Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0777

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012 It-Twettiq tat-Tiġdid Ewropew

    /* KUMM/2011/0777 finali */

    Brussell, 15.11.2011

    KUMM(2011) 777 finali

    VOL. 1/2

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012

    It-Twettiq tat-Tiġdid Ewropew


    1.Introduzzjoni

    L-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja l-isfida ta’ ġenerazzjoni. Sfida ekonomika, li taffettwa il-familji, in-negozji u l-komunitajiet madwar l-Ewropa. Iżda hija wkoll sfida politika biex jintwera li l-Unjoni Ewropea tista’ tlaħħaq ma’ dan il-kompitu. L-Unjoni Ewropea tista’ u għandha tagħmel differenza reali ta’ kif l-Ewropej jiffaċċjaw il-kriżi tal-lum.

    Dan kien il-messaġġ tad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2011 1 . Id-diskors u d-dibattitu fil-Parlament Ewropew ikkonfermaw kunsens wiesa': li l-prijorità prevalenti tal-UE għandha tkun li trawwem irkupru ekonomiku sostenibbli u rikk fl-impjiegi. Bir-restawr tat-tkabbir u tal-kunfidenza biss se niżviluppaw il-mudell soċjali uniku tal-UE. Sabiex nirnexxu, għandna bżonn sħubija attiva bejn l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-livell nazzjonali, irridu naħdmu bħala Unjoni vera, u rridu naħdmu permezz tal-metodu Komunitarju fit-teħid tad-deċiżjonijiet bħala l-bażi ta’ din l-Unjoni vera. Il-kriżi attwali reġgħet uriet li meta dawn il-kundizzjonijeit jintlaħqu, nistgħu nsibu d-determinazzjoni u l-adattabilità meħtieġa.

    Il-Kummissjoni tirrispondi għal dawn l-imperattivi b’modi differenti. Ħafna mir-riżorsi tagħha huma impjegati b’mod determinat f’deċiżjonijiet implimentattivi li diġà ttieħdu –li jvarjaw minn kompiti li ilhom stabbiliti bħall-iżgurar li l-liġi tal-UE hija kollha kemm hi implimentata madwar l-UE, sal–amministrazzjoni tal-baġitt tal-UE, kemm direttament jew b’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, sa responsabbiltajiet ħafna aktar ġodda li jiġu direttament mit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-kriżi attwali. Ħafna drabi din l-aġenda ta’ implimentazzjoni jkollha impatt dirett fuq it-tkabbir – jeżisti spazju ta’ implimentazzjoni bejn l-Istati Membri għal inizjattivi leġislattivi importanti li huma essenzjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku, imma li mhumiex diġà implimentati.

    Reċentement il-Kummissjoni ressqet aġenda ġdida radikali li tkopri b’aktar reqqa s-sorveljanza fuq il-politiki ta’ baġit u ta’ ekonomija tal-Istati Membri, b’mod partikolari għall-Istati Membri taż-żona tal-Euro, ir-reviżjoni fundamentali tas-sorveljanza u tar-regolament finanzjarju, u azzjoni sabiex jiġi żgurat li l-politiki stutturali tal-UE jġibu benefiċċji immedjati. Il-pakkett adottat reċentement sabiex tiżdied il-governanza ekonomika (is-"six-pack") jirrapreżenta kompitu ewlieni ġdid għall-Kummissjoni.

    Biex jirnexxu dawn il-politiki kollha ġodda jeħtieġ tibdil kbir fil-mod ta’ kif il-Kummissjoni taħdem. Jeħtiġilha tirrialloka r-riżorsi u jeħtiġilha tibni sħubija ta’ ħidma aktar fil-fond mal-Istati Membri. Il-ħolqien ta’ Task Force tal-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Greċja timplimenta l-programm UE/FMI tagħha u sabiex taċċellera l-infiq mill-Fondi Strutturali tal-UE, huwa eżempju wieħed tal-irwoli ġodda tal-Kummissjoni li jinbtu direttament mill-ġestjoni tal-kriżi.

    Fit-tfassil ta’ dan il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012, il-Kummissjoni kellha ssib it-triq tan-nofs bejn li tirrispondi għall-bżonnijiet urġenti ġodda li jixirfu bħala riżultat tal-kriżi, u l-bżonn kostanti biex issir ħidma fuq kwistjonijiet strutturali fejn dawk li jfasslu l-politika, l-investituri u ċ-ċittadini jserrħu fuq il-Kummissjoni biex hi tħares lil hinn mill-immedjat u tgħin fl-iffurmar ta’ Ewropa prosperuża u sostenibbli għall-futur. Ħafna mill-inizattivi l-ġodda stipulati fl-annessi għal din is-CWP huma ffukati fuq din il-perspettiva għal żmien fit-tul – se jżidu ma’ jew se jgħinu sabiex jitwaqqaf il-qafas legali meħtieġ sabiex jittieħdu l-benefiċċji kollha mid-dimensjoni tal-UE fil-bini u l-kondiviżjoni tat-tkabbir sostenibbli, livelli għolja ta’ impjieg u soċjetà ġusta madwar l-UE. Dan huwa l-għan ta’ firxa wiesgħa ta’ inizjattivi sabiex issir il-promozzjoni tal-kompetittività, jiġu indirizzati l-ispejjeż soċjali tal-kriżi, u l-irkupru jiġi misjuq lejn futur sostenibbli. Dan huwa wkoll l-objettiv ewlieni tal-politiki ta’ nfiq tal-UE, permezz tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ppreżentati mill-Kummissjoni li jwasslu sal-2020.

    Għall-Kummissjoni, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill se jkun neċessarju li jittieħed approċċ flessibbli fit-trattament ta’ dawn l-inizjattivi. Urġenzi ġodda jistgħu jinbtu fix-xhur li ġejjin li ma setgħux jiġu previsti għal dan il-programm ta’ ħidma. Il-ħtiġijiet wiesgħa tal-governanza ekonomika ġdida tal-UE għandhom bżonn ta’ bosta ħin u attenzjoni mit-tliet istituzzjonijiet kollha u, kif diġà rajna, l-ippjanar ta' minn qabel u l-pass tan-negozjati jistgħu jkollhom jitwarrbu sabiex iħallu spazju għal deċiżjonijiet urġenti. Xi wħud mill-proposti stipulati fl-annessi huma ta’ importanza partikolari u għandu jkollhom prijorità akbar – b’mod partikolari proposti li jista’ jkollhom impatt malajr fuq it-tkabbir u l-impjiegi, u li jagħtu realment kontribut għall-irkupru. Il-Kummissjoni se tagħti enerġija u attenzjoni partikolari lil dawn il-proposti, imma sabiex jinħoloq l-impatt konkret mixtieq u fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies, hemm bżonn ukoll li jingħataw prijorità – rapida – mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri. Il-kapaċità kollettiva tal-istituzzjonijiet biex juru li komunement bejniethom jifhmu fejn l-azzjoni hija l-aktar urġenti ħa tibgħat messaġġ qawwi dwar ir-riżoluzzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriżi u terġa’ ġġib it-tkabbir ekonomiku. Minħabba n-natura dinamika tal-avvenimenti, kwalunkwe lista ta’ miżuri rapidi għandhom jinżammu taħt reviżjoni frekwenti. Il-proposti inizjali tal-Kummissjoni għal rotot rapidi se jakkumpanjaw l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012.

    2.Il-bini ta' Ewropa ta' stabbiltà u ta' responsabbiltà

    L-aħħar ftit snin raw ir-riforma radikali tal-pajsaġġ ekonomiku tal-UE. Ewropa 2020 2 hija l-istrateġija ekonomika tal-Unjoni Ewropea. Hija tirrikonoxxi l-interdipendenza tal-Istati Membri tagħna u tistabbilixxi kif l-UE u l-livelli nazzjonali jistgħu jaħdmu flimkien biex iwettqu l-għanijiet miftiehma, u sabiex jerġġħu jwasslu lill-ekonomija għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol, waqt li jippreparaw is-sisien għal futur sostenibbli. L-Istati Membri kollha jngħataw rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tagħhom sabiex jindirizzaw l-aktar sfidi urġenti tagħhom. It-tieni Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir se jistabbilixxi l-qafas għas-Semestru Ewropew għall-2012. Ir-riforma komprensiva tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni finanzjarja poġġiet lis-sistema finanzjarja tal-UE fuq sisien sodi. Bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb il-governanza ekonomika (l-hekk imsejħa s-"six pack"), l-UE kabbret u saħħet il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tagħha fuq il-politiki nazzjonali. Għadd ta’ Stati Membri huma suġġetti għal aktar sorveljanza taħt programm ta’ aġġustament ekonomiku. Ġew żviluppati għodod ġodda sabiex jindirizzaw il-pressjoni bla preċedent fuq il-finanzi pubbliċi. Issa l-UE trid taġġixxi b'urġenza u b'determinazzjoni sabiex tpoġġi fuq quddiem r-riforma. Jeħtieġ li nuru li l-istituzzjonijiet kollha qed jaħdmu flimkien sabiex jitħaffu l-istadji prinċipali.

    Ix-xahar li għadda l-Kummissjoni ħejjiet ħames stadji marbuta ma’ xulxin fi pjan direzzjonali għall-istabbiltà u għat-tkabbir 3 . Dawn irrappreżentaw kemm tweġiba immedjata għall-problemi tal-Greċja u tas-settur bankarju sabiex terġa’ tinbena l-fiduċja fiż-Żona tal-Euro, kif ukoll azzjoni li tantiċipa politiki li jżidu l-istabbiltà u t-tkabbir. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tas-samit taż-Żona tal-Euro adottaw dawn il-proposti, u dawn se jibqgħu l-forza li tmexxi s-sura ta’ xogħol tal-Kummissjoni fix-xhur li ġejjin.

    Azzjoni mgħaġġla u deċiżiva hija meħtieġa sabiex din l-aġenda titmexxa ‘l quddiem matul it-tnax-il xahar li ġejjin. Saż-żmien li l-Kummissjoni tippubblika l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2013, l-Unjoni Ewropea għandha tkun kapaċi tara l-effett tar-riformi li jkunu ġabu livell ġdid ta’ kooperazzjoni u ta' sorveljanza bejn l-ekonomiji magħquda fiż-Żona tal-Euro u l-UE bħala entità sħiħa. Dan se jipprovdi l-bilanċ ġust bejn ir-restawr tal-finanzi pubbliċi u t-titjib fit-tkabbir mal-miżuri nazzjonali, u l-ħidma fuq il-livell tal-UE fuq l-inizjativi tal-Ewropa 2020 li għandha sseħħ id f’id biex jiġi mmassimizzat l-irkupru.

