-FDA għandhom il-kompitu ta’ spezzjonijiet ta' rutina u awditi ta' konformità li l-LVD se jirrevedi sabiex jiddetermina l-konformità tad-detentur tal-kuntratt jew il-permess. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonsulta, u jivverifika mad-Dipartiment Kummerjċali u l-Unità tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA. Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-EPA kif ukoll id-Dipartiment tal-Outstation u l-Ispettorat tal-EPA iridu jiġu kkonsultati. Informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb direttament mid-Detentur tal-Kuntratt u/jew il-proċessur tal-injam. Mezzi ta’ verifika: 51. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA u l-EPA. 52. 2.     L-analiżi tad-dokument 53. 3.     Spezzjonijiet fuq il-post || Kull sena

Referenzi: EPML ( parts IV & V ), il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (3.1; 3.2; 4 et al) ||

Indikatur 5.5        Id-detentur tal-Kuntratt jew il-permess għandu fis-seħħ proċedura(i) sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli li jirrigwardjaw il-konservazzjoni tal-ħajja selvaġġa, u (ii) jiġi evitat il-ħsad jew il-kummerċ fi                speċijiet tal-pjanti u l-annimali pperikolati jew mhedda.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

5.5.1       Ir-rapport tal-ispezzjoni tal-EPA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

5.5.2       Ir-Rapport Annwali tal-Awditjar tal-Konformità tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.5.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li d-detentur tal-kuntratt jew il-permess huwa f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimijiet 9.11(v) li jirrikjedu “liċenzji u ċertifikati tal-kaċċa u l-kummerċ f’annimali selvaġġi” u d-dispożizzjonijiet ta’ 9.12(i) tal-NFRL li jipprojbixxu l-kaċċa, il-qbid jew il-kummerċ fi speċijiet ipperikolati. Il-Kontroll Regolatorju: L-għan huwa li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 9.11 tal-NFRL fir-rigward tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-użu tal-ħajja selvaġġa kif ukoll il-projbizzjoni tat-Taqsima 9.12 li l-ebda persuna m’għandha taqbad, taħsad jew tikkumerċjalizza kwalunkwe speċi li l-FDA iddenominat bħala mhedda jew ipperikolata. Fir-rigward tal-kejl tal-konformità, kemm l-EPA kif ukoll l-FDA għandhom il-kompitu ta’ spezzjonijiet ta’ rutina u awditi ta’ konformità sabiex jivverifikaw li huma fis-seħħ proċeduri adegwati u li ma hemm l-ebda evidenza ta’ ħsad jew kummerċ illegali. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonsulta, u jivverifika mad-Dipartiment Kummerjċali u d-Diviżjoni tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA. Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-EPA kif ukoll id-Dipartiment tal-Outstation u l-Ispettorat tal-EPA iridu jiġu kkonsultati. Mezzi ta’ verifika: 54. 1.     Konsultazzjoni mal-EPA u l-FDA 55. 2.     L-analiżi tad-dokument 56. 3.     Spezzjonijiet fuq il-post || Kull sena

Referenzi: Taqsimiet 9.11 u 9.12 tal- NFRL; EPML (partijiet IV & V), il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (3.1;3.2 et al) ||

PRINĊIPJU 6: TRASPORTAZZJONI U TRAĊĊABBILTÀ TAL-INJAM Id-detentur tal-Kuntratt jew il-permess jew il-proċessur tal-injam jissodisfa l-obbligi kollha meħtieġa mil-liġi għat-trasportazzjoni u t-traċċabbiltà tal-injam u/jew prodotti tal-injam.

Indikatur 6.1        It-trasportazzjoni taz-zkuk, l-injam u prodotti oħra tal-injam hija akkompanjata minn polza tat-tagħbija li tidentifika numri/referenzi tal-katina tal-kustodja u destinazzjoni msemmija

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.1.1       Polza tat-tagħbija kompluta li tindika l-post tal-ħsad, in-numri tal-identifikazzjoni tal-katina tal-kustodja, id-data u l-post fejn .         ġew mgħobbija z-zkuk u d-destinazzjoni || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

6.1.2       Polza tat-tagħbija kompluta għal zkuk jew prodotti tal-injam importati li tindika l-pajjiż tal-ħsad, in-numru tal-identifikazzjoni tal-katina tal-kustodja,      id-data u l-post fejn ġew mgħobbija z-zkuk u d-destinazzjoni. || Permess ta’ injam importat

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li detentur ta’ kuntratt jew proċessur huwa f’konformità mar-rekwiżiti statutorji rilevanti li jappartjenu għat-trasport taz-zkuk, l-injam u prodotti tal-injam. Il-Kontroll Regolatorju: It-trasport taz-zkuk, l-injam u prodotti tal-injam lejn faċilità tal-ipproċessar jew port huwa soġġett għat-tlestija ta’ polza tat-tagħbija li trid takkompanja t-tagħbija. It-trasportaturi irid ikollhom fil-pussess tagħhom reġistrazzjoni valida tat-trasportatur maħruġa mill-FDA. Il-proċeduri dettaljati se jiġu żviluppati matul l-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-VPA sabiex tiġi ggwidata l-inkorporazzjoni tal-injam importat fis-COCS. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jikkonferma li r-rekwiżiti relatati mat-trasport tal-prodotti tal-injam ikunu ġew sodisfatti permezz tal-konferma ta’ kontroll fis-Sistema tal-Informazzjoni tal-Katina tal-Kustodja (COCIS) (li tgħaqqad il- polza tat-tagħbija u l-bar codes). Mezzi ta’ verifika: 57. 1.     Konferma mas-COCIS 58. 2.     Spezzjoni fuq il-post || Kull konsenja jew tagħbija

Referenzi: COCS SOP (13-17, 19 & 20)

Indikatur 6.2 Iz-zkuk kollha jiġu mmarkati kif suppost u jiddaħħlu fis-sistema tal-katina tal-kustodja skont il-proċeduri standard tal-operat tal-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.2.1       Formola tad-dejta taz-zokk (SOP 13) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

6.2.2       Formola ta’ verifika tad-dejta taz-zokk (SOP 14) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

6.2.3       Il-polza tat-tagħbija għat-trasportazzjoni ta’ zkuk u prodotti tal-injam (SOP 16) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta' din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li detentur tal-kuntratt jew il-permess huwa f'konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-COCS u li z-zkuk kollha jiġu integrati fis-COCS. Il-Kontroll Regolatorju: Bħala parti mis-COCS u f’konformità mal-Għaxar Regolamenti Ewlenin, diversi proċeduri operazzjonali standard u dokumenti ta' kontroll operazzjonali ġew żviluppati li qed jiġu kkontrollati mis-COCS/FDA. . . || Id-deskrizzjoni: L-LVD jivverifika li d-detentur tal-Kuntratt jew il-permess ikun ikkonforma mar-rekwiżiti tas-COCS billi jikkonsulta mal-FDA u jirrevedi d-dejta taz-zokk fis-COCIS. Mezzi ta’ verifika: 59. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 60. 2.     Konferma fis-COCIS. || Kull konsenja jew tagħbija

Referenzi: COCS SOP (13-17, 19 u 20)

Indikatur 6.3        Iz-zkuk, l-injam u l-prodotti tal-injam kollha maħsuda jew ittrasportati mid-detentur tal-kuntratt jew il-permess joriġinaw miż-żona tal-konċessjoni tad-detentur tal-kuntratt jew il-permess

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.3.1       Formola tad-dejta taz-zokk (SOP 13) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

6.3.2       Formola standard 14 (verifika ta’ qtugħ trasversali, it-tlibbis u fatturazzjoni għad-dritt għall-qtugħ || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

6.3.3       Awditjar annwali ta’ konformità tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li kull detentur tal-kuntratt jew il-permess jaħsad u jittrasporta injam jew prodotti tal-injam miż-żona ta' kuntratt/liċenzja approvata tiegħu biss. Il-Kontroll Regolatorju: L-Għaxar Regolamenti Ewlenin tal-FDA jirrikjedu li l-injam jew il-prodotti tal-injam kollha jiġu maħsuda minn żona tal-foresta liċenzjata biss u f'konformità mal-liċenzja msemmija. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jivverifika dan ir-rekwiżit billi jikseb konferma mir-reviżjoni tal-formoli standard rilevanti u r-Rapport tal-Verifika tal-Konformità tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 1.                Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 2.                Spezzjonijiet fuq il-post || Kull konsenja jew tagħbija

Referenzi: COCS SOP (13-15)

Indikatur 6.4        Iz-zkuk, l-injam, jew il-prodotti tal-injam kollha importati (mhux fi tranżitu) fil-Liberja ikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti applikabbli tal-pajjiż tal-ħsad.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.4.1       Evidenza ta’ konformità legali mal-liġijiet tal-pajjiż tal-ħsad || Permess ta’ injam importat

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.4) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li z-zkuk u l-prodotti tal-injam importati fil-Liberja jiġu minn sorsi legali u huma wkoll ikklirjati mid-dwana skont il-leġiżlazzjoni Liberjana. Il-Kontroll Regolatorju: Ir-rekwiżit ewlieni tal-liġi Liberjana huwa li l-injam kollu maħsud jew importat fil-pajjiż jiġi minn sors legali. Il-legalità tal-injam fil-pajjiż tal-ħsad tista’ tintwera permezz ta’ ċertifikat maħruġ taħt skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti jew skema tal-verifikazzjoni tal-legalità li jkunu ġew ivvalutati u approvati mill-Gvern tal-Liberja f’konsultazzjoni mal-gvernijiet ikkonċernati. L-injam importat ikkontrollat minn LAS ta' pajjiż ieħor tal-VPA li għandu skema tal-liċenzji FLEGT operażżjonali se jiġi kkunsidrat legali fl-LAS Liberjan        || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li l-injam importat fil-Liberja huwa legali taħt il-liġijiet tal-pajjiż tal-ħsad. F’dan ir-rigward, il-verifika tirrikjedi r-reviżjoni tad-dokument li juri l-legalità tal-injam fil-pajjiż tal-ħsad. Mezzi ta’ verifika: 61. 1.     Konsultazzjoni mal-COCS u d-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 62. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull konsenja ta’ importazzjoni

Referenzi: Regolament 108-07 (44(d)) ||  

Indikatur 6.5 Iz-zkuk jew il-prodotti tal-injam kollha fi tranżitu huma (i) segregati fiżikament minn injam domestiku jew importat, u (ii) ikkontrollati mid-dwana fil-ħinijiet kollha waqt li jkunu fil-Liberja

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.5.1.      Dokumenti doganali mill-pajjiż tal-ħsad || Injam fi tranżitu

6.5.2.      Polza tat-tagħbija kompluta li tindika l-pajjiż tal-ħsad u l-pajjiż tal-esportazzjoni || Injam fi tranżitu

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.5) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li z-zkuk u l-prodotti tal-injam fi tranżitu fil-Liberja mhumiex integrati fis-sistema tal-katina tal-kustodja jew imħallta ma' injam maħsud domestikament jew importat. Il-Kontroll Regolatorju: Rekwiżit regolatorju ewlieni, li huwa wkoll pedament tal-LAS huwa li injam fi tranżitu ma jiġix integrat fis-COCS u li fil-punt tal-esportazzjoni ma jiġix soġġett għall-ħruġ ta’ Liċenzja FLEGT Liberjana. Huwa meħtieġ li l-pajjiż tal-ħsad jiġi artikolat b’mod ċar fil-polza tat-tagħbija, id-dokumenti doganali u dokumenti oħra ta’ trasport. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li l-prodotti tal-Injam fi tranżitu huma jew kienu fil-ħinijiet kollha segregati fiżikament minn zkuk u prodotti tal-injam importati u domestiċi u taħt il-kontroll tal-Uffiċċju tad-Dwana. Mezzi ta’ verifika: 63. 1.     Konsultazzjoni ma’ MOF, Uffiċċju tad-Dwana || Kull unità ta' trasport

Referenzi: Regolament 108-07 (44(a)-(c)) ||

Indikatur 6.6        L-FDA ikkonformat mar-rekwiżiti legali għal (i) qbid u jew (ii) l-irkant ta' zkuk abbandunati kull fejn jinstabu.      

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

6.6.1       Il-petizzjoni tal-FDA lill-Qorti tal-ġurisdizzjoni kompetenti għall-qbid u d-digriet tal-Qorti li jawtorizza l-qbid || FMC, TSC u FUP

6.6.2       Il-petizzjoni tal-FDA lill-Qorti tal-ġurisdizzjoni kompetenti għall-irkant u d-Digriet tal-Qorti tal-Irkant || FMC, TSC, u FUP

6.6.3       Iċ-Ċertifikat tal-Irkant || FMC, TSC, u FUP

6.6.4       Ittra jew dikjarazzjoni li tivverifika l-offerent rebbieħ. || FMC, TSC, u FUP

6.6.5       Ir-Reġistrazzjoni ta’ zkuk abbandunati (SOP 37) || FMC, TSC, u FUP

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.6.6) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li kwalunwke zokk u prodott tal-injam abbandunat li jinstab ikun ikkonfiskat u jiġi rkantat f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mil-liġi. Il-qbid u l-irkant legali ta' zkuk abbandunati jistabbilixxi mill-ġdid il-legalità tagħhom. Il-Kontroll Regolatorju: Mal-iskoperta ta’ zkuk abbandunati, l-FDA għandha tagħmel petizzjoni fil-qorti fil-pajjiż speċifiku fejn instabu z-zkuk għall-awtorizzazzjoni sabiex jikkonfiskaw u jirkantaw iz-zkuk. Jekk il-Qorti hija sodisfatta li hemm raġuni legali adegwata sabiex tingħata l-petizzjoni, se tawtorizza l-konfiska u l-irkant konsegwenti u dan kollu se jitwettaq taħt is-sorveljanza tagħha. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li ġew sodisfatti r-rekwiżiti msemmija hawn fuq permezz ta’ konsultazzjoni ma’ u verifika tad-dokumenti rilevanti mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 64. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 65. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull darba li z-zkuk abbandunati jiddaħħlu fis-COCS

Referenzi: Regolament 108-07(51(d)&(e)) ||

PRINĊIPJU 7: IT-TRASFORMAZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-INJAM Il-proċessuri tal-injam ikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti LIberjani rilevanti

Indikatur 7.1        Proċessur tal-injam applika għal u kiseb il-permess meħtieġ tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam (jew permess ta’ operatur tal-Klassi A, B jew C) wara pagament ta’ miżati meħtieġa u qabel     il-bidu tal-operazzjonijiet tiegħu

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

7.1.1 L-applikazzjoni tal-proċessur għall-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

7.1.2 Il-pagament ta’ miżati inizjali annwali ta' reġistrazzjoni tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam li kien jeżisti qabel il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

7.1.3 Pjan ambjentali approvat mill- EPA || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

7.1.4 Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam maħruġ mill- FDA lill-operatur || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.7.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-proċessur tal-injam ikun kiseb il-permess meħtieġ qabel il-bidu tal-operazzjonijiet. Il-Kontroll Regolatorju: Il-proċessuri tal-injam jinħtieġu li jiksbu permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam qabel il-bidu tal-operazzjonijiet. Applikazzjonijiet għall-permessi jiġu sottomessi lill-FDA u jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżti, l-FDA se toħroġ il-permessi rilevanti (Klassi A, B jew C). Barra minn hekk, l-EPA trid tapprova pjan ambjentali għall-operazzjonijiet tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li kull proċessur tal-injam għandu permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam. Il-verifika se tkun permezz ta’ konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 66. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 67. 2.     L-analiżi tad-dokument 68. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull sena

Referenzi: Regolament 107-07 (46); COCS SOP (26) ||

Indikatur 7.2        Iz-zkuk kollha maħsuda fil-Liberja u z-zkuk importati minn pajjiżi terzi għall-ipproċessar jiġu akkompanjati minn numri tal-identifikazzjoni tal-katina tal-kustodja tagħhom. .

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

7.2.1       Ir-rapport tal-ħruġ tal-bar code SOP 7 || It-tipi kollha ta' kuntratti u permessi, inklużi z-zkuk u l-prodotti tal-injam importati

7.2.2       Il-verifika taz-zkuk u l-prodotti tal-injam trasportati (SOP 17) || It-tipi kollha ta' kuntratti u permessi, inklużi z-zkuk u l-prodotti tal-injam importati

7.2.3       Ir-rapport tar-reġistrazzjoni tal-injam isserrat (SOP 15) || It-tipi kollha ta' kuntratti u permessi, inklużi z-zkuk u l-prodotti tal-injam importati

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.7.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li z-zkuk kollha li jidħlu ġo faċilitajiet tal-ipproċessar jiġu dokumentati sew u l-oriġini legali tiġi vverifikata. Il-Kontroll Regolatorju: Huwa rekwiżit ewlieni tal-liġi Liberjana li l-faċilitajiet kollha tal-ipproċessar għandhom fis-seħħ sistemi effettivi ta' kontroll u jakkwistaw biss zkuk maħsuda legalment li huma fis-COCS. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li z-zkuk kollha li jidħlu f’faċilitajiet tal-ipproċessar jiddaħħlu fis-COCS. Jekk tinħtieġ aktar kjarifika, id-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA jista’ jiġi kkonsultat. Mezzi ta’ verifika: 69. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA u s-COCS 70. 2.     Konferma fis-COCIS 71. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull konsenja jew tagħbija

Referenzi: COCS SOP (15, 19 &20) ||

Indikatur 7.3        Il-proċessur tal-injam għandu fis-seħħ sistema tal-irrekordjar ta’ prodotti tal-injam permezz tal-istabbiliment jew l-attività tal-ipproċessar sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħhom

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

7.3.1       Ir-rapport tal-verifika tal-qtugħ tas-siġar || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

7.3.2       Ir-rapport tal-produzzjoni || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

7.3.3       Il-formola tad-dħul taz-zkuk fl-istabbiliment fejn jisserraw l-injam u l-formola tal-produzzjoni tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam (SOPs 31 u 32) || Il-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.7.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta' din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li t-traċċabbiltà qed tinżamm matul l-ipproċessar li se jivverifika li l-prodotti tal-injam li joriġinaw minn faċilità tal-ipproċessar jistgħu jiġu marbuta ma’ sors ta’ oriġini legali verifikabbli. Il-Kontroll Regolatorju: L-FDA tirrikjedi li jkunu fis-seħħ miżuri adegwati sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jiddaħħlu kif mistħoqq fis-COCS u jistgħu jiġu ttraċċati permezz tal-katina tal-ipproċessar. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti ġew sodisfatti permezz ta’ konferma ta’ COCS effettiva fil-faċilità tal-ipproċessar. Jekk tinħtieġ aktar kjarifika, id-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA jista’ jiġi kkonsultat. Mezzi ta’ verifika: 72. 1.     Spezzjonijiet fuq il-post 73. 2.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA || Kull konsenja jew tagħbija

Referenzi: NFRL 13.5; COCS SOP (15) ||

PRINĊIPJU 8: ID-DRITTIJIET, IS-SAĦĦA, IS-SIKUREZZA U L-BENESSRI TAL-ĦADDIEMA Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-Liġi tax-Xogħol u kwalunkwe ftehim ta’ negozjati kollettivi tal-industrija tal-injam

Indikatur 8.1        Ċittadini nazzjonali Liberjani jingħataw preferenza minn detenturi tal-kuntratt/il-permess u proċessuri tal-injam fl-impjieg ta' ħaddiema b'ħiliet jew mingħajr ħiliet f'konformità         mal-Liġi Liberjana tax-Xogħol

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.1.1       Rekords ta’ impjiegi jew rapporti ta’ kull tliet xhur sottomessi li jagħtu evidenza ta’ impjieg lokali u preferenza lil        ħaddiema Liberjani || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.1.2       Rapport ta’ kull tliet xhur sottomess mid-detentur tal-kuntratt jew l-ipproċessur tal-injam lill-Ministeru tax-Xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.1.3       Ir-rekords tal-impjiegi, inkluż ir-reġistru jew impjegati flimkien man-nazzjonalitajiet tagħhom || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.1.4       Attestazzjoni ta’ konformità maħruġa mill-Ministeru tax-Xogħol favur id-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur              tal-injam || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li persuni impjegati mid-detentur tal-kuntratt u/ jew il-proċessur tal-injam ġew impjegati skont ir-rekwiżiti Leġiżlattivi. Il-Kontroll Regolatorju: L-aspetti kollha tal-impjieg jiġu rregolati mill-Liġi Liberjana tax-Xogħol (LLL). Dawn il-liġijiet jirrikjedu li ċittadini nazzjonali Liberjani biss huma ppreferuti fid-deċiżjonijiet kollha tal-impjieg, u li ċittadin nazzjonali li mhuwiex Liberjan jista' jiġi impjegat biss jekk jintwera li l-ebda ċittadin nazzjonali Liberjan ma huwa kompetenti u disponibbli sabiex jimla kariga li teħtieġ ħiliet speċjalizzati. Aġenti u/jew spetturi tax-xogħol jimmonitorjaw, jimplimentaw u jevalwaw il-konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi relatati mar-reklutaġġ ta' impjegati, kondizzjonijiet tax-xogħol, eċċ. || Id-deskrizzjoni: L-iskop ta’ dan l-indikatur mhuwiex li jiġu evalwati aspetti speċifiċi tal-impjieg (li huma ttrattati x’imkien ieħor) iżda li tiġi vverifikata l-konformità ġenerali mal-liġi dwar l-impjieg ippreferut tal-Liberjani. L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika l-konformità mat-Taqsima tal-Impjiegi tal-MOL u anke mat-Taqsima tal-Ispettorat tax-Xogħol. Mezzi ta’ verifika: 74. 1.     Konsultazzjoni mal-MOL 75. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull konsenja

Referenzi: LLL (54 sa 60,75, 1503) il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (12.2) ||

Indikatur 8.2        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam iħallas l-impjegati tiegħu mhux inqas mill-paga minima stabbilita mil-Liġi

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.2.1       Paga minima ppubblikata || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.2.2       Il-ħlas ta’ pagi || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.2.3       Rapporti annwali ta’ spezzjoni u/jew ittra ta’ konformità || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.2.4       Karti tas-salarju(payslips) tal-ħaddiema || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk l-impjegati jirċievux pagi ġusti kif provdut mil-Liġi Il-Kontroll Regolatorju: L-impjegati kollha huma intitolati li jirċievu paga adegwata li ma tridx tkun taħt il-paga minima preskritta. Flimkien ma’ dan id-dover li jitpoġġa fuq min iħaddem, l-ispetturi tax-xogħol se jinvestigaw ukoll il-konformità. Barra minn hekk, l-impjegati għandhom ikunu konxju minn dan ir-rekwiżit. Il-paga minima tiġi stabbilita minn żmien għal żmien minn Bord tal-paga minima u kkomunikata kif mistħoqq malli tiġi stabbilita. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika li jitħallsu pagi ġusti billi jikkollabora mat-Taqsima tal-Ispettorat tax-Xogħol tal-MOL. Mezzi ta’ verifika: 76. 1.     Konsultazzjoni mal-MOL 77. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull konsenja

Referenzi: LLL(500-513) il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (12.2) ||

Indikatur 8.3        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam jikkonforma ma’ sigħat massimi tax-xogħol, il-leave u perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti mil-liġi

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.3.1       Skeda ta’ sigħat tax-xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.3.2       Rekords tal-leave || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.3.3       Ħlas tas-sahra || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk is-sigħat tax-xogħol tal-impjegati jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ LLL Il-Kontroll Regolatorju: Il-Liġi tipprovdi għas-sigħat massimi tax-xogħol kull ġurnata (8 sigħat) jew kull ġimgħa (48 siegħa). Ċerti varjazzjonijiet jeżistu fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet u anke xogħol staġjonali. Flimkien mas-sigħat massimi preskritti, LLL jipprovdi għas-sahra ta' 50% 'l fuq mir-rata normali fejn jinqabżu dawn is-sigħat. LLL jipprovdi wkoll għal siegħa mistrieħ fejn jinqabżu l-ħames sigħat, din is-siegħa tiġi inkluża fis-sigħat tax-xogħol Barra minn hekk, rekwiżiti speċifiċi tal-leave huwa provdut għalihom. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika li s-sigħat tax-xogħol preskritti jiġu mħarsa billi jikkollabora mat-Taqsima tal-Ispettorat tax-Xogħol tal-MOL. Mezzi ta’ verifika: 78. 1.     Konsultazzjoni mal-MOL 79. 2.     L-analiżi tad-dokument 80. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull sena

Referenzi: LLL (700-706,906) ||

Indikatur 8.4        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam la impjega lil xi ħadd taħt l-età tas-sittax-il sena u lanqas ma nvolva ruħu fil-prattika tax-xogħol furzat

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.4.1       Rapporti kull tliet xhur sottomessi lill-Ministeru tax-Xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.4.2       Rapport tal-ispezzjoni tal-Ministeru tax-Xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.4) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk l-età minima tal-impjieg (u l-projbizzjoni fuq ix-xogħol furzat) hijiex qed tiġi mħarsa. Il-Kontroll Regolatorju: It-Taqsima 74 tal-liġi tax-Xogħol tgħid li “għandu jkun illegali li kwalunkwe persuna timpjega lil kwalunkwe tifel/tifla taħt l-età tas-sittax-il sena matul il-ħinijiet li jinħtieġ li jkun l-iskola”. Il-Kostituzzjoni tal-Liberja u l-LLL jipprojbixxu wkoll ix-xogħol furzat || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika li l-età minima qed tiġi rrispettata billi jikkollabora mat-Taqsima tal-Ispettorat tax-Xogħol tal-MOL. Mezzi ta’ verifika: 81. 1.     Konsultazzjoni mal-Ministeru tax-Xogħol 82. 2.     L-analiżi tad-dokument 83. 3.     Spezzjoni fuq il-post || Kull sena

Referenzi: LLL (74) ||

Indikatur 8.5        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur iħallas il-kontribuzzjonijiet (ta’ min iħaddem) lill-pensjoni tal-impjegat u l-fondi tas-sigurtà soċjali stabbiliti mil-Liġi Liberjana.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.5.1       Rapport kull tliet xhur sottomess lill-Ministeru tax-Xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.5.2       Rapporti ta’ spezzjoni tal-Ministeru tax-Xogħol || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

8.5.3       Attestazzjoni mill-Korporazzjoni Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali u l-Benessri (NSSWC) || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.5) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk min iħaddem jissodisfax l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-pensjoni tal-irtirar u l-pensjoni tas-sigurtà soċjali. Il-Kontroll Regolatorju: LLL u l-Liġi Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (NSSL) ipoġġu obbligu fuq min iħaddem sabiex jikkontribbwixxi għal żewġ skemi stabbiliti u operati mill-Korporazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u l-Benessri tal-Liberja għall-iskop tal-protezzjoni tal-impjegati. L-ewwel skema hija l-Iskema tal-Pensjoni tal-Irtirar filwaqt li t-tieni hija skema ta' assigurazzjoni. Kull min iħaddem li għandu ħames impjegati jew aktar irid jikkontribwixxi għal dawn l-iskemi; l-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tipprovdi għal pagamenti tal-pensjoni għal impjegati li jkunu rtiraw filwaqt li l-iskema tal-assigurazzjoni għandha tindirizza kwistjoni ta’ korrimenti fuq ix-xogħol. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika li kien hemm konformità mal-verifikaturi msemmija hawn fuq permezz ta’ konsultazzjoni mat-Taqsima tal-Ispettorat tax-Xogħol tal-MOL kif ukoll l-NSSWC Mezzi ta’ verifika: 84. 1.     Konsultazzjoni mal-MOL u l-NSSWC. 85. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull sena

Referenzi: LLL (2500 sa 2501) NSSL (89.9) ||

Indikatur 8.6        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam osserva rekwiżiti legali li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni u s-sanità kif ukoll l-iġjene operazzjonali u s-sikurezza              ġenerali tal-ħaddiema skont il-kodiċi tal-prattiċi tal-ħsad u l-linji gwida maħruġa mill-FDA

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

8.6.1       Rapport tal-Awditu tal-Konformità tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.8.6) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi żgurat li detentur tal-kuntratt jew kumpanija li qed tapplika għal liċenzja FLEGT tikkonforma mar-rekwiżiti statutorji u tal-FDA rilevanti fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Il-Kontroll Regolatorju: Il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad fil-Foresti (2007) ġie żviluppat mill-FDA sabiex jirregola, fost affarijiet oħra, iġjene operażżjonali u s-sikurezza tal-ħaddiema. Il-kodiċi jiddeskrivi r-rekwiżiti operazzjonali. Awditi annwali jiġu mmexxija mill-FDA sabiex tiġi mmonitorjata, vvalutata u żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tad-diversi kuntratti u permessi tal-foresti. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li s-saħħa, is-sanità u l-kenn tal-ħaddiema qed jiġu indirizzati kif suppost mid-detentur tal-kuntratt. Dan irid isir permezz tal-konsultazzjoni mal-FDA u reviżjoni tar-Rapporti tal-Awditu ta’ Konformità mill-Unità tal-Infurzar tal-Liġi tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 86. 1.     Konsultazzjoni mal-FDA 87. 2.     L-analiżi tad-dokumenti || Kull sena

Referenzi: ll-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad (3.0 u 4.0) ||

PRINĊIPJU 9: TAXXI, MIŻATI U PAGAMENTI OĦRA Id-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur tal-injam huwa attwalment f’konformità mal-obbligi fiskali tiegħu inkluż il-pagament ta’ taxxi u miżati

Indikatur 9.1        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam ħallas l-arrettrati tat-taxxa kollha qabel l-iffirmar tal-kuntratt jew il-ħruġ/it-tiġdid tal-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

9.1.1       L-ikklirjar tat-taxxa mill-Ministeru tal-Finanzi li juri evidenza tal-ħlas tal-arrettrati kollha tat-taxxa fil-ħin tal-iffirmar     tal-kuntratt jew il-ħruġ/it-tiġdid tal-permess tal-istabbiliment fejn jisserraw l-injam jew tal-proċessur tal-injam || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

9.1.2       Rapport ta’ kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-FDA || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief il-konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.9.1): || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta' din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li d-detentur tal-kuntratt jew il-proċessur tal-injam ikun ikklirja l-arrettrati kollha tat-taxxa qabel ma ffirma l-kuntratt. Il-Kontroll Regolatorju: Il-liġi tirrikjedi li offerent jew detentur ta’ kuntratt ikun issodisfa l-obbligi fiskali kollha qabel il-bidu tal-operazzjonijiet. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konsultazzjoni mad-Dipartimenti Kummerċjali u Finanzjarji tal-FDA u l-verifika tal-ikklirjar tat-taxxa valida. Mezzi ta’ verifika: 88. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartimenti Kummerċjali u Finanzjarji tal-FDA 89. 2.     L-analiżi tad-dokumenti || Darba matul il-perjodu effettiv tat-tip ta’ kuntratt jew permess

Referenzi: Regolament 107-07 ||

Indikatur 9.2        Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam ikun ħallas il-miżata annwali taż-żona inizjali (fil-każ ta’ detentur tal-kuntratt) jew miżata annwali ta’ reġistrazzjoni (fil-każ ta'  proċessur tal-injam) qabel l-iffirmar tal-kuntratt jew il-ħruġ/it-tiġdid tal-permess.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

9.2.1       Irċevuta ta’ pagament għal miżata taż-żona minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-FDA || FMC, TSC

9.2.2       Irċevuta ta’ pagament primjum ta’ offerta || FMC, TSC, FUP li għandhom valur ta’ aktar minn USD10 000

9.2.3       Irċevuta ta’ pagament ta’ miżata annwali ta’ reġistrazzjoni || Proċessuri tal-injam, operaturi tas-serrieq bil-katina

9.2.4       Kopja tal-kontroll tal-maniġer || FMC, TSC, FUP, operaturi tas-serrieq bil-katina, proċessuri tal-injam

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.9.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li d-detentur tal-kuntratt/il-permess ikun ħallas il-miżata annwali taż-żona u li l-proċessur tal-injam ikun ħallas il-miżata annwali tar-reġistrazzjoni tagħom. Il-Kontroll Regolatorju: L-FDA jew rappreżentant awtorizzat tal-FDA, bħala parti mis-COCS, ipprovda għal mekkaniżmi li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-pagament tat-taxxi u l-miżati relatati mal-foresti. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konferma ma’ rappreżentant awtorizzat tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 90. 1.     L-analiżi tad-dokument 91. 2.     Konsultazzjoni mal-COCS u d-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA || Kull sena

Referenzi: COCS SOP (9) ||

Indikatur 9.3        Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess ġie kklirjat mill-Ministeru tal-Finanzi mal-ħlas tat-taxxi u l-miżati kollha meħtieġa minnu bil-liġi u f’konformità mat-termini                tal-kuntratt tiegħu

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

9.3.1       L-ikklirjar tat-taxxa mill-Ministeru tal-Finanzi || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

9.3.2       Irċevuta ta’ miżati għad-dritt għall-qtugħ || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

9.3.3       Irċevuti ta’ pagament ta’ miżati amministrattivi tal-kuntratt || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

9.3.4       Irċevuti ta’ pagamenti tal-miżatital-ispezzjoni tal-ħsad annwali || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi ħlief konċessjonijiet/pjantazzjonijiet agrikoli

9.3.5       Irċevuti ta’ pagament ta’ miżati tal-polza tat-tagħbija || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

9.3.6       Prova ta’ pagament tal-miżati tal-katina tal-kustodja || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.9.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li jitħallsu t-taxxi tal-foresti kollha rilevanti. Il-Kontroll Regolatorju: It-Taqsima 2108 tal-Ewwel Fażi tal-Kodiċi tat-Taxxa tar-Riforma, kif emendata, u t-Taqsima 14.2 tal-NFRL, kif ukoll ir-Regolamenti 107-07 stabbiliet miżati għad-dritt għall-qtugħ, miżati għall-kiri tal-art u miżati għall-prodott tal-foresti bħala li xi wħud mill-miżati li d-detenturi tal-kuntratt huma meħtieġa li jħallsu flimkien mat-taxxa tad-dħul korporattiv u dazji oħra. Ir-Regolament 107-07 jirrikjedi li t-taxxi u l-miżati kollha jitħallsu fid-data debita tagħhom, u li nuqqas li jitħallsu dawn il-miżati fid-data debita tagħhom għandu jattira penali wara perjodu ta’ grazzja ta’ tletin jum. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew sodisfatti permezz ta’ konferma fis-COCIS. Fil-każ li l-kjarifika tkun meħtieġa, l-LVD jista’ jikkontrolla mad-Diviżjoni tas-Servizzi tar-Ritorn tar-Reġistrazzjoni fil-Ministeru tal-Finanzi. Mezzi ta’ verifika: 92. 1.     Konferma fis-COCIS 93. 2.     Konsultazzjoni mal-MOF || Kull sena

Referenzi: Regolament 107-07 61-63; COCS SOP (9) ||

Indikatur 9.4 Id-detentur tal-kuntratt/il-permess jew il-proċessur tal-injam iffajlja r-ritorn annwali tat-taxxa tiegħu mal-Ministeru tal-Finanzi mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

9.4.1       Ritorn tat-taxxa || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.9.5) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li detentur tal-kuntratt jew il-permess jew il-proċessur tal-injam iffajlja r-ritorn annwali tat-taxxa tiegħu kif speċifikat mil-liġi. Il-Kontroll Regolatorju: Il-liġi tirrikjedi li l-kumpaniji jiffajljaw ritorni annwali tat-taxxa bejn il-31 ta’ Diċembru u l-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika li r-rekwiżiti ġew sodisfatti billi jikkonsulta mat-Taqsima tas-Servizz tar-Ritorn tar-Reġistrazzjoni fi ħdan id-Diviżjoni l-Kbira tat-Taxxa tad-Dħul (Ministeru tal-Finanzi) sabiex jiġi żgurat li r-ritorn ġie ffajljat. Mezzi ta’ verifika: 94. 1.     Konsultazzjoni mal-MOF 95. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull sena

Referenzi: Il-Kodiċi tad-Dħul tal-Liberja 109(c)(d)) ||

PRINĊIPJU 10: IR-REKWIŻITI TAL-ESPORTAZZJONI, L-IPPROĊESSAR U L- KUMMERĊ Id-detenturi tal-kuntratt u l-permess kif ukoll il-proċessuri tal-injam ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esportazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ

Indikatur 10.1      Kwalunkwe persuna li qed tesporta z-zkuk, l-injam u/jew il-prodotti tal-injam hija rreġistrata kif mistħoqq mal-FDA kull sena

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

10.1.1     Ir-reġistrazzjoni valida tal-esportatur || L-esportaturi kollha taz-zkuk, l-injam u l-prodotti tal-injam

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.10.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-esportaturi jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti/ir-reġistrazzjoni statutorja għall-esportazzjoni taz-zkuk, l-injam u/jew il-prodotti tal-injam. Il-Kontroll Regolatorju: It-Taqsima 41 tar-Regolamenti 108-07 tipprovdi li qabel “l-esportazzjoni taz-zkuk, l-injam, jew il-prodotti tal-injam, persuna għandha tirreġistra mal-Awtorità bħala esportatur u ġġedded ir-reġistrazzjoni kull sena”. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika kull sena mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA li kumpanija partikolari u/jew detentur ta’ permess huwa rreġistrat bħala esportatur. Mezzi ta’ verifika: 96. 1.     Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 97. 2.     L-analiżi tad-dokument || Kull sena

Referenzi: Regolament 108-07 (41) ||

Indikatur 10.2      Il-konsenji kollha taz-zkuk, l-injam, jew il-prodotti tal-injam mgħobbija għall-esportazzjoni ddaħħlu fis-sistema tal-katina tal-kustodja

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

10.2.1     L-applikazzjoni għal liċenzja FLEGT || Iz-zkuk u l-prodotti tal-injam esportati kollha

10.2.2     Iz-zokk tal-ispeċifikazzjoni tal-konsenja tal-esportazzjoni (SOP 20) || Iz-zkuk u l-prodotti tal-injam esportati kollha

10.2.3     L-injam isserrat tal-ispeċifikazzjoni tal-esportazzjoni (SOP 21) || L-injam isserrat esportat kollu

10.2.4     Ir-rapport tal-volum tal-esportazzjoni taz-zkuk || Iz-zkuk u l-prodotti tal-injam esportati kollha

10.2.5     Prova tal-pagament tal-miżati tal-esportazzjoni (SOP 26) || Iz-zkuk u l-prodotti tal-injam esportati kollha

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.10.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-konsenji kollha tal-esportazzjoni ġew inklużi fis-COCS. Il-Kontroll Regolatorju: It-Taqsima 42 tar-Regolament 108-07 jipprovdi li uffiċjali tal-Gvern responsabbli għal portijiet u d-dwana m’għandhomx jippermettu li konsenji bil-massa ta’ zkuk, injam jew Prodotti tal-injam jiġu mgħobbija fuq vetturi, bastimenti, jew inġenji tal-ajru għall-esportazzjoni ħlief jekk l-uffiċjali jivverifikaw dan kollu li ġej: 98. 1.     Iz-zkuk, l-injam u l-prodotti tal-injam kollha ddaħħlu fis-COCS; u 99. 2.     Is-COCS/COCIS jikkonfermaw li z-zkuk (jew il-prodotti tal-injam) ma ġewx esportati diġà. || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika permezz tal-ispezzjoni ta' kull konsenja. Mezzi ta’ verifika: 100. 1.     Konferma fis-COCIS || Per shipment

Referenzi: Regolament 108-07 (42); COCS SOP (20-21) ||

Indikatur 10.3      Kwalunkwe tagħbija taz-zkuk, l-injam jew prodotti tal-injam ġiet ipprezzata skont l-informazzjoni attwali tas-suq miġbura, magħżula u miżmuma mil-LVD

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

10.3.1 Il-prezz ta’ referenza kif jinstab fil-bażi tad-dejta tal-intelliġenza tas-suq (MIDB) miżmum mil-LVD || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.10.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li l-konsenji kollha tal-esportazzjoni ġew ipprezzati skont il-prezzijiet tas-suq rilevanti u/jew aċċettati. Il-Kontroll Regolatorju: Ir-Regolament 108-07 tal-FDA jirrikjedi li l-ebda injam jew prodott tal-injam bi prezz baxx mhu se jiġi mgħobbi għall-esportazzjoni || Id-deskrizzjoni: L-LVD irid jivverifika permezz ta' konferma mal-bażi tad-dejtais tal-LVD li l-ebda prezz tal-kuntratt u/jew tar-referenza ta' konsenja partikolari ma kien indikattiv ta’ prezz baxx. Jekk tinħtieġ kjarifika, il-Ministeru tal-Kummerċ jista’ jiġi kkonsultat ukoll. Mezzi ta’ verifika: 101. 1.     Konferma fil-bażi tad-dejta tal-LVD 102. 2.             Konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Kummerċ || Kull tagħbija jew konsenja

Referenzi: Regolament 108-07 (43); COCS SOP (18 &21) ||

PRINĊIPJU 11: IT-TRASPARENZA U L-IŻVELAR ĠENERALI

Indikatur 11.1:    Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess ippubblika darbtejn f'sena f'gazzetta fiċ-ċirkolazzjoni ġenerali, lista tal-ammonti u d-dati tal-pagamenti kollha u konsiderazzjonijiet                provduti lill-Gvern tal-Liberja fir-rigward taż-żona tal-kuntratt speċifikata.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

11.1.1     Kopja tal-gazzetta li tinkludi l-pubblikazzjoni || FMC, TSC, PUP, FUP u l-Permess tas-Serrieq bil-Katina

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.11.1) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat li d-detenturi ta’ liċenzi tal-foresti jippubblikaw id-dejta meħtieġa f’ċirkolari ta’ gazzetta bħala mekkaniżmu tat-trasparenza u l-kontabbilità. Il-Kontroll Regolatorju: L-NFRL jirrikjedi li d-detenturi jippubblikaw avviżi darbtejn f’sena (mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu u l-15 ta' Settembru) li jinkludu l-informazzjoni li ġejja f’gazzetta fiċ-ċirkolazzjoni fil-Monrovia: 103. 1.     L-isem tad-detentur tal-kuntratt 104. 2.     Id-deskrizzjoni taż-żona koperta minn operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar tad-detentur tal-kuntratt 105. 3.             Lista ta’ pagamenti u konsiderazzjonijiet oħra provduti lil gvern mid-detentur tal-kuntratt. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija qabel seħħet u li l-avviżi inkludew l-informazzjoni meħtieġa mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 106. 1.     L-analiżi tad-dokument 107. 2.             Konsultazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA || Darbtejn f’sena

Referenzi: NFRL (5.8) ||

Indikatur 11.2      Id-detentur tal-kuntratt jew il-permess qed jipparteċipa attwalment fl-Inizjattiva tat-Trasparenza tal-Industriji ta’ Estrazzjoni tal-Liberja (LEITI)

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

11.2.1     Ir-Rapport LEITI || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

11.2.2     L-attestazzjoni LEITI || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.11.2) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk detentur ta’ kuntratt jew permess huwiex konformi mal-LEITI. LEITI li tinkludi r-riżorsi tal-foresti timmira sabiex tiżgura l-governanza trasparenti u kontabbli tar-riżorsi-. Il-Kontroll Regolatorju: LEITI tippubblika u/jew ixxerred b’mod wiesgħa d-dettalji tal-pagamenti kollha magħmula fost affarijiet oħra mis-settur tal-forestrija lil Gvern, u d-dħul korrispondenti rċevut mill-Gvern. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika l-pubblikazzjoni tar-rapport LEITI mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. Mezzi ta’ verifika: 108. 1.     Konsultazzjoni mal-LEITI u d-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA 109. 2.             L-analiżi tad-dokument || Kull sena

Referenzi: L-Att dwar LEITI (4.1 & 5.4) ||

Indikatur 11.3      Kopji tal-kuntratt, il-liċenzja, il-permessi, ir-rekords tal-pagamenti magħmula lil Gvern kif ukoll ir-rapport tal-evalwazzjoni tal-offerta tal-offerta li rnexxiet tiegħu jsiru aċċessibbli            pubblikament mill-FDA f’konformità mal-Att tal-Liberja dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Verifikatur || Tip ta’ Kuntratt jew Permess

11.3.1     L-iskema ta’ pubblikazzjoni tal-FDA li telenka l-kuntratti u dokumenti oħra ta’ detenturi ta’ kuntratti jew permessi li żżomm         u li huma disponibbli għall-aċċess pubbliku || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

11.3.2     L-evidenza tal-pubblikazzjoni tal-kuntratt tad-detentur tal-kuntratt fuq il-websajt tal-LEITI || It-tipi kollha ta’ kuntratti u permessi

Gwida/Proċedura tal-Verifika (LAS-LVD-0.11.3) || Metodu tal-Verifika || Frekwenza tal-Verifika

L-għan: L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġi vverifikat jekk il-kuntratt jew il-liċenzja tad-detentur tal-kuntratt jew il-permess kif ukoll dokumenti oħra li jappartjenu għall-konċessjoni tad-detentur tal-kuntratt jiġu ppubblikati jew huma disponibbli pubblikament f'konformità mal-Att dwar l-LEITI u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. Il-Kontroll Regolatorju: L-LEITI tirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-konċessjonijiet kollha fis-settur tal-forestrija. L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jirrikjedi l-pubblikazzjoni u/jew l-aċċessibbiltà pubblika tad-dokumenti kollha li jaffettwaw l-interess pubbliku. Minħabba li l-konċessjoni u d-dokumenti sottostanti sottomessi għall-konċessjoni jimplikaw l-interess pubbliku, l-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom lil pubbliku speċjalment is-soċjetà ċivili. || Id-deskrizzjoni: L-LVD jeħtieġ li jagħmel kontro-kontroll u/jew jivverifika l-Iskema ta’ Pubblikazzjoni mad-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA u jikkontrolla l-websajt tal-LEITI għall-pubblikazzjoni tal-kuntratt. Mezzi ta’ verifika: 110. 1.             Konsultazzjoni mal-LEITI u d-Dipartiment Kummerċjali tal-FDA. || Kull sena

Referenzi: L-Att dwar l-LEITI (4.1 & 5.4); l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Taqsima 2.6) ||

LISTA TA’ AKRONIMI

AHC || Iċ-Ċertifikat Annwali tal-Ħsad

BOT || It-tip ta’ kuntratt Ibni, Opera, Ittrasferixxi

CEO || L-Uffiċjali Eżekuttiv Prinċipali

CFDC || Il-Kumitat Komunitarju tal-Iżvilupp tal-Forestrija

CNDRA || Iċ-Ċentru għar-Rekords u d-Dokumentazzjoni Nazzjonali

COCIS || Is-Sistema tal-Informazzjoni tal-Katina tal-Kustodja

COCS || Is-Sistema tal-Katina tal-Kustodja

CSO || L-Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili

EIA || Il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

EI || Il-Liċenzja tal-Impatt Ambjentali

EIP || Il-Permess tal-Impatt Ambjentali

EPA || L-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent

EPAA || L-Att dwar l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent

EPML || Il-Liġi tal-Protezzjoni u l-Ġestjoni Ambjentali

FDA || L-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Forestrija

FMC || Il-Kuntratt tal-Ġestjoni tal-Foresti        

FUP || Il-Permess tal-Użu tal-Foresti

GBL || Il-Liġi Ġenerali tan-Negozju

GSOP || Il-Proċedura Ġenerali Standard tal-Operat

IMCC || Il-Kumitat Inter-Ministerjali dwar il-Konċessjonijiet

LAS || Is-Sistema tal-Assigurazzjoni tal-Legalità

LEITI || L-Inizjattiva tat-Trasparenza tal-Industriji ta’ Estrazzjoni tal-Liberja

LLD || Id-Dipartiment tal-Liċenzji tal-Liberja

LLL || Il-Liġi Liberjana tax-Xogħol

LVD || Id-Dipartiment Liberjan tal-Verifika, FDA

MIDB || Il-bażi tad-dejta tal-Intelliġenza tas-Suq

MOCI || Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija

MOF || Il-Ministeru tal-Finanzi

MOFA || Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

MOL || Il-Ministeru tax-Xogħol

MPEA || Il-Ministeru tal-Ippjanar u l-Affarijiet Ekonomiċi

NFRL || Il-Liġi Nazzjonali tar-Riforma tal-Foresti

NSSL || Il-Liġi Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali

NSSWC || Il-Korporazzjoni Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali u l-Benessri

PDA || Assistent Personali Diġitali

PPCA || L-Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet

PPCC || Il-Kummissjoni tal-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet

PUP || Il-Permess tal-Użu Privat

SOP || Il-Proċeduri Standard ta’ Operat

TSC || Il-Kuntratt tal-Bejgħ tal-Injam

UTM || Universal Transverse Mercator

Il-leġiżlazzjoni li ssir referenza għaliha fid-Definizzjoni tal-Legalità tal-Liberja

Issir referenza fid-Definizzjoni tal-Legalità:

Il-Liġi tal-Protezzjoni u l-Ġestjoni Ambjentali (2002)

L-Att dwar l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent (2002)

FDA Il-Kodiċi tal-Prattiċi tal-Ħsad fil-Foresti (2007)

Ir-Regolament tal-FDA 111-10

L-Għaxar Regolamenti Ewlenin tal-FDA (2007) (Ir-Regolamenti 101-07 sa 110-07)

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (2010)

Il-Liġi Ġenerali tan-Negozju

L-Att dwar l-LEITI (2009)

Il-Proċeduri Standard tal-Operat tas-COC tal-Liberja

Il-Liġi Liberjana tax-Xogħol

Il-Liġi Nazzjonali tar-Riforma tal-Forestri (2006)

Il-Liġi Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali

L-Att dwar il-Kummissjoni tal-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet(2005)

Il-Kodiċi tad-Dħul tal-Liberja, kif Emendata (2009)

Dokumenti Rilevanti Addizzjonali:

Il-Liġi tad-Drittiiet Komunitarji (2009)

Il-Politika Liberjana tal-Foresti (2007)

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Ġestjoni tal-Foresti

Il-Liġi tan-Netwerk taż-Żoni Protetti tal-Foresti (2003)

Appendiċi B:   Ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-katina tal-kustodja (COCS)

STADJU || RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATURI || VERIFIKA MILL-FDA

ATTIVITAJIET || DEJTA MDAĦĦLA FIS-COCIS || PRODUZZJONIJIET EWLENIN || VALUTAZZJONIJIET U SPEZZJONIJIET FUQ IL-POST || VALIDAZZJONI TAD-DEJTA FI ĦDAN IS-COCIS[21] || RIKONĊILJAZZJONI BEJN U/JEW FI ĦDAN L-ISTADJI TAL-KATINA TAL-PROVVISTA[22]

Qabel il-ħsad || Ir-Reġistrazzjoni tal-unità tan-negozju tad-detentur tal-kuntratt fis-COCIS Id-delineazzjoni u l-qtugħ tal-blokok (is-sistema tal-grilja lokata bil-GPS) ta’ żoni tal-kuntratt allokati mill-FDA L-enumerazzjoni tas-siġar kollha ta’ daqs kummerċjali u t-twaħħil ta’ marki bil-bar code tas-COCIS fuq is-siġar Ippjanar tal-foresti: Lokazzjoni tas-siġar u karatteristiċi naturali || TIN tad-detentur tal-kuntratt (Numru ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-Ministeru tal-Kummerċ) Koordinati tal-blokok Id-dejta tal-istħarriġ tal-istokk, inkluż l-identifikazzjoni tas-siġar, l-ispeċijiet tas-siġar, id-dijametru fil-livell tas-sider, l-għoli u l-lokazzjoni fil-blokka ta’ 2500m2 || Mapep tal-blokok Mapep skematiċi Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-istokk u talba għal siġar tal-uċuħ tar-raba’ Pjan annwali operattiv || Uffiċċju: -Mapep tal-blokok, mapep ta’ kompartimenti, -Formoli tal-istħarriġ tal-istokk -Mapep skematiċi, -Il-validazzjoni tas-siġar mitluba għall-ħsad Għalqa: -5% tal-erja tal-blokka: lokazzjoni tas-siġar, dijametru, l-ispeċijiet tal-għoli. -Koordinati tal-kantunieri tal-blokka || Numri ta’ identifikazzjoni tas-siġar, l-ispeċijiet tas-siġar, id-dijametru fil-livell tas-sider, l-għoli u l-lokazzjoni L-użu ta' marki bil-bar code ||

Il-Ħsad || It-twaqqigħ tas-siġar, il-produzzjoni tat-tulijiet tas-siġar jew iz-zkuk It-twaħħil tal-marki bil-barcode tas-COCIS liz-zkuk u l-biċċiet li jibqgħu fl-art wara li jitwaqqgħu s-siġar Il-kejl tat-tulijiet tas-siġar jew iz-zkuk Il-ġarr lejn il-bitħa taz-zkuk tal-foresti (maġenb it-triq) L-identifikazzjoni tal-allinjament tat-triq proposti u l-inventarju tas-siġar fuq ir-rotta proposta || It-TIN tad-detentur tal-kuntratt Id-dejta tas-siġar: In-numru tal-identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dijametri u tul In-numru ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet li jibqgħu fl-art wara li jitwaqqgħu is-siġar || Il-formoli tad-dejta tas-siġar Il-formoli tal-allinjament tat-triq || Is-sit tat-twaqqigħ tas-siġar: -5% verifika tad-dejta tas-siġar - l-ikkontrollar tal-kampjun li d-dejta tas-siġar hija konsistenti bejn iz-zokk, il-biċċa li tibqa' fl-art wara li titwaqqa’ s-siġra u s-siġra l-imwaqqgħa. || Id-dejta tas-siġra (waqt li tkun wieqfa): In-numru tal-identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dijametri u t-tul stmat Il-lokazzjoni tas-siġra l-imwaqqgħa u d-dimensjonijiet taz-zokk || Bejn l-istħarriġ tal-istokk u l-formoli tad-dejta tas-siġra[23]: -il-paragunar tan-numru ta’ siġar tal-uċuħ tar-raba’ u n-numru tas-siġar fil-fatt maħsuda skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum tas-siġar tal-uċuħ tar-raba’ u l-volum tat-tulijiet tas-siġar (jew iz-zkuk) skont l-ispeċijiet Ir-rabta ta’ identifikazzjoni bejn il-biċċa li tibqa’ fl-art wara li titwaqqa’ s-siġra is-siġra u t-tul tas-siġra/iz-zokk

Il-bitħa taz-zkuk tal-foresta/kwalunkwe bitħa taz-zkuk oħra || Il-qtugħ trasversali jew it-tlibbis tat-tulijiet tas-siġar jew iz-zkuk It-twaħħil ta’ marki bil-bar code tas-COCIS lis-zkuk maqtugħin trasversalment jew imlibbsin L-iskalar taz-zkuk || It-TIN tad-detentur tal-kuntratt Id-dejta taz-zokk: In-numru ta’ identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dijametri, it-tul, il-volum u l-kwalità taz-zokk Ir-rabta bejn it-tulijiet tas-siġra jew iz-zokk twil u z-zkuk maqtugħin trasversalment jew imlibbsin || Il-formola tad-dejta taz-zokk || Fil-post tal-ħatt għaz-zkuk -Verifika tal-kampjun tad-Dejta taz-Zokk (L-intensità tal-kampjun bbażata fuq il-prestazzjoni tal-kumpanija) || Id-dejta taz-zokk: In-numru ta’ identifikazzjoni, l-ispeċijiet, it-tul u l-volum taz-zokk || Bejn il-formoli tad-dejta tas-siġra u l-formoli u dejta taz-zokk -il-paragunar tan-numru ta’ tulijiet tas-siġar/zkuk u zkuk maqtugħin trasversalment u mlibbsin skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum tat-tulijiet tas-siġar/kull zokk -il-paragunar tat-tulijiet tas-siġar/kull zokk għall-konsistenza tad-dijametru u l-ispeċijiet Ir-rabta ta’ identifikazzjoni bejn il-biċċa li tibqa' fl-art wara li titwaqqa s-siġra u z-zkuk maqtugħin trasversalment jew mlibbsin Volum maħsud u l-miżata għad-dritt għall-qtugħ imħallsa

It-trasferiment tas-sjieda || Talba mis-sid taz-zkuk għal bdil tas-sjieda Ir-Reġistrazzjoni tan-numri tal-identifikazzjoni tal-prodott tal-injam mis-sid il-ġdid || In-numri ta’ identifikazzjoni ta' sidien ta' qabel u dawk attwali In-numri ta’ identifikazzjoni tal-prodott tal-injam soġġett għal bdil tas-sjieda || Id-dikjarazzjoni mal-bdil tas-sjieda || || || Il-konsistenza tan-numri ta’ identifikazzjoni taz-zokk u d-dejta taz-zokk bejn is-sid ta’ qabel u dak attwali

It-trasport || It-tagħbija taz-zkuk fuq it-trakk It-trasport taz-zkuk Il-ħatt taz-zkuk || Identifikazzjoni unika tal-polza tat-tagħbija Oriġini u destinazzjoni Is-sid taz-zokk It-trasportatur Il-lista ta’ zkuk trasportati, inkluż in-numru ta’ identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, u l-volum || Poloz tat-tagħbija (oriġini u destinazzjoni) || Spezzjonijiet aleatorji fuq il-polza tat-tagħbija tul ir-rotta tat-trasport (eż. fil-bitħa taz-zkuk, jew f’punti ta’ kontroll mal-ġenb tat-triq) || || Bejn il-formola tad-dejta taz-zokk u l-polza tat-tagħbija -il-paragunar tan-numri ta’ identifikazzjoni taz-zokk -il-paragunar ta' numru ta’ zkuk skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum taz-zkuk skont l-ispeċijiet

Is-sit tal-ipproċessar || Ir-riċezzjoni taz-zkuk jew prodotti oħra tal-injam (materji primi) Il-ħażna ta’ materji primi It-tlibbis taz–zkuk u t-twaħħil ta’ marki bil-barcode ġodda Id-dħul ta' materji primi fl-ipproċessar L-indirizzar ta' oġġetti pproċessati, inkluż it-twaħħil tal-marka bil-bar code tas-COCIS fuq lottijiet tal-prodott Il-ħażna ta' oġġetti pproċessati || Id-dejta fuq il-materji primi rċevuti u maħżuna fis-sit tal-istabbiliment: In-numru ta’ identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, il-volum Id-dejta tal-input tal-prodott: In-numru ta’ identifikazzjoni, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, il-volum Id-data Id-dejta tal-produzzjoni tal-prodott: In-numru ta' identifikazzjoni tal-lott, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, il-volum (il-kwantità) Id-dejta dwar il-prodotti pproċessati maħżuna fis-sit tal-istabbiliment: In-numru ta’ identifikazzjoni tal-lott, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, il-volum u l-grad || Il-formola tad-dħul fl-impjant fejn jisserraw l-injam Iż-żamma tal-kotba tal-inventarju tal-materja prima Il-formola tal-produzzjoni li tispeċifika d-dħul u l-produzzjoni permezz ta' linji tal-produzzjoni Iż-żamma tal-kotba tal-maħżen || Il-monitoraġġ ta' lottijiet tal-produzzjoni tal-kampjun Awditi aleatorji tal-operazzjonijiet tal-istabbiliment u s-sistemi taż-żamma tal-kotba || Ir-rati tal-irkupru/produzzjoni tal-linji tal-ipproċessar || Bejn il-formola tad-dħul fl-istabbiliment fejn jisserraw l-injam, iż-żamma tal-kotba tal-inventarju tal-materja prima u l-formola tal-produzzjoni - il-paragunar ta’ numri ta’ identifikazzjoni tal-materja prima -il-paragunar tan-numru ta’ materji primi skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum tal-materji primi skont l-ispeċijiet Bejn id-dħul u l-produzzjonijiet iddikjarati fil-formola tal-produzzjoni Bejn il-formola tal-produzzjoni u ż-żamma tal-kotba tal-maħżen - il-paragunar tan-numru tal-identifikazzjoni -il-paragunar tan-numru ta’ prodotti skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum tal-prodotti skont l-ispeċijiet

It-trasport || It-tagħbija ta’ prodotti pproċessati f’faxex fuq it-trakk It-trasport tal-faxex Il-ħatt tal-faxex || Identifikazzjoni unika tal-polza tat-tagħbija Oriġini u destinazzjoni Is-sid taz-zokk It-trasportatur Id-dejta dwar il-prodotti pproċessati maħżuna fis-sit tal-istabbiliment: In-numru ta’ identifikazzjoni tal-lott, l-ispeċijiet, id-dimensjonijiet, il-volum || Il-poloz tat-tagħbija || Spezzjonijiet aleatorji tal-polza tat-tagħbija tul ir-rotta tat-trasport (eż. punti ta’ kontroll mal-ġenb tat-triq) || || Bejn iż-żamma tal-kotba tal-maħżen u l-poloz tat-tagħbija - il-paragunar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-faxex -il-paragunar tan-numru ta’ prodotti permezz - tal-paragunar tal-volum tal-prodotti skont l-ispeċijiet Bejn il-kopji tal-oriġini tal-polza tat-tagħbija u l-kopji tad-destinazzjoni Bejn punti ta’ kontroll ta’ aktar kmieni tul il-katina

Qabel l-esportazzjoni || Gradazzjoni It-tirqim u l-immarkar Il-pagament tat-taxxa Id-dikjarazzjoni tad-dwana Id-dikjarazzjoni tal-kummerċ It-trattament fitosanitarju || L-identifikazzjoni tal-prodott L-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott it-tip, l-ispeċijiet u d-dimensjoni L-informazzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ: xerrej, u prezzijiet || L-applikazzjoni tal-Liċenzja FLEGT L-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott Il-kuntratt tal-bejgħ || Fil-punt tal-esportazzjoni L-ispezzjoni tal-kampjun ta’ prodotti għal esportazzjonijiet (Verifika tad-dejta tal-ispeċifikazzjoni) || In-numru, il-volum u l-gradi || Bejn il-poloz tat-tagħbija u l-Liċenzja FLEGT - il-paragunar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-faxex -il-paragunar tan-numru ta’ prodotti skont l-ispeċijiet -il-paragunar tal-volum tal-prodotti skont l-ispeċijiet

It-tagħbija u l-esportazzjoni || It-tagħbija tal-prodotti koperti mil-liċenzji FLEGT || || || Fil-punt tal-esportazzjoni Is-sorveljanza tat-tagħbija finali tal-bastiment Il-kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti mgħobbija fuq il-bastiment || L-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' konsenja ta' esportazzjoni (l-identifikazzjonijiet, it-tip tal-prodott, l-ispeċijiet u d-dimensjonijiet) || Bejn il-liċenzja FLEGT u l-verifika fiżika ta’ prodotti mgħobbija

ANNESS III

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IR-RILAXX F’ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FL-UNJONI TAL-PRODOTTI TAL-INJAM ESPORTATI MIL-LIBERJA U KOPERTI MINN LIĊENZJA FLEGT

Qafas ġenerali

Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea[24] u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni[25] tiegħu jirregolaw il-kundizzjonijiet tad-dħul fis-suq tal-Unjoni tal-injam u l-prodotti derivati koperti minn liċenzja FLEGT mil-Liberja. Dawn ir-Regolamenti jipprovdu adattament tal-proċeduri dettaljati għal kundizzjonijiet nazzjonali u, b’mod partikolari, jipprevedu possibbiltajiet differenti għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli sabiex jaċċettaw il-liċenzji FLEGT mad-dħul fis-suq tal-Unjoni, li tista’ tkun awtorità doganali jew awtorità nazzjonali oħra. Għal din ir-raġuni, id-deskrizzjoni tal-proċess taqsam il-verifika f’żewġ stadji: (1) il-kontrolli fuq dokumenti tal-liċenzji u (2) kontrolli fiżiċi tal-konformità tal-konsenja attwali meta mqabbla mal-liċenzja.

Din il-proċedura hija intenzjonata li tissupplimenta l-kontrolli mwettqa mil-Liberja u li tivverifika li l-liċenzji FLEGT ippreżentati mad-dħul fl-Unjoni huma fil-fatt dawk li kienu maħruġa kif dovut u rreġistrati mill-awtorità tal-liċenzji tal-Liberja, u li jkopru l-konsenji kif intenzjonati mill-awtoritajiet tal-Liberja. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx il-mandat li jisfidaw is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità tal-Liberja jew l-validità tal-liċenzji. Tali kwistjonijiet jistgħu jiġu ttrattat mill-JIC, skont l-Artikoli 10, 19 u 24 tal-Ftehim.

Artikolu 1

Depożitar tal-liċenzja

1.           Il-liċenzja għandha tiġi depożitata mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih il-konsenja koperta minn dik il-liċenzja hija dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa[26]. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew permezz ta’ mezzi veloċi oħra.

2.           L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali malli tkun ġiet aċċettata liċenzja.

Artikolu 2

Kontrolli fuq il-validità tad-dokumentazzjoni tal-liċenzja

1.           Liċenzji fuq karta għandhom jikkonformaw mal-mudell deskritt fl-Anness IV. Kwalunkwe liċenzja li ma tissodisfax ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV mhiex valida.

2.           Liċenzja għandha tiġi kkunsidrata bħala nulla jekk tiġi ddepożitata f’data aktar tard mid-data tal-iskadenza indikata fil-liċenzja.

3.           Kwalunkwe tħassir jew tibdil f’liċenzja m’għandux jiġi aċċettat ħlief jekk dan it-tħassir jew tibdil ikun ġie vvalidat mill-awtorità tal-liċenzji.

4.           M’għandhiex tiġi aċċettata estensjoni tal-validità ta’ liċenzja ħlief jekk din l-estensjoni tkun ġiet validata mill-awtorità tal-liċenzji.

5.           M’għandux jiġi aċċettat duplikat jew liċenzja ta’ sostituzzjoni ħlief jekk tkun inħarġet jew ġiet ivvalidata mill-awtorità tal-liċenzji.

Artikolu 3

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali

1.           F’każ ta' dubju dwar il-validità jew l-awtentiċita' ta’ liċenzja, duplikat jew liċenzja ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-awtorità tal-liċenzji.

2.           Kopja tal-liċenzja, tad-duplikat jew tal-liċenzja ta’ sostituzzjoni inkwistjoni tista’ tintbagħat flimkien mat-talba.

3.           Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità tal-liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja kkoreġuta, li għandha tiġi awtentikata mill-endorsjar ttimbrat ‘Duplikat’ u mibgħuta lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

Verifika tal-konformità tal-liċenzja mal-konsenja

1.           Jekk tkun meħtieġa verifika addizzjonali tal-konsenja qabel ma l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tistax tiġi aċċettata, jistgħu jitwettqu kontrolli sabiex jiġi stabbilit jekk il-konsenja inkwistjoni hijiex konformi mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja u fir-rekords relatati mal-liċenzja rilevanti li jinżammu mill-awtorità tal-liċenzji.

2.           Fejn il-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam li jinsabu fil-konsenja ppreżentata sabiex tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma jvarjax b’aktar minn 10 % mill-volum jew il-piż indikat fil-liċenzja korrispondenti, il-konsenja għandha tiġi kkunsidrata konformi mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja safejn huwa kkonċernat il-volum jew il-piż.

3.           F’każ ta’ dubju dwar jekk il-konsenja tikkonformax mal-liċenzja FLEGT, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tfittex aktar kjarifika mill-awtorità tal-liċenzji.

4.           L-awtorità tal-liċenzji tista titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tibgħat kopja tal-liċenzja jew is-sostituzzjoni inkwistjoni.

5.           Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità tal-liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja kkoreġuta, li għandha tiġi awtentikata mill-endorsjar ittimbrat ‘Duplikat’ u mibgħuta lill-awtorità kompetenti.

