Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0068

    Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    /* KUMM/2011/0068 finali - NLE 2011/0037 */

    52011PC0068

    /* KUMM/2011/0068 finali - NLE 2011/0037 */ Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea


    [pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL- UNJONI EWROPEA GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ |

    Brussel 1.3.2011

    KUMM(2011) 68 finali

    2011/0037 (NLE)

    Proposta konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 kien jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (li aktar tard ġiet sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK), b'rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta' dimostranti politiċi f'Conakry fit-28 ta' Settembru 2009.

    2. Fil-Kunsill intlaħaq ftehim provviżorju li l-miżuri restrittivi imposti fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea għandhom jiġu emendati fid-dawl tal-qagħda politika u tar-“ Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta li ngħatat is-setgħa tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea ”.

    3. Barra minn hekk, l-Artikolu 215(3) TFUE jipprovdi li l-atti legali li ssir referenza għalihom f'dak l-Artikolu għandhom ikunu jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar is-salvagwardji legali. Il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li jiżdied element ieħor mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għal din id-dispożizzjoni.

    4. Għalhekk, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni jipproponu li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009.

    2011/0037 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra r-Repubblika tal-Ginea[1],

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,

    Billi:

    5. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009[2] tta-22 ta' Diċembru 2009 kien jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK[3] (li aktar tard ġiet sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK)[4], b'rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta' dimostranti politiċi f'Conakry fit-28 ta' Settembru 2009.

    6. Fi [ ] 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…../PESK, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi imposti fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea għandhom jiġu emendati fid-dawl tal-qagħda politika u tar-“ Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta li ngħatat is-setgħa tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea ”[5].

    7. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3. L-Anness II għandu jkun jikkonsisti mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsbabli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fir-Repubblika tal-Ginea, u minn persuni fiżiċi jew legali, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK* kif emendat.

    * ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.”

    (2) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2, għandha tiżdied fuq wara s-sentenza li ġejja:

    "Fejn tali fehmiet jingħataw lill-Kummissjoni, jew fejn titressaq evidenza sostanzjali ġdida, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha fid-dawl tagħhom u tgħarraf b'dan lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati."

    (3) L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    “ANNESS II

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3)

    [L-Anness għandu jiġi miżjud skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill]

    [1] ĠU L … , … 2011, p. .. .

    [2] ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

    [3] ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

    [4] ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

    [5] Dokument tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU S/2009/693.

    Top