EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0082
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending certain regulations relating to the common commercial policy as regards the procedures for the adoption of certain measures
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri
/* KUMM/2011/0082 finali - COD 2011/0039 */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri /* KUMM/2011/0082 finali - COD 2011/0039 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 7.3.2011 KUMM(2011) 82 finali 2011/0039 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Introduzzjoni Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona wassal għal bidliet sinifikanti kemm fil-qafas għall-adozzjoni ta' atti ddelegati u implimentattivi kif ukoll għat-twettiq tal-politika kummerċjali. Fir-rigward tal-adozzjoni ta' atti ddelegati u implimentattivi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (aktar 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat") jiddistingwi b'mod ċar bejn atti ddelegati u atti implimentattivi. - Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-atti ddelegati, li huma stabbiliti fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprevedu li l-leġiżlatur jikkontrolla l-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni permezz ta' dritt ta' revoka u/jew dritt ta' oġġezzjoni. - Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-atti implimentattivi, li huma stabbiliti fl-Artikolu 291, ma jipprevedu l-ebda rwol għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi. Dan il-kontroll jista' jkun eżerċitat biss mill-Istati Membri. Huwa meħtieġ qafas legali biex jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta' tali kontrolli. Fir-rigward tal-politika kummerċjali, it-Trattat ta' Lisbona jagħmel li l-Parlament ikun koleġiżlatur u l-kunsens tiegħu huwa meħtieġ għall-konklużjoni ta' ftehimiet. Fid-9 ta' Marzu 2010 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[1]. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din il-proposta huwa li tipprevedi li l-kontroll tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi tagħha jitwettaq mhux mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew iżda mill-Istati Membri kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-Trattat. Fil-proposta, dan jinkiseb bil-ħolqien ta' proċeduri (il-proċeduri ta' konsulenza u eżaminazzjoni) li bihom l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri flimkien ma' allinjament awtomatiku[2] ta' proċeduri eżistenti stabbiliti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[3]. B'dan il-mod, il-proposta tal-Kummissjoni sejra tressaq l-eżerċizzju tal-kontroll fuq l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni f'dawk iż-żoni fejn japplikaw il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE b'mod konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 291 li skonthom huma l-Istati Membri u mhux il-leġiżlaturi li jeżerċitaw tali kontroll. Dawn il-fatturi ewlenin kienu ppriservati fit-test adottat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew fis-16 ta' Diċembru 2010 u fl-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2010. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poter huwa mistenni jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011. Kif ġie nnutat fil-proposta tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2010[4], l-adattament tal-atti bażiċi previsti fl-Artikolu 13[5] mhux se jaħdem, madankollu, għal għadd sinifikanti ta' atti bażiċi fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni. Dawn l-atti bażiċi ma kinux soġġetti għall-proċeduri stabbiliti preċedentement fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999. Il-proposta attwali tindirizza proċeduri għall-kontroll jew l-adozzjoni ta' atti f'24 att bażiku fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni li qabel ma kinux soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Hemm att ieħor li teoretikament jista' jaqa' fl-ambitu ta' din il-proposta. Dan l-att huwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1842/71 tal-21 ta' Ġunju 1971 rigward miżuri ta' salvagwardja kif maħsuba mill-protokoll addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija kif ukoll mill-ftehim interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija[6]. Madankollu, verżjonijiet ta' dan l-att mhumiex disponibbli f'għadd sinifikanti ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għalhekk, l-emenda tal-att jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' verżjonijiet tar-Regolament fil-lingwi li mhumiex attwalment disponibbli. Pjuttost milli jiddaħħal dan l-eżerċizzju f'din il-proposta, huwa meqjus preferibbli li jinbidel ir-Regolament. Fiż-żmien tat-tibdil, il-Kummissjoni sejra tindirizza l-kwistjonijiet rilevanti dwar teħid ta' deċiżjoni (li apparti dan huma simili ħafna għal dawk li jitqajmu għar-Regolament Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera). Il-Kummissjoni sejra tieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward malajr kemm jista' jkun. 2. Setgħat biex il-Kunsill imur kontra l-Kummissjoni Minn dawk l-24 att fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni mhux soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE u koperti minn din il-proposta, 20 jipprevedu li l-Kummissjoni tadotta atti implimentattivi, tipikament, iżda mhux b'mod esklussiv, miżuri ta' salvagwardja jew provviżorji, u jipprevedu li l-Kunsill imur kontra tali atti permezz ta' maġġoranza kwalifikata fi żmien speċifikat. Din il-lista ta' atti bażiċi koperti minn din il-proposta b'tali proċeduri hija kif ġej: - Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera[7], - Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda[8], - Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja[9], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[10], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha[11], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, kif emendat[12], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif emendat[13], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina[14], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija[15], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika[16], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE[17], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra[18], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra[19], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011[20], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet[21], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[22], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi[23], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni[24], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu[25], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[26], Billi dawn l-atti bażiċi mhux sejrin jiġu affettwati mill-adattament tal-atti bażiċi previst fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzi tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi, huwa xieraq li dawn l-atti jiġu emendati sabiex jagħmlu l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni konsistenti mal-qafas il-ġdid. Fejn dawn l-atti jipprevedu li l-Kunsill jirrifjuta jew jemenda Deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata, il-Kummissjoni tipproponi li tintuża l-proċedura ta' eżaminazzjoni. 3. Riżervi tas-setgħa għall-Kunsill F'16 mill-24 att bażiku, il-Kunsill irriżerva d-dritt li jadotta miżuri għalih innifsu. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dawn l-atti jinkludu għadd sostanzjali ta' setgħat implimentattivi iżda wkoll setgħat biex jiġu supplimentati jew emendati l-atti bażiċi kkonċernati, referenzi għall-possibbiltà li wieħed jaġixxi fuq il-bażi legali ġenerali tal-Artikolu 207 (qabel 133) tat-Trattat u li tiġi revokata l-leġiżlazzjoni kkonċernata. Fir-rigward ta' dawk l-atti li huma meqjusa bħala setgħat implimentattivi, l-Artikolu 291 TFUE jipprevedi li l-Kunsill jista' jirriżerva setgħat implimentattivi għalih stess "fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq." Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fir-rigward ta' possibbiltà bi kliem simili li "l-Kunsill ma jistax jirriżerva għalih stess li jeżerċita direttament setgħat ta’ implementazzjoni ħlief f’każijiet speċifiċi, deċiżjoni li huwa għandu jagħti motiv għaliha b’mod ċirkustanzjali. Dan ifisser li l-Kunsill għandu l-obbligu li debitament jiġġustifika, fil-funzjoni tan-natura u l-kontentut tal-att ta’ bażi, li jimplementa jew li jemenda, eċċezzjoni għar-regola li, fis-sistema tat-Trattat, meta fil-livell Komunitarju għandhom jittieħdu miżuri ta’ implementazzjoni ta’ att ta’ bażi, hija l-Kummissjoni li normalment hija responsabbli sabiex teżerċita din is-setgħa.[27]" Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid dawn l-atti fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari, fid-dawl tal-istatus mogħti lill-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fil-politika kummerċjali komuni. Hija tinnota li l-ebda wieħed mill-atti bażiċi ma jiddikjara fid-dettall għaliex il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill minflok mill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni diġà ngħatat setgħat implimentattivi għall-eżekuzzjoni tal-politika kummerċjali komuni, inklużi miżuri ta' difiża tal-kummerċ, u inklużi l-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-riżervi tas-setgħat għandhom jiġu riveduti u allinjati skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi tal-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 291(3) tat-Trattat. L-emendi tal-Kummissjoni għall-atti li ġejjin huma maħsuba li jwasslu għal tali bidla: - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, Fejn is-setgħat riżervati għall-Kunsill ma jikkonċernawx l-adozzjoni ta' atti implimentattivi, iżda l-adozzjoni ta' emendi għall-att bażiku, il-Kummissjoni tipproponi li jingħataw setgħat delegati lill-Kummissjoni. L-emendi proposti għall-atti li ġejjin huma maħsuba li jwasslu għal din il-bidla: - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Fl-aħħar nett, f'att bażiku wieħed il-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta miżura fuq il-bażi tal-Artikolu 133 KE (issa l-Artikolu 207 tat-Trattat) u f'att bażiku ieħor il-Kunsill huwa meħtieġ li jibdel il-miżura meta jseħħu ċertu avvenimenti. Huwa meħtieġ li jiġu riveduti dawn id-dispożizzjonijiet, billi, filwaqt li l-Kunsill fil-passat kien irriżerva setgħat għalih innifsu, fil-fatt il-miżuri li kieku jiġu adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux meqjusa bħala atti delegati jew implimentattivi, iżda atti bażiċi jew emendi tagħhom, li issa huma soġġetti għall-Artikolu 207 tat-Trattat. Dawn l-atti rilevanti huma: - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika. 4. Aġġustamenti Oħra Relatati mal-Applikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi r-Regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-poteri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Uħud mill-atti li huma koperti minn dan ir-Regolament jipprevedu li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-kumitat qabel ma tadotta atti implimentattivi jew qabel ma taġixxi b'xi mod ieħor. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha jew tadotta atti implimentattivi taħt il-kontroll tal-Istati Membri permezz tal-użu tal-proċedura konsultattiva jew ta' eżaminazzjoni jew inkella tagħmel dan mingħajr l-ebda kontroll. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tipproponi li tneħħi każijiet f'dawn l-atti li jipprevedu l-konsultazzjoni tal-kumitati rilevanti meta r-riżultati tal-konsultazzjoni ma għandhomx effetti legali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poter jistabbilixxi proċeduri speċifiċi għall-adozzjoni ta' dazji definittivi ta' antidumping u ta' kontrobilanċ. Il-Kummissjoni tistenna li fil-parti l-kbira tal-każijiet il-proċeduri previsti f'dak ir-Regolament jistgħu jkunu implimentati malajr u b'mod effiċjenti, fil-qafas taż-żmien attwali. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, l-applikazzjoni tar-regolament il-ġdid jista' jħallu konsegwenzi fuq it-tul taż-żmien neċessarju biex jiġu adottati atti implimentattivi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu adattati ċerti perjodi ta' żmien fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. B'mod partikolari, huwa xieraq li titħalla ssir l-estensjoni, mhux inqas minn tmien xhur mill-avviż ta' bidu, tat-tul massimu ta' żmien għall-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji sa 12-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni f'każijiet eċċezzjonali fid-dawl tal-kumplessità tal-investigazzjoni. Huwa xieraq ukoll li titħalla ssir l-estensjoni mhux iktar tard minn disa' xhur mill-avviż tat-tul taż-żmien massimu għall-investigazzjoni għal 18-il xahar f'każijiet eċċezzjonali fid-dawl tal-kumplessità tal-investigazzjoni, b'konformità mal-Ftehimiet rilevanti tad-WTO. Filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-partijiet interessati biex ikunu infurmati bis-sħiħ u biex jiġu pprovduti kummenti dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet, huwa xieraq ukoll li jsiru aġġustamenti għar-regoli dwar l-iżvelar. 5. RELAZZJONI MA' PROPOSTI OħRA Il-Kummissjoni diġà adottat, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, żewġ proposti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni li jekk jiġu adottati jemendaw l-atti bażiċi li jew jipprovdu setgħa biex il-Kunsill jikkontrolla l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni jew jipprovdu setgħa biex jadotta atti implimentattivi. Fil-Memoranda ta' Spjegazzjoni li jakkumpanjaw dawn il-proposti, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tirrevedi l-proċeduri rilevanti kollha fil-politika kummerċjali komuni u għalhekk biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq bażi orizzontali[28]. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li l-proposta attwali għandha x'taqsam biss ma' dawk l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni skont il-politika kummerċjali komuni li attwalment mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Hemm għadd ta' proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-politika kummerċjali komuni, inklużi xi wħud li jinsabu fl-atti li huma soġġetti għal din il-proposta, li fil-fatt huma soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011). Kif ġie stabbilit fl-Istqarrija tal-Kummissjoni li takkumpanja r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi b'reviżjoni ta' dawn l-atti sabiex tiddetermina jekk is-setgħat ipprovduti lill-Kummissjoni jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 290 jew l-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni sejra minnufih tagħmel proposta li temenda dawn l-atti kif meħtieġ, sabiex jiġu introdotti atti delegati. Il-fatt li din il-proposta ma tindirizzax dawk il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ma għandhomx jinftiehmu bħala li jimplikaw li l-Kummissjoni tqis li dawn għandhom jitqiesu bħala atti implimentattivi soġġetti għall-Artikolu 291 tat-Trattat. Ir-riżultat tal-adozzjoni tal-proposta attwali, u r-reviżjoni tal-proċeduri eżistenti bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, se jkun għadd sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni pproponiet li tissostitwixxi sentenzi jew paragrafi sħaħ anke fejn numru limitat ta' kliem biss fis-sentenza jew fil-paragrafu jkun qiegħed jiġi emendat fir-realtà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sejra tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba ż-żewġ proposti orizzontali jiġu adottati. 6. Għanijiet ġenerali B'din il-proposta, il-Kummissjoni ppruvat tirrifletti l-bidliet fil-qafas legali u l-bilanċ istituzzjonali li saru minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. L-allinjament tal-kontroll tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi fuq ir-Regolament dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri ser iġib vantaġġi addizzjonali. B'mod partikolari, ser jippermetti eżerċizzju aktar effettiv u effiċjenti tas-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni u għalhekk jikkontribwixxi għal politika kummerċjali komuni aktar effettiva u effiċjenti. L-allinjament tal-proċeduri fuq il-proċeduri standard jippermetti wkoll fehim aktar malajr tal-proċeduri li japplikaw fil-politika kummerċjali u d-dispożizzjonijiet ta' trasparenza tar-Regolament orizzontali sejrin iżidu t-trasparenza ġenerali tal-kondotta tal-politika kummerċjali. 2011/0039 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Għadd ta' Regolamenti bażiċi relatati mal-politika kummerċjali komuni jipprevedu li l-atti li jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni għandhom jiġu adottati mill-Kunsill skont il-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti varji kkonċernati jew mill-Kummissjoni soġġetti għal proċeduri speċifiċi u kontroll mill-Kunsill. Tali proċeduri mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[29]. (2) Huwa xieraq li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona. Dan għandu jsir, fejn xieraq, permezz tal-għoti ta' setgħat delegati lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċertu proċeduri stabbiliti mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[30]. (3) Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan: - Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera[31], - Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda[32], - Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja[33], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[34], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti[35], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha[36], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji[37], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja[38], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja[39], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina[40], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar[41], - Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika[42], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija[43], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika[44], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE[45], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra[46], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra[47], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011[48], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet[49], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[50], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi[51], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni[52], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu[53], - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[54]. (4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness għandhom b'dan jiġu adattati, skont l-Anness, għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]. Artikolu 2 Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti fl-Anness għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati b'dan ir-Regolament. Ir-referenzi magħmula għall-ismijiet ta' qabel ta' kumitati għandhom jinftiehmu li huma referenzi għall-ismijiet ġodda kif previst minn dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti fl-Anness inbdew meta nbdew, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabel: (a) il-Kummissjoni adottat att; jew (b) hemm bżonn ta' konsultazzjoni skont wieħed mir-Regolamenti u dawn il-konsultazzjonijiet inbdew; jew, (c) hemm bżonn ta' proposta skont wieħed mir-Regolamenti u l-Kummissjoni adottat proposta ta' dan it-tip. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ANNESS Lista ta' Regolamenti li jaqaw taħt il-politika kummerċjali komuni u adattati għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[55]. 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [56] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2841/72, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [57]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera aktar 'il quddiem msejjaħ il-'Ftehim għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).” 2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)". 3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba." 4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud: "Artikolu 7 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[58]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 2. IR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2843/72 TAL-KUNSILL TAD-19 TA’ DIċEMBRU 1972 FUQ IL-MIżURI TA’ SALVAGWARDJA PREVISTI FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ISLANDA[59] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2843/72, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [60]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 23, 25, 25a u 27 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).” 2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)." 3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba." 4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud: "Artikolu 7 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[61]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 3. IR-REGOLAMENT (KEE) TAL-KUNSILL NRU 1692/73 TAL-25 TA’ ĠUNJU 1973 DWAR IL-MIżURI TA’ SALVAGWARD PREVISTI FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITA EKONOMIKA EWROPEA U R-RENJU TAN-NORVEġJA[62] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 1692/73, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [63]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).” 2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)." 3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba." 4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud: "Artikolu 7 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[64]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 4. IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 3286/94 TAT-22 TA' DIċEMBRU 1994 LI JISTABBILIXXI L-PROċEDURI TAL-KOMUNITÀ FIL-QASAM TA' POLITIKA KUMMERċJALI KOMUNI SABIEX JIżGURA L-EżERċIZZJU TAD-DRITTIJIET TAL-KOMUNITÀ SKONT IR-REGOLI INTERNAZZJONALI TAL-KUMMERċ, B'MOD PARTIKOLARI DAWK STABBILITI TAħT L-AWSPIċJI TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERċ[65] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 3286/94, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [66]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3286/94 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 5(3) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan." 2. L-Artikolu 6(4) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan." 3. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) L-intestatura tal-Artikolu għandha tinbidel bl-intestatura: "Il-Kumitat" (b) Il-paragrafu (1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. (a) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat". Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].(b) Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." (c) Fil-paragrafu 2, għandhom jitħassru l-ewwel żewġ sentenzi: (d) Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru. 4. Fl-Artikolu 8(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej: "1. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċedura ta' eżaminazzjoni u li tkun meħtieġa fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi kif ġej:". 5. L-Artikolu 9(2)(a) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. (a) La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri, lanqas l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni ta' natura kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal proċedura ta' eżaminazzjoni, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni." 6. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta jinstab b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)." (b) Il-paragrafu (2)(a) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. (a) Meta, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, il-pajjiz jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċjenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)."; (c) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Fejn, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, jew f'xi ħin qabel, waqt u wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b), u n-negozjati għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat." 7. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 13 Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet 1. Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta' lment b'mod konformi mal-Artikoli 3 jew 4, jew ta' referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri internazzjonali formali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni ta' tilwim, id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it-tmiem ta' tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni. 2. Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet skont l-Artiklou 12(2), ikollha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 11(2)(ċ) jew skont l-Artikolu 12, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura applikabbli." 8. L-Artikolu 14 għandu jitħassar. 5. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti [67] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 385/96, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [68]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 385/96 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 5(11) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), meta, jkun jidher li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri, il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata minn meta jsir l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il-bejgħ tal-vapur kien magħruf jew seta' kien magħruf, u għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni." 2. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2)."; (b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat b'dawn, għandu jiġi impost ħlasgħall-prezzijiet inġurjużi fuq il-bennejja tal-bastimenti mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ammont tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi stabbilit. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, b'mod partikolari l-ġbir tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi." 3. Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "L-investigazzjoni jista' jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju ekwivalenti alternattiv aċċettat mill-Kummissjoni." 4. L-Artikolu 9(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Jekk il-bennej tal-vapur interessat ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta' drittijiet dwar tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni, fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni." 5. L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 10 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Prezzijiet Inġurjużi tal-Bastimenti. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 6. L-Artikolu 13(5) għandu jinbidel b’dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament." 7. L-Artikolu 14(3) għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. Kxif għandu jsir bil-miktub. Filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, dan se jiġi effettwat, kemm jista' jkun malajr u normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. "L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr." 6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha [69] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 2271/96, IL-KUMMISSJONI GħANDHA TINGħATALHA L-POTER LI TADOTTA ATTI DELEGATI SKONT L-ARTIKOLU 290 TAT-TRATTAT GħALL-GħAN LI TEMENDA L-ANNESS TA' DAK IR-REGOLAMENT. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2271/96 għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[70]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: "Waqt li jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikoli 11a, 11b u 11c jew tħassar liġijiet għal jew mill-Anness ta' dan ir-Regolament." 2. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 8 1. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġiżlazzjoni Extra-territorjali. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 11a, 11b u 11c li ġejjin: "Artikolu 11a 1. Is-setgħat għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat. 2. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. 3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11b u 11c. Artikolu 11b 1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin. 2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Artikolu 11c 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar. 2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.” 7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji [71] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1515/2001, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [72]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej: "1. Kull meta d-DSB jadotta Rapport dwar miżura mill-Unjoni meħuda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 jew għal dan ir-Regolament ("miżura kkontestata"), il-Kummissjoni tista' tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin, kwalunkwe waħda li tqis xierqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)." (b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni. (c) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)." 2. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) sabiex jitqiesu l-interpretazzjonjiet legali li saru f'rapport adottat mid-DSB fir-rigward ta' miżura mhux kontestata, jekk tqis dan bħala xieraq." (b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni. (c) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: "Artikolu 3a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew mill-Kumitat kontra s-sussidju stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 skont il-każ. Dawn il-Kumitati għandhom ikunu Kumitati fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim TEMPORANJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA[73] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 2248/2001, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [74]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin: “3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." (b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b)."; (c) Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru. 2. L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 7b Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b). Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba." 3. Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b’dan li ġej: "Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[75], meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament." 9. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 TAL-21 TA' JANNAR 2002 FUQ ċERTI PROċEDURI GħALL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI, FUQ NAħA, U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAċEDONJA, FUQ L-OħRA, U GħALL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM PROVVIżORJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAċEDONJA[76], Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 153/2002, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[77]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 153/2002 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin: “3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." (b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b)."; (c) Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru. 2. L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 7b Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b). Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba." 3. Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b’dan li ġej: "Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[78], meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament." 10. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 TAT-3 TA' MARZU 2003 DWAR MEKKANIżMU TRANSITORJU TA' SALVAGWARDJA GħAL PRODOTTI PARTIKOLARI GħALL-IMPORTAZZJONIJIET LI JORIġINAW MIR-REPUBBLIKA POPOLARI TAċ-ĊINA U LI JEMENDA R-REGOLAMENT (KE) NRU 519/94 DWAR REGOLI KOMUNI GħALL-IMPORTAZZJONIJIET MINN ċERTI PAJJIżI TERZI[79] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 427/2003, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [80]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 5(4) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta jidher li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika proċediment u kwalunkwe konsultazzjoni taħt il-paragrafu 3 ma wasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ." 2. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti: "Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(3)." (b) Il-paragrafu 3 għandu jitħassar. 3. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 8 Terminazzjoni mingħajr miżuri Meta miżuri bilaterali ta' salvagwardja mhumiex meħtieġa, l-investigazzjoni jew proċedura għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2)." 4. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn fi żmien 60 jum minn meta tkun waslet it-talba għall-konsultazzjonijiet, għandha tiġi imposta miżura definittiva ta' salvagwardja jew ta' devjazzjoni ta' kummerċ skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)." (b) Il-paragrafi 3 u 6 għandhom jitħassru. 5. L-Artikolu 12(4) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja." 6. L-Artikolu 14(4) għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt fejn ma jkunx probabbli li jerġa' jkun hemm distorsjoni fis-suq b'riżultat tas-sospensjoni. Il-miżuri jistgħu, f'kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid jekk ma tibqax applikabbli r-raġuni għas-sospensjoni." 7. L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 15 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[81]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk." 8. L-Artikolu 17(5) għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, u l-Istati Membri, jew kull informazzjoni li għandha x'taqsam ma' konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 12, jew konsultazzjonijiet imfissra fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(1), jew xi dokument intern imħejji mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jixxandru lill-pubbliku jew lil xi parti fil-proċedimenti ħlief kif previst speċifikament f'dan ir-Regolament. 9. Fl-Artikolu 18(4), ir-raba' sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr." 10. Fl-Artikolu 19, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat." 6. Il-partijiet li jkunu osservaw il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet finali jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni." 11. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar [82] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 452/2003, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [83]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 452/2003 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 1(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej: "Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kombinazzjoni ta' anti-dumping jew miżuri kontra s-sussidju b'miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin kif jidhrilha xieraq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2a(2):". 2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: "Artikolu 2a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[84]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 12. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika [85] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, il-poter li tirrevoka r-regolament huwa mogħti lill-Kunsill. Din is-setgħa għandha tiġi mħassra, u l-Artikolu 207 tat-Trattat għandu japplika għar-revoka ta' dan ir-Regolament L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa b'dan imħassar. 13. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Sta BBILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGħHOM, FUQ IN-NAħA L-WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, FUQ IN-NAħA L-OħRA, U SABIEX JIġI APPLIKAT IL-FTEHIM INTERIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA[86] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1616/2006, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [87]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1616/2006 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: "Artikolu 8a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[88]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 14. Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 TAL-20 TA' DIċEMBRU 2007 LI JAPPLIKA L-ARRANġAMENTI GħALL-PRODOTTI LI JORIġINAW F'ċERTI STATI LI HUMA PARTI MILL-GRUPP TA' STATI AFRIKANI, KARIBEJ U PAċIFIċI (AKP) PREVISTI FI FTEHIM LI JISTABBILIXXU, JEW LI JWASSLU BIEX JIġU STABBILITI, FTEHIM TA' SħUBIJA EKONOMIKA [89] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-emendar tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[90]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni, għandha temenda l-Anness I permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c biex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni u dak ir-reġjun jew stat li tal-anqas jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994." (b) Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej: "3. Tali stat jew reġjun se jibqa' fl-Anness I sakemm il-Kummissjoni tadotta att delegat skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c li jemendaw l-Anness I biex jitneħħa reġjun jew stat minn dak l-Anness, b'mod partikolari, meta" 2. L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Fejn, jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Il-bidu ta' proċediment għandu jseħħ fi żmien xahar mill-wasla tat-tagħrif għand Stat Membru." (b) Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "4. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li jeżistu ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 12, għandha minnufih tinnotifika r-reġjun jew l-istati fl-Anness I milquta mill-intenzjoni tagħha li jingħata bidu għal investigazzjoni." 3. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti:"Il-miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 21(3)." (b) Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha titħassar. (c) Il-paragrafu 4 għandu jitħassar. 4. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 17 Terminazzjoni tal-investigazzjoni u proċedura mingħajr miżuri Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)." 5. L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fi żmien tletin jum minn meta l-kwistjoni tkun ġiet mgħarrfa lir-reġjun jew stat ikkonċernat, għandha tittieħed deċiżjoni li jiġu imposti miżuri definittivi bilaterali ta' salvagwardja mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) fi żmien għoxrin jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu ta' konsultazzjoni." (b) Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru. 6. L-Artikolu 20(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2)." 7. L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 21 Il-Kumitat 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[91]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. Fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun megħjun mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007[92]." 8. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 24a, 24b u 24c li ġejjin: "Artikolu 24a Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2) u (3). 2. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. 3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c. Artikolu 24b Revoka tad-delega 1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Artikolu 24c Oġġezzjonijiet għall-atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar. 2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.” 15. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim TEMPORANJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, MINN NAħA WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-MONTENEGRO, MIN-NAħA L-OħRA [93] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 140/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[94]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: "Artikolu 8a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[95]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 16. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 U D-DEċIżJONI TAL-KUMMISSJONI 2005/924/KE[96] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 55/2008, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [97]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-frażi tal-bidu tal-paragrafu 1 għandha tinbidel b'dan li ġej: "1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova ta’ konformità jew ta’ żgurar ta’ konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom u biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:" (b) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar. 2. L-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta prodott li joriġina fil-Moldova jkun importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Unjoni għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2)." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej: "Artikolu 11a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[98]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 17. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Sta BBILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGħHOM, MINN NAħA WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA, MIN-NAħA L-OħRA, U SABIEX JIġI APPLIKAT IL-FTEHIM TEMPORANJU DWAR IL-KUMMERċ U MATERJI RELATATI MAL-KUMMERċ BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, MINN NAħA WAħDA, U L-BOSNJA-ĦERZEGOVINA, MIN-NAħA L-OħRA[99], Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 594/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[100]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 594/2008 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: "Artikolu 8a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[101]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 18. Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 U LI JEMENDA R-REGOLAMENTI (KE) NRU 552/97, NRU 1933/2006 U R-REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 1100/2006 U (KE) NRU 964/2007 [102] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[103]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej: "3. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6), meta tqis li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, sakemm l-ewwel tkun:" (b) Il-paragrafu 4 għandu jitħassar. 2. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 17 1. Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27. 2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi żmien xahar u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni." 3. L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tinnotifika din id-deċiżjoni lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , li jħabbar li biħsiebha tirtira temporanjament l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew xi wħud minnhom li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, ħlief jekk, qabel tmiem il-perjodu, il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ikun intrabat li jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi, f’perjodu ta’ żmien raġjonevoli, mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness III." (b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Meta l-Kummissoni tqis li jkun hemm bżonn ta' rtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu." (c) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-irtirar temporanju, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tittieħed, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix minn qabel li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma għadhomx jeżistu." 4. L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5)." (b) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: "6. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Deċiżjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ." (c) Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej: "7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu kwalunkwe miżura preventiva li tkun strettament meħtieġa." 5. L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta l-importazzjonijiet ta’ prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni, b’mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji ta' dawn is-swieq, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6) wara li tikkonsulta lill-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni." 6. L-Artikolu 22(2) għandu jitħassar. 7. Fl-Artikolu 27, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin: "6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]. 