This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0194
Joint proposal for a COUNCIL REGULATION amending Council Regulation (EC) No 560/2005 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Côte d’Ivoire
Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
/* KUMM/2011/0194 finali - NLE 2011/0078 */
/* KUMM/2011/0194 finali - NLE 2011/0078 */ Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UE GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ | Brussel 1.4.2011 KUMM(2011) 194 finali 2011/0078 (NLE) Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, kif modifikat mir-Regolament (UE) Nru 25/2011, jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/656/PESK u jimponi ċerti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju. Fost affarijiet oħrajn, dawn il-miżuri jinkludu ffriżar tal-assi ta’ ċerti persuni u entitajiet li qegħdin jostakolaw il-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali. 2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/[…]/PESK tal-[…] temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (Kosta tal-Avorju), u tipprevedi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ulterjuri fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju. 3. Dawn il-miżuri ulterjuri jinkludu projbizzjoni fuq il-kummerċ tal-bonds u l-għoti tas-self lill-Gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, kif ukoll ċerti aġġustamenti lill-miżuri ta’ ffriżar sabiex jippermettu għal kummerċ leġittimu skont il-kuntratti konklużi qabel l-adozzjoni tas-sanzjonijiet. Barra minn dan, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tinkludi dispożizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ma jaffettwawx l-għoti ta’ għajnuna umanitarja fil-Kosta tal-Avorju. 4. Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni jipproponu li jagħtu effett lil dawn il-miżuri permezz ta' Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). 2011/0078 (NLE) Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/[…]/PESK li […] ġġedded il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju, Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni, Wara li kkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, Billi: 5. Fost affarijiet oħrajn, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/[…]/PESK tal-[…] tipprovdi għal miżuri restrittivi ulterjuri fir-rigward tal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll projbizzjoni fuq il-kummerċ tal-bonds u l-għoti tas-self lill-Gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, u dispożizzjonijiet ulterjuri fir-rigward tal-miżuri imposti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/656/PESK, inkluża dispożizzjoni sabiex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jaffettwawx l-għoti ta’ għajnuna umanitarja fil-Kosta tal-Avorju. 6. Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom. 7. Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 560/2005 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu li jmiss għandu jiddaħħal: “ Artikolu 3a Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2 l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IA, ir-rilaxx ta' ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li huma bżonnjużi għal skopijiet umanitarji, wara li tingħata notifika minn qabel lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.” (2) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “ Artikolu 3b Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2 u dejjem jekk li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IA jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn persuna, jew kostitwit għaliha, għall-entità jew għall-korp ikkonċernat, qabel id-data meta dik il-persuna, entità jew korp ġew innominati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jridu jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IA; (ii) il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2); L-Istat Membru kkonċernat irid, mill-anqas ġimagħtejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dik id-deċiżjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.” (3) L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “ Artikolu 9a Għandu jiġi pprojbit: (a) li jinxtara, li ssir sensarija jew tingħata għajnuna fil-kwistjoni ta’ bonds jew titoli mogħtija jew iggarantiti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-Gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġġixxu f’isem jew taħt l-awtorità tal-Gvern, jew minn entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-istess Gvern. Bħala eċċezzjoni għal dak msemmi hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jiġu awtorizzati sabiex jixtru tali bonds jew titoli tal-istess valur meta mqabbla mal-bonds u titoli li diġà jinżammu minnhom u li wasslu sabiex jimmaturaw; (b) li jingħata self, fi kwalunkwe forma, lill-Gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, kif ukoll lil persuni jew entitajiet li jaġġixxu f’isem jew taħt l-awtorità tal-Gvern tiegħu, jew lil entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-istess Gvern. (4) L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 9b Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 9a ma jridux jwasslu għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida sabiex jissuspettaw li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […]