Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0035

    Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    /* KUMM/2011/0035 finali - NLE 2011/0015 */

    52011PC0035

    Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq /* KUMM/2011/0035 finali - NLE 2011/0015 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL- UNJONI EWROPEA GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ |

    Brussel 26.1.2011

    KUMM(2011) 35 finali

    2011/0015 (NLE)

    Proposta konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 impona ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Iraq, skont il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1483(2003). L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għamel arranġamenti speċifiċi dwar pagamenti għal esportazzjonijiet Iraqini ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali u l-Artikolu 10 jittratta dwar l-immunità minn proċedimenti legali għal xi assi Iraqini rispettivament.

    2. Dawn l-arranġamenti speċifiċi applikaw sal-31 ta’ Diċembru 2007. Huma ġew estiżi bir-Riżoluzzjoni 1859 tat-22 ta' Diċembru 2008 sal-31 ta' Diċembru 2009. Bir-Riżoluzzjoni 1905 tal-21 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, kif mitlub mill-Iraq, li jestendi l-arranġamenti speċifiċi sal-31 ta’ Diċembru 2010. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/128/PESK, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 168/2010.

    3. Bir-Riżoluzzjoni 1956 tal-15 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jestendi dawn l-arranġamenti speċifiċi għal 6 xhur oħra sat-30 ta' Ġunju 2011 u li jwaqqafhom minn dik id-data. F'Konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…/PESK, ir-Regolament 1210/2003 għandu issa jerġa' jiġi emendat.

    2011/0015 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq[1],

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

    Billi:

    4. F’konformità mar-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96[2], għamel arranġamenti speċifiċi dwar pagamenti għal żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċedimenti legali ta’ xi assi Iraqini. Dawn l-arranġamenti speċifiċi ġew applikati sal-31 ta’ Diċembru 2010[3].

    5. Ir-Riżoluzzjoni 1956 tal-15 ta' Diċembru 2010 tal-KSNU tipprovdi li dawn l-arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu estiżi sat-30 ta' Ġunju 2011 u li għandhom jitwaqqfu wara dik id-data. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…/PESK, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu issa jiġi emendat f'dan is-sens.

    6. Sabiex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “3. L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2011.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President […]

    [1] ĠU L … , … 2010, p. .. .

    [2] ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.

    [3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2010 (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 1)

    Top