6.           Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda risposta fi żmien 21 jum kalendarju mit-talba għal aktar kjarifika, kif provdut fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli

7.           Liċenzja m’għandhiex tiġi aċċettata jekk ikun ġie stabbilit, fejn meħtieġ wara l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness jew aktar investigazzjoni skont l-Artikolu 4 ta' dan l-Anness, li l-liċenzja ma tikkorrispondix mal-konsenja.

Artikolu 5

Verifika qabel il-wasla tal-konsenja

1.           Liċenzja tista’ tiġi ddepożitata qabel il-wasla tal-konsenja li tkopri.

2.           Liċenzja għandha tiġi aċċettata biss jekk tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f-Anness IV u l-ebda verifika oħra skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Anness m’hija meqjusa bħala meħtieġa.

Artikolu 6

Kwistjonijiet oħra

1.           L-ispejjeż mġarrba waqt li l-verifika tkun qed tiġi kompletata għandhom jitħallsu mill-importatur, minbarra fejn il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli tal-Istat Membru tal-Unjoni konċernat jiddeterminaw mod ieħor.

2.           Fejn ikun hemm nuqqas ta’ ftehim jew diffikultajiet persistenti li jinħolqu mill-verifika tal-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-JIC.

Artikolu 7

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

1.           Fil-kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku li fuqu ssir d-dikjarazzjoni fid-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, għandha ssir referenza għan-numru tal-liċenzja li tkopri l-prodotti tal-injam suġġetti għad-dikjarazzjoni.

2.           Fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana issir permezz ta’ mezzi kompjuterizzati, ir-referenza għandha tiġi provduta fil-kaxxa xierqa.

3.           Il-prodotti tal-injam għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss wara li jitlestew il-proċeduri deskritti f’dan l-Anness.

ANNESS IV

REKWIŻITI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAL LIĊENZJI FLEGT

Artikolu 1

Rekwiżiti ġenerali relatati mal-liċenzji FLEGT

1.           Il-liċenzji FLEGT iridu jkunu fuq karta jew fil-forma elettronika.

2.           Kemm il-liċenzji fuq karta kif ukoll dawk elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 1, skont in-noti għall-gwida stabbiliti fl-Appendiċi 2.

3.           Il-liċenzji FLEGT għandhom isiru validi fid-data li fiha jinħarġu.

4.           Il-liċenzji FLEGT għandhom jiġu nnumerati f’manjiera li tiddistingwi bejn liċenzji intenzjonati għas-swieq tal-Unjoni u dawk intenzjonati għal swieq li mhumiex fl-Unjoni.

5.           Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji FLEGT m'għandux ikun ta’ aktar minn sitt xhur. Id-data tal-iskadenza għandha tiġi indikata fuq il-liċenzja.

6.           Wara li l-liċenzja tiskadi, għandha tiġi kkunsidrata bħala nulla. L-awtorità tal-liċenzji tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, testendi l-perjodu ta’ validità għal tliet xhur oħra. Ma’ din l-estensjoni, l-awtorità tal-liċenzji għandha ddaħħal u tivvalida data tal-iskadenza ġdida.

7.           Il-liċenzji FLEGT m’għandhomx jibqgħu validi u għandhom jiġu rritornati lill-awtorità tal-liċenzji jekk il-prodotti tal-injam koperti mill-liċenzja jintilfu jew jinqerdu matul il-konsenja qabel ma jaslu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT fuq il-karta

1.           Liċenzji fuq il-karta għandhom jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Appendiċi 1.

2.           Id-daqs tal-karta għandu jkun A4 standard. Il-karta għandu jkollha marki tal-ilma li juru diversi logos, li jinkludu emblema Liberjana li trid tiġi imbuzzata fuq il-karta flimkien mas-siġill.

3.           Il-liċenzji għandhom jimtlew permezz ta’ tajpwrajter jew ta’ kompjuter. Jistgħu jimtlew bl-idejn, jekk ikun meħtieġ.

4.           It-timbri tal-awtorità tal-liċenzji għandhom jiġu applikati permezz ta' timbru tal-metall, preferibbilment magħmul mill-azzar. Madankollu, pressa ibbuzzata kkombinata b’ittri jew ċifri miksuba bil-perforazzjoni tista’ tissostitwixxi t-timbru tal-awtorità tal-liċenzji.

5.           L-awtorità tal-liċenzji għandha tuża metodu li ma jistax jiġi falsifikat sabiex tirrekordja l-kwantità allokata b’tali mod li jkun impossibbli li jiddaħħlu ċifri jew referenzi.

6.           Il-formola m'għandha tinkludi l-ebda tħassir jew tibdil, ħlief jekk dak it-tħassir jew it-tibdil ikun ġie awtentikat mit-timbru u l-firma tal-awtorità tal-liċenzji.

7.           Il-liċenzji għandhom jiġu stampati u jimtlew bl-Ingliż.

Artikolu 3

Kopji ta’ liċenzji FLEGT

1.           Il-liċenzji għandhom jitfasslu f'ħames kopji permezz tal-kulur tal-karta indikat kif ġej:

(a) Abjad, formola numru 1, immarkata l-‘Oriġinali’;

(b) Isfar, kopja numru 2, immarkata ‘Kopja għall-awtorità doganali tal-UE’;

(c) Roża, kopja numru 3, immarkata ‘Kopja għall-awtorità tal-liċenzji’;

(d) Aħdar, kopja numru 4, immarkata ‘Kopja għad-dwana tal-Liberja’;

(e) Blu, kopja numru 5, immarkata ‘Kopja għal-liċenzjat’.

2.           L-‘Oriġinali' għandha tingħata lil-liċenzjat sabiex tintbagħat lill-importatur għas-sottomissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih il-konsenja koperta minn dik il-liċenzja tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

3.           It-tieni kopja, immarkata ‘Kopja għall-awtorità doganali tal-UE’, għandha tingħata lil-liċenzjat sabiex tintbagħat lill-importatur għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih il-konsenja koperta minn dik il-liċenzja tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

4.           It-tielet kopja, immarkata ‘Kopja għall-awtorità tal-liċenzji’, għandha tinżamm mill-awtorità tal-liċenzji għar-rekords tagħha u għal-verifika futura tal-liċenzji maħruġa.

5.           Ir-raba’ kopja, immarjata ‘Kopja għad-dwana tal-Liberja’, għandha tingħata lill-awtoritajiet doganali tal-Liberja għar-rekords tagħhom u għal skopijiet ta’ esportazzjoni.

6.           Il-ħames kopja, immarkata ‘Kopja għal-liċenzjat’, għandha tingħata lil-liċenzjat għar-rekords tiegħu.

Artikolu 4

Liċenzji FLEGT mitlufa, misruqa jew meqruda

1.           F’każ ta' telf, serq jew qerda tal-‘Oriġinali’ u/jew tal-‘Kopja għad-dwana tal-UE’, il-liċenzjat jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu jista’ japplika lill-awtorità tal-liċenzji għal sostituzzjoni, FILWAQT li jipprovdi ġustifikazzjoni tat-telf tal-oriġinali u/jew il-kopja.

2.           L-awtorità tal-liċenzji għandha toħroġ sostituzzjoni fi żmien xahar wara l-irċevuta tat-talba mil-liċenzjat.

3.           Is-sostituzzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni u l-entrati li jidhru fuq il-liċenzja li tissostitwixxi, inkluż in-numru tal-liċenzja. Il-liċenzja tas-sostituzzjoni għandu jkollha l-endorsjar ‘Liċenzja ta’ sostituzzjoni’.

4.           F’każ li l-liċenzja mitlufa jew misruqa tinstab, din m'għandhiex tintuża u għandha tintbagħat lura lill-awtorità tal-liċenzji.

Artikolu 5

Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-liċenzji FLEGT elettroniċi

1.           Il-liċenzji FLEGT jistgħu jinħarġu u jiġu pproċessati permezz ta' sistemi elettroniċi.

2.           Fl-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex konnessi ma' sistema elettronika, liċenzja fuq il-karti għandha ssir disponibbli.

Artikolu 6

Trattament ta’ dubji rigward il-validità ta' liċenzja

1.           F’każ ta’ dubju li jikkonċerna l-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja, duplikat jew liċenzja ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Unjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-awtorità tal-liċenzji.

2.           Jekk ikun ikkunsidrat meħtieġ, l-awtorità tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tibgħat kopja tal-liċenzja jew is-sostituzzjoni inkwistjoni.

3.           Jekk l-awtorità tal-liċenzji tikkunsidra li jkun meħtieġ, għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja kkoreġuta, li għandha tiġi awtentikata mill-endorsjar ittimbrat ‘Duplikat’ u tintbagħat lill-awtorità kompetenti.

4.           Jekk il-validità tal-liċenzja tiġi kkonfermata, l-awtorità tal-liċenzji għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti minnufih, preferibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi. . Il-kopji rritornati għandhom jiġu awtentikati mill-endorsjar ittimbrat ‘Ivvalidat fi’

5.           F’każ li l-liċenzja inkwistjoni mhijiex valida, l-awtorità tal-liċenzji għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti minnufih, preferibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi.

APPENDIĊIJIET

1.           Formola tal-liċenzja.

2.           Noti ta’ gwida.

Appendiċi 1

Format tal-liċenzja FLEGT

Appendiċi 2

Noti ta’ Gwida

Ġenerali:

– Imla b’ittri kbar.

– Il-kodiċijiet ISO jirreferu għall-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, b’mod konformi mal-istandard internazzjonali.

Kaxxa 1 || L-awtorità tal-ħruġ || Indika l-isem u l-indirizz tal-awtorità tal-liċenzji.

Kaxxa 2 || Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u d-destinazzjoni || Indika n-numru Liberjan tal-identifikazzjoni tat-taxxa u d-destinazzjoni tal-esportazzjoni. Il-liċenzji se jinħarġu għad-destinazzjonijiet tas-swieq kollha, mhux biss l-Unjoni Ewropea.

Kaxxa 3 || Numru tal-liċenzja FLEGT || Indika n-numru tal-liċenzja.

Kaxxa 4 || Id-data tal-iskadenza || Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

Kaxxa 5 || Pajjiż ta’ esportazzjoni || Dan ifisser il-pajjiż sieħeb (il-Liberja) minn fejn il-prodotti tal-injam ġew esportati lejn l-Unjoni.

Kaxxa 6 || Kodiċi ISO || Indika l-kodiċi b’żewġ ittri għal-Liberja.

Kaxxa 7 || Mezzi ta’ trasport || Indika l-mezz tat-trasport fil-punt tal-esportazzjoni.

Kaxxa 8 || Liċenzjat || Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur.

Kaxxa 9 || Deskrizzjoni kummerċjali || Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam.

Kaxxa 10 || Intestatura HS || Il-kodiċi tal-komodità b’erba' jew sitt numri stabbilit skont is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Komodità u deskritt fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim.

Kaxxa 11 || Isem komuni jew xjentifiku || Indika l-isem komuni jew xjentifiku tal-ispeċijiet tal-injam użati fil-prodott. Fejn aktar minn speċi waħda hija inkluża fi prodott kompost, uża linji separati. Jistgħu jitħallew barra għal prodott kompost jew komponent li fih speċi multipli li l-identità tagħhom intilfet (eż twavel tal-partikuli [particle board]).

Kaxxa 12 || Pajjiżi tal-ħsad || Indika l-pajjiżi fejn l-injam imsemmi fil-Kaxxa 10 ġie maħsud. Fil-każ ta’ prodotti komposti, inkludi s-sorsi kollha tal-injam użat. Jista’ jitħalla barra għal prodott kompost li fih speċi multipli li m’għandhomx identifikabbli.

Kaxxa 13 || Kodiċijiet ISO || Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi imsemmija fil-kaxxa 12. Jista’ jitħalla barra għal prodott kompost jew komponent li fih speċi multipli li l-identità tagħhom intilfet.

Kaxxa 14 || Volum (m3) || Agħti l-volum totali f’m3. Jista’ jitħalla barra ħlief jekk tkun tħalliet barra l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15.

Kaxxa 15 || Piż nett (kg) || Agħti l-piż f'kg. Dan jiġi definit bħala l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr kontenituri immedjati jew kwalunkwe ippakkjar, ħlief irfid, spacers, tikketti, eċċ. Jista’ jitħalla barra ħlief jekk tkun tħalliet barra l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 14.

Kaxxa 16 || Numru ta' unitajiet || Indika n-numru ta’ unitajiet, jekk dan ikun l-aħjar mod li bih il-prodott manifatturat jingħadd. Jista’ jitħalla barra.

Kaxxa 17 || Marki distintivi || Indika, fejn ikun xieraq, kull marka distintiva, pereżempju n-numru tal-lott jew n-numru tal-polza tat-tagħbija. Jista’ jitħalla barra.

Kaxxa 18 || Firma u timbru tal-awtorità tal-ħruġ || Din il-kaxxa għandu jkollha l-firma tal-uffiċjal awtorizzat u tiġi ttimbrata bit-timbru uffiċjali tal-awtorità tal-liċenzji. L-isem u l-post u d-data tal-firmatarju jridu jiġu indikati wkoll.

ANNESS V

FUNZJONIJIET TAL-AWDITJAR INDIPENDENTI: TERMINI TA’ REFERENZA

1. Daħla

Dawn it-termini ta’ referenza (ToR) jiddeskrivu l-qafas għall-ikkontrollar tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-legalità stabbiliti għall-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) bejn il-Gvern tal-Liberja u l-Unjoni. It-ToR jiddeskrivu l-funzjonijiet tal-awditjar indipendenti (IA) tas-Sistema tal-Assigurazzjoni tal-Legalità (LAS), li tipprovdi assigurazzjoni li l-injam maħsud, ipproċessat u esportat jew mibjugħ fis-suq domestiku huwa konformi mad-definizzjoni tal-legalità, tivverifika li jikkonforma mal-katina ta’ rekwiżiti ta’ kustodja u tivverifika li l-awtorità tal-liċenzji tkun ħarġet liċenzji FLEGT biss għal konsenji li jiġu prodotti skont ir-rekwiżiti LAS.

It-ToR għalhekk jistabbillixxu lista ddettaljata ta’ kompiti u protokoll għall-ġbir tal-informazzjoni u r-rapportaġġ; jistabbilixxu ukoll lista ta’ sorsi primarji ta’ informazzjoni u jiddeskrivu l-kwalifiki meħtieġa mill-awditur indipendenti.

2. Għanijiet

L-għanijiet tal-IA jinkludu:

(a) il-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tal-LAS; u

(b) it-titjib tal-kredibilità tal-LAS stabbilita taħt il-VPA.

3. Kompiti

Il-kompitu ġenerali tal-awditur indipendenti huwa li jimmonitorja l-implimentazzjoni tas-sistemi stabbiliti sabiex tiġi verifikata l-konformità legali mal-aspetti kollha tal-LAS. Il-kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu kkontrollati se jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti legali stabbiliti fid-definizzjoni tal-legalità, il-katina tal-kustodja u l-verifika mid-Dipartiment Liberjan tal-Verifika (LVD) u d-Dipartiment Liberjan tal-Liċenzjar (LLD), kollha deskritti fl-Annessi II u IV rispettivament. Il-metodu li jrid jintuza għandu jiġi bbażat fuq l-evidenza u jinkludi kontrolli dokumentarji u żjarat fuq il-post. Il-kompiti speċifiċi tal-awditur indipendenti se jkunu:

(a)     jikkontrolla li s-sistemi qed jiffunzjonaw b’mod effettiv u li l-injam maħsud, ipproċessat u kkumerċjalizzat jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dawn is-sistemi, Dan jinkludi r-rekwiżiti legali għall-allokazzjonijiet tad-drittijiet tal-injam qabel il-kuntratt, l-allokazzjoni tal-kuntratt, il-qtugħ, l-ipproċessar u l-konsenji;

(b)     il-verifika li l-katina tas-sistema tal-kustodja, komponent ewlieni tal-LAS, hija effettiva u qed tiffunzjona b’mod xieraq, li tikkonferma li qed jiġu sodisfatti r-rekwiżiti mill-operazzjonijiet ta’ qabel il-ħsad sal-esportazzjoni jew il-bejgħ fis-suq domestiku;

(c)     jivvaluta l-prestazzjoni u l-effettività tal-LVD u aġenzji assoċjati tal-Gvern involuti fil-proċess tal-verifika sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti tal-LAS;

(d)     jivvaluta s-sistema stabbilita sabiex jiġi żgurat li l-LLD joħroġ liċenzji FLEGT biss għal konsenji li jiġu prodotti jew esportati f’konformità sħiħa mal-LAS;

(e)     jivvaluta l-proċess għad-determinazzjoni tal-validità ta’ liċenzji sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-verifika tal-liċenzji hija effiċjenti u ma ddewwimx jew ma titfax piż mhux mistħoqq fuq id-detentur tal-liċenzja;

(f)      jivvaluta kif jiġi indirizzat jew kif ma jiġix indirizzat ksur irrapportat mill-awtoritajiet rilevanti;

(g)     jevalwa l-effettività ta’ kwalunkwe miżura meħuda sabiex jiġu kkoreġuti dawk id-dgħufijiet;

(h)     jidentifika lakuni u dgħufijiet fil-LAS ġenerali, jiġifieri l-funzjonament tal-katina tal-komponenti tal-kustodja, il-verifika tal-legalità u l-liċenzjar tal-LAS, u l-livell tal-impatt fuq il-kredibilità tal-LAS;

(i)      jirrapporta s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (JIC), li jeħtieġ li jippubblika dawn ir-rapporti tal-awditjar regolarment.

4. Metodoloġija: metodi għall-ġbir u l-valutazzjoni ta’ informazzjoni u rappurtaġġ

L-awditur indipendenti huwa jeħtieġ li juri professjonalità u integrità fit-twettieq tar-responsabbiltajiet tiegħu. L-awditur indipendenti għandu jħejji manwal ta' proċeduri li jiddeskrivi metodi għall-ġbir ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tal-evidenza u r-rappurtaġġ. Il-manwal propost mill-awditur indipendenti se jiġi rivedut u mifthiem mill-JIC. L-awditur indipendenti għandu juża l-proċeduri stabbiliti fil-Manwal tal-IA sabiex iwettaq awditi, żjarat u investigazzjonijiet fuq il-post, ifittex tagħrif informattiv minn partijiet interessati u jiddokumenta u jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-JIC għal pubblikazzjoni sussegwenti.

4.1. Skeda ta’ xogħol

(a)     Fl-ewwel sena tal-operazzjoni tal-iskema tal-liċenzji FLEGT, l-awditur indipendenti għandu jwettaq żewġ awditi. L-ewwel awditu għandu l-għan li tistabbilixxi li r-rekwiżiti kollha tal-LAS huma fis-seħħ u lesti sabiex jibdew joperaw b’mod komplut. It-tieni awditu, u l-awditi l-oħra kollha fil-futur, se jivvaluta jew jevalwa l-prestazzjoni tal-LAS.

(b)     Fis-snin sussegwenti l-awditur indipendenti għandu jwettaq għall-inqas awditi annwali tal-LAS.

(c)     L-awditur indipendenti jista’ jwettaq ukoll awditi għall-għarrieda u kontrolli fuq il-post kif meħtieġ.

4.2. L-ambitu tax-xogħol

(a)     L-attivitajiet tal-awditur indipendenti għandhom ikopru l-aspetti kollha tal-LAS, inkluż il-konformità mad-definizzjoni tal-legalità, il-katina tas-sistema tal-kustodja, il-verifika u l-liċenzjar, u kwalunkwe skema ta' ċertifikazzjoni li l-Gvern ikun approva li tipprovdi evidenza ta' konformità mal-LAS.

(b)     L-awditur indipendenti għandu jawditja l-attivitajiet rilevanti tal-istituzzjonijiet kollha, inkluż l-aġenziji tal-Istat, responsabbli għal aspetti differenti tal-LAS tal-Liberja.

(c)     L-awditur indipendenti għandu jikkontrolla s-sistemi implimentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE sabiex jivverifika l-liċenzji FLEGT maħruġa mil-Liberja.

4.3. Il-ġbir ta’ evidenza

Il-Manwal tal-Proċeduri tal-IA għandu jiddeskrivi l-proċeduri u l-prattiki għall-ġbir tal-evidenza li se jinkludu kontrolli fuq il-post, investigazzjonijiet, intervisti, dokumentazzjoni u kif l-awditur indipendenti se jwieġeb għall-ilmenti.

4.4. Valutazzjoni

Matul l-investigazzjonijiet, l-awditur indipendenti se jiżgura li l-evidenza tiġi vvalutata skont l-ISO 19011 jew standard ekwivalenti.

4.5. Sistemi ta’ awditjar

Fid-dokumentazzjoni tal-evidenza tal-awditu, id-dijanjożi ta’ nuqqasijiet u ksur fi kwalunkwe parti mil-LAS u l-insegwiment tal-azzjoni korrettiva meħuda, l-awditur indipendenti għandu:

(a)     iżomm rekords xierqa tal-evidenza tal-awditu li jiddettaljaw il-prestazzjoni, il-konformità, in-nuqqas ta’ prestazzjoni u n-nuqqas ta’ konformità;

(b)     jirrekordja u jivvaluta kampjun, magħżul abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, tan-nuqqas ta’ prestazzjoni jew in-nuqqas ta’ konformità skopert mal-aspetti differenti tal-LAS, inkluż ir-rekwiżiti tal-liċenzjar, u l-azzjoni meħuda sabiex jiġi indirizzat;

(c)     jirrekordja d-dgħufijiet, in-nuqqasijiet u l-oqsma osservati, li huma relatati mas-sistema, li jeħtieġu titjib fl-LAS u jiżgura li kull wieħed huwa distint b’mod xieraq mill-oħrajn;

(d)     jirrekordja u jivvaluta l-effettività tal-miżuri korrettivi kollha implimentati mill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Forestrija (FDA), awtoritajiet Statali u korpi privati oħra responsabbli għal aspetti oħra tal-LAS.

5. Rapporti u tixrid

5.1.      L-awditur indipendenti għandu jżomm ma’ struttura u protokoll sabiex iħejji       r-rapporti tiegħu kif mifthiema mal-JIC. L-awditur indipendenti għandu:

(a)     jirrapporta dwar attivitajiet f’konformità mal-iskeda tax-xogħol maqbula mal-JIC;

(b)     iħejji r-rapport tiegħu skont il-prinċiji tal-awditjar aċċettati internazzjonalment u kif speċifikat fil-ftehim tiegħu mal-JIC;

(c)     jippreżenta r-rapporti kollha lil JIC, li mbagħad għandu jikkumenta dwarhom;

(d)     iħejji rapporti finali li jirriflettu l-kummenti tal-JIC.

5.2.        Ir-rapporti validati mill-JIC se jsiru dokumenti pubbliċi.

6. Sorsi ta’ informazzjoni

Sorsi primarji ta’ informazzjoni għandhom jinkludu reviżjonijiet ta’ dokumenti, żjarat fuq il-post u konsultazzjonijiet/laqgħat ma’ partijiet interessati rilevanti li jiġu identifikati fid-definizzjoni tal-legalità tat-tabella tal-verifika tal-legalità (irreferi għall-Anness II).

Il-Gvern tal-Liberja u l-Unjoni se jiżguraw li l-awditur indipendenti għandu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa kollha, inkluż id-dokumenti u l-bażi tad-dejta li jqis rilevanti, speċjalment dawk li huma meħtieġa sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja ta’ sistemi stabbiliti sabiex tiġi verifikata konformità mal-LAS. Dan għandu jinkludi aċċess għall-informazzjoni prodotta jew miżmuma minn fergħat u aġenziji tal-Gvern kif ukoll korpi privati rreklutati mill-Gvernijiet ikkonċernati.

L-awditur indipendenti għandu jkollu wkoll aċċess sħiħ għall-oqsma kollha tal-ġestjoni tal-foresti qabel, matul u wara l-operazzjonijiet fil-foresti. Dan se jinkludi aċċess għal siti tal-qtugħ tas-siġar u oqsma oħra fejn ir-riżorsi tal-foresti qed jiġu estratti jew ipproċessati u għall-punti tal-esportazzjoni. Dan l-aċċess wiesa’ huwa mfassal sabiex l-awditur indipendenti jkun jista’ jikxef dgħufijiet kull fejn jeżistu fl-LAS.

Speċifikament, l-awditur indipendenti għandu jkollu aċċess għall-aġenziji tal-Gvern li ġejjin, korpi oħra maħtura jew reklutati mill-Gvern sabiex iwettqu funzjonijiet relatati ma’ kwalunkwe parti mil-LAS u partijiet oħra li jistgħu jkunu kapaċi li jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar il-funzjonament tal-LAS:

6.1. Il-Gvern tal-Liberja u korpi maħtura mill-Gvern

(a)     Id-dipartimenti tal-FDA li huma nvoluti f’aspetti differenti ta’ qtugħ kummerċjali tas-siġar. Dan għandu jinkudi d-dipartimenti involuti fil-proċessi ta’ qabel l-allokazzjoni, inkluż il-validazzjoni tal-oqsma proposti ta’ konċessjoni, il-kwalifika minn qabel tal-qtugħ tas-siġar u kumpaniji oħra interessati fis-settur kummerċjali tal-forestrija u t-tħabbir, ir-riċezzjoni u l-ftuħ tal-offerti.

(b)     Id-dipartimenti tal-FDA involuti fl-infurzar tal-liġi fis-settur kummerċjali.

(c)     Id-dipartimenti tal-FDA u istituzzjonijiet rilevanti oħra involuti fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità u attivitajiet relatati tal-infurzar tal-liġi.

(d)     Aġenziji oħra tal-Gvern u ċittadini maħtura involuti fil-proċessi tal-evalwazzjoni tal-offerti, inkluż il-Panel tal-Evalwazzjoni tal-Offerta, il-Kumitat tad-Diliġenza Dovuta u l-Kumitat Inter-Ministerjali dwar il-Konċessjonijiet (IMCC).

(e)     Il-Kumitat Leġiżlattiv dwar il-Forestrija, il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat fir-rigward tar-rwoli tagħhom fil-proċess tar-ratifikazzjoni tal-liċenzji tar-riżorsi tal-foresti.

(f)      L-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA) tal-Liberja.

(g)     Il-ministeri tal-Gvern responsabbli għal esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-foresti, inkluż il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Awtorità Nazzjonali tal-Port u d-dipartimenti interni tagħhom responsabbli għal diversi aspetti tal-proċess.

(h)     Il-fornitur tas-servizz imqabbad sabiex jopera s-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità.

6.2. Is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet

(a)     Organizzazzjonijiet lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili involuti fil-monitoraġġ ta’ attivitajiet tal-forestrija fil-Liberja.

(b)     Komunitajiet u individwi involuti fil-monitoraġġ ta' attivitajiet tal-forestrija.

(c)     Il-Korpi Komunitarji tal-Ġestjoni tal-Forestrija u l-Kumitati Komunitarji tal-Iżvilupp tal-Forestrija involuti f’diversi aspetti tas-setturi kummerċjali tal-forestrija.

6.3. Sorsi oħra

(a)     Kumpaniji tal-forestrija, inkluż riżultati ta’ proċessi privati ta’ ċertifikazzjoni.

(b)     Istituzzjonijiet akkademiċi.

(c)     Awtoritajiet lokali.

(d)     Komunitajiet u popolazzjonijiet lokali.

(e)     Korpi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM).

(f)      Kwerelanti.

(g)     Awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni.

(h)     Partijiet interessati u partijiet li jirreġistraw ilment jew jitolbu awditjar għall-għarrieda ta' ċerti aspetti tal-LAS.

(i)      Kwalunkwe sors ieħor li l-awditur indipendenti jikkunsidra rilevanti.

7. Kwalifiki meħtieġa

L-awditur indipendenti jrid ikollu l-integrità u jkollu l-kompetenza tat-twettieq ta’ awditi simili, ikun oġġettiv u jkollu l-kapaċità li jwettaq analiżi sistematika. L-awditur indipendenti jrid ikun indipendenti minn operaturi Liberjani u istituzzjonijiet Liberjani li għandhom rwol kummerċjali jew regolatorju fis-settur tal-forestrija u jkun kredibbli. Hija r-responsabbiltà tal-awditur indipendenti li jiżgura li l-persunal tiegħu jiddikjara kwalunkwe kunflitt ta’ interessi potenzjali, u, fejn dawn jeżistu, li jiddikjara liema miżuri se jieħu sabiex itaffi dawn il-kunflitti. Flimkien ma’ dan ir-rekwiżit, l-awditur indipendenti għandu jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra li ġejjin:

(a)     ikollu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità interna dokumentata li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ISO 17021[27] jew standards ekwivalenti u jwettaq awditi skont il-proċeduri li jissodisfaw ISO 19011[28] jew standards ekwivalenti;

(b)     ikollu esperjenza f’awditji ta’ sistemi ta' ġestjoni;

(c)     ikollu fis-seħħ mekkaniżu għall-indirizzar b’mod trasparenti ta’ ilmenti;

(d)     ikollu firxa ta’ kompetenzi inkluż l-awditjar, preferibbilment fil-ġestjoni tal-foresti, u kompetenzi u esperjenza biżżejjed fit-twettieq ta’ funzjonijiet simili f’partijiet oħra tad-dinja, preferibbilment fl-Afrika;

(e)     ikun jista’ juri li t-timijiet tiegħu jinkludu esperti b’esperjenza biżżejjed fil-Liberja u/jew x’imkien ieħor fl-Afrika tal-Punent. L-involviment ta’ esperti mis-sottoreġjun huwa inkoraġġit flimkien mal-esperti internazzjonali;

(f)      ikollu fehim fil-fond tas-settur kummerċjali tal-forestrija, preferibbilment fl-Afrika;

(g)     ikollu persunal b’kompetenzi f’diversi oqsma tal-forestrija, inkluż il-ġestjoni tal-forestrija, l-ipproċessar, it-traċċabbiltà u l-katina ta’ sistemi ta’ kustodja, u kummerċ internazzjonali fl-injam u prodotti tal-injam.

L-awditur indipendenti jista’ jikkunsidra sħubija jew proġett konġunt ma' organizzazzjoni Liberjana.

8. Il-proċess tas-selezzjoni u arranġamenti istituzzjonali

L-awditur indipendenti se jiġi reklutat minn proċess ta’ offerti kompetittivi (miftuħ għal entitajiet nazzjonali u internazzjonali). L-evalwazzjoni tal-offerta se tkun trasparenti u l-partijiet interessati kollha se jiġu infurmati bil-kriterji li se jiġu applikati. Diliġenza dovuta mwettqa fuq l-entitajiet li qed jikkompetu u r-rapport tal-evalwazzjoni tal-offerta se jsiru pubbliċi.

9. Rekwiżiti oħra

Din it-taqsima tkopri responsabbiltajiet addizzjonali tal-awditur indipendenti li mhumiex indirizzati f’partijiet oħra ta’ dawn it-termini ta’ referenza.

9.1. Aċċessibbiltà

L-awditur indipendenti huwa mistenni li jkollu punt ta’ kuntatt fil-Liberja sabiex issir aċċessibbli għas-settur privat, il-Gvern u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

9.2       L-infurzar tal-kapaċitajiet u s-sostenibbiltà

L-awditur indipendenti għandu wkoll:

(a)     jinvolvi ruħu mas-soċjetà ċivili, is-settur pubbliku u l-aġenziji tal-Gvern b’modi li jippermettu li l-Liberjani jakkwistaw fehim ġust tax-xogħol tal-awditur indipendenti, pereżempju minn gruppi ta’ ħidma okkażjonali u sessjonijiet ta’ informazzjoni;

(b)     jirrekluta Liberjani kwalifikati u jsaħħaħ il-kapaċità individwali tagħhom dwar kif iwettqu IAs tal-LAS.

ANNESS VI

KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAS-SISTEMA TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ

Dan il-Ftehim jipprovdi għall-implimentazzjoni ta' sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità (LAS) li għandha l-għan li tiggarantixxi li l-injam u l-prodotti derivati kollha speċifikati f’dan il-Ftehim u esportati mil-Liberja lejn l-Unjoni jiġu prodotti għal kollox legalment. L-LAS għandha tinkludi:

– definizzjoni tal-injam prodott legalment li telenka l-liġijiet li għandhom jiġu mħarsa sabiex tiġi maħruġa liċenzja;

– il-kontroll tal-katina tal-provvista biex l-injam jiġi intraċċat mill-foresta sal-punt ta' esportazzjoni;

– il-verifika tal-konformità mal-elementi kollha tad-definizzjoni tal-legalità u tal-kontroll tal-katina tal-provvista;

– il-proċeduri għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT; u

– l-awditu indipendenti sabiex jiġi żgurat li s-sistema qed taħdem kif intenzjonata.

L-LAS se tiġi soġġetta għal evalwazzjoni teknika indipendenti qabel ma l-iskema ta' liċenzji FLEGT ssir operazzjonali; it-termini ta' referenza se jiġu miftiehma b'mod konġunt bejn il-Partijiet, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (JIC) għall-Ftehim. Dawn il-kriterji ta' evalwazzjoni jiddeskrivu dak li LAS hija mistennija li tipproduċi u se jipprovdu bażi għat-termini ta' referenza għall-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni se:

– tirrevedi kwalunkwe reviżjoni magħmula lis-sistema wara l-iffirmar tal-Ftehim; u

– teżamina l-funzjonament tas-sistema fil-prattika u jekk twassalx għar-riżultat intenzjonat.

1. Definizzjoni ta’ legalità

L-injam prodott legalment għandu jiġi definit fuq il-bażi tal-liġijiet applikabbli fil-Liberja. Id-definizzjoni użata għandha tkun mingħajr ambigwità, tiġi verifikata b'mod objettiv u tsita’ tintuża b’mod operazzjonali u, bħala minimu, tinkludi dawk il-liġijiet li jkopru:

Drittijiet tal-ħsad: l-għoti ta’ drittijiet legali biex jiġi maħsud l-injam fi ħdan konfini reġistrati legalment;

Operazzjonijiet tal-forestrija: konformità mar-rekwiżiti legali fir-rigward tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u tax-xogħol rilevanti;

Miżati u taxxi: konformità mar-rekwiżiti legali dwar it-taxxi u l-miżati relatati direttament mal-ħsad tal-injam u d-drittijiet fuq il-ħsad;

Utenti oħra: rispett għal drittijiet legali ta’ partijiet oħra jew drittijiet ta’ użu fuq l-art u riżorsi li jistgħu jiġu affettwati mid-drittijiet fuq il-ħsad tal-injam, fejn drittijiet oħra bħal dawn jeżistu;

Kummerċ u dwana: konformità mar-rekwiżiti legali għall-kummerċ u l-proċeduri doganali.

Nistgħu nidentifikaw b'mod ċar l-istrument legali sottostanti għal kull element tad-definizzjoni?

Il-kriterji u l-indikaturi li jistgħu jintużaw sabiex tiġi ttestjata l-konformità ma' kull element tad-definizzjoni huma speċifikati?

Il-kriterji/indikaturi huma ċari, objettivi u applikabbli għall-pjan operazzjonali?

L-indikaturi u l-kriterji jidentifikaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet differenti u l-verifika tal-konformità legali tivvaluta l-prestazzjonijiet tal-partijiet rilevanti kollha?

Id-definizzjoni tal-legalità tinkludi l-oqsma ewlenin tal-liġi eżistenti deskritta hawn fuq? Jekk le, għaliex ċerti oqsma tal-liġi tħallew barra mid-definizzjoni?

Fit-tfassil tad-definizzjoni, il-partijiet ikkonċernati kkunsidraw l-oqsma ewlenin kollha tal-liġi applikabbli?

Is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità tinkorpora d-dispożizzjonijiet legali ewlenin identifikati matul id-diskussjoni li saret qabel bejn id-diversi partijiet involuti?

Id-definizzjoni tal-legalità tapplika għas-sorsi kollha possibbli tal-injam li jidħlu fil-katina tal-provvista intenzjonata għall-Unjoni u huma indikaturi xierqa żviluppati għall-proċeduri ta’ allokazzjoni ta’ sorsi/drittijiet differenti?

Id-definizzjoni tal-legalità u t-tabella tal-assigurazzjoni tal-legalità ġiet emendata mill-konklużjoni tal-Ftehim? Ġew definiti indikaturi u kriterji biex tkun żgurata l-verifika ta’ dan it-tibdil? Il-partijiet interessati rilevanti kollha ġew ikkonsultati dwar dan it-tibdil fi proċess li qies adegwatament il-fehmiet tagħhom?

2. Kontroll tal-katina tal-provvista

Is-sistemi li jikkontrollaw il-katina tal-provvista jridu jipprovdu assigurazzjoni kredibbli li l-prodotti tal-injam jistgħu jiġu rintraċċati tul il-katina tal-provvista kollha mill-ħsad jew il-punt ta' importazzjoni sal-punt ta' esportazzjoni. Mhux dejjem se jkun neċessarju li tinżamm traċċabilità fiżika għal zokk, tagħbija taz-zkuk jew prodott tal-injam mill-punt tal-esportazzjoni lura sal-foresta ta’ oriġini, iżda hija dejjem meħtieġa bejn il-foresta u l-ewwel punt ta’ taħlit possibbli (eż. terminal tal-injam jew faċilità tal-ipproċessar).

2.1. Drittijiet tal-qtugħ tas-siġar

Hemm delineazzjoni ċara taż-żoni fejn id-drittijiet fuq ir-riżorsi tal-foresta ġew allokati u ġew identifikati d-detenturi ta’ dawk id-drittijiet.

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li l-injam li joriġina minn żona ta’ foresta bi drittijiet tal-użu validi u permissibbli biss jidħol fil-katina tal-provvista?

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li l-intrapriżi li jmexxu l-operazzjonijiet tal-ħsad ingħataw id-drittijiet tal-qtugħ tas-siġar xierqa għaż-żoni tal-foresti konċernati?

Il-proċeduri għall-ħruġ tal-drittijiet tal-qtugħ tas-siġar u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-qtugħ tas-siġar maħruġa u d-detenturi tagħhom ġew ippubblikati kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Liberjana?

2.2. Sistemi għall-kontroll tal-katina tal-provvista

Hemm mekkaniżmi effettivi għar-rintraċċar tal-injam tul il-katina tal-provvista kollha mill-punt tal-ħsad sal-punt tal-esportazzjoni.

L-approċċ għall-identifikazzjoni tal-injam jista’ jvarja, mill-użu ta’ tikketti għal oġġetti individwali sad-dipendenza fuq id-dokumentazzjoni li takkompanja tagħbija jew lott. Il-metodu magħżul għandu jirrifletti t-tip u l-valur tal-injam u r-riskju ta’ kontaminazzjoni b’injam illegali jew mhux verifikat.

L-alternattivi tal-katina tal-provvista kollha ġew identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

L-istadji kollha fil-katina tal-provvista ġew identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

Huma definiti u dokumentati metodi li (a) jidentifikaw l-oriġini tal-prodott u (b) jevitaw it-taħlit ma’ injam minn sorsi mhux magħrufa fl-istadji sussegwenti tal-katina tal-provvista, jiġifieri:

– injam fil-foresta,

– trasport,

– ħażna temporanja,

– wasla fil-faċilità tal-ipproċessar primarju,

– faċilitajiet tal-ipproċessar,

– ħażna temporanja,

– trasport,

– wasla fil-punt tal-esportazzjoni?

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-kontroll tal-flussi tal-injam? Dawn għandhom riżorsi umani u riżorsi oħra xierqa biex imexxu l-attivitajiet ta’ kontroll?

Jeżisti protokoll għall-verifika tar-riżultati tal-proċeduri ta' kontroll stabbiliti u applikati?

Il-proċeduri ta' applikazzjoni huma definiti b'mod ċar u kkomunikati lill-partijiet interessati kollha?

2.3. Kwantitajiet

Hemm mekkaniżmi robusti u effettivi għall-kejl u l-irrekordjar tal-kwantitajiet ta’ injam jew prodotti tal-injam f’kull stadju tal-katina tal-provvista, inklużi stimi affidabbli u preċiżi ta’ qabel il-ħsad tal-volum ta’ siġar għall-produzzjoni tal-injam f’kull post tal-ħsad.

Is-sistema tal-kontroll tipproduċi dejta kwantitattiva dwar id-dħul u l-produzzjoni fl-istadji li ġejjin tal-katina tal-provvista?

– siġar għall-produzzjoni tal-injam,

– zkuk fil-foresta,

– injam trasportat u maħżun,

– wasla fil-faċilità tal-ipproċessar primarju,

– kontroll fi ħdan il-faċilitajiet tal-ipproċessar,

– wasla fil-punt tal-esportazzjoni?

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli biex idaħħlu d-dejta kwantitattiva fis-sistema ta' kontroll? Kif inhuma kollegati dawn l-organizzazzjonijiet? Il-persunal ta' dawn l-organizzazzjonijiet jingħataw taħriġ b'mod standard fil-ġestjoni tad-dejta? L-organizzazzjonijiet għandhom riżorsi adegwati f’termini ta’ persunal u tagħmir?

X'inhi l-kwalità tad-dejta kkontrollata?

Jekk organizzazzjonijiet differenti huma responsabbli, kif jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-kontroll u tal-ġestjoni tad-dejta jitwettqu bl-istess mod u għall-istess standards bejn l-organizzazzjonijiet?

2.4. Ġbir tad-dejta

Id-dejta kollha għandha tiġi rrekordjata b'mod li tkun tista' tiġi rikonċiljata mal-istadji ta' qabel u ta' wara tal-katina fi żmien opportun. Titwettaq rikonċiljazzoni affidabbli għall-katina tal-provvista kollha.

Id-dejta kwantitattiva kollha hija rrekordjata b'mod li l-kwantitajiet ikunu jistgħu jiġu rikonċiljati mingħajr dewmien mal-istadji ta' qabel u dawk sussegwenti fil-katina tal-provvista?

Jeżistu metodi biex tiġi vvalutata l-korrispondenza bejn l-siġar għall-produzzjoni tal-injam, iz-zkuk maħsuda u l-injam li jidħol fl-impjant/punt ta’ esportazzjoni?

Jeżistu metodi biex tiġi vvalutata l-koerenza bejn id-dħul ta’ materji primi u l-ħruġ ta' prodotti pproċessati fl-istabbilimenti fejn jisserraw l-injam u impjanti oħra?

Huwa possibbli li titwettaq rikonċiljazzjoni affidabbli għal kull oġġett individwali jew għal kull lott ta' prodotti tal-injam tul il-katina tal-provvista kollha?

Liema sistemi u tekniki ta' informazzjoni jintużaw biex tinħażen, tiġi rikonċiljata u rrekordjata d-dejta? Jeżistu sistemi robusti fis-seħħ biex tiġi żgurata d-dejta?

Kif jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistema (sigurtà tas-sistema)?

Kif tiġi garantita l-vijabbiltà tas-sistemi ta' sigurtà?

Liema organizzazzjoni hija responsabbli għar-rikonċiljazzjoni tad-dejta? Għandha riżorsi umani u riżorsi oħra adegwati biex twettaq l-attivitajiet ta' ġestjoni tad-dejta?

Liema informazzjoni dwar il-kontroll tal-katina tal-provvista issir disponibbli pubblikament?

Kif jistgħu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni l-partijiet interessati?

2.5. Prodotti tal-injam importati

Hemm kontrolli adegwati sabiex jiġi żgurat li l-prodotti tal-injam u l-prodotti derivati ġew importati f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri legali stabbiliti sabiex jiġi żgurat li l-importazzjonijiet ikunu ġew maħsuda legalment skont ir-rekwiżiti legali tal-pajjiż tal-ħsad.

Kif tintwera l-legalità tal-prodotti tal-injam importati?

X’evidenza hija meħtieġa sabiex jintwera li l-prodotti importati joriġinaw minn siġar maħsuda legalment f’pajjiż terz?

L-LAS tidentifika l-prodotti tal-injam importati tul il-katina tal-provvista kollha?

Fejn jintuża injam importat, jista’ l-pajjiż tal-oriġini jiġi identifikat fuq il-liċenzja FLEGT, inkluż dak tal-komponenti f’prodotti komposti?

L-użu ta’ bar codes fuq l-injam importat jiggarantixxi li l-prodotti tal-forestrija biss li ġew maqtugħa u ipproċessati legalment se jiġu esportati b’liċenzja FLEGT?

3. Verifika

Il-verifika tipprovdi kontrolli adegwati għall-iżgurar tal-legalità tal-injam. Il-verifika għandha tkun robusta u effettiva biżżejjed biex tiżgura li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti, kemm fil-foresta kif ukoll fil-katina tal-provvista, jiġi identifikat u li tittieħed azzjoni korrettiva fiż-żmien opportun.

3.1. Organizzazzjoni

Il-verifika titwettaq mill-Gvern, organizzazzjoni terza jew xi kombinazzjoni ta’ dawn, li għandhom riżorsi adegwati, sistemi ta’ ġestjoni u persunal ta’ ħila u mħarreġ, kif ukoll mekkaniżmi robusti u effettivi għall-kontroll tal-kunflitti tal-interess.

Il-Gvern ħatar korp jew korpi biex iwettqu l-kompiti ta’ verifika? Il-mandat (inkluż ir-responsabbiltajiet assoċjati) huwa ċar u fid-dominju pubbliku?

Ir-responsabbiltajiet huma allokati b'mod ċar u l-kompetenzi rikjesti marbuta ma' dawn ir-responsabbiltajiet huma definiti b’mod ċar? Kif jiġu implimentati?

Id-dipartimenti responsabbli għall-verifika tal-legalità kif jiggarantixxu l-ogħla livell possibbli ta' kollaborazzjoni u ta' ġestjoni tad-dejta razzjonalizzata bejn l-amministrazzjonijiet involuti fil-kontroll tas-settur tal-foresti?

Il-korp responsabbli għall-verifika għandu riżorsi adegwati biex iwettaq il-verifika tad-definizzjoni tal-legalità u tas-sistemi għall-kontroll tal-katina tal-provvista tal-injam?

Il-korp tal-verifika għandu sistema ta' ġestjoni dokumentata sewwa li:

– tiżgura kompetenza/esperjenza meħtieġa fost il-persunal tal-korp tal-verifika,

– tapplika l-kontroll/is-sorveljanza interna,

– tinkludi mekkaniżmi għall-kontroll tal-kunflitti ta' interess,

– tiżgura t-trasparenza tas-sistema,

– tiddefinixxi u tapplika metodu tal-verifika,

– tuża sistema ta' ġestjoni tal-ilmenti li tkun aċċessibbli għall-pubbliku?

3.2. Verifika skont id-definizzjoni tal-legalità

Teżisti definizzjoni ċara li tistabbilixxi dak li għandu jiġi verifikat. Il-metodu tal-verifika huwa dokumentat u jiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti, ibbażat fuq l-evidenza, imwettaq f'intervalli regolari u jkopri dak kollu li huwa inkluż fid-definizzjoni.

Il-metodu tal-verifika ikopri l-elementi kollha tad-definizzjoni tal-legalità u jinkludi testijiet ta' konformità bl-indikaturi kollha speċifikati?

Il-verifika teħtieġ:

– kontrolli tad-dokumentazzjoni, ir-rekords tal-operat u tal-operazzjonijiet fuq il-post (u għall-għarrieda),

– il-ġbir ta' informazzjoni mill-partijiet interessati esterni,

– l-irrekordjar tal-attivitajiet ta' verifika li jippermetti l-ikkontrollar mill-awdituri interni u l-awditur indipendenti?

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet istituzzjonali huma definiti u applikati b’mod ċar?

Ir-riżultati tal-verifika skont id-definizzjoni tal-legalità huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni l-partijiet interessati?

3.3. Verifika tas-sistemi ta' kontroll tal-katina tal-provvista

Jeżisti ambitu ċar li jistabbilixxi dak li għandu jiġi verifikat, li jkopri l-katina tal-provvista kollha, mill-ħsad sal-esportazzjoni. Il-metodu tal-verifika huwa dokumentat u jiżgura li l-proċess huwa sistematiku, trasparenti, ibbażat fuq l-evidenza, mwettaq f'intervalli regolari u jkopri dak kollu li huwa inkluż fl-ambitu, u jinkludi rikonċiljazzjoni regolari u mingħajr dewmien tad-dejta bejn kull stadju fil-katina.

Il-metodu tal-verifika ikopri totalment il-verifiki fuq il-kontrolli tal-katina tal-provvista?

Dan huwa speċifikat b’mod ċar fil-metodu tal-verifika?

X’evidenza hemm li turi l-applikazzjoni tal-verifika tal-kontrolli tal-katina tal-provvista?

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet istituzzjonali huma definiti u applikati b’mod ċar?

Ir-riżultati tal-verifika fuq il-kontroll tal-katina tal-provvista huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni l-partijiet interessati?

3.4. Nuqqas ta' konformità

Il-mekkaniżmu ta’ nuqqas ta’ konformità jagħmilha possibbli li wieħed jittratta kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit tal-verifika tal-legalità. Jeżisti mekkaniżmu effettiv u li jiffunzjona biex tiġi infurzata azzjoni xierqa u korrettiva fejn jiġu identifikati reati.

Is-sistema ta' verifika tiddefinixxi r-rekwiżit imsemmi hawn fuq?

Ġew stabbiliti mekkaniżmi biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità? Huma applikati fil-prattika?

Hemm rekords adegwati disponibbli dwar ir-reati identifikati u l-azzjoni korrettiva meħuda? L-effettività tal-azzjoni korrettiva hija evalwata?

Liema informazzjoni dwar il-ksur identifikat issir ta’ dominju pubbliku?

3.5. Ilmenti

Mekkaniżmu tal-ilmenti jagħmilha possibbli li wieħed jittratta kwalunkwe ilment relatat ma’ verifika ta’ legalità.

Jeżisti mekkaniżmu tal-ilmenti disponibbli għall-partijiet interessati kollha? Il-korpi tal-verifika għandhom mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jirċievu u jwieġbu għal oġġezzjonijiet minn partijiet interessati jew osservazzjoni indipendenti? Il-korpi tal-verifika għandhom mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jirċievu u jwieġbu għal ksur li jinkixef minn uffiċjali tal-Gvern?

Huwa ċar kif l-ilmenti jiġu riċevuti, dokumentati, eskalati (fejn ikun meħtieġ) u mwieġba?

4. Liċenzjar

Il-Liberja assenjat awtorità tal-liċenzji bir-responsabbiltà ġenerali għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. Il-liċenzji FLEGT jinħarġu fuq il-bażi ta’ konsenji individwali.

4.1. Organizzazzjoni

Liema korp huwa assenjat ir-responsabbiltà biex joħroġ il-liċenzji FLEGT?

Ir-rwoli tal-awtorità tal-liċenzji u l-persunal tagħha fir-rigward tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT huma definiti b’mod ċar u disponibbli pubblikament?

Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma definiti u l-kontrolli interni stabbiliti għall-persunal tal-awtorità tal-liċenzji?

Il-korp tal-liċenzjar għandu riżorsi adegwati biex iwettaq il-kompitu tiegħu?

4.2. Ħruġ ta’ liċenzji FLEGT

L-awtorità tal-liċenzji għandha proċeduri dokumentati għall-ħruġ tal-liċenzji?

Dawn huma disponibbli pubblikament, inklużi kwalunkwe miżati li jridu jitħallsu?

X’evidenza hemm li turi li dawn il-proċeduri huma applikati sew fil-prattika?

Hemm rekords adegwati disponibbli fuq il-liċenzji maħruġa u miċħuda?

Ir-rekords juru b’mod ċar l-evidenza li fuqha huwa bbażat il-ħruġ tal-liċenzji?

Ir-rekwiżti għal-liċenzji huma speċifikati b’mod ċar u disponibbli għall-esportatur?

L-esportaturi jifhmu għal kollox il-kriterji għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT?

Liema informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa issir ta’ dominju pubbliku?

4.3. Proċeduri sabiex jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar liċenzji maħruġa

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni jistgħu jiksbu kjarifika dwar il-liċenzji FLEGT maħruġa?

Ġew stabbiliti proċeduri ċari għal komunikazzjoni bejn l-awtorità tal-liċenzji u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni?

Hemm mezzi għal partijiet interessati nazzjonali jew internazzjonali oħra sabiex wieħed jistaqsi dwar il-liċenzji FLEGT maħruġa?

4.4. Mekkaniżmu għall-indirizzar tal-ilmenti

Jeżisti mekkaniżmu għall-indirizzar ta’ ilmenti u tilwim li jinħoloq mil-liċenzjar. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li wieħed jittratta kwalunkwe ilment relatat mal-operazzjoni tal-iskema tal-liċenzjar.

Jeżisti mekkaniżmu tal-ilmenti dokumentat disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

Huwa ċar kif l-ilmenti jiġu riċevuti, dokumentati, eskalati (fejn ikun meħtieġ) u mwieġba?

5. Istruzzjonijiet dwar l-awditjar tas-sistema indipendenti

L-awditjar indipendenti (IA) hija funzjoni li hija indipendenti mill-korpi regolatorji tal-Liberja għas-settur tal-forestrija. L-għan tagħha huwa li tipprovdi kredibilità lis-settur tal-liċenzjar FLEGT billi tikkontrolla li l-aspetti kollha tal-LAS qed joperaw kif intenzjonat.

5.1. Arranġamenti istituzzjonali 5.1.1. Deżinjazzjoni tal-awtorità

Il-Liberja awtorizzat formalment il-funzjoni tal-IA u tippermetti li din topera b’mod effettiv u trasparenti.

5.1.2. Indipendenza mill-elementi l-oħra tal-LAS

Hemm separazzjoni ċara bejn l-organizzazzjonijiet u l-individwi li huma involuti fil-ġestjoni jew ir-regolamentazzjoni tar-riżorsi tal-foresta u dawk involuti fl-IA.

Il-Gvern iddokumenta r-rekwiżiti għall-indipendenza tal-awditur indipendenti?

Id-dispożzzjonijiet jiddikjaraw li l-organizzazzjonijiet jew l-individwi miż-żewġ Partijiet li għandhom interess kummerċjali jew rwol istituzzjonali fis-settur tal-forestrija mhumiex eliġibbli li jwettqu l-funzjoni ta' awditur indipendenti?

5.1.3. Ħatra tal-awditur indipendenti

L-awditur indipendenti ġie maħtur permezz ta' mekkaniżmu trasparenti u jeżistu regoli ċari u disponibbli pubblikament fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu.

Il-Gvern għamel it-termini ta' referenza għall-awditur indipendenti disponibbli pubblikament?

Il-Gvern iddokumenta l-proċeduri ta' ħatra tal-awditur indipendenti u għamilhom disponibbli ppubblikament?

5.1.4. Mekkaniżmu għall-indirizzar tal-ilmenti

Jeżisti mekkaniżmu għall-indirizzar ta’ ilmenti u tilwim li jinħolqu mill-IA. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li wieħed jittratta kwalunkwe ilment relatat mal-operazzjoni tal-iskema tal-liċenzjar.

Jeżisti mekkaniżmu dokumentat għall-indirizzar tal-ilmenti li huwa disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

Huwa ċar kif l-ilmenti jiġu riċevuti, dokumentati, eskalati (fejn ikun meħtieġ) u mwieġba?

5.2. L-awditur indipendenti 5.2.1. Rekwiżiti organizzattivi u tekniċi

L-awditur indipendenti huwa indipendenti mill-komponenti l-oħra tas-sistema tal-verifika tal-legalità u għandu jopera skont struttura ta' ġestjoni dokumentata, politiki u proċeduri li jissodisfaw l-aħjar prattika aċċettata internazzjonalment.

L-awditur indipendenti jopera skont sistema ta' ġestjoni dokumentata li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Gwida ISO 17021 jew ta' standards simili?

5.2.2. Metodu ta’ awditjar

Il-metodu tal-IA għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza u l-verifiki mwettqa f'intervalli speċifiċi u frekwenti.

Il-metodu jispeċifika li s-sejbiet kollha iridu jiġu bbażati fuq evidenza objettiva fir-rigward tal-funzjonament tal-LAS?

Il-metodu tal-awditjar indipendenti jispeċifika l-intervalli massimi li fihom kull element tal-LAS ser jiġi verifikat?

Il-Gvern jipprovdi assigurazzjoni li l-IA jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni u riżorsi li jippernettu li jwettaq il-funzjoni tiegħu b’mod effettiv?

5.2.3. Ambitu tal-awditu

L-awditur indipendenti għandu jopera skont termini ta' referenza li jispeċifikaw b'mod ċar dak li għandu jiġi awditjat u li jkopru r-rekwiżiti kollha miftiehma għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Il-metodu tal-IA ikopri l-elementi kollha tal-LAS u jispeċifika t-testijiet ewlenin ta' effettività?

5.2.4. Rekwiżiti ta’ rapportaġġ

L-IA għandha tippreżenta rapport preliminari lill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (JIC). Ir-rapporti tal-awditur indipendenti u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħtieġa se jiġu diskussi fil-JIC.

It-termini ta' referenza tal-awditur indipendenti jispeċifikaw r-rekwiżiti ta’ rapportaġġ fir-rigward tar-rekwiżiti u l-intervalli tar-rapportaġġ?

It-termini ta' referenza tal-awditur u l-proċeduri tal-JIC jiddeskrivu l-proċedura għall-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-awditu?

6. Kriterji ta' evalwazzjoni tas-sistema stabbilita fl-unjoni ewropea biex jiġu aċċettati l-liċenzji FLEGT

Ir-Regolament FLEGT u l-miżuri ta' implimentazzjoni assoċjati jistabbilixxu proċeduri għall-istabbiliment tas-sistema ta' liċenzji FLEGT, inklużi l-proċeduri li jippermettu li jiġi vverifikat li l-prodotti tal-injam tal-Liberja intenzjonati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Unjoni huma koperti kif suppost minn liċenzja FLEGT. Dawn il-proċeduri jirrikjedu wkoll li l-Istati Membri tal-Unjoni jaħtru awtorità kompetenti li tidħol għal din ir-responsabbiltà.

Peress li dawn huma miżuri ġodda introdotti speċifikament biex tiġi implimentata s-sistema FLEGT, l-evalwazzjoni għandha teżamina l-grad ta' tħejjija tal-Unjoni għall-verifika tal-liċenzji FLEGT.

Ġew identifikati sewwa l-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea? Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata?

Ġew stabbiliti l-proċeduri għall-ipproċessar tal-liċenzji FLEGT f'kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea? Dawn il-proċeduri ġew ippubblikati?

Ġew stabbiliti liġijiet u regolamenti xierqa meta dan kien meqjus neċessarju mill-Istati Membri tal-Unjoni?

Ġew stabbiliti mezzi ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali?

Ġew stabbiliti proċeduri biex jippermettu li l-Unjoni, jew kwalunkwe persuna jew korp maħtur mill-Unjoni Ewropea, ikollha aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti, u biex tevita kwalunkwe problema li tista' tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' liċenzji FLEGT?

Ġew stabbiliti proċeduri biex jippermettu li l-awditur indipendenti jkollu aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti kollha?

Ġew negozjati metodi ta' rapportaġġ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Kummissjoni Ewropea? Il-proċeduri għall-pubblikazzjoni ta' dawn ir-rapporti ġew adottati?

Hemm proċeduri li jkopru l-każijiet fejn oġġetti akkompanjati minn liċenzja FLEGT ma ġewx aċċettati? Ġew stabbiliti proċeduri biex isir rapport fuq kwalunkwe kontradizzjoni fil-liċenzji u biex jiġu ttrattati reati?

Ġiet ippubblikata l-informazzjoni dwar il-multi fil-każijiet diversi ta' reati?

ANNESS VII

L-ISKEDA TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Din l-iskeda tindika fażijiet ewlenin fit-triq lejn l-implimentazzjoni tal-VPA. L-iżvilupp ta' sistemi, aktar żvilupp tal-qafas legali, l-infurzar tal-kapaċitajiet u miżuri oħra ta’ sostenn meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità nazzjonali u li tiffunzjona bis-sħiħ se jibdew ladarba l-VPA ikun ġie miftiehem u inizjalat. Madankollu, ir-ratifikazzjoni tal-VPA tista’ tieħu xi ftit taż-żmien u l-istruttura formali tal-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni u l-obbligi tar-rapportaġġ u l-monitoraġġ konsegwenti mhumiex se jidħlu fis-seħħ ħlief jekk il-VPA ikun ġie ratifikat miż-żewġ Partijiet u jidħol fis-seħħ, kif deskritt fl-Artikolu 31 tal-Ftehim. Sadanittant se jinħoloq mekkaniżmu għad-djalogu (Artikolu 19). Kif jintwera fl-iskeda indikattiva, l-attivitajiet ippjanati għall-2011 se jibdew ladarba l-VPA jiġi inizjalat.

Riżultati ewlenin || Fażijiet ewlenin (Attivitajiet) || 2011 || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017

|| || Fażi Preparatorja || Fażi Operazzjonali

Strutturi ta’ implimentazzjoni tal-VPA stabbiliti || Struttura interim tal-VPA tad-djalogu UE-Liberja stabbilita (qabel il-JIC) Kumitat interim tal-parti interessata stabbilit (eż. Il-Kumitat tat-Tmexxija għan-negozjati tal-VPA) || X X || || || || || ||

JIC stabbilit Ir-rapportaġġ tal-JIC stabbilit Rapporti annwali prodotti Proċeduri tal-JIC stabbiliti || || X X X X || X || X || X || X || X

Strutturi ta’ implimentazzjoni nazzjonali Mekkaniżmu(i) ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti stabbilit(i) Kumitat nazzjonali tal-partijiet interessati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-VPA stabbilit || || X X || || || || ||

Id-Dipartiment tal-Liċenzji tal-Liberja (LLD) mgħammar, mgħammar bil-persunal u operazzjonali || || || X || || || ||

Il-kapaċità mtejba || Pjan komprensiv fuq ħames snin ta’ taħriġ u investiment || X || || || || || ||

Implimentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment għall-infurzar tal-kapaċitajiet || || || X || X || X || X || X

It-taħriġ għas-settur kummerċjali privat || || X || X || X || || ||

Għajnuna lil operaturi tas-serrieq bil-katina fuq skala żgħira || || X || X || X || X || X ||

Għajnuna mis-soċjetà ċivili sabiex tiġi infurzata l-kapaċità ta’ komunitajiet || X || X || X || X || X || X ||

Mekkaniżmu finanzjarju stabbilit u riżorsi żgurati għall-implimentazzjoni effettiva tal-VPA || Mekkaniżmu stabbilit sabiex jiġi koordinat u mwassal is-sostenn tad-donatur estern u dak nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-VPA || X || X || || || || ||

L-iżvilupp tal-pjan tal-implimentazzjoni fuq perjodu taż-żmien qasir u twil li jimmira lejn is-sorsi potenzjali ta’ sostenn għall-azzjoni tal-VPA Is-sostenn żgurat || X || X X || X || || || ||

Finanzjament nazzjonali sostenibbli fuq perjodu taż-żmien fit-tul żgurat għall-operat tal-LAS || || || || || || X || X

Is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità: Il-verifika tal-legalità stabbilita || Is-sistemi żviluppati

Is-COCS riveduta sabiex tinkorpora r-rekwiżiti tal-VPA || || X || X || || || ||

Il-proċeduri tal-verifika tal-legalità li jinkorporaw rekwiżiti regolatorji ġodda żviluppati || || X || X || || || ||

Is-sistemi ta’ ġestjoni tad-dejta żviluppati sabiex jiġu inkorporati r-rekwiżiti tal-VPA || || X || X || || || ||

Il-proċeduri u l-gwida ddettaljata żviluppata għal zkuk abbandunati u injam ikkonfiskat || || X || X || || || ||

Il-proċeduri u l-gwida ddettaljata għall-injam importat || || X || X || || || ||

Is-suq domestiku u s-settur informali integrati fl-LAS Il-prodotti minn sorsi agrikoli integrati fl-LAS (injam tal-gomma u injam ieħor tal-pjantazzjoni) || || || X || || X || ||

Istituzzjonijiet imsaħħa || || || || || || ||

Fornitur tas-servizz estern (ESP) imqabbad Korp tal-gvern stabbilit sabiex jissorvelja l-kuntratt tas-servizz || X || X || || || || ||

L-infurzar tal-ESP u l-operat tal-LVD (inkluż il-ħidma mal-persunal tal-FDA issekondat għall-ESP) || || X || X || X || X || X ||

L-infurzar tal-kapaċità tal-ESP ta’ aġenziji differenti tal-gvern għall-verifika tal-legalità kif preskritt fil-proċeduri ddettaljati || || || X || X || || ||

It-trasferiment tal-funzjonijiet tal-verifika lil-LVD fl-FDA (it-trasferiment dettaljat fi stadji ewlenin għandu jiġi integrat fil-kuntratt) || || || || || X || X ||

Is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità: il-liċenzjar stabbilit || Proċeduri tal-liċenzjar żviluppati mL-LLD || || X || || || || ||

Permessi tal-esportazzjoni imwaqqfa b'mod gradwali u l-applikazzjoni tas-sistema l-ġdida tal-liċenzjar mil-LLD || || || X || || || ||

Il-liċenzji FLEGT għal esportazzjonijiet lejn l-UE u swieq oħra || || || || X || X || X || X

Mekkaniżmi għall-komunikazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti tal-UE stabbiliti || || || X || || || ||

Is-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità: awditu indipendenti stabbilit || Awditur indipendenti mqabbad || || X || || || || ||

Il-proċeduri tal-operat żviluppati u miftiehma mal-JIC || || || X || || || ||

L-awditi indipendenti inizjati u r-rapporti ppubblikati || || || X || X || X || X || X

Il-liċenzji FLEGT aċċettati fl-UE || Evalwazzjoni esterna tal-funzjonament tal-LAS u proċeduri tal-UE; aġġustamenti magħmula jekk ikun meħtieġ (ara Anness VI) || || || X || || || ||

JIC jikkonferma d-data meta l-UE tibda taċċetta liċenzji FLEGT || || || X || || || ||

LAS operazzjonali u l-UE taċċetta l-liċenzji || || || || X || || ||

Monitoraġġ tas-soċjetà ċivili stabbilit || L-infurzar tal-kapaċitajiet għas-soċjetà ċivili (CS) sabiex jitmexxa l-monitoraġġ || || X || X || || || ||

Il-monitoraġġ tas-CS imfassal fid-dettall || || X || || || || ||

Il-monitoraġġ tas-CS stabbilit || || || X || X || X || X || X

L-infurzar tal-liġi u l-qafas regolatorju mtejjeb || Ir-regolamenti komunitarji tal-foresti adottati Id-definizzjoni tal-legalità (LD) aġġornata || || X || X || || || ||

Ir-regolamenti tas-serrieq bil-katina adottati LD aġġornat || || X || X || || || ||

Ir-regolamenti fuq iz-zkuk abbandunati f’żoni tal-konċessjoni adottati || || || X || || || ||

Ir-regolamenti fuq l-Injam fi tranżitu adottati Il-proċeduri u l-gwida ddettaljata għall-Injam fi tranżitu adottati || || X || X X || || || ||

Ir-regolamenti fuq l-importazzjonijiet tal-injam adottati || || || X || || || ||

Ir-Regolamenti għall-injam ikkonfiskat adottati || || || X || || || ||

L-irfinar tal-proċeduri għall-ftehimiet soċjali u dispożizzjonijiet soċjali u ambjentali oħra fis-seħħ || || X || X || || || ||

Emendi lil-LD || || || X || || || || X

Reviżjoni tar-regolamenti fil-qafas tal-LD, abbażi ta’ esperjenza prattika ta’ implimentazzjoni tal-LAS || || || || || || X ||

Il-kapaċità tal-infurzar tal-liġi msaħħa || || || X || X || X || ||

Ir-regolament u l-monitoraġġ tas-suq domestiku stabbilit || Il-proċeduri għall-verifika legali għas-suq domestiku stabbiliti fl-LAS (integrazzjoni għall-verifika tal-legalità u fis-COCS) || || || X || X || || ||

L-istabbiliment ta’ sistema tal-ġbir ta’ informazzjoni || || || || X || || ||

Il-valutazzjoni ta’ kontribuzzjoni mis-settur informali lill-ekonomija nazzjonali (lokali) (monitoraġġ regolari se jiġi stabbilit sussegwentement) || || || || || || X ||

It-taħriġ ta’ operaturi tas-serrieq bil-katina sabiex jaħdmu skont ir-regolamenti u proċeduri ġodda || || || X || X || X || X || X

Il-monitoraġġ tal-impatt tal-VPA || L-organizzazzjoni(jiet) tal-monitoraġġ għall-istudji bażi mqabbda || || X || || || || ||

Il-qafas tal-monitoraġġ miftiehem mill-JIC || || X || || || || ||

Il-monitoraġġ tar-rutina, bir-rapportaġġ lill-JIC || || || X || X || X || X || X

Il-komunikazzjoni || Pjan ta’ komunikazzjoni għall-ħolqien ta’ kuxjenza pubblika bil-kostijiet ikkalkolati mħejji (P) u implimentat (I) || || P || I || I || I || I || I

Wirjiet ta’ kummerċ ma’ msieħba tal-kummerċ sabiex jiġu promossi l-benefiċċji tal-injam bil-liċenzja FLEGT || || || X || || X || || X

Siti ta’ informazzjoni pubbliċi u l-kapaċità stabbilita (ara Anness IX) || X || X || X || || || ||

Linji gwida għall-iżvilupp ta' ftehimiet soċjali || X || X || || || || X ||

Il-gwida mmirata għall-konformità mal-LAS għal partijiet interessati differenti || || X || X || X || X || ||

Il-monitoraġġ tal-VPA u r-rapporti tal-JIC ippubblikati || || X || X || X || X || X || X

ANNESS VIII

MIŻURI TA’ SOSTENN

1. L-isfond

Is-settur tal-forestrija fil-Liberja huwa fi proċess ta’ rkupru u żvilupp mill-ġdid wara t-tneħħija tas-sanzjonijiet tan-NU kontra l-qtugħ tas-siġar fl-2006. Il-qafas leġiżlattiv ġdid huwa fis-seħħ u ż-żoni tal-foresti ġew identifikati għall-konservazzjoni u għal operazzjonijiet kummerċjali u komunitarji tal-foresti. Qed jiġu żviluppati regolamenti ġodda sabiex jiġi rregolat is-settur informali, magħruf bħala "il-qtugħ tas-siġar bis-serrieq bil-katina", li jforni prinċipalment lis-suq domestiku.

Analiżi tal-kapaċità tas-servizzi tal-gvern, l-operaturi fis-settur privat u s-soċjetà ċivili sabiex jitwettqu funzjonijiet preskritti fl-oqsfa legali u politiċi l-ġodda, imwettqa f’Diċembru 2010 bi tħejjija għall-VPA, tenfasizza lakuna kbira bejn il-funzjonijiet intenzjonati u l-kapaċità attwali. L-operat effettiv tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità (LAS) deskritt f’dan il-Ftehim se jeħtieġ kapaċità imsaħħa għal funzjonijiet regolatorji ewlenin flimkien mat-titjib fis-sistemi deskritti fl-Anness II ta' dan il-Ftehim.

Il-Liberja se tieħu firxa ta’ miżuri ta’ sostenn, kif indikat fl-Artikolu 15(1) ta’ dan il-Ftehim, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra ta’ żvilupp sabiex dan il-Ftehim jiġi implimentat b’mod effettiv. Dawn jinkludu miżuri sabiex:

(a)     jiġu stabbiliti miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva;

(b)     l-infurzar tal-kapaċità ta’ partijiet interessati ewlenin;

(c)     tiġi stabbilita s-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità;

(d)     jissaħħaħ il-qafas legali u regolatorju;

(e)     jiġi mmonitorjat il-kummerċ domestiku fl-injam u l-importanza tiegħu għall-ekonomija nazzjonali;

(f)      jiġi mmonitorjat l-impatt tal-VPA, inkluż fuq komunitajiet u operaturi tas-settur privat;

(g)     tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-VPA;

(h)     ikun hemm komunikazzjoni mal-partijiet interessati nazzjonali u internazzjonali;

(i)      jiġi aġġornat il-qafas strateġiku għas-settur tal-foresti.

Miżuri ta’ sostenn possibbli jiġu deskritti hawn taħt. Dawn se jiġu żviluppati aktar fi pjanijiet ta' azzjoni ddettaljati, inkluż skedi ta' investiment, fi stadju bikri tal-implimentazzjoni tal-VPA.

2. Strutturi ta’ implimentazzjoni

Strutturi istituzzjonali se jiġu stabbiliti sabiex jiġi permess l-operat bla xkiel u l-koordinazzjoni bejn korpi tal-gvern u mhux tal-gvern involuti fl-implimentazzjoni tal-VPA. B’mod partikolari, bl-użu ta' strutturi eżistenti se jinħolqu żewġ dipartimenti ġodda fi ħdan l-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Forestrija (FDA), id-Dipartiment Liberjan tal-Verifika (LVD) u d-Dipartiment tal-Liċenzji tal-Liberja (LLD). Mekkaniżmu għall-koordinazzjoni bejn l-aġenziji tal-gvern u ż-żieda fil-kapaċità fid-dipartimenti eżistenti sabiex jieħdu ħsieb funzjonijiet ġodda se jkun prijorità waħda għall-ewwel sena. B’mod partikolari, struttura li timmaniġġja l-kuntratt estern tas-sistema tal-verifika/il-katina tal-kustodja (COCS) se tiġi stabbilita fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni. Bi tħejjija għall-implimentazzjoni, is-sostenn tekniku sabiex tiġi ppjanata u infurzata l-kapaċità meħtieġa se jkun prijorità (eż. deskrizzjonijiet tal-impjiegi tal-persunal, ir-reklutaġġ, l-impenn ta’ esperti u komunikazzjonijiet bejn l-aġenziji bejn l-FDA u aġenziji oħra eż. l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent u l-Ministeri tal-Kummerċ u l-Industrija, ix-Xogħol, l-Agrikoltura u l-Finanzi (l-Uffiċċju tal-Konċessjonijiet u l-Uffiċċju tad-Dwana)).

3. L-infurzar tal-kapaċità

L-infurzar tal-kapaċità se jkun meħtieġ għall-partijiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-VPA. L-ippjanar għal dan għandu jqis is-sostenn tas-settur attwali u ppjanat, kif indikat fl-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim. L-infurzar tal-kapaċità jħaddan: (a) taħriġ tekniku għal aġenziji tal-gvern, b'mod partikolari l-FDA, l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Ambjent u d-Dwana; (b) it-taħriġ għall-persunal tal-FDA li qed jaħdem mal-fornitur tas-servizz estern; (c) it-taħriġ għal gruppi tas-soċjetà ċivili sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tal-LAS u jgħinu lil komunitajiet sabiex jipparteċipaw f’azzjoni relatata mal-forestrija; (d) għajnuna għal gruppi ta’ dawk li jaqtgħu is-siġar bis-serrieq bil-katina fil-ħiliet ta’ formazzjoni kooperattiva u tekniċi; (e) it-taħriġ fil-ġestjoni tal-informazzjoni għal-LAS u l-kapaċità ta’ rutina li tiġi analizzata u ppubblikata l-informazzjoni fis-settur; u (f) l-kapaċità miżjuda bil-għan tat-teknoloġija, inkluża l-provvista ta’ tagħmir adegwat, is-softwer u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni.

Sabiex jiġi ggwidat il-kompitu sinifikanti tal-infurzar tal-kapaċità u bl-użu tal-analiżi fuq il-lakuna tal-kapaċità mwettqa f’Diċembru 2010, il-Liberja se tiżviluppa pjan ta' taħriġ komprensiv u kkalkolat fuq ħames snin, li jirrifletti inizjattivi attwali jew ippjanati, jiddifferenzja bjen taħriġ fuq il-post mill-fornitur tas-servizz tal-verifika/is-COCS u taħriġ ieħor meħtieġ u li jidentifika taħriġ li jista’ jiġi kopert minn inizjattivi eżistenti u għal liema huwa meħtieġ taħriġ addizzjonali mfassal apposta għar-rekwiżiti tal-VPA.

Barra minn hekk, il-Liberja se tiżviluppa pjan ta’ investiment ta’ ħames snin, li jidentifika t-tagħmir meħtieġ u l-kostijiet tal-operat tiegħu, il-kostruzzjoni jew l-arranġament mill-ġdid u l-manutenzjoni tal-faċilità, investimenti li se jiġu akkwistati mill-fornitur tas-servizz għat-tranżizzjoni eventwali, dawk akkwistati taħt inizjattivi ffinanzjati eżistenti u dawk li jkunu jeħtieġu finanzjament addizzjonali. Kif indikat fl-Artikolu 15, il-Partijiet se jaħdmu flimkien skont arranġamenti eżistenti sabiex jiżguraw ir-riżorsi meħtieġa għal dan l-infurzar tal-kapaċità,

4. Mekkaniżmi ta’ finanzjament

Baġits dettaljati għall-miżuri kollha deskritti f’dan l-Anness jeħtieġ li jiġu żviluppati u l-finanzjament irranġat. Dan tal-aħħar se jinkludi d-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni li l-Liberja tista’ tipprovdi mir-riżorsi tagħha stess, l-istabbiliment ta’ dak li se jkun meħtieġ minn donaturi u l-identifikazzjoni u l-impenn ta’ donaturi potenzjali. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ twassil finanzjarju;

(b)     l-iżvilupp ta’ baġit komprensiv fuq perjodu taż-żmien fil-qosor u fit-tul u proposti ddettaljati u sorsi għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-VPA;

(c)     l-identifikazzjoni ta’ sostenn mir-riżorsi tal-Liberja u s-sostenn meħtieġ mill-Unjoni u msieħba oħra ta' żvilupp, inkluża l-koordinazzjoni ta' sostenn tad-donatur eżistenti fejn rilevanti;

(d)     il-ġbir ta’ fondi.

5. L-istabbiliment tal-LAS

L-LAS se jibni fuq sistemi u strutturi eżisteni li diġà qed joperaw fil-Liberja. Is-sostenn huwa meħtieġ sabiex jittejbu sistemi sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mad-definizzjoni tal-legalità fl-Anness II, permezz tal-proċeduri deskritti fl-istess Anness. Il-miżuri ta’ sostenn se jiffokaw fuq azzjoni meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità funzjonali fuq numru ta’ aġenziji differenti tal-gvern u mal-introduzzjoni ta' awditjar indipendenti. Jinvolvu l-istabbiliment tal-funzjoni tal-verifika tal-legalità, is-sistema tal-liċenzji FLEGT u l-funzjoni tal-awditjar indipendenti u t-titjib tas-COCS eżistenti sabiex jiġu sodisfatti rekwiżiti tal-LAS.

5.1. L-istabbiliment tas-sistema tal-verifika tal-legalità

Il-Liberja se tqabbad fornitur tas-servizz estern sabiex tibni, topera, u tittrasferixxi l-verifika tal-legalità u s-COCS fuq perjodu ta’ ħames snin. Parti ċentrali tal-kompitu tkun l-infurzar tal-kapaċità ta’ aġenziji tal-gvern sabiex iwettqu l-funzjonijiet meħtieġa. Il-fornitur tas-servizz estern se jaħdem direttament mal-persunal tal-FDA issekondat fis-servizz tagħhom li, maż-żmien, se jsir l-LVD. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     l-impenn ta’ rappreżentant kwalifikat tal-klijent sabiex jgħin bit-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati u dokumenti ta’ kuntratti għall-fornitur tas-servizz u bi proċeduri tas-selezzjoni;

(b)     l-irriklamar għar-riċezzjoni, is-selezzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti għall-fornitur tas-servizz;

(c)     in-negozjar ta' kuntratt mal-fornitur tas-servizz fuq bażi ta’ ibni-opera-ittrasferixxi;

(d)it-trasferiment tal-persunal rilevanti tal-FDA għall-fornitur tas-servizz;

(e)     l-istabbiliment ta’ struttura ta’ superviżjoni sabiex jiġi monitorjat il-fornitur tas-servizz;

(f)      il-bini u l-operat tal-LAS deskritt fl-Anness II għal dan il-Ftehim;

(g)     l-integrazzjoni tal-proċessi tal-istabbiliment u l-produzzjoni tal-laqx tal-injam tal-gomma fis-COCS;

(h)     l-integrazzjoni ta’ injam importat u injam ikkonfiskat fis-COCS;

(i)      l-estensjoni tal-LAS sabiex tinkludi l-injam prodott għas-suq domestiku;

(j)      it-trasferiment ta’ sistemi operati mill-fornitur tas-servizz lill-FDA.

5.2. L-istabbiliment tad-Dipartiment tal-Liċenzi tal-Liberja

L-FDA se tistabbilixxi Dipartiment tal-Liċenzji li se jkun responsabbli għall-għoti tal-liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet kollha. Se tiżviluppa l-proċeduri ddettaljati għal-liċenzji FLEGT u tiżgura l-koerenza ma' proċeduri ta' esportazzjoni, filwaqt li jwaqqfu gradwalment is-sistema attwali tal-permessi tal-esportazzjonijiet kif issir operattiva s-sistema tal-liċenzji FLEGT. Għal dan il-għan, il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     b'għajnuna esperta kif xieraq, l-iżvilupp ta’ rutini addizzjonali sabiex tiġi aġġustata s-sistema attwali tal-permess ta’ esportazzjoni għal liċenzji FLEGT;

(b)     l-istabbiliment tad-Dipartiment fi ħdan l-FDA;

(c)     ir-reklutaġġ tal-persunal u konsulent tekniku;

(d)     l-abbozzar ta’ regolamenti dwar il-liċenzjar tal-esportazzoni;

(e)     it-tneħħija gradwali ta’ permessi ta’ esportazzjoni;

(f)      il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT;

(g)     l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-komunikazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti tal-UE.

5.3. L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ Awditjar Indipendenti

Kif indikat fl-Anness V għal dan il-Ftehim, il-Liberja se tqabbad awditur indipendenti (IA) sabiex jiżgura l-operat bla xkiel tal-LAS u sabiex jislef kredibbiltà lis-sistemi, b’mod partikolar għas-swieq internazzjonali. Il-Liberja se tqabbad l-Awditur Indipendenti f’konsultazzjoni mal-Unjoni wara l-proċeduri tal-akkwist tal-Liberja u wara l-gwida stabbilita fl-Anness V. Għal dan il-għan, azzjonijiet ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     ir-reklamar għal Aditur Indipendenti u s-selezzjoni tiegħiu u n-negozjar miegħu;

(b)     l-iżvilupp ta’ proċeduri dettaljati għall-Awditjar Indipendenti biex jiġu maqbula mal-Kumitat Konġunti tal-Implimentazzjoni (JIC);

(c)     il-bidu ta’ awditi indipendenti;

(d)     l-istabbiliment tal-kapaċità għar-reviżjoni u r-rapportaġġ.

5.4. Ir-reviżjoni esterna tal-LAS operattiv

Kif indikat fl-Anness VI għal dan il-Ftehim, l-LAS se tkun soġġetta għal evalwazzjoni teknika indipendenti qabel ma s-sistema tal-liċenzjar issir operattiva għal kollox u qabel ma l-awtoritajiet tal-UE jaċċettaw liċenzji FLEGT. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     it-tmexxija ta’ evalwazzjoni indipendenti tal-LAS, ir-reviżjoni ta’ riżultati u l-aġġustament ta’ sistemi jekk ikun meħtieġ;

(b)     l-infurmar tal-JIC bir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-qbil dwar data meta l-iskema tal-liċenzjar se ‘tibda taħdem’ u l-awtoritajiet tal-UE se jkunu meħtieġa li jivverifikaw liċenzji FLEGT qabel id-dħul fis-suq tal-Unjoni.

6. It-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u l-qafas regolatorju

B’mod parallel għall-implimentazzjoni tal-LAS, il-Liberja se teżamina l-effiċjenza tas-sistema tal-infurzar u regolatorja u l-koerenza tal-qafas legali applikabbli għas-settur tal-forestrija u tintroduċi titjib fejn ikun meħtieġ. L-iżvilupp tad-definizzjoni tal-legalità u l-konsultazzjonijiet u l-ittestjar fuq il-post li seħħew matul l-iżvilupp tagħha żvelaw xi oqsma tar-regolamenti li jeħtieġu aktar emendi sabiex tiġi provduta gwida ċara għall-operaturi ekonomiċi. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     il-provvista għal reviżjoni regolatorja wara ħames snin ta’ implimentazzjoni tal-LAS li se tippermetti żmien sabiex jiġi identifikat tħassib prattiku fl-applikazzjoni u l-verifika tal-konformità legali;

(b)     It-titjib tal-oqsma li ġejjin tal-qafas legali; il-linji gwida għan-negozjar ta’ Ftehimiet Soċjali; ir-regolamenti komunitarji tal-forestrija; il-proċeduri għall-ġestjoni taz-zkuk abbandunati; il-proċeduri għall-ġestjoni tal-injam ikkonfiskat minħabba fil-ksur tal-liġi; il-linji gwida dwar kif skemi indipendenti ta' ċertifikazzjoni se jiġu integrati fl-LAS; il-proċeduri sabiex tiġi prodotta l-lista ta' esklużjoni; il-proċeduri sabiex jiġi ntraċċat l-injam permezz ta' faċilitajiet tal-ipproċessar; ir-regolamenti dwar l-aċċess tal-parti terza u l-użu tar-riżorsi f'żona tal-konċessjoni; ir-regolament tal-qtugħ tas-siġar bis-serrieq bil-katina; ir-regolamenti għall-importazzjoni tal-injam u l-injam fi tranżitu ; it-titjib tal-proċessi tal-EIA u l-ġestjoni ambjentali fi ħdan iż-żoni tal-kuntratt tal-injam;

(c)     it-tisħiħ tar-regolamenti dwar is-sikurezza u l-benessri ta’ ħaddiema involuti fl-industrija tal-qtugħ tas-siġar;

(d)     kwalunkwe aġġustament mill-ġdid meħtieġ tat-tabella tal-verifika tal-legalità deskritta fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim bħala riżultat tal-bdil fil-liġijiet u r-regolamenti.

7. Il-monitoraġġ tas-suq tal-injam domestiku

Is-suq domestiku għall-injam huwa importanti ħafna għall-ekonomija nazzjonali, iżda ma jinftehimx tajjeb u fil-biċċa l-kbira tiegħu mhuwiex irregolat. Il-Liberja se tadotta regolamenti ġodda, li jgħinuha taħdem ma' operaturi tas-serrieq bil-katina fuq skala żgħira. Il-produzzjoni għall-kummerċ domestiku se tiġi integrata fl-LAS u miżuri regolatorji se jiġu adottati sabiex tiġi żgurata regolamentazzjoni aħjar, kummerċ ġust u salvagwardji ambjentali f’dak li attwalment huwa settur informali li qed jopera barra mis-sistema regolatorja. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     l-organizzazzjoni tas-suq tal-injam domestiku;

(b)     it-titjib tal-qafas legali relatat mas-suq tal-injam domestiku;

(c)     l-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni;

(d)     l-istabbiliment ta’ sistema xierqa ta’ traċċabbiltà għall-injam mibjugħ fis-suq domestiku;

(e)     l-integrazzjoni tal-bejgħ tal-injam domestiku fl-LAS.

8. Il-monitoraġġ tal-impatt tal-impatti tal-VPA

Il-monitoraġġ tal-impatt soċjali, ambjentali u tas-suq tal-VPA, inġenerali u b'enfasi partikolari fuq komunitajiet dipendenti fuq il-foresti huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-VPA qed iwassal l-għanijiet intenzjonati tiegħu. Għal dan il-għan, miżura ewlenija tista’ tinkudi: it-tfassil ta' qafas ta' monitoraġġ, inkluż linji bażi u indikaturi miftiehma li jkopru elementi bħal: it-titjib fl-istrutturi ta’ governanza; l-allokazzjoni tad-dritt tal-użu tal-foresti; il-ftehimiet soċjali u l-qsim tal-benefiċċji ma' komunitajiet affettwati; il-volumi ta' injam irregolat imqabbel mal-volumi li għadhom mhumiex irregolati; l-evidenza tal-infurzar tal-liġi; il-volumi ta' injam ikkonfiskat u xi jsir minnu; l-effiċjenza tal-qbid tad-dħul; l-effiċjenza tal-iżborż tad-dħul lil komunitajiet affettwati; is-swieq għall-injam tal-Liberja u l-impatt tal-VPA fuq il-kompetittività tiegħu. Il-JIC se jistabbilixxi monitoraġġ effettiv kif indikat fl-Anness X għal dan il-Ftehim.

9. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-VPA

Il-JIC se jkollu responsabbiltà ġenerali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-VPA. Din se tinkludi r-reviżjoni u l-azzjoni bi tweġiba għar-rapporti tal-Awditjar Indipendenti, u reviżjonijiet tal-monitoraġġ tal-impatt deskritt hawn fuq. Barra minn hekk, partijiet interessati oħra inkluż is-soċjetà ċivili, se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-VPA u, b’hekk, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tal-LAS. Il-JIC se jirċievi rapporti minn partijiet interessati u jiżgura li mekkaniżmu effettiv tal-ilmenti huwa fis-seħħ għall-indirizzar tal-problemi identifikati. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     is-sostenn tal-kumitat nazzjonali ta’ monitoraġġ ta’ partijiet interessati multipli deskritt fl-Artikolu 16 għal dan il-Ftehim billi jinżammu konsultazzjonijiet pubbliċi regolari miftuħa dwar l-implimentazzjoni tal-VPA, fejn il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħtu t-tagħrif informattiv;

(b)     il-monitoraġġ permezz tas-soċjetà ċivili, inkluż l-iżgurar li t-tħassib fuq livell komunitarju jiġi artikolat u komunikat lil-LVD, LLD u IA, il-kumitat nazzjonali tal-partijiet interessati multipli u lil JIC.

10. Il-komunikazzjoni

Il-komunikazzjoni ssostni l-implimentazzjoni tal-VPA u hija essenzjali sabiex tirrimedja d-dehra negattiva tas-settur meta jitqies l-isfond storiku diffiċli tal-Liberja u l-industrija tal-injam tagħha. Il-VPA huwa opportunità li wieħed jaħdem lejn it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-legalità. Il-valur tal-komunikazzjoni dwar l-isforzi tal-gvern fit-titjib tal-governanza fis-settur tal-foresti ma jistax jiġi enfasizzat biżżejjed. Il-VPA se jaffettwa mhux biss l-amministrazzjoni, iżda anke gruppi ta’ partijiet interessati differenti u l-pubbliku aktar wiesa’ u għalhekk jirrikjedi strateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva li se tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar il-VPA, l-impatt u l-benefiċċji tiegħu, mhux biss f'termini ekonomiċi, iżda anke f’termini ambjentali u soċjali. Il-komunikazzjoni dwar l-azzjoni ppjanata u l-kisbiet taħt il-VPA se timmira sabiex:

(a)     tinkoraġġixxi l-involviment u tiggarantixxi l-koerenza ta’ azzjonijiet minn diversi partijiet interessati;

(b)     tiżgura l-aċċess pubbliku għal informazzjoni sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ;

(c)     tippromwovi d-dehra tal-injam Liberjan fis-suq internazzjonali;

(d)     tiżgura s-sostenn pubbliku għall-azzjoni meħuda mil-Liberja sabiex tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti u l-ġestjoni tal-komunitajiet li jiddependu fuqha; u

(e)     tippromwovi l-benefiċċji ta’ VPA fost il-partijiet interessati u l-pubbliku aktar wiesgħa.

Għal dan il-għan, il-Liberja se ssostni miżuri sabiex tiżgura l-komunikazzjoni effettiva tal-ambizzjoni u r-riżultati tal-VPA. Il-miżuri ewlenin jistgħu jinkludu:

(a)     it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni bil-għan li tinħoloq kuxjenza pubblika permezz ta' midja moderna u tradizzjonali sabiex il-pubbliku u l-kummerċ tal-injam jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tal-VPA u l-impatt u l-benefiċċi tiegħu;

(b)     l-identifikazzjoni ta’ gruppi fil-mira xierqa u t-tfassil ta’ messaġġi speċifiċi stampati u elettroniċi dwar il-VPA għal kull udjenza fil-mira b’aġġornamenti regolari;

(c)     l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-iskambju tal-informazzjoni għal tixrid konsistenti tal-informazzjoni lil imsieħba domestiċi u internazzjonali, inkluż il-konsiderazzjoni jekk għandhiex tiġi allokata fl-istruttura ġenerali tal-implimentazzjoni;

(d)     l-organizzazzjoni tal-kummerċ turi l-involviment ta' imsieħba prospettivi fil-kummerċ sabiex jiġu promossi l-benefiċċji tal-injam bil-liċenzja FLEGT;

(e)     it-tqegħid ta’ sistemi fis-seħħ għall-awtoritajiet tal-gvern xierqa sabiex tiġi ppubblikata l-informazzjoni u sabiex iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, kif indikat fl-Anness IX.

ANNESS IX

INFORMAZZJONI PUBBLIKA U MIŻURI TA’ TRASPARENZA

F’konformità max-xewqa tal-Gvern tal-Liberja li jadotta ġestjoni tar-riżorsi naturali trasparenti u responsabbli, kif muri permezz tal-implimentazzjoni skrupluża tal-Inizjattiva tat-Trasparenza tal-Industriji ta’ Estrazzjoni (EITI), il-Partijiet jaqblu li l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni u miżuri oħra ta' trasparenza hija essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-VPA, kif indikat fl-Artikolu 21 ta' dan il-Ftehim. F’dan id-dawl, iż-żewġ Partijiet huma marbutin li jippubblikaw regolarment l-informazzjoni kollha ta’ interess lill-partijiet interessati u informazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-VPA. Dan l-Anness jiddeskrivi l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata mill-Gvern tal-Liberja jew li tista' ssir disponibbli lill-pubbliku taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni mill-Gvern tal-Liberja.

1. Kategoriji ta’ informazzjoni li se jiġu ppubblikati bħala rutina

L-informazzjoni li ġejja deskritta hawn taħt se ssir disponibbli lill-pubbliku permezz ta' pubblikazzjoni regolari, kif deskritt fit-Taqsimijiet 2.5 u 2.6 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-2010. L-informazzjoni tista’ tiġi provduta permezz ta’ diversi mezzi skont in-natura tal-informazzjoni u l-udjenza fil-mira, pereżempju:

(a)     Websajts:

(b)     Pjattaforma ta’ implimentazzjoni ta’ partijiet interessati multipli;

(c)     Laqgħat pubbliċi;

(d)     Konferenzi stampa

(e)     Radju u gazzetti nazzjonali

(f)      Fuljetti u revisti

Kif indikat fl-Anness VIII se tiġi żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva sabiex jiġi sostnut it-tixrid ta' informazzjoni lill-partijiet interessati kollha permezz tal-mezzi l-aktar xierqa.

1.1. Informazzjoni relatata speċifikament mal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja

(a)     Il-VPA u l-Annessi kollha tiegħu

(b)     Rapporti prodotti mill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (JIC), li jridu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

· In-numru ta’ liċenzji FLEGT maħruġa mil-Liberja;

· In-numru ta’ applikazzjonijiet irrifjutati għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji FLEGT;

· Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-proċess tal-liċenzji FLEGT fil-Liberja u miżuri meħuda sabiex jiġu indirizzati dawn il-każijiet;

· Il-kwantitajiet annwali tal-injam u prodotti tal-injam esportati lejn l-Unjoni;

· In-numru ta’ liċenzji FLEGT irċevuti mill-Unjoni;

· Il-kwantitajiet tal-injam u prodotti tal-injam importati fl-Unjoni taħt l-iskema tal-liċenzji FLEGT, mill-Istat Membru tal-UE li fih tkun seħħet l-importazzjoni.

(c)     Rapporti prodotti mill-awditur indipendenti;

(d)     Proċeduri li jiggwidaw il-funzjonament tal-JIC;

(e)     Aide-memoires u rapporti oħra mill-JIC, inkluż il-monitoraġġ u; (e)        l-istudji tal-impatt kif indikat fl-Anness X;

(f)      Proċeduri u termini ta’ referenza li jiggwidaw il-funzjonament tal-kumitat nazzjonali         tal-partijiet interessati għall-monitoraġġ tal-VPA;

(g)     Linji gwida għall-konformità tal-LAS li jiggwidaw partijiet interessati differenti;

(h)     Linji gwida għal ftehimiet soċjali.

1.2. Informazzjoni dwar il-ġestjoni tas-settur tal-forestrija

(a)     Informazzjoni dwar u dokumenti minn aġenziji tal-gvern li jeżerċitaw sorveljanza fuq is-settur tal-forestrija u li huma meħtieġa taħt l-arranġamenti ta' pubblikazzjoni deskritti fit-Taqsimiet 2.1-2.3 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-2010, sabiex din l-informazzjoni ssir disponibbli bħala rutina, inkluż:

· Leġiżlazzjoni ta' abilitazzjoni tal-aġenzija tal-gvern jew l-awtorità;

· Il-politika eżistenti, il-proċeduri u r-regoli tagħha

· il-baġits tagħha;

· Il-kontijiet finanzjarji tal-aġenzija jew l-awtorità

· l-organigramma tagħha, inklużi linji ta’ rapportaġġ;

· Kuntratti materjali;

· Il-proċedura għall-appell kontra deċiżjonijiet mill-awtorità jew l-uffiċjali tagħha;

· Riżoluzzjonijiet tal-bord tad-diretturi;

· Rapporti tal-awditi;

· Kummenti pubbliċi, rapporti, strateġiji u manwali relatati mas-setturi tal-forestrija, skont it-Taqsima 18.15 tal-Liġi Nazzjonali tar-Riforma tal-Foresti.

(b)     Il-proċeduri kollha ta’ leġiżlazzjoni, regolamenti u ta' operat li jkunu ġew promulgati mill-Gvern tal-Liberja. Dan jinkludi l-aspetti kollha tal-qafas regolatorju li huma msemmija fid-definizzjoni tal-legalità Liberjana fl-Anness II għal dan il-Ftehim.    

1.3. Informazzjoni dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-foresti

(a)     Liċenzji tal-foresti maħruġa, inklużi l-kuntratti tal-bejgħ tal-injam (TSC), il-kuntratti tal-ġestjoni tal-foresti (FMC) ftehimiet u permessi għall-operazzjonijiet u għall-ipproċessar tal-prodotti tal-injam, inkluż il-permess tal-użu tal-foresti (FUP) u l-permess tal-użu privat (PUP);

(b)     Ftehimiet ta’ kuntratti ta’ konċessjoni agrikola li jappartjenu għall-prodotti elenkati fl-Anness I;

(c)     Dokumenti relatati ma’ proċedura tal-offerti kompetittiva: Ir-rapport tal-bord tal-evalwazzjoni qabel il-kwalifikazzjoni;

(d)     Il-kuntratti tal-konċessjoni mogħtija;

(e)     Il-ftehimiet soċjali bejn komunitajiet tal-foresti u d-detenturi kollha tal-kuntratti jew il-permessi;

(f)      Mapep ta’ foresti komunali u ż-żoni tagħhom;

(g)     Il-lista u mapep tat-TSCs, PUPs, FUPs u FMCs mogħtija.

1.4. Informazzjoni dwar il-produzzjoni tar-riżorsi tal-foresti

(a)     Volumi u valuri monetarji (kif determinat mil-listi tal-prezzijiet tal-FOB approvati) tar-riżorsi tal-foresti maħsuda, prodotti tal-foresti pproċessati u prodotti tal-foresti esportati, rrapportati bħala:

· produzzjoni annwali totali,

· skont l-ispeċijiet prodotti taħt kull liċenzja tar-riżorsi tal-foresti

(b)     Volum annwali ta’ injam u prodotti derivati importati fil-Liberja jew li jgħaddu mil-Liberja.

1.5. Informazzjoni dwar miżati u dħul mill-foresti

(a)     Skeda tal-miżati u t-taxxi kollha relatati mal-forestrija;

(b)     prezzijiet FOB.

1.6. Informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi f’żoni tal-konċessjoni

(a)     Penali imposti u l-lista ta' dawk li fil-fatt ħallsu u dawk li ma ħallsux jew ma kkonformawx;

(b)     Volum annwali tal-prodotti tal-injam mibjugħa f’irkant pubbliku u l-valur monetarju tal-bejgħ.

2. Informazzjoni disponibbli lill-pubbliku meta tintalab taħt l-att dwar il-libertà tal-informazzjoni

Il-proċeduri għall-għoti ta’ aċċess għall-informazzjoni, ir-rekords, jew id-dokumenti taħt dan l-Anness se jsegwu l-proċeduri deskritti fil-Kapitolu 3, Taqsimiet 3.1-3.14 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

2.1. Informazzjoni dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-foresti

(a)     Dokumenti relatati mal-prekwalifikazzjoni li se jsiru disponibbli mat-talba wara li jitlesta l-proċess tal-prekwalifikazzjoni

· Lista ta’ kumpaniji prekwalifikati.

(b)     Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ offerti kompetittivi li se jkunu disponibbli mat-talba wara li l-offerta rebbieħa tkun ġiet magħżula u kull min issottometta offerta jkun ġie notifikat:

· Dokumenti tal-offerti;

· Ir-rapport tal-bord tal-evalwazzjoni tal-offerta.

(c)     Lista' ta' persuni pprojbiti (jiġifieri persuni pprojbiti milli jżommu interessi f’kumpaniji tal-qtugħ tas-siġar kummerċjali minħabba li attwalment għandhom kariga pubblika);

(d)     Lista ta’ persuni esklużi (jiġifieri persuni esklużi mill-industrija Liberjana tal-qtugħ tas-siġar minħabba fl-involviment fl-użu, il-ġestjoni jew il-ħsad ta’ riżorsi tal-foresti waqt li jgħinu jew huma kompliċi f’disturbi ċivili li jinvolvu l-użu tal-armi);

(e)     Lista ta’ persuni sospiżi (jiġifieri persuni sospiżi minħabba f’nuqqas ta’ ħlas fir-rigward ta’ obbligi finanzjarji relatati mal-użu tal-foresti);

(f)      Id-dokumenti, ir-rekords u l-informazzjoni kollha relatata ma' pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ negozju u tal-foresti;

(g)     Il-lokazzjoni u s-sjieda tal-art soġġetta għal-Liċenzja tar-Riżorsi tal-Foresti;

(h)     Ismijiet ta’ detenturi tar-riżorsi tal-foresti u deskrizzjoni qasira taż-żoni koperti mid-detentur tal-liċenzja tar-riżorsi tal-foresti (id-daqs taż-żona u t-tip ta’ riżorsi tal-foresti).

2.2. Informazzjoni dwar il-produzzjoni tar-riżorsi tal-foresti

(a)     Il-volum u l-lokazzjoni tal-injam disponibbli għall-ħsad skont l-allokazzjoni ta’ ħsad annwali għal kull konċessjoni;

(b)     L-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-dejta Liberjana tal-LAS;

(c)     Il-volum annwali tal-prodotti tal-injam ikkunsmat fis-suq domestiku skont it-tip ta’ prodott u speċi.

2.3. Informazzjoni dwar l-ipproċessar

(a)     Lista ta’ kumpaniji tal-ipproċessar irreġistrati u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom;

(b)     Il-kapaċità tal-produzzjoni kull unità tal-ipproċessar mill-kumpanija;

(c)     Il-volum annwali taz-zkuk ipproċessati skont l-ispeċijiet u t-tip ta’ prodott għal kull proċessur.

2.4. Informazzjoni dwar miżati u dħul mill-foresti

(a)     L-ammont ta’ miżati u taxxi vvalutati fuq entitajiet tan-negozju fis-setturi tal-forestrija vvalutati mill-Ministeru tal-Finanzi u l-ammonti mħallsa għal kull detentur tal-kuntratt tar-riżorsi tal-foresti;

(b)     L-ammont tal-flus irċevut u żburżjat mill-Gvern lill-Fondi Komunitarji tal-Iżvilupp tal-Forestrija;

(c)     L-ammont ta’ flus irċevut u żburżjat mill-Fond Fiduċjarju Nazzjonali Komunitarju tal-Qsim tal-Benefiċċji;

(d)     L-ammont ta’ flus irċevut u żburżjat mill-Fond Fiduċjarju lill-Kumitati Komunitarji tal-Iżvilupp tal-Forestrija, bi tqassim skont il-proġett, id-data u l-komunità affettwata;

(e)     Ir-riżultati ta’ ilmenti mill-pubbliku f’konnessjoni mal-Fond tal-Iżvilupp tal-Forestrija tal-Kontea u l-Fond Fiduċjarju Nazzjonali tal-Kondiviżjoni tal-Benefiċċji jew kwalunkwe Kumitat Komunitarju tal-Iżvilupp tal-Forestrija.

2.5. Informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi f’żoni tal-konċessjoni

(a)     Akkużi ta' ksur, arresti, soluzzjonijiet u kundanni assoċjati mal-operazzjonijiet taħt il-liċenzja tar-riżorsi tal-foresti kif irrekordjati mill-FDA;

(b)     Fatturi għall-miżata tal-liċenza tar-riżorsi tal-foresti u informazzjoni dwar il-pagament.

3. Il-proċedura għal aċċess għall-informazzjoni pubblika, rekords jew dokumenti

Dan l-Anness huwa f’konformità mal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-Liberja li jagħmilha mandatorja għal kull istituzzjoni pubblika u entità privata li tirċievi riżorsi pubbliċi u benefiċċji jew timpenja ruħha f’funzjoni pubblika li tiddeskrivi kif il-pubbliku jista' jikseb aċċess għal biċċiet differenti ta’ informazzjoni.

L-FDA u aġenziji pubbliċi l-oħra kollha żviluppaw, jew qed jiżviluppaw, proċeduri sabiex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex dan l-Anness isir operabbli, il-proċeduri/linji gwida/jew istruzzjonijiet għat-tweġiba għal talbiet għall-informazzjoni jeħtieġ li jiġu żviluppati u approvati. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ rapportar u l-iżvelar pubbliku li japplikaw għal-LLD u l-LVD se jiġu żviluppati aktar matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

ANNESS X

FUNZJONIJIET TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-IMPLIMENTAZZJONI

B’applikazzjoni tal-Artikolu 19 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu struttura ta’ monitoraġġ u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet denominata ‘Il-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni’, (JIC). Il-JIC għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-JIC għandu jiffaċilita d-djalogu u l-iskambji ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tal-Ftehim. B’mod partikolari, il-JIC għandu:

(a)          fir-rigward tal-ġestjoni ta' dan il-Ftehim:

1.       jippubblika rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-Anness IX;

2.       wara l-evalwazzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità u abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni deskritti fl-Anness VI, jirrakkomanda d-data li fiha l-iskema tal-liċenzjI FLEGT se tibda topera;

3.       jirrevedi l-progress lejn il-ksib tal-għanijiet u l-azzjoni marbuta maż-żmien f’dan il-Ftehim u kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

4.       jipproponi u/jew jieħu miżuri sabiex titjib il-prestazzjoni tal-Ftehim;

5.       jemenda Annessi għall-Ftehim skont l-Artikolu 26 ta’ dan il-Ftehim;

6.       jindirizza kwistjonijiet ta’ tħassib imqajma minn waħda mill-Partijiet u jipprova jsolvi kwalunkwe kunflitt li jista' jinħoloq matul l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Ftehim;

7.       jindirizza kwistjonijiet ta’ tħassib imqajma minn waħda mill-Partijiet u jipprova jsolvi kwalunkwe kunflitt li jista' jinħoloq fil-każ ta’ differenzi fl-opinjoni bejn il-Partijiet skont l-Artikolu 24 ta’ dan il-Ftehim;

8.       jippubblika rapporti u Aide Memoire sabiex il-ħidma tal-JIC tkun kemm jista' jkun trasparenti;

(b)          fir-rigward tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ dan il-Ftehim:

1.       jimmonitorja l-progress ġenerali fuq l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż il-funzjonament tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità;

2.       iwettaq b’mod regolari missjonjiet konġunti sabiex tiġi riveduta l-effettività ta’ dan il-Ftehim kif ukoll tal-impatt tiegħu, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli;

3.       jimmonitorja u jirrapporta dwar is-sitwazzjoni tas-suq f’intervalli regolari; għandu jikkumissjona studji kif meħtieġ u għandu jirrakkomanda l-azzjonijiet li jridu jittieħdu skont ir-rapporti ta’ intelliġenza tas-suq;

4.       jivvaluta l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali ta’ dan il-Ftehim, skont il-prattika tajba u l-kriterji rilevanti li jridu jiġu miftiehma mill-Partijiet u jindirizza problemi mqajma minn dawn ir-reviżjonijiet u l-valutazzjonijiet;

5.       jidentifika diffikultajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jissuġġerixxi miżuri addattati sabiex jiġu ndirizzati;

(c)          fir-rigward tal-Awditjar Indipendenti tal-Ftehim:

1.       japprova l-manwal proċedurali tal-awditur indipendenti skont l-Anness V;

2.       jirrevedi r-rapporti maħruġa mill-awditur indipendenti u kwalunkwe lment dwar l-operat tal-iskema tal-liċenzji FLEGT fuq it-territorju ta’ waħda mill-Partijiet;

3.       jirrevedi rapporti jew ilmenti relatati mal-ħidma tal-awditur indipendenti u jiftiehem dwar l-azzjoni xierqa li trid tittieħed;

4.       jippubblika rapporti tal-awditur indipendenti, kif provdut fl-Annessi V u IX;

5.       jimmonitorja, fejn japplika, l-azzjoni meħuda sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati mill-awditur indipendenti;

(d)          fir-rigward tal-involviment tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' dan il-Ftehim:

1.       jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtiġijiet tal-infurzar tal-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' dan il-Ftehim, u jekk ikun applikabbli, dwar il-ħtieġa li jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-parteċipazzjoni tas-settur privat u s-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti relatati mal-ġestjoni tal-foresti fil-Liberja;

2.       jieħu l-miżuri xierqa sabiex jippromwovi l-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati kkonċernati fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

3.       jekk ikun meħtieġ, jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew korpi sussidjarji oħra għall-oqsma tax-xogħol li jeħtieġu l-ħila esperta speċifika jew perspettivi tal-parti interessata.

[1]               COM(2003) 251.

[2]               ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

[3]               ĠU L 347, 30.12.2005 p1

[4]               Dokument ristrett tal-Kunsill Nru 15102/05.

[5]               ĠU C [...], [...], p. [...].

[6]               COM(2003) 251.

[7]               ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

[8]               ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

[9]               ĠU L[…], […], p. […]; Jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-riferenza ta' pubblikazzjoni għal dan id-dokument.

[10]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tal-firma

[11]             ĠU L 317, 15.12.2000.

[12]             COM(2003) 251 finali, 21.5.2003.

[13]             A/RES 62/98 tal-31 ta’ Jannar 2008.

[14]             ĠU L 347, 30.12.2005.

[15]             Liġi Nazzjonali tar-Riforma tal-Foresti ta’ 2006 (NFRL).

[16]             ĠU L 302, 19.10.1992.

[17]             ĠU L 253, 11.10.1993.

[18]             ĠU KE L 61, 3.3.1997, p. 1.

[19]             Ċiklu: 5 snin għal FMC u FUP; 3 snin għal TSC.

[20]             Ċiklu: 5 snin għal FMC u FUP; 3 snin għal TSC.

[21]             Bejn id-dikjarazzjoni mid-detentur tal-kuntratt u l-verifika mis-COCIS.

[22]             Abbażi tad-dejta provduta mid-detenturi tal-kuntratti  

[23]             Formoli tad-dejta tas-siġar jimtlew meta jitwaqqgħu s-siġar, qabel ma jitqattgħu fi zkuk twal inizjali.

[24]             ĠU UE L 347, 30.12.2005, p. 1.

[25]             Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU UE L 277, 18.10.2008, p. 23).

[26]             Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa hija proċedura tad-dwana tal-UE. Skont l-Artikolu 129(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat), ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jinvolvi: (a) il-ġbir ta’ kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni dovut; (b) il-ġbir, kif xieraq, ta’ imposti oħrajn, kif previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ relatati mal-ġbir ta’ dawk l-imposti; (c) l-applikazzjoni ta’ mizuri ta’ politika kummerċjali u projbizzjonijiet u restrizzjonijiet sakemm ma jkunux iridu jiġu applikati fi stadju iktar bikri (f’dan il-każ, huwa fost dawn il-miżuri li l-eżistenza ta’ liċenzja FLEGT se tiġi verifikata); (d) it-twettiq tal-formalitajiet l-oħrajn stabbiliti fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jagħti lill-merkanzija mhux Komunitarja l-istatus doganali ta’ merkanzija Komunitarja.

[27]             ISO/IEC 17021:2006. Valutazzjoni ta’ konformità – Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni.

[28]             ISO 19011:2002. Linji gwida għall-awditjar ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità u/jew ambjentali..

Top