    2.1.Riforma fis-settur finanzjarju. Investiment fil-kunfidenza

    Settur finanzjarju li jaħdem sew huwa kruċjali sabiex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Minn mindu faqqgħet il-kriżi, il-Kummissjoni nediet reviżjoni komprensiva tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni finanzjarja. Il-parti l-kbira tal-inizjattivi ewlenin diġà ġew adottati jew ġew ippreżentati, inkluża l-leġiżlazzjoni proposta dwar id-derivati 4 , l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 5 , ir-rekwiżiti kapitali 6 swieq ta’ titoli aktar sodi u trasparenti kif ukoll il-ġlieda kontra l-abbuż tas-suq 7 . Valutazzjoni tal-impatt kumulattiv tar-riformi se tiġi wkoll ippubblikata.

    L-UE għandu jkollha t-tir ċar li tlesti r-riforma sas-sena d-dieħla. Fix-xhur bikrin tal-2012, il-Kummissjoni se tipproponi l-bqija tal-leġiżlazzjoni filwaqt li tiffoka fuq il-protezzjoni tal-investituri. Reviżjoni tar-regoli li jirregolaw skemi kollettivi ta’ investiment (UCITS) se timmira biex ittejjeb il-protezzjoni tal-investitur u ssaħħaħ is-suq intern. Il-protezzjoni tal-investitur u tat-trasparenza huma wkoll fil-qalba ta’ inizjattiva dwar l-iżvelar prekuntrattwali għal prodotti kumplessi ta’ investiment (PRIPs), kif ukoll dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni.

    2.2.Il-finanzjament fil-futur: L-iżgurar tad-dħul pubbliku sostenibbli

    L-aġenda tal-UE għat-Tkabbir hija l-kontribuzzjoni ċentrali li tista’ tagħmel biex il-finanzi pubbliċi jirkupraw. Iżda filwaqt li t-tassazzjoni hija primarjament il-kompetenza tal-Istati Membri, l-azzjoni tal-UE tista’ tgħin fix-xogħol tal-Istati Membri biex ikun żgurat li l-mudell soċjali Ewropew jista’ jiġi ffinanzjat fil-futur. Fl-2011, il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ inizjattivi importanti biex tibbilanċja mill-ġdid il-kontribut tas-settur finanzjarju għall-finanzi pubbliċi (Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji) 8 , biex tbiddel il-piż tat-taxxa mal-konsum tar-riżorsi (it-tassazzjoni fuq l-Enerġija) 9 u ttejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku (BKKTK) 10 .

    Fl-2012, il-Kummissjoni ser tressaq miżuri addizzjonali biex tiżgura s-sostenibbiltà u l-istabbiltà tal-finanzi pubbliċi. Il-Kummissjoni se taħdem fuq il-bini ta’ sistema tal-VAT moderna, kapaċi li tiġġieled il-frodi u tnaqqas il-piż burokratiku għall-SMEs u għall-kumpaniji oħra li joperaw b'mod transkonfinali.

    L-evażjoni tat-taxxa thedded id-dħul tal-gvern fl-Istati Membri kollha. L-evażjoni tat-taxxa tgħawweġ b’mod inġust l-ambjent kompetittiv kontra l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini u n-negozji li jirrispettaw ir-regoli. Ser tiġi proposta strateġija msaħħa sabiex tgħin lill-Istati Membri jaffrontaw "ir-rifuġji fiskali" sabiex il-kontribuzzjoni tal-UE tkun tista’ ttaffi it-telf potenzjali għat-Teżor pubbliku.

    Fi żminijiet ta’ awsterità baġitarja, il-protezzjoni tal-qligħ mill-kontribwenti tieħu importanza ġdida. Kull sena, ammonti sostanzjali jintilfu minħabba l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw il-flejjes pubbliċi tal-UE. Il-Kummissjoni se tressaq proposta sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE bil-liġi kriminali.

    Sabiex tirrispondi għall-isfidi li qed jiffaċċaw kumpanniji Ewropej minħabba l-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni qed twettaq evalwazzjoni fil-fond dwar il-bżonn biex ir-Regolament dwar proċedimenti ta’ falliment jiġi riformat. Mill-konklużjonijiet li se tiġbed, il-Kummissjoni se tiżviluppa opzjonijiet futuri għal aktar regoli tal-insolvenza transkonfinali effiċjenti, inklużi l-gruppi ta' kumpaniji.

    3.Il-bini ta’ Unjoni ta’ tkabbir sostenibbli u Solidarjetà

    It-trawwim mill-ġdid tat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol jirrikjedu azzjoni pożittiva f’livell ta’ UE kif ukoll nazzjonali sabiex jiġu appoġġjati l-kompetittività u l-inklużjoni soċjali. It-twettiq se jeħtieġ żieda fil-momentum ta’ azzjoni għall-promozzjoni ta’ qafas ġust li jgħin lin-negozju joħloq impjiegi u jsib swieq ġodda. Dan diġà huwa tema ewlenija fil-proposti mressqa bħalissa għall-programmi ta’ nfiq tal-UE. Il-ġenerazzjoni l-ġdida tal-politiki ta’ koeżjoni 11 għandhom fil-mira l-impjiegi u t-tkabbir tal-futur. Orizzont 2020, il-programm ta’ qafas li jmiss għar-riċerka u għall-innovazzjoni, se jmexxi l-bażi tal-għarfien tal-UE għat-tkabbir tal-kummerċ, filwaqt li se tkun fil-mira azzjoni fuq il-kompetittività, b’mod partikolari biex tappoġġja l-SMEs. Erasmus għal Kulħadd, il-programm il-ġdid dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ se jagħti spinta lill-immodernizzar tas-sistemi edukattivi fl-Ewropa. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 12 tiggwida finanzjament lejn proġetti li l-aktar li jirrendu lill-ekonomija Ewropea u ssaħħaħ l-infranstruttura bħala għodda għat-tkabbir.

    3.1.Suq Uniku għat-tkabbir

    Is-Suq Uniku jibqa’ l-aktar mezz importanti tagħna għat-tkabbir u għall-ħolqien tax-xogħol. Biex jilħaq il-potenzjal tiegħu, jeħtieġ li jrawwem l-aħjar ambjent għall-kummerċ – b’mod partikolari għall-impriżi żgħar - u għall-konsumaturi, sabiex jimplimenta bis-sħiħ ir-riformi li jippromwovu t-tkabbir sostenibbli, u biex ikun hemm infrastruttura effettiva u kompetittiva.

    Din hija r-raġuni l-għala l-Kummissjoni nediet proċess ambizzjuż li jagħti momentum ġdid lis-Suq Uniku, l-Att dwar is-Suq Uniku 13 . Kunsiderazzjoni malajr tat-tnax-il proposta ewlenija tal-Att fil-proċess interistituzzjonali għandha tiżgura li l-benefiċċji jinħassu mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni ser tintensifika l-ħidma fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar fis-Suq Uniku fl-2012. Il-Kummissjoni se tipproponi inizjattivi biex tgħaqqad sistemi nazzjonali tar-riċerka u toħloq Żona Ewropea tar-Riċerka strutturata, mobbli u effiċjenti, ibbażata fuq kompetizzjoni akbar u kollaborazzjoni sabiex tiġi kkatalizzata x-xjenza eċċellenti u l-aqwa innovazzjoni. Se tfittex b’mod partikolari, li tiftaħ ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet universitarji ewlenin fil-kompetizzjoni pan-Ewropea. L-implimentazzjoni sħiħa ta’ Ajru Uniku Ewropew mhux biss se ttemm l-ineffiċjenzi li jiswew madwar EUR 3,8 biljun fis-sena, din se tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, tqawwi s-sigurtà, u tnaqqas id-dewmien għall-passiġġieri. Filwaqt li disgħa minn kull għaxar impjiegi ġodda jiġu mis-settur tas-servizzi, u minkejja l-bosta opportunitajiet ta’ kummerċ li dan joffri, id-Direttiva dwar is-Servizzi 14 għadha ‘l bogħod milli tiġi implimentata bis-sħiħ u adegwatament. Il-Kummissjoni se tkun qed tħares ukoll lejn l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal servizzi bażiċi ta’ pagament, biex tivvaluta jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri.

    It-tkomplija tas-suq intern tal-enerġija sal-2014 se tkun lieva fundamentali oħra għat-tkabbir ekonomiku. Proposti ġodda dwar il-liberalizzazzjoni ferrovjarja se jgħinu ukoll biex jiġi mmodernizzat u ddekarbonizzat it-trasport Ewropew permezz ta’ kompetizzjoni akbar, u joffri servizzi lill-passiġġieri, aktar innovattivi, ġodda u orjentati lejn il-klijent. Minħabba l-investimenti sinifikanti involuti sabiex naġġornaw is-sistemi tal-enerġija tagħna (EUR 1 triljun għall-perjodu 2011-2020 15 ), is-settur tal-enerġija huwa fattur ieħor determinanti għat-tkabbir ekonomiku. Il-Kummissjoni se tieħu numru ta’ inizjattivi f’dan ir-rigward bl-għan prinċipali jkun it-tlestija tas-suq intern sal-2014, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew.

    L-Aġenda Diġitali 16 hi ċentrali sabiex l-ekonomija Ewropea jkollha l-kapaċità tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet tat-teknoloġija moderna u tal-internet biex timbotta t-tkabbir. L-adozzjoni tas-servizzi elettroniċi hija kruċjali, u l-kummerċ elettroniku se jiġi mħeġġeġ b'mod attiv. Fl-2012 il-Kummissjoni se tipproponi inizjattiva dwar l-immaniġjar tad-drittijiet kollettivi fi ħdan id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Din ser tinkludi regoli dwar il-liċenzjar transkonfinali għall-mużika online sabiex tiffaċilita liċenzji multiterritorjali. B’mod parallel, inizjattiva li tiżgura r-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni, tal-awtentikazzjoni u tal-firem elettroniċi se timmira biex tinbena l-fiduċja tal-konsumatur u tagħmel il-pagamenti online u t-tranżazzjonijiet elettroniċi eħfef.

    Il-kunfidenza tal-konsumatur hija importanti biex tingħata spinta lid-domanda u jinġieb lura t-tkabbir. L-Aġenda Ewropea komprensiva dwar il-Konsumatur ser turi kif id-drittijiet tal-konsumatur, is-sikurezza tal-konsumatur jistgħu joffru pedament sikur lill-konsumaturi fis-Suq Uniku. Il-proposti għal regoli riveduti dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti se joffru approċċ ċar, koerenti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi, u se jlaqqgħu flimkien diversi reġimi ta’ sorveljanza f’approċċ uniku għas-Suq Uniku. U meta huwa meħtieġ rimedju għall-konsumaturi, regoli dwar ir-rimedju kollettiv se jistabbilixxu kif il-konsumaturi u n-negozji jistgħu jsibu soluzzjonijiet effettivi għal problemi fuq skala kbira.

    3.2.L-involviment tal-persuni f'soċjetajiet inklussivi

    Il-ħolqien tax-xogħol jibqa’ waħda mill-ikbar sfidi għall-Ewropa llum, u l-UE tista’ tagħmel kontribut importanti. L-inizjattivi tal-Ewropa 2020 dwar iż-Żgħażagħ Attivi 17 , l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi 18 , kif ukoll il-Pjattaforma kontra l-Faqar 19 enfasizzaw il-ħtieġa biex it-tiġdid Ewropew jiġi mmirat lejn dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Fond Soċjali Ewropew ġdid 20 u l-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 21 se jappoġġjaw l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi tal-impjiegi permezz tal-ħolqien ta' impjiegi u spinta lill-ħiliet ewlenin. “Erasmus għal Kulħadd” se jappoġġja sħubijiet strateġiċi bejn l-edukazzjoni għolja u n-negozju sabiex jiġi żgurat li l-istudenti żgħażagħ jakwiżixxu taħlita ta' ħiliet li s-suq tax-xogħol jeħtieġ. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi se jkollha impatt kbir fuq il-ħidma tal-UE sabiex tindirizza l-qgħad, l-esklużjoni soċjali u l-faqar.

    Il-Kummissjoni dalwaqt se tistabbilixxi kif l-UE tista’ tikkontribwixxi biex tindirizza l-pjaga tal-qgħad taż-żgħażagħ, inkluża azzjoni biex tippromwovi l-mobilità taż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol u tgħinhom biex jidentifikaw opportunitajiet transkonfinali. L-apprendistati jistgħu jkunu ukoll punt tad-dħul importanti fis-suq tax-xogħol. Din tista’ tkun ta’ valur partikolari permezz tal-isfruttament aħjar tas-setturi li probabbli l-aktar li jistgħu joħolqu l-impjiegi ta’ għada.

    Bl-involviment mill-qrib tal-imsieħba soċjali, il-Kummissjoni se tirrevedi wkoll il-prinċipji ta' flessigurtà u tniedi fażi ġdida għall-implimentazzjoni tagħhom, għat-trawwim ta’ ħolqien tax-xogħol u l-mobilità, bħala mezz li jittaffi l-impatt tat-tnaqqis ekonomiku u li jkun lest jisfrutta l-irkupru meta jiġi. Dan huwa marbut mal-bżonn biex jiġu antiċipati u ġestiti aħjar ir-ristrutturazzjonijiet tal-kumpaniji. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni se tipproponi wkoll modi biex jiġi msaħħaħ s-servizz Pubbliku tal-Impjiegi, inkluża r-riforma tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (Eures) sabiex jitjieb l-aċċess għall-opportunitajiet ta’ impjieg transkonfinali.

    F’perspettiva aktar fit-tul, il-preservazzjoni tal-mudell soċjali tagħna jfisser ukoll li jkun żgurat li l-beneffiċji jistgħu jkunu ffinanzjati fil-futur, u f’dan ir-rigward, soċjetajiet li qed jixjieħu huma sfida enormi għall-politika pubblika, filwaqt li settur tal-kura tas-saħħa modern u innovattiv huwa mutur għat-tkabbir ekonomiku. Il-Kummissjoni ser issegwi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati fil-qasam tal-pensjonijiet, u se tieħu inizjattivi f’oqsma ta’ rilevanza transkonfinali. Fl-2012, dawn se jinkludu inizjattiva sabiex jissaħħaħ is-suq intern fil-prodotti tal-irtirar effiċjenti u sikuri. Il-Kummissjoni se tagħmel ukoll proposti li jindirizzaw id-drittijiet supplementari għall-pensjoni ta’ persuni li jibdlu l-impjiegi, għax l-iffaċilitar tal-mobilità huwa essenzjali għall-impjiegi u l-ħolqien tax-xogħol.

    3.3.Il-bini ta’ triq għal futur sostenibbli

    L-irkupru sostenibbli jeħtieġ li t-tkabbir u l-investiment huma mmirati lejn l-iktar setturi dinamiċi għall-futur. L-approċċ tal-Kummissjoni għal ekonomija effiċjenti fir-riżorsi 22 u ta' livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju 23 , li se tiġi integrata fil-politika ekonomika u fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, stabbilixxa kif it-tkabbir intelliġenti jeħtieġ li jiġi mmexxi sew, sabiex l-isfida ta’ Ewropa sostenibbli tiddawwar f’vantaġġ kompetittiv għalina. Dan l-approċċ huwa mnaqqax fl-Ewropa 2020, u huwa dak li jimbotta l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ proposti għall-agrikoltura 24 u għall-iżvilupp rurali, 25 kif ukoll għas-sajd, sabiex tingħata bażi sostenibbli lil setturi kruċjali kemm għall-ambjent tagħna kif ukoll għall-ekonomija tagħna. Eżempju importanti dwar l-istinkar għall-effiċjenza tar-riżorsi f'oqsma ta' politika settorjali se jkunu l-proposti tal-2012 dwar l-iżgurar ta’ aċċess għal ilma nadif u b’suffiċjenza: il-Kummissjoni se tadotta pjan t’azzjoni biex tissalvagwardja r-riżorsi tal-ilma, biex tiffoka l-politika pubblika billi tindirizza l-pressjonijiet li għandu l-ilma llum.

    Is-sostenibilità hija wkoll fil-qalba tal-viżjoni tal-Kummissjoni fil-politika dwar l-enerġija. Biex jingħata eżempju, l-adozzjoni fi żmien qasir u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 26 li ġiet proposta, tista’ tgħin biex jiġu żblukkati benefiċċji li jiswew medja ta’ EUR 1000 fis-sena għal kull dar fl-UE, bil-potenzjal li jinħolqu żewġ miljun impjieg kif ukoll jindirizzaw it-tibdil fil-klima. Proposta biex jitjieb il-qafas għas-sikurezza nukleari se tintegra tagħlimiet mit-testijiet tal-istress ta’ impjanti tal-enerġija nukleari tal-UE, il-progress tekniku u l-żviluppi regolatorji internazzjonali. Il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll strateġija biex taċċellera l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-UE u mal-ġirien fin-Nofsinhar tal-Mediterran. It-twettiq tal-adozzjoni tar-Regolament propost sabiex jiġu ffaċilitati investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija neċesssarja biex titħaffef l-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija se jkun sinjal importanti.

    Matul l-2012 il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-għan ta’ sforz globali ġenwin u komprensiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra . Il-Kummissjoni se tkompli tmexxi t-tranżizzjoni lejn is-Sistema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet kif ukoll tiżviluppa miżuri ġodda u timplimenta dawk eżistenti, biex tilħaq il-miri tal-klima u l-enerġija. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet se tixpruna l-innovazzjoni u se tagħti lill-manifatturi ċ-ċertezza regolatorja. Il-ħidma se tiffoka wkoll biex tiġi megħluba d-dipendenza tat-trasport fuq iż-żejt billi jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-UE għall-fjuwils alternattivi.

    Is-samit Rio+20 ta’ Ġunju ser jitfa’ lenti fuq l-isforz globali għas-sostenibbiltà u l-promozzjoni tat-tkabbir ekoloġiku. Il-politiki tal-UE se jkunu minn ta’ quddiem f'dan l-isforz.

    3.4.Ewropa miftuħa għaċ-ċittadini

    Il-provvediment tas-sigurtà u tal-ġustizzja f’Ewropa mingħajr fruntieri interni hija waħda mill-ikbar prijoritajiet għall-UE illum. Il-libertà li jiġu esplorati opportunitajiet transkonfinali hija parti ċentrali mir-raison d'être tal-UE. Iżda biex din is-sistema taħdem, l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka li s-sistema teħtieġ, u li tkun b’saħħitha u ġusta quddiem l-isfidi kbar hekk kif iffaċċjati fil-Mediterran din is-sena. L-UE għandha tissokkta bit-twettiq tal-Programm ta’ Stokkolma 27 , inkluż li ssib riżoluzzjoni dwar kwistjonijiet ewlenin bħall-ażil u li tindirizza sfidi ġodda bħaċ-ċibersigurtà.

    Is-Suq Uniku għaċ-ċittadini jrid jindirizza l-ostakoli burokratiċi inutli għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Żewġ proposti leġiżlattivi se jiffaċilitaw ir-rikonoxximent transkonfinali ta’ dokumenti dwar l-istat ċivili kif ukoll se jissimplifikaw ir-rekwiżiti leġislattivi.

    Ir-reġim tal-fruntiera tal-UE huwa parti ewlenija mill-Programm. L-immodernizzar u l-użu ta’ teknoloġija ġdida jistgħu jiżguraw li s-sistema tinkuraġġixxi kemm l-attività transkonfinali kif ukoll tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa. Il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ kontroll fuq il-fruntieri se jkunu aktar reżiljenti, filwaqt li jippermetti li vjaġġaturi frekwenti jidħlu aktar faċli fl-UE. Strateġija speċifika li tipprevjeni u tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin se tiġi proposta.

    4.L-għoti ta' leħen effettiv lill-UE fid-dinja kollha

    UE magħquda tipprovdi l-aqwa pjattaforma għal UE effettiva fix-xena globali. L-UE hija l-akbar ekonomija tad-dinja. L-UE u l-Istati Membri tagħha jikkontribwixxu għal aktar minn nofs tal-għajnuna globali għall-iżvilupp u għall-għajnuna umanitarja. L-UE tirrappreżenta u tibqa’ impenjata bi sħiħ lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, ir-rispett għal-liġi internazzjonali, u l-ordni multilaterali effettiva. Meta l-UE taġixxi magħquda, l-influwenza tagħha hija sostanzjali. Sabiex tiffaċċja l-isfidi u taħtaf l-opportunitajiet miġjuba permezz tal-globalizzazzjoni, l-azzjoni tal-UE trid tkompli tissaħħaħ biex tħares u tippromwovi l-interessi u l-valuri tagħna, filwaqt li taħdem biex tittejjeb il-prosperità u s-sigurtà fid-dinja aktar wiesgħa.

    L-azzjoni esterna tal-UE sseħħ fi ħdan il-qafas ipprovdut minn relazzjonijiet multilaterali, reġjonali u bilaterali, permezz ta’ strutturi politiċi eżistenti bħall-politika tal-iżvilupp u tal-kummerċ, kif ukoll permezz ta’ aspetti esterni tal-bosta politiki interni tal-UE. L-Unjoni se tkompli timplimenta dawn il-politiki filwaqt li tilqa’ wkoll għall-isfidi tal-avvenimenti globali li jiżviluppaw malajr.

    L-UE għandha tkun lesta biex tirreaġixxi għall-ambjent globali li dejjem qed jinbidel. L-UE rrispondiet malajr u b'mod deċiżiv għall-bidla drammatika fil-ġirien tan-Nofsinhar tal-Mediterran 28 . Ir-reazzjoni tal-UE kienet mibnija fuq tradizzjonijiet ta’ governanza tajba, trasparenza u solidarjetà u offriet messaġġ politiku ċar u appoġġ prattiku immedjat ("aktar għal aktar"). L-għajnuna malajr ġiet magħrbula u organizzata mill-ġdid sabiex tkun żgurata l-koerenza mal-bżonnijiet u mal-prijoritajiet attwali. Il-programm ta’ Sostenn għas-Sħubija, ir-Riforma u t-Tkabbir Inklussiv (SPRING) u l-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili kienu adottati f'dan il-kuntest. L-UE se tkompli tiffoka l-attenzjoni fuq il-viċinat tagħha, u toffri opportunitajiet għall-kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku sabiex trawwem stabbiltà u tkabbir. Il-Kummissjoni se tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-impenji meħuda fil-komunikazzjoni konġunta mar-Rappreżentant Għoli dwar l-approċċ ġdid għall-Politika Ewropea tal-Viċinat 29 li se jkollha rwol importanti fil-promozzjoni tal-iżvilupp paċifiku u prosperu fin-Nofsinhar tal-Mediterran u fil-viċinat tal-Lvant tagħha, se twettaq firxa sħiħa ta’ politiki u ta’ programmi tal-UE biex issostni t-tkabbir tal-istabbiltà ekonomika, soċjali u politika. Minbarra li se jingħata appoġġ lil dawk il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran involuti fi proċess tad-demokratizzazzjoni, fl-2012 se tingħata wkoll prijorità lill-Pjan Direzzjonali ta’ Sħubija tal-Lvant li ġie deċiż fis-Samit ta’ Varsavja u lill-istabbiltà fil-Lvant Nofsani u l-Kawkażu.

    L-UE qed tikkontribwixxi wkoll biex tippromwovi s-sigurtà fl-Afrika. U l-UE se tkun lesta biex tirreaġixxi fil-futur, kif għamlet reċentament quddiem id-diżastri naturali fit-Turkija, fil-Pakistan, u fil-Ġappun.

    Biex tadatta ruħha għall-ambjent globali f’kambjament u tifforma l-ordni dinjija, jeħtieġ li l-UE tgħaqqad l-elementi esterni u interni tal-politiki tagħna. Il-kummerċ, l-iżvilupp, id-diplomazija, it-tkabbir, il-politika tal-viċinat u t-tweġiba għall-kriżi huma kollha politiki u strumenti li jiffurmaw is-sinsla tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Dawn jistgħu jagħtu l-potenzjal sħiħ tagħhom meta jkunu mħaddma flimkien mal-politiki interni tagħna bħas-Suq Uniku, il-politika dwar il-klima, il-politika dwar l-enerġija u l-politika monetarja, li kollha kemm huma għandhom implikazzjonijiet kbar fid-dinja esterna.

    Il-prosperità Ewropea tistrieħ fuq il-kompetittività globali. L-isforzi sabiex jerġa’ jkun hemm it-tkabbir u l-impjiegi qed jitwettqu f’ambjent li huwa dejjem aktar interkonness u kompetittiv ħafna. Il-G20 kien lieva effettiva sabiex jippromwovi rispons globali koerenti għall-kriżi. Fl-aħħar laqgħa tal-G20 f’Cannes ġie konkluż li żieda fil-produzzjoni u l-produttività agrikola hija essenzjali sabiex tkun promossa s-sigurtà tal-ikel u jkun imrawwem tkabbir ekonomiku sostenibbli. Għalkemm l-objettiv ġenerali tal-politika tal-kummerċ tal-UE huwa l-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati multilaterali, l-interessi tan-negozji u tal-konsumaturi Ewropej jeħtieġu wkoll li jiġu promossi permezz ta’ ftehimiet bilaterali ma’ msieħba minn pajjiżi terzi. Għal dawn ir-raġunijiet qed tiġi esplorata l-possibbiltà ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Ġappun kif ukoll ftehim ta’ investiment maċ-Ċina.

    Is-solidarjetà hija valur fundamentali Ewropew – u tinfirex lil hinn mill-fruntieri tagħna. Bħala l-ikbar donatur dinji tal-għajnuna għall-iżvilupp, l-UE ser ikollha rwol ewlieni fl-għajnuna tal-ifqar soċjetajiet tad-dinja, billi tikkonċentra l-isforzi tagħha u tiżgura t-twassil rapidu u effiċjenti tal-Politika tal-Iżvilupp riveduta 30 tal-UE, b'attenzjoni partikolari fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Espressjoni tanġibbli ġdida tas-solidarjetà globali tal-UE huwa t-twaqqif ta’ Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja.

    Matul l-2012 se jsir ukoll progress fl-implimentazzjoni tal-kunsens imġedded tal-Unjoni dwar it-tkabbir u l-preparazzjonijiet sabiex il-Kroazja tkun milqugħa bħala t-28 membru tal-familja tagħna. Matul l-2012 se tkompli l-ħidma li tippermetti li l-Kroazja tibbenefika bis-sħiħ minn u tissodisfa l-obbligi ta’ sħubija.

    5.Regolamentazzjoni intelliġenti u twettiq effettiv

    Biex jitwettqu r-riformi stabbiliti f'dan il-programm, il-leġiżlazzjoni tal-UE trid taħdem tajjeb f'kull stadju. Mill-konċepiment sal-implimentazzjoni sal-evalwazzjoni u l-aġġornament, l-azzjoni tal-UE teħtieġ li tiġi ttestjata tul iċ-ċiklu sabiex tilħaq l-ogħla standards ta’ kwalità u effettività u effiċjenza. Għandha tiżgura li l-piżijiet regolatorji huma ħfief kemm jista’ jkun.

    Id-dritt tal-inizjattiva tal-Kummissjoni u r-responsabbiltà tagħha bħala gwardjana tat-Trattat jagħtiha rwol partikolari fiż-żamma ta’ dawn l-istandards għoljin. Kemm f'xogħolha, kif ukoll fil-monitoraġġ u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni miftiehma, il-Kummissjoni hija determinata li tiżgura li ċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE, igawdu mill-benefiċċju ta' riforma.

    5.1.Infiq intelliġenti flimkien

    Fi żminijiet ta’ awsterità, għandna niżguraw li r-riżorsi limitati tagħna huma diretti fejn il-gwadann f’termini ta’ impjiegi u tkabbir fil-ġejjieni huma l-akbar. Il-Kummissjoni pproponiet baġit modern mfassal biex jikkumplimentaw l-infiq nazzjonali, fejn hemm valur miżjud ċar mill-aġir fuq livell Ewropew. Se tkompli taħdem permezz tal-proċess tan-negozjati biex tiżgura li l-prinċipji ta’ simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u l-valur miżjud se jinżammu fil-pakkett finali.

    5.2.Regolamentazzjoni intelliġenti

    L-irwol tal-Kummissjoni meta tipproponi regolament evolva sostanzjalment fis-snin riċenti, bit-tisħiħ tal-istudju tal-impatt bħala parti standard mill-ħidma tal-Kummissjoni. Matul l-2012 se jitwettaq pass importanti ieħor fl-estensjoni ta’ żmien minimu għall-konsultazzjonijiet pubbliċi, minn 8 ġimgħat għal 12-il ġimgħa. Din ser tgħin biex jiġi żgurat li proposti tal-Kummissjoni huma bbażati sew fuq l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, u li kulħadd kellu l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-għażliet ewlenin tal-politika pubblika. It-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi huwa partikolarment rilevanti waqt żminijiet ekonomiċi diffiċli. Meta se ttemm il-programm għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-2012, il-Kummissjoni ser jirnexxilha taqbeż il-mira ta’ tnaqqis ta’ 25% billi se tippreżenta proposti li jissarfu fi tnaqqis ta’ 31% u f’iffrankar ta’ EUR 39 biljun. Minn din l-esperjenza, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex iżomm il-piżijiet regolatorji għal dawk li huma strettament meħtieġ. Se tħares b’mod speċjali lejn l-impatt tar-regolamenti tal-UE fuq l-impriżi ż-żgħar u tipproponi, fejn relevanti, eżenzjonijiet jew soluzzjonijiet maħsubin apposta għall-mikrointrapriżi. Se tippreżenta wkoll l-ewwel riżultati tal-kontrolli regolatorji tagħha.

    6.Konklużjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea hija determinata li tuża s-sena d-dieħla biex tagħmel dak kollu li hu fis-setgħa tagħha sabiex tindirizza l-kriżi ekonomika li qed tagħfas bil-kbir fuq l-Ewropej illum. Il-passi li qegħdin jittieħdu din il-ħarifa juru l-prijorità li l-Kummissjoni tagħti biex tippromwovi t-tkabbir u l-impjiegi. Din l-ogħla prijorità hija wkoll riflessa fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2012 li jiffoka wkoll fuq l-għanijiet fit-tul tal-UE. L-essenzjali huwa li tittieħed azzjoni fuq żmien qasir filwaqt li tinbena fuq żmien twil il-bażi għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi. It-twettiq taż-żewġ azzjonijiet fl-istess ħin se jgħin lill-UE issib ħruġ mill-kriżi li se jħalliha aktar b’saħħitha, aktar kapaċi tiffaċċja d-domandi tal-kompetizzjoni globali, aktar kapaċi tisfrutta s-sorsi tat-tkabbir għall-ġejjieni u twassal b’suċċess ekonomija soċjali tas-suq.

    L-UE tista’ tibni fuq sisien qawwija. Hija l-ikbar blokk kummerċjali dinji, tipproduċi terz tar-riżultat globali, u għandha tradizzjoni ta’ innovazzjoni soċjali u teknoloġika li dwarha hija kburija. Għandha valuri komuni u storja li jorbtuna f’kooperazzjoni. Għandha istituzzjonijiet li għandhom l-istess viżjoni ċara dwar kif għandha tinbena Ewropa prosperuża u sostenibbli, hi għandha l-approċċ diġà ppruvat tal-metodu Komunitarju, u għandha l-flessibilità meħtieġa biex twieġeb għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Bir-rieda politika li tgħaddi mill-intenzjoni għall-azzjoni, u b’mira ffukata fuq l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet riċenti, l-UE tista’ turi li fit-tmun kapaċi treġġa’ lura r-riskju tar-riċessjoni u twettaq tiġdid Ewropew.

    (1) Ara d-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2011 tat-28 ta' Settembru 2011. ( http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/state-union-2011/index_en.htm )
    (2) COM (2010) 2020, 03.03.2010
    (3) COM (2011) 669, 12.10.2011
    (4) COM (2010) 484, 11.09.2010
    (5) Regolament tal-UE Nru 513/2011, ĠU 2011 L 145/30, 31.05.2011
    (6) COM (2011) 452, 20.07.2011; COM (2011) 453, 20.07.2011
    (7) COM (2011) 656, 20.10.2011; COM (2011) 652, 20.10. 2011
    (8) COM (2011) 594, 28.09.2011
    (9) COM(2011) 168, 13.04.2011; COM (2011) 169, 13.04.2011
    (10) COM (2011) 121, 16/03/2011
    (11) COM (2011) 607 – 612, 614 – 615, 6.10.2011
    (12) COM (2011) 657, 665, 676, 19.10.2011
    (13) COM (2011) 206, 13.04.2011
    (14) 2006/123/KE, 12.12.2006, ĠU 2006 L 376/36, 27.12.2006
    (15) COM (2010) 677, 17.11.2010
    (16) COM (2010) 245, 19.05.2010
    (17) COM (2010) 477, 15.09.2010
    (18) COM(2010) 682, 23.11.2010
    (19) COM (2010) 758, 16.12.2010
    (20) COM (2011) 607, 6.10.2011
    (21) COM(2011) 608, 6.10.2011
    (22) COM (2011) 571, 20.09.2011
    (23) COM (2011) 112, 08.03.2011
    (24) COM (2011) 628, 12.10.2011
    (25) COM (2011) 627, 12.10.2011
    (26) COM (2011) 370, 22.6.2011
    (27) ĠU C 115/1, 04.05.2010
    (28) COM (2011) 200, 08.03.2011
    (29) COM (2011) 303, 25.05.2011
    (30) COM (2011) 637, 13.10.2011 u COM (2011) 638/2 13.10.2011
    Top

    Brussell, 15.11.2011

    KUMM(2011) 777 finali

    VOL. 2/2

    ANNESS

    għall-

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012


    Anness I – Inizjattivi futuri 1

    Inizjattivi futuri għall-2012

    * jindika li l-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha biex twettaq din l-inizjattiva matul l-2012

    Nru

    Titolu

    It-tip ta’ inizjattiva

    Deskrizzjoni tal-ambitu u tal-objettivi

    1.

    Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013*

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni se tippreżenta Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir akkumpanjat minn Komunikazzjoni li se tkun il-kontribut ewlieni għal diskussjoni għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa. L-istħarriġ se jinkludi kemm reviżjoni, rapportar dwar il-progress, kif ukoll parti li tħares 'il quddiem li tipproponi gwida strateġika ta' politika b'mod orizzontali fl-Istati Membri. (Ir-raba' (4) trimestru 2012)

    L-Agrikoltura

    2.

    Il-promozzjoni u l-informazzjoni għall-prodotti agrikoli

    Leġiżlattiva

    Tfassil mill-ġdid u simplifikar tal-leġiżlazzjoni dwar il-promozzjoni u l-informazzjoni biex jiġu proposti miżuri b'valur miżjud ogħla tal-UE u mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-swieq differenti (eżempju: il-ħtieġa għal aktar informazzjoni dwar is-suq intern jew il-ħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq esterni). Din il-proposta se tkun segwitu għall-Komunikazzjoni dwar il-promozzjoni u l-informazzjoni għall-prodotti agrikoli.

    3.

    L-eliminazzjoni gradwali bla xkiel tas-sistema tal-kwota tal-ħalib

    Mhux leġiżlattiva

    L-Artikolu 184(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-Kummissjoni biex tressaq rapport qabel l-31.12.2012 dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kondizzjonijiet li jiġu minnha għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib.

    L-Azzjoni Klimatika

    4.

    Il-miri* tal-2020 għas-CO2 mill-karozzi u mill-vannijiet

    Leġiżlattiva

    Ir-Regolamenti (KE Nru 443/2009 u UE Nru 510/2011) jeħtieġu li ssirilhom reviżjoni biex jiffukaw fuq il-miri tal-2020 bil-għan li jivvalutaw il-fattibilità tal-mira tal-2020 għal vannijiet u kif jintlaħqu l-miri tal-2020 għal karozzi u vannijiet. (Ir-raba' (4) trimestru 2012)

    5.

    L-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet serra

    Leġiżlattiva

    Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, għandhom jittieħdu miżuri sabiex l-emissjonijiet tat-trasport marittimu jiġu inklużi fl-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett serra jekk dawn l-emissjonijiet ma jkunux inklużi fil-miri tat-tnaqqis ta' ftehim internazzjonali sal-2011.

    6.

    It-tnaqqis tal-gassijiet serra fluworinati

    Leġiżlattiva

    L-għan huwa li jiġi żgurat tnaqqis kosteffiċenti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-gassijiet fluworinati fil-kuntest tal-għan sħiħ tal-UE biex l-emissjonijiet jitnaqqsu b'80-95% sal-2050. Il-proposta hija segwitu għal rapport ta' evalwazzjoni fuq mandat mir-Regolament (KE) Nru 842/2006.

    Il-Kompetizzjoni

    7.

    Azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġijiet tal-antitrust

    Leġiżlattiva

    L-objettiv ta' din l-inizjattiva leġiżlattiva għandha tiżgura azzjonijiet effettivi għad-danni quddiem il-qrati nazzjonali għal ksur tar-regoli tal-UE dwar l-antitrust u biex jikkjarifikaw l-interrelazzjoni ta' tali azzjonijiet privati mal-infurzar pubbliku mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, b'mod speċjali dwar il-protezzjoni tal-programmi ta' klemeza, biex ikun hemm il-preservazzjoni tar-rwol ċentrali tal-infurzar pubbliku fl-UE. Id-dritt tal-vittmi li sofrew danni minn tali ksur tar-regoli tal-antitrust diġà ġie stabbilit mill-Qorti.

    8.

    Reviżjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rati ta’ Referenza

    Mhux leġiżlattiva

    Reviżjoni li ssegwi l-iżviluppi tas-suq.

    9.

    Reviżjoni tal-Avviż ta’ Garanziji

    Mhux leġiżlattiva

    Reviżjoni li ssegwi l-iżviluppi tas-suq.

    10.

    Reviżjoni tal-linji gwida tal-għajnuna mill-Istat għan-netwerks tal-broadband

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Linji Gwida ta' bħalissa għandhom jiġu riveduti mhux aktar tard mit-30.09.2012.

    11.

    Ir-regolament tal-Kunsill dwar Inizjattiva strateġika fil-qasam tar-regoli sostantivi ta’ għajnuna mill-Istat 

    Leġiżlattiva

    Modifika tar-Regolament ta' Awtorizzazzjoni tal-Kunsill 994/98 li jawtorizza t-tkabbir tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) fl-2013.

    12.

    Reviżjoni tal-linji gwida tal-għajnuna mill-Istat dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Linji Gwida ta' bħalissa dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar jiskadu f’Ottubru 2012. Minkejja li l-kriżi finanzjarja wasslet għal prolongazzjoni tal-linji gwida ta' bħalissa dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar, ix-xogħol ta' tħejjija għar-reviżjoni tagħhom kien diġà beda fl-2007.

    13.

    Reviżjoni tal-Komunikazzjoni dwar iċ-ċinema

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni ta' bħalissa hija applikabbli l-aktar tard sal-31.12.2012.

    14.

    Reviżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu tal-esportazzjoni fuq perjodu qasir

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni ta' bħalissa hija applikabbli l-aktar tard sal-31.12.2012.

    15.

    Reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Linji Gwida ta' Bħalissa jibqgħu fis-seħħ sal-31.12.2013. Ir-reviżjoni se tkopri r-regoli dwar id-demarkazzjoni tar-reġjuni, l-intensitajiet tal-għajnuna awtorizzati u proġetti kbar ta' investiment. Dan il-proġett se jiġi kkoordinat mal-proposti għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali futur wara l-2013, b'mod speċifiku l-proposti għall-Fondi Strutturali.

    Il-Konsumatur, l-Industrija u l-Intraprenditorija

    16.

    Pakkett ta' sigurtà tal-prodotti:

    (1) Is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti*

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (General Product Safety Directive - GPSD, 2011/95/KE) għandha l-għan li ssaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumaturi u tan-negozji fis-suq intern tal-prodotti sikuri billi tipprovdi lin-negozji b'regoli ċari, spejjeż inqas ta' konformtià, u b'mod aktar ġenerali livell indaqs ġenwin għan-negozji leġittimi. Se tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jikkoordinaw aħjar u jipprijoritizzaw l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom u tipprovdi lill-konsumaturi suq intern aktar omoġenju tal-merkanzija sikura u protezzjoni aħjar tas-saħħa u sikurezza. (Ir-raba'(4) trimestru tal-2012)

    (2) L-istrument leġiżlattiv wieħed orizzonatali ġdid għas-sorveljanza tas-suq

    Leġiżlattiva

    L-objettiv ġenerali huwa li jiġu ssalvagwardjati fuq livell għoli bosta interessi pubbliċi li jistgħu jiġu affettwati filwaqt li jiġi żgurat il-moviment liberu ta' merkanzija fl-UE. Dawn jinkludu l-iżgurar tas-saħħa u tas-sikurezza ta' dawk kollha li jużaw il-prodotti, il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika. Dan jeħtieġ li għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi neċessarji kollha biex jippermettu l-implimentazzjoni u l-infurzar effettvi u uniformi tal-qafas ta' sorveljanza tas-suq tal-UE.

