This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0443
Accession of Bulgaria and Romania to Schengen European Parliament resolution of 13 October 2011 on the accession of Bulgaria and Romania to Schengen
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għal Schengen Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għal Schengen Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen
ĠU C 94E, 3.4.2013, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 94/13 |
Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2011
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għal Schengen
P7_TA(2011)0443
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen
2013/C 710 E/04
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni leġiżlattiva tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (1), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin tad-9 u l-10 ta’ Ġunju 2011, li sar fil-Lussemburgu, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u s-25 ta' Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tad-29 ta' Settembru 2011 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-żona Schengen (O-000224/2011 – B7-0440/2011, O-000225/2011 – B7-0621/2011, O-000223/2011 – B7-0439/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-moviment ħieles tal-persuni huwa dritt fundamentali ggarantit liċ-ċittadini tal-UE mit-Trattati; |
B. |
billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-UE huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropew; |
C. |
billi r-Rumanija u l-Bulgarija ssodisfaw il-kriterji kollha sabiex jagħlqu b'suċċess il-proċess ta' valutazzjoni ta' Schengen; |
D. |
billi l-preparazzjoni taż-żewġ pajjiżi sabiex jaderixxu ma' Schengen ġiet iċċertifikata mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011; |
E. |
billi, matul il-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2011, il-kapijiet tal-istat u tal-gvern qablu li d-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandha tittieħed mhux aktar tard minn Settembru 2011; |
F. |
billi d-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija ġiet posposta minħabba li l-Kunsill naqas milli jagħmel votazzjoni waqt il-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Settembru 2011; |
1. |
Jirrimarka li ż-żewġ pajjiżi t-tnejn irridisinjaw u rriorganizzaw mill-qiegħ s-sistemi tagħhom ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri billi investew kunsiderevolment fl-awtoritajiet tagħhom ta' infurzar tal-liġi, inkluż l-għoti ta' taħriġ u tal-aħħar teknoloġija, u saħħew b'mod viżibbli l-oqfsa istituzzjonali u legali tagħhom, fatt li huwa rikonoxxut fir-rapporti kollha ta' valutazzjoni ta' Schengen; |
2. |
Jinnota l-appoġġ u s-solidarjetà kontinwi murija mill-Bulgarija u r-Rumanija bħala sħab affidabbli fix-Xlokk tal-Ewropa, flimkien mal-kontribut kontinwu tagħhom għas-sigurtà tal-fruntieri f'din il-parti tal-UE; |
3. |
Jenfasizza li ż-żewġ pajjiżi implimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, li – skont it-Trattat ta' Adeżjoni tagħhom u l-qafas legali eżistenti tal-UE – huwa l-uniku prerekwiżit għall-adeżjoni tagħhom maż-żona ta' Schengen; |
4. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jieħdu d-deċiżjoni u jkabbru ż-żona ta' Schengen sabiex tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija abbażi tal-acquis u l-proċeduri ta' Schengen biss; jemmen li ma jistgħux jiġu imposti kriterji addizzjonali fuq Stati Membri li diġà jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona ta' Schengen; |
5. |
Itenni l-appoġġ tal-Parlament biex iż-żona ta' Schengen titkabbar ħalli tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jipproċedi skont it-Trattat tal-UE u jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex ir-Rumanija u l-Bulgarija jkunu jistgħu jaderixxu maż-żona Schengen; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom skont il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-kriterji tal-adeżjoni ta' Schengen, u biex ma jagħtux prijorità lill-populiżmu nazzjonali; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0254.