7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 19. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [104] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[105]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 10(11) għandu jinbidel b’dan li ġej: "11. Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni." 2. L-Artikolu 11(9) għandu jinbidel b’dan li ġej: "9. Għal proċedmenti skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena, kull meta dan ikun possibbli. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 13 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar." 3. L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk" (b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(3)." (c) Il-paragrafu 5 għandu jitħassar. 4. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Sakemm tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti li bihom: (a) il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew (b) kwalunkwe esportatur jimpenja ruħu li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew li jwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona kkonċernata sakemm esportazzjonijiet bħal dawn ikunu jgawdu minn sussidji, ħalli l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-effett ta' ħsara tas-sussidji jkun ġie eliminat.F'każ bħal dan u sakemm dawk l-impenji jkunu fis-seħħ, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u fi kwalunkwe emenda sussegwenti ta' deċiżjoni ta' dan it-tip.Iż-żidiet fil-prezzijiet skont impenji ta' dan it-tip ma għandhomx ikunu ogħla milli hu neċessarju biex ipaċu l-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ jekk dawn iż-żidiet ikunu adegwati biex ineħħu l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."; (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."; (c) Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha tiġi rtirata permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 15(1), għandhom japplikaw, kemm-il darba l-esportatur ikkonċernat, jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun ingħata, ħlief fil-każ tal-irtirar ta' impenn mill-esportatur jew minn dak il-pajjiż, opportunità biex jikkumenta."; (d) Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: "10. Jista’ jiġi impost dazju skont l-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża." 5. L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."; 6. L-Artikolu 15(1) huwa emendat kif ġej: (a) L-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Meta l-fatti finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji kontrobilanċjabbli u ħsara kkawżata minnhom, u l-interess tal-Unjoni jsejjaħ għal intervent skont l-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju defenittiv ta' kontrobilanċ mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artiklu 25(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu."; (b) It-tieni u t-tielet subparagrafi qed jitħassru. 7. Fl-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "2. Meta jkun applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji ta' kontrobilanċ u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk id-dazju definittiv ta' kontrobilanċ għandux ikun impost, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar definittivament." 8. Fl-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: "Reviżjoni bħal din għandha tinbeda wara li l-produtturi fl-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom." 9. Fl-Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim , fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt." 10. L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b’mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar." (b) Fil-paragrafu 1, jitħassar il-ħames subparagrafu; (c) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni." 11. L-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta’ evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew jitolbu garanziji." (b) Fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)." (c) Fil-paragrafu 6, ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: "Dawn l-eżenzjonijiet jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha." 12. L-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli." (b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni." 13. L-Artikolu 25 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Kontra s-Sussidji, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk." 14. L-Artikolu 29(5) għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament." 15. L-Artikolu 30 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 jew 15. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr." (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar." 16. L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli għal partijiet oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn." (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat." (c) Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni." 20. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet [106] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 260/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[107]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar. 2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk." 3. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ." (b) Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali." (c) Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri." 4. L-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Meta l-Kummissjoni tqis, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar." 5. L-Artikolu 9(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri u lanqas l-uffiċjali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom ma għandhom jiżvelaw l-ebda tagħrif ta’ natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, u l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun forna dan it-tagħrif." 6. L-Artikolu 11(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kommissjoni skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 16(6)." 7. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 13 Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta'sorveljanza minn qabel tal-Unjoni mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18, tista' tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar." 8. Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 6 u 7 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "6. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tieħu deċiżjoni f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)." 9. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 17 Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jeħtieġu, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) u t-termini tal-Kapitolu III, tista tadotta l-miżuri xierqa sabiex prodott ma jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet miżjuda tant bil-qawwi u/jew skont dawk it-termini jew kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f’kompetizzjoni diretta magħhom. Għandu japplika l-Artikolu16(2) sa (5)." 10. L-Artikolu 21(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18 għandhom jiġu revokati jew emendati, hija għandha, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), tirrevoka jew temenda l-miżuri." 11. L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 23 Meta jkun hemm bżonn għall-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex id-drittijiet u d-dmirijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha tagħha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ f’merkanzija, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati u mwettqa fil-livell internazzjonali." 21. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi [108] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[109]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 625/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar. 2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Salvagwardji stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[110], imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk." 3. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: "Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea." (b) Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali." (c) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: "6. Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri." 4. Fl-Artikolu 6(2) l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: "Meta fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm." 5. L-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-uffiċjali minn kull wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali li tkun waslitilhom b’konformità ma’ dan ir-Regolament, u l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din." 6. L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej: " Artikolu 12 Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta' sorveljanza minn qabel tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, b'konformità mal-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar." 7. L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament."; (b) Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "4. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tieħu deċiżjoni f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)." 8. L-Artikolu 16(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tadotta l-miżuri xierqa filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)." 9. L-Artikolu 18(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandhom jitħassru jew jiġu emendati, hi għandha tħassar jew temenda l-miżuri." 22. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni [111] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1061/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [112]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1061/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar. 2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjonijiet, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu." 3. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Sabiex tkun evitata sitwazzjoni kritika li toriġina minħabba nuqqas ta' prodotti essenzjali, jew sabiex tkun rimedjata sitwazzjoni ta' dan it-tip, u meta l-interessi tal-Unjoni jitolbu intervent immedjat, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u filwaqt li tqis in-natura tal-prodotti u l-karatteristiċi partikolari l-oħra tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, tista' tissoġġetta l-esportazzjoni ta' prodott għall-produzzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun regolat minn dispożizzjonijiet ta' dan it-tip u fil-limiti li l-Kummissjoni tfassal skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."; (b) Fil-paragrafu 4, it-tieni sentenza għandha titħassar; (c) Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "5. Meta l-Kummissjoni tkun aġixxiet skont il-paragrafu 1, hija għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri li tkun ħadet, tiddeċiedi tadottax il-miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7. Jekk, wara 6 ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tal-miżura, ma jkunu ġew adottati l-ebda miżuri, il-miżura kkonċernata għandha titqies li tkun tħassret." 4. Fl-Artikolu 7(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej: "Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jitolbu dan, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), tista' tadotta l-miżuri xierqa:" 5. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 7 għandha tiġi revokata jew emendata, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)." 23. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu [113] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1215/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [114]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar; (b) Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. F'każ ta' nonkonformità fir-rigward tal-paragrafi 1 jew 2, il-benefiċċji ta' dan ir-Regolament għall-pajjiż jista' jiġi sospiż kollu kemm hu jew parti minnu, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2)." 2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: " Artikolu 8a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2 u 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej: (1) Il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(a) informat lill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent;" (2) It-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied: "Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2)."; (b) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar; (c) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni provviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1." 24. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [115] FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1225/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [116]. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jiġi emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 2(7), l-aħħar subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-produttur jissodisfax il-kriterji msemmija hawn fuq fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-investigazzjoni wara li l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkommenta. Din id-deċiżjoni għandha tibqa' fis-seħħ tul l-investigazzjoni kollha." 2. L-Artikolu 5(9) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni." 3. L-Artikolu 6(9) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Għall-proċedimenti mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 15-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar." 4. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Dazji provviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċedimenti skont l-Artikolu 5, jekk tkun ingħatat notifika b'dak l-effett u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità adegwata biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja ta' dumping u ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi pprevenuta ħsara bħal din. Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk." (b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). " (c) Il-paragrafu 6 għandu jitħassar. 5. L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Bil-kundizzjoni li jkun ġie determinat provviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista' taċċetta offerti ta' impenji volontarji sodisfaċenti mressqa minn kwalunkwe esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu suġġett ta' dumping, jekk tkun sodisfatta li b'hekk jiġi eliminat l-effett ta' ħsara mid-dumping. F'każ bħal dan u sakemm ikunu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dażji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji, kif emendata sussegwentement. Iż-żidiet fil-prezzijiet b'dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni ta' dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."; (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)."; (c) Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn tista' tiġi rtirata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament, sakemm l-esportatur ikkonċernat ikun ingħata, ħlief fejn ikun irtira l-impenn hu stess, l-opportunità biex jikkummenta."; (d) Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: "10. Jista’ jiġi impost dazju skont l-Artikolu 7 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża." 6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċediment għandu jintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)."; (b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara kkawżata minnu, u l-interess tal-Unjoni għal intervent skont l-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artiklu 15(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu. L-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan id-dazju inqas ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni." 7. Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza għandha tiġi ssotitwita b'dan li ġej: "2. Fejn dazju provviżorju jkun ġie applikat u l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jiġi miġbur b'mod definittiv." 8. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fl-Artikolu 4, l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu għandha tinbidel b'li ġej: "Reviżjoni għal esportatur ġdid għandha tinbeda u titwettaq fuq bażi mgħaġġla wara li l-produtturi tal-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw." (b) Fil-paragrafu 5, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej: "Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu l-proċeduri u t-twettiq tal-investigazzjonijiet, bl-esklużjoni ta' dawk li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien, għandhom japplikaw għal kwalunkwe reviżjoni mwettqa skont il-paragrafi 2, 3 u 4. Ir-reviżjonijiet li jitwettqu skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitwettqu malajr u normalment għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar. Reviżjonijiet skont il-paragrafu 4 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien disa' xhur mid-data ta' meta jinbdew. Jekk tinbeda reviżjoni skont il-paragrafu 2 waqt li tkun għaddejja reviżjoni skont il-paragrafu 3 fl-istess proċediment, ir-reviżjoni skont il-paragrafu 3 għandha tintemm fl-istess ħin mar-reviżjoni skont il-paragrafu 2." (c) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Reviżjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Meta r-reviżjonijiet jitolbu dan, il-miżuri għandhom jiġu revokati jew jinżammu skont il-paragrafu 2, jew revokati, miżmuma jew emendati skont il-paragrafi 3 u 4. Meta l-miżuri jkunu revokati għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu kemm hu, esportaturi bħal dawn għandhom jibqgħu suġġetti għall-proċediment u jistgħu, awtomatikament, jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni sussegwenti mwettqa għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu."; (d) Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu għandu jinbidel b'li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim , fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt." 9. L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Meta l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra tibgħat, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, informazzjoni biżżejjed li turi li, wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment jew moviment insuffiċjenti fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni, l-investigazzjoni tista' terġa' tinfetaħ biex jiġi eżaminat jekk il-miżura ħallitx effetti fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq." (b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Meta investigazzjoni mill-ġdid skont dan l-Artikolu turi li d-dumping ikun żdied, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), skont is-sejbiet il-ġodda dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni. L-ammont ta' dazju anti-dumping impost bis-saħħa ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment." (c) Fil-paragrafu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej: "Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 u 6 għandhom japplikaw għal kull investigazzjoni mill-ġdid li titwettaq bis-saħħa ta' dan l-Artikolu, ħlief li dik l-investigazzjoni mill-ġdid titwettaq malajr u normalment tintemm fi żmien disa' xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, dawn l-investigazzjonijiet mill-ġdid għandhom fil-każijiet kollha jintemmu fi żmien sena mill-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid." 10. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta' evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista’ tkun megħjuna mill-awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur. Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu."; (b) Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha." 11. L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli." (b) Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej "5. Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni." 12. L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Anti-Dumping. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]." 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu. 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk." 13. L-Artikolu 19(5) għandu jinbidel b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament." 14. L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr." (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar." 15. L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn." (b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat." (c) Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni." DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri. 2. LINJI TAL-BAĠIT: Mhux applikabbli. 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju. 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI Mhux applikabbli.[pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] COM(2010) 83 finali tad-9.3.2010, 2010/0051 (COD). [2] Ara l-Artikolu 10 tal-proposta tal-Kummissjoni. [3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [4] Ara l-aħħar paragrafu tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni. [5] In-numerazzjoni tu din il-proposta tirreferi għar-Regolament kif jinsab fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tas-16 ta' Diċembru 2010. [6] ĠU L 192, 26.8.1971, p. 14. [7] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284. [8] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162. [9] ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103. [10] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71. [11] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1. [12] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1. [13] ĠU L 25, 29.01.2002, p. 16. [14] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1. [15] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1. [16] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1. [17] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1. [18] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1. [19] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1. [20] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1. [21] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [22] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [23] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1. [24] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1. [25] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1. [26] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [27] Paragrafi 50-51, Kawża C-257/01 Il-Kummissjoni kontra l-Kunsill [ECR] 2005 p. I-00345. Ara wkoll il-Kawża C-133/06 Il-Parlament Ewropew kontra l-Kunsill [ECR] 2008 p. I-03189. [28] Ara l-paragrafu 11 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (COM (2010) 54 2010/36/COD) u l-paragrafu 6 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (COM (2010) 142 2010/0140/COD). [29] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [30] ĠU L … [31] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284. [32] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162. [33] ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103. [34] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71. [35] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21. [36] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1. [37] ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10. [38] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1. [39] ĠU L 25, 29.01.2002 p. 16. [40] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1. [41] ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8. [42] ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1. [43] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1. [44] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1. [45] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1. [46] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1. [47] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1. [48] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1. [49] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [50] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [51] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1. [52] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1. [53] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1. [54] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [55] ĠU L … [56] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284. [57] ĠU L … [58] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [59] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162. [60] ĠU L … [61] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [62] ĠU L 171, 26.6.1973, p. 103. [63] ĠU L … [64] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [65] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71. [66] ĠU L … [67] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21. [68] ĠU L … [69] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1. [70] ĠU L … [71] ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10. [72] ĠU L … [73] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1. [74] ĠU L … [75] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [76] ĠU L 25, 29.01.2002 p. 16. [77] ĠU L … [78] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [79] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1. [80] ĠU L … [81] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [82] ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8. [83] ĠU L … [84] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [85] ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1. [86] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1. [87] ĠU L … [88] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [89] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1. [90] ĠU L … [91] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [92] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. [93] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1. [94] ĠU L … [95] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [96] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1. [97] ĠU L … [98] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [99] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1. [100] ĠU L … [101] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [102] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1. [103] ĠU L … [104] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [105] ĠU L … [106] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [107] ĠU L … [108] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1. [109] ĠU L … [110] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. [111] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1. [112] ĠU L … [113] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1. [114] ĠU L … [115] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [116] ĠU L …