    (3) Il-pjan ta' azzjoni multiannwali għas-sorveljanza tas-suq

    Mhux leġiżlattiva

    L-għan tal-pjan multiannwali huwa li jindirizza l-isfidi ta' bħalissa li qiegħda taffaċċja s-sorveljanza tas-suq fl-UE. Dan se jesplora mekkaniżmi, mezzi, azzjonijiet u metodi xierqa ta' koordinazzjoni biex itejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas ta' sorveljanza tas-suq tal-UE biex jitnaqqsu n-numru ta' prodotti mhux siguri u mhux konformi li qegħdin fis-suq. L-għan huwa li jiġu protetti ċ-ċittadini, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' sikurezza meħtieġ mil-leġiżlazzjoni settorjali.

    Il-Konsumatur u l-Ġustizzja

    17.

    L-Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur*

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Din l-Aġenda se tistabbilixxi viżjoni strateġika għall-politika tal-konsumatur fuq il-bażi tal-prinċipju tal-għoti ta’ setgħa permezz ta' sikurezza, informazzjoni u edukazzjoni, drittijiet, rimedju u aċċess għall-ġustizzja, u infurzar, skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq soċjali. Din l-Aġenda se tkopri l-inizjattivi kollha relatati mal-konsumatur mressqa minn din il-Kummissjoni. (It-tieni (2) trimestru tal-2012)

    L-Iżvilupp

    18.

    Id-deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni Barranija

    Leġiżlattiva

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27.11.2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji Barranin mal-Komunità Ewropea (Overseas Association Decision) tiskadi fil-31.12. 2013 u se jkun meħtieġ li tiġi sostituwita b'Deċiżjoni ġdida.

    19.

    Il-Protezzjoni Soċjali fil-politika ta' żvilupp

    Mhux leġiżlattiva

    L-effetti kkombinati tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u tal-persistenza tat-tkabbir mhux inklużiv żiedu s-sensibilizzazzjoni tal-ħtieġa għal politika ta' żvilupp li tinkludi protezzjoni soċjali. Il-Protezzjoni Soċjali hija essenzjali għat-tkabbir inklużiv u għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju. Din il-Komunikazzjoni se jkollha l-għan li tiżviluppa qafas ta' politika komprensiv biex jappoġġa sistemi effettivi ta' protezzjoni soċjali fil-pajjiżi sħab.

    20.

    Il-Komunikazzjoni dwar is-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tinbena primarjament fuq ir-riżultati tad-"Djalogu Strutturat għas-sħubija effettiva fl-iżvilupp". Il-konsultazzjoni kienet opportunità għal djalogu b'varjetà wiesgħa ta' atturi tradizzjonali u emerġenti ta' żvilupp. L-għan huwa li jinħoloq qafas ta' referenza aġġornat għall-Appoġġ tal-UE lis-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali li qegħdin jiżviluppaw. Il-Komunikazzjoni dwar il-politika se tiddefinixxi n-natura tas-sħubija bejn dawn l-atturi ta' żvilupp u l-UE fid-dawl tal-istrateġija l-ġdida tal-UE.

    L-Aġenda Diġitali

    21.

    Il-qafas Pan-Ewropew għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-firma elettroniċi*

    Leġiżlattiva

    Il-proposta se tressaq leġiżlazzjoni biex tagħti spinta lill-fiduċja u biex tiffaċilita t-tranżazzjonijiet elettroniċi, b'mod speċjali billi tiżgura r-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni elettronika madwar l-UE kollha u tal-Firem Elettroniċi. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    22.

    L-użu kondiviż tal-ispettru

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tiddeskrivi l-mudell ta' amministrazzjoni kondiviża tal-ispettru u r-rwol tiegħu fl-ibbilanċjar ta' bosta mudelli. Din se tagħti ħarsa ġenerali tal-użu kondiviż ta' bħalissa tal-ispettru, tas-similiritajiet u tad-differenzi ma' approċċi oħrajn ta' amministrazzjoni, il-vantaġġi u l-benefiċji tal-mudell, kif ukoll l-isfidi li għandhom jiġu indirizzati.

    23.

    L-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà fuq l-Internet

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-inizjattiva se jkollha l-għan li: tiddeskrivi r-riskji u l-isfidi ewlenin kif ukoll l-opportunitajiet ekonomiċi u ġeopolitiċi; tqabbel mat-"tħejjija" jew mal-attenzjoni politika mogħtija lill-kunċett f'pajjiżi terzi oħra; tiddeskrivi l-kwistjonijiet ewlenin relevanti jew problemi li għandhom jiġu indirizzati; tivvaluta l-azzjonijiet li għaddejjin bħalissa u dawk ippjanati fejn u meta dawn jeżistu, iżda tenfasizza wkoll l-oqsma fejn hemm bżonn aktar azzjoni tal-UE.

    24.

    L-ispettru għall-produzzjoni u għad-distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija

    Mhux leġiżlattiva

    Netwerks intelliġenti tal-enerġija u sistemi intelliġenti ta' kejl huma potenzjalment qasam fejn l-użu tal-armonizzazzjoni tal-ispettru madwar l-UE kollha jista' jwassal benefiċċji essenzjali lill-konsumaturi Ewropej. L-inizjattiva tqis li l-armonizzazzjoni tal-ispettru madwar l-UE għal netwerks intelliġenti tal-enerġija u sistemi intelliġenti ta' kejl fuq il-bażi ta' studji biex jiġi approfondit l-għarfien f'dan il-qasam biex jiġi ddeterminat liema miżuri għandhom jittieħdu biex jiġu sodisfatti d-domandi, u jekk spettru ddedikat għandux ikun neċessarju jew jekk ikunx biżżejjed li jkun hemm il-kondiviżjoni tal-ispettru.

    25.

    L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Il-passi li jmiss

    Mhux leġiżlattiva

    Wara t-tieni Assemblea dwar l-Aġenda Diġitali u l-iScoreboard tal-2012, ir-reviżjoni f'nofs il-perjodu għandha tħares lejn il-prijoritajiet strateġiċi għas-sentejn li jibqgħu taċ-ċiklu tal-Aġenda diġitali għall-Ewropa.

    L-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

    26.

    Il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU - 2012

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM tal-2012 tagħti sinteżi tal-implikazzjonijiet/sfidi tal-politika tar-Rapport dwar il-Finanzi Pubbliċi (PFR) annwali. Il-PFR jirrevedi l-iżviluppi fiskali fl-Istati Membri tal-UE u jiddiskuti kwistjonijiet tal-mument fil-qasam tat-tfassil tal-politika fiskali u s-sorveljanza fiskali fl-UE

    L-Edukazzjoni, il-Kultura u ż-Żgħażagħ

    27.

    Ir-reviżjonijiet tal-ħiliet fil-kuntest tal-Ewropa 2020

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tipprovdi rakkomandazzjonijiet ta' politika għall-Istati Membri fl-oqsma tal-ħiliet bażiċi, intraprenditorija, tagħlim tal-kitba bil-kompjuter, litteriżmu medjatiku u multilingwiżmu biex jinkiseb l-għan tal-UE biex jiżdied ir-rendiment fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza. Se tippromwovi impjegabbiltà, kompetittività u djalogu interkulturali fit-trawwim ta' kompetenzi ewlenin trażversali fil-politika tat-tagħlim tul il-ħajja.

    L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

    28.

    Pakkett tal-impjieg:

    (1) Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi

    Mhux leġiżlattiva

    Komunikazzjoni li taħtha tiġbor il-Pakket dwar l-Impjieg li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni dwar ekonomija rikka bit-tkabbir u bl-impjiegi, il-bini tal-inizjattivi ewlenin adottati bħala parti mill-Ewropa 2020 (u b'mod partikolari "Aġenda dwar il-ħiliet u l-impjiegi l-ġodda" u "Żgħażagħ Mobbli") u l-konnessjoni mal-orjentazzjonijiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2012.

    29.

    (2) Il-pakkett dwar il- Flessigurtà Speċifika

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tenfasizza r-rwol ewlieni tal-politiki tal-flessigurtà fil-klima ekonomiku ta' bħalissa. Se tistabbilixxi proposti konkreti biex issaħħaħ il-komponenti differenti tal-flessigurtà biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi li l-Ewropa qiegħda taffaċċja, biex jitnaqqsu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol u jappoġġaw it-tranżazzjonijiet tas-suq tax-xogħol.

    30.

    (3) Ir-riforma tas-Servizzi Ewropej tal-Impjiegi l-EURES u tal-bażi legali tiegħu

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Il-proposta se jkollha l-għan li: 1) ittejjeb l-aċċess għall-opportunitajiet tal-impjieg u tiffaċilità l-ħolqien tax-xogħol billi tistabbilixxi l-EURES bħala għodda ta' tqabbil tal-impjieg mal-ħila u ta' reklutaġġ għall-benefiċċju tal-moviment tax-xogħol madwar l-Ewropa; 2) tespandi l-EURES biex jappoġġa l-iskema l-ġdida "L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek"; 3) tirrifletti l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-servizzi ta' impjieg li se jkunu meħtieġa li jinfetħu għas-servizzi tal-impjieg privati filwaqt li titwessa' l-firxa tal-imsieħba tal-EURES. Dan jista' jinvolvi r-reviżjoni tar-Regolament 1612/1968.

    31.

    Il-Green Paper dwar ir-Ristrutturar u l-Aġġustament Ekonomiku

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Green Paper se tidentifika prattiċi u politiki ta' suċċess fil-qasam tar-ristrutturar u tal-adattament għall-bidla biex tippromwovi l-impjieg, it-tkabbir u l-kompetittività. Se tqis il-ħidma reċenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-imsieħba soċjali, tal-Istati Membri u ta' ħafna partijiet interesstati oħrajn. L-għan huwa li tingħata ħarsa ġdida lil dan id-dibattitu politiku fid-dawl tat-tagħlimiet miksuba mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

    32.

    Is-saħħa u s-sikurezza

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tibni fuq l-istrateġija ta' bħalissa u se tibni fuq l-evoluzzjoni finali tal-istrateġija ta' bħalissa, b'mod partikolari fit-termini a) tat-titjib tal-governanza tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fuq il-livell tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment tal-istrateġiji nazzjonali tal-OSH u tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-Istati Membri b)tat-titjib tal-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-UE c) tal-promozzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, billi tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri permezz ta’ kampanji Ewropej u inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni.

    33.

    L-inklużjoni tal-baħħara li jaħdmu fuq il-bastimenti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' bosta Direttivi tal-UE dwar il-liġi tax-xogħol.

    Leġiżlattiva

    Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi lill-baħħara bl-istess livell ta’ drittijiet ta’ impjieg bħal dawk li jaħdmu fuq l-art. Bħalissa bosta Direttivi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol jeskludu lill-baħħara mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. L-emendi, li jkopru bosta Direttivi, se jkollhom l-għan li jiżguraw livell ekwu ta' protezzjoni filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi u l-ambjent ekonomiku ta' dan is-settur.

    34.

    Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' dawk li jibdlu x-xogħol

    Leġiżlattiva

    L-għan huwa li jiġu konklużi n-negozjati dwar il-proposta tal-2005 tal-Kummissjoni modifikata fl-2007. B'mod partikolari, il-proposta għandha l-għan li tindirizza l-kwistjoni ta' perjodi ta' assenjazzjoni (id-durata tal-impjieg qabel ma jingħataw b'mod irrevokabbli d-drittijiet tal-pensjoni).

    35.

    L-istabbiliment tas-Summit Tripartit Soċjali

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tirrevedi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona u tal-Istrateġija Ewropa 2020.

    36.

    Il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb l-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1612/1968 (kif ikkodifikat mir-Regolament 492/2011) dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni. Din se tneħħi l-ostakoli eżistenti għall-moviment tal-ħaddiema tal-UE billi ttejjeb l-infurzar tad-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-UE u tipprovdi informazzjoni u appoġġ legali lill-migranti li jkunu qegħdin jaffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità.

    37.

    Il-faqar fost it-tfal (liġi mhux vinkolanti)

    Leġiżlattiva

    Rakkomandazzjoni se tappoġġa l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri biex jaffaċċjaw l-faqar fost it-tfal. Se tistabbilixxi l-prinċipji komuni għall-intervent effettiv ta' politika fl-oqsma ewlenin li ġejjin: l-appoġġ lill-familiji (li l-ġenituri jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, appoġġ ta' introjtu), servizzi (l-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, housing, is-servizzi soċjali), il-parteċipazzjoni fis-soċjetà.

    L-Enerġija

    38.

    Is-sikurezza nukleari*

    Leġiżlattiva

    Kif mitlub mill-Kunsill Ewropew u wara reviżjoni bir-reqqa tar-regoli eżistenti mal-partijiet interessati kollha, il-proposti se jsiru biex jitjieb il-qafas regolatorju dwar is-sikurezza nukleari. (It-tielet(3) trimestru tal-2012)

    39.

    Strateġija tal-Enerġija Rinnovabbli. (RES)

    Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tibni fuq il-Pjan Direzzjonali dwar l-Enerġija 2050 u fuq il-miżuri politiki ta' bħalissa biex taċċelera l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli. Għandha tiġi integrata mad-diskussjoni għat-tfassil tas-suq tal-elettriku u mal-politika ta' bħalissa dwar l-infrastruttura, iklużi l-aspetti politiki.

    40.

    Is-suq intern tal-enerġija

    Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tqis is-sitwazzjoni attwali tal-proċess għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija (SIE) sal-2014 u se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom billi tenfasizza l-benefiċċji tal-SIE għaċ-ċittadini u għan-negozji, b’mod li tiddefinixxi ħtieġa possibbli għal azzjoni ulterjuri sabiex tiżgura li jintlaħaq dan il-għan.

    41.

    Il-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS)

    Mhux leġiżlattiva

    L-analiżi tas-sitwazzjoni attwali turi li l-programm dimostrattiv tas-CCS ddewwem minkejja sforzi konsiderevoli. Id-dokument ta' politika se janalizza l-mezzi possibbli biex jitnaqqsu l-impjanti li jużaw karburant fossili.

    Il-Politiki dwar it-Tkabbir, l-Iżvilupp u l-Viċinat

    42.

    Il-Pakkett Annwali tat-Tkabbir għall-2012

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni ġiet mistiedna mill-Kunsill biex tirrapporta dwar il-pajjiżi kandidati u dwar il-kandidati potenzjali b'mod regolari. Id-Dokument ta' Strateġija tal-Kummissjoni jippermetti lill-Kunsill Ewropew jiddefinixxi orjentazzjonijiet strateġiċi ewlenin dwar it-tkabbir, lejn l-aħħar ta' kull sena. Il-Pakkett tat-Tkabbir se jinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha.

    43.

    L-appoġġ għal bidla sostanzjali fis-soċjetajiet ta' transizzjoni

    Mhux leġiżlattiva

    Il-bini fuq l-esperjenza miksuba fil-proċess ta' tkabbir, din il-Komunikazzjoni se tħares dwar kif l-UE tista' tgħin biex toħloq il-kondizzjonijiet għal stabbiltà sostenibbli fis-soċjetajiet li kellhom riformi ekonomiċi, soċjali u politiki kbar. L-iffukar se jkun fuq il-pajjiżi ġirien u fuq pajjiżi rilevanti oħrajn li qegħdin jiżviluppaw u b'mod partikolari fuq kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp ta' proċess politiku inklużiv, soċjetà ċivili vibranti u tisħiħ tal-atturi politiċi kollha, kif ukoll tal-politiki ekonomiċi meħtieġa għal tkabbir sostenibbli inkluż l-impjieg.

    44.

    Il-Pakkett dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Isħubija mal-Lvant

    Mhux leġiżlattiva

    Ir-Rappreżentant l-Għoli u l-Kummissjoni ġew mistiedna mill-Kunsill biex fl-2012 jagħmlu rapport dwar l-implimentazzjoni tal-proposti stabbiliti fil-komunikazzjoni ta' reviżjoni tal-25.05.2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Il-pakkett tal-PEV se jinkludi: Komunikazzjoni li telenka l-iżviluppi u l-orjentazzjonijiet strateġiċi ewlenin għas-sena li jkun imiss; Komunikazzjoni separata li tiddeskrivi Pjan Direzzjonali għall-Isħubija mal-Lvant u numru ta' annessi, inklużi r-rapporti tal-pajjiżi dwar dawk l-imsieħba li fthiemu dwar Pjan ta' Azzjoni tal-PEV.

    L-Ambjent

    45.

    Il-protezzjoni tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Biex jiġu vvalutati l-implimentazzjoni u l-kisbiet tal-politika ta' bħalissa tal-ilma ħelu, biex jiġu identifikati l-lakuni u n-nuqqasijiet, u biex jiġi żgurat li l-politika tal-ilma tagħti kontribuzzjoni tajba biex jinkisbu l-għanijiet tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa li Tagħmel Użu Effiċjenti ta' Riżorsi. (Ir-raba' (4) trimestru 2012)

    46.

    Il-Protokoll Nagoya dwar il-Bijodiversità: (sistema internazzjonali dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-kondiviżjoni tal-benefiċċji - ABS): L-implimentazzjoni tal-protokoll ABS

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Dawn l-inizjattivi huma parti mill-proċess ta' tħejjija li jwassal għall-iffirmar u għar-ratifika mill-UE ta' Trattat internazzjonali dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u għall-kondiviżjoni tal-benefiċċji. L-iffirmar u r-ratifika tal-Protokoll ABS se jkunu akkumpanjati minn Komunikazzjoni dwar kif il-Kummissjoni għandha tipprova timplimenta l-Protokoll ABS fl-Unjoni permezz ta' miżuri leġiżlattivi u miżuri oħrajn.

    47.

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA)

    Leġiżlattiva

    L-għan globali tar-reviżjoni huwa li ttejjeb il-protezzjoni ambjentali fuq livell nazzjonali billi tiżgura applikazzjoni aktar konsistenti u aktar effettiva tal-prinċipji tal-valutazzjoni tal-ambjent u tiżgura konsistenza mal-obbligi internazzjonali rilevanti.

    48.

    Speċi Eżotika Invażiva (IAS)

    Leġiżlattiva

    L-istrument leġiżlattiv dedikat il-ġdid għandu jindirizza n-nuqqas politiku dwar speċi eżotiċi invażivi u jiżgura li jkunn hemm qafas komprensiv tal-UE biex il-problema tiġi affaċjata b'mod effiċjenti. L-għan ewlieni huwa li jiġi minimizzat l-impatt negattiv tal-IAS fuq il-bijodiversità tal-UE.

    49.

    Is-Seba' (7) Programm ta' Azzjoni Ambjentali

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tistabbilixxi prijoritajiet fil-kuntest tal-Istrateġija UE 2020 minħabba n-natura dejjem aktar sistemika tal-isfda globali, u biex tindirizza d-degradazzjoni ambjentali kontinwa kif stabbilit fir-rapport tal-2010 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u r-rapport SOER (Abjent Ewropew – l-istat u l-prospetti).

    50.

    L-istrateġija dwar is-sustanzi li jiddisturbaw is-sistema endokrinali

    Mhux leġiżlattiva

    Biex tipprovdi qafas ta' politika xieraq biex jiżgura li fl-UE l-bnedmin u l-ambjent jistgħu jgawdu livell għoli sodisfaċenti ta' protezzjoni mir-riskji assoċjati mas-sustanzi li jiddisturbaw is-sistema endokrinali (sustanzi eżoġeni jew taħlita li tbiddel il-funzjoni(jiet) tas-sistema endrokinali u li konsegwentament jikkawżaw effetti negattivi fuq is-saħħa).

    L-Ambjent u l-Industrija

    51.

    Ir-reviżjoni tar-REACH

    Mhux leġiżlattiva

    Din ir-reviżjoni se tilħaq konklużjonijiet dwar a) l-esperjenza tal-Istati Membri, l-informazzjoni dwar l-operat tar-Regolament REACH, l-istatut tal-implimentazzjoni u tal-użu ta' metodi tal-ittestjar u strateġiji tal-ittestjar li ma jsirx fuq l-annimali, u l-finanzjament għall-iżvilupp u għall-evalwazzjoni ta' metodi alternattivi ta' ttestjar, b) it-tagħlimiet miksuba b'attenzjoni speċjali rigward l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi u impatti oħrajn fuq l-innovazzjoni. Din se tinkludi reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u s-sovrimpożizzjonijiet potenzjali ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar il-kimiċi kif ukoll reviżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

    L-Istatistiki Ewropej

    52.

    L-Istatistiċi Ewropej dwar id-demografija

    Leġiżlattiva

    L-għan ta' din il-proposta għal Regolament huwa li jiġi stabbilit qafas komuni għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistiċi Ewropej dwar il-popolazzjoni, l-avvenimenti vitali u migrazzjoni netta.

    L-Istrumenti tal-Politika Estera

    53.

    L-irregolar tal-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva tipproponi li temenda ulterjorment ir-Regolament 1236/2005 rigward reviżjoni b'reazzjoni tat-talbiet tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-NGOs.

    Is-Saħħa u l-Konsumatur

    54.

    Ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' Prodotti tat-Tabakk

    Leġiżlattiva

    L-iżviluppi reċenti fil-prodotti tat-tabakk se jiġu indirizzati minn aġġornament tad-Direttiva (2001/37/KE), biex tkopri l-kwistjonijiet tas-Suq Intern u biex tħares lejn prodotti u ttikettar ġodda.

    55.

    Il-pakkett dwar l-innovazzjoni fis-saħħa:

    (1) Il-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-apparat mediku għall-benefiċċju tal-pazjenti, tal-konsumaturi u tal-professjonisti fis-servizz tas-saħħa

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni tispjega l-ħtieġa għal titjib ulterjuri tal-amjent regolatorju biex titrawwem l-innovazzjoni fl-apparat mediku fid-dawl tal-iżviluppi l-ġodda (bħax-xjuħija, ICT, eċċ.). Din għandi tagħti tweġiba wkoll għall-konklużjonijiet reċenti rilevanti tal-Kunsill.

    (2) Apparat mediku

    Leġiżlattiva

    L-għan tal-proposta huwa li jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jkompli jippromwovi innovazzjoni fis-settur filwaqt li jiggarantixxi s-sikurezza tal-pazjent. Il-qafas regolatorju se jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku, inklużi regoli aktar ċari u aktar sempliċi u jipprovdi għall-istrumenti meħtieġa għall-amministrazzjoni fil-livell tal-UE. Dan sar ħtieġa minħabba d-domanda dejjem akbar fis-suq għall-prodotti li jikkombinaw il-prodotti mediċinali u apparat. L-għanijiet qegħdin biex isaħħu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa għall-pazjenti u l-utenti Ewropej kollha, biex isaħħu l-pożizzjoni tal-Ewropa fuq quddiem fl-innovazzjoni fil-qasam u biex jiksbu tħaddim b'inqas xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali.

    (3) Mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro:

    Leġiżlattiva

    Ara hawn fuq.

    56.

    Provi kliniċi li jinkoraġġixxu r-riċerka klinika u l-innovazzjoni fis-settur farmaċewtiku

    Leġiżlattiva

    L-objettiv tal-proposta għal reviżjoni dwar id-Direttiva dwar il-provi kliniċi (2001/20/KE) huwa li jissaħħu l-għarfien u l-innovazzjoni fir-riċerka klinika. Il-kwistjonijiet li aktarx jiġu indirizzati huma: it-tnaqqis fid-dewmien amministrattiv, li jingħelbu d-deċiżjonijiet diverġenti mal-UE kollha u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rappurtar.

    57.

    Il-pakkett dwar is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti

    (1) Tisħiħ tal-katina tal-ikel – qafas legali mmodernizzat u simplifikat

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-elementi ewlenin tal-pakkett il-ġdid tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti u l-kontrolli relatati ma' dawn is-setturi, maħsuba biex jimmodernizzaw u jissimplifikaw ir-regoli biex jinkisbu b'mod aħjar l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni u biex jiġu infurzati l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-setturi ekonomiċi rilevanti.

    (2) Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali

    Leġiżlattiva

    Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskju rigward il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u t-tneħħija tal-piżijiet amministrattivi fil-movimenti tal-annimali, struttura regolatorja aktar sempliċi u aktar flessibbli għas-saħħa tal-annimali fl-UE, u sikurezza aħjar b'aktar iffukar fuq il-prevenzjoni tal-mard li jirriżulta f'inqas telf ekonomiku minħabba tfaqqiegħ ta' mard .

    (3) Il-kontrolli uffiċjali fil-katina alimentari

    Leġiżlattiva

    L-għan tal-proposta għal reviżjoni tar-Regolament 882/2004 huwa li tissimplifika l-qafas legali eżistenti, sabiex ittejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri matul il-katina alimentari filwaqt li timminimizza l-piż fuq l-operaturi. L-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi ta' kontroll se jikkontribwixxi għall-prevenzjoni mill-kriżi, filwaqt li jillimita l-ispejjeż li jirriżultaw minnha għall-operaturi ekonomiċi li jkunu konformi u jiżgura kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd. Id-Direttivi 96/23/KE, 97/78/KE u 91/496/KEE huma kkonċernati wkoll.

    (4) Il-Liġi tal-UE dwar is-Saħħa tal-Pjanti

    Leġiżlattiva

    Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u żżid it-trasparenza u l-kost effettivita. Il-passaporti tal-pjanti għall-moviment intern tal-pjanti se jiġu ssimplifikati, u b'hekk joħolqu sistema aktar trasparenti u aktar stabbli għall-kultivaturi. Il-kontrolli aħjar ta' importazzjoni se jinfurzaw il-protezzjoni kontra d-dħul ta' pesti u mard ġodda minn pajjiżi terzi, li fil-passat irriżultaw f'piż addizzjonali għall-kontroll kontra l-pesti mill-kultivaturi tal-UE u għamlu l-ħsara lill-ambjent naturali.

    (5) Il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ u ta' materjali ta' propagazzjoni li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni fiż-żrieragħ

    Leġiżlattiva

    L-inizjattiva għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u tfittex li tnaqqas il-piż amministrattiv ġenerali u li tintroduċi l-flessibilità fil-qafas regolatorju maħsub għall-globalizzazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u l-iżvilupp ta' użi ġodda ta' prodotti bażiċi agrikoli, flimkien mal-bidliet fl-aspettattivi tas-soċjetà fuq l-interazzjoni tal-agrikoltura u l-ambjent naturali. Hija se timmodernizza u se tissimplifika l-leġiżlazzjoni billi tissostitwixxi t-12-il Direttiva dwar iż-żrieragħ u l-materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti b'att uniku.

    58.

    It-tariffi u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

    Leġiżlattiva

    Ir-Regoalment 178/2002 se jiġi rivedut biex itejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-EFSA. Dan jista' jinkludi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti tariffi għall-ipproċessar tad-dossiers ta’ awtorizzazzjoni mressqa mill-industrija (għas-servizzi mhux meqjusa bħala ta’ interess pubblika).

    L-Affarijiet Interni

    59.

    Il-Ġenerazzjoni li Jmiss tal-Kontrolli mal-Fruntieri:

    (1) Is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)*

    Leġiżlattiva

    Biex jiġu identifikati l-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-EES, u biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-irreġistar, il-ħażna u l-konsultazzjoni tad-dejta tad-dħul/tal-ħruġ taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    (2) Il-Programm ta' Reġistrazzjoni tal-Vjaġġaturi (RTP)

    Leġiżlattiva

    Biex jiġu identifikati l-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-RTP u Sistema ta' Vjaġġaturi Rreġistrati (RTS), biex lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-amministrazzjoni ta' sistema tal-IT fuq skala kbira jingħatalhom il-mandat biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-RTP u l-RTS u biex jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-eżaminar ta' applikazzjoni RTP u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar l-Vjaġġaturi Rreġistrati. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    (3) L-Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen*

    Leġiżlattiva

    Biex jiġi emendat il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen biex jiġi allineat mar-Regolament tal-Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati u r-Regolament tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    60.

    L-iżvilupp ta' politika dwar Skema Ewropea tat-Taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi

    Mhux leġiżlattiva

    L-għan li jitjieb it-taħriġ tal-pulizija tal-UE huwa li tiġi inkoraġita kultura Ewropea ġenwiena tal-infurzar tal-liġi billi toffri Skemi Ewropej tat-Taħriġ lil dawk kollha involuti.

    61.

    Il-qafas ta' miżuri amministrattivi bħall-iffriżar tal-fondi tal-persuni suspettati ta' attivitajiet terroristiċi fl-UE (l-Artikolu 75)

    Leġiżlattiva

    Biex jiġi stabbilit qafas għall-miżuri amministrattivi fir-rigward tal-movimenti tal-kapital u tal-ħlasijiet, bħall-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji jew qligħ ekonomiku li jappartjenu għal, jew li jkunu proprjetà ta', jew miżmuma minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, minn gruppi jew minn entitajiet mhux statali relatati mal-attivitajiet terroristiċi fl-UE. Dan il-qasam għandu jservi bħala bażi li fuqu l-Kunsill jista' jieħu deċiżjonijiet, fuq proposta mill-Kummissjoni.

    62.

    Il-Ġlieda kontra ċ-Ċiberkriminalità
    Ewropea

    Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżid il-kapaċità tal-UE fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità. Din se taġġorna liċ-ċittadini tal-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew dwar il-prerekwiżiti meħtieġa biex tiġi assigurata reazzjoni effettiva kontra ċ-ċiberkriminalità.

    63.

    L-Istrateġija tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin

    Mhux leġiżlattiva

    L-objettiv aħħari ta' din l-inizjattiva hija li tifformula qafas komprensiv ta' politika, li permezz tiegħu se jiġu segwiti l-għanijiet ewlenin għall-prevenzjoni u t-tnaqqis b'mod sinifikanti tal-fenomenu tat-traffikar tal-bnedmin, tal-prosekuzzjoni tal-kriminali u l-ħarsien aħjar tal-vittmi.

    64.

    Il-qafas legali u tekniku għal Sistema Ewropea ta' Traċċar ta' Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTS)

    Leġiżlattiva

    L-inizjattiva se tipprovdi għal approċċ Ewropew ġdid biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu permezz ta' ġbir ċentralizzat u analiżi tad-dejta minn messaġġi finanzjarji, u biex toħloq il-possibbiltà li tiġi pprovduta dejta aktar immirata lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika skont il-Ftehim tat-TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika .

    65.

    Ir-reviżjoni tal-qafas tal-UE għaż-żamma tad-dejta

    Leġiżlattiva

    Din ir-reviżjoni hija riżultat tal-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta. Din se tiżgