This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DP0570
Numerical strength of standing committees European Parliament decision of 14 December 2011 on the numerical strength of the standing committees (2011/2838(RSO))
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))
ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 130–131
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 168/130 |
L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati
P7_TA(2011)0570
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))
2013/C 168 E/19
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati parlamentari (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu, |
B. |
billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-protokoll li jemenda l-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha, |
1. |
Iddeċieda li jemenda n-numru ta’ membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:
u li jemenda n-numru ta’ membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:
|
2. |
Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jistgħu jkollhom sa erba' viċi-presidenti; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
(1) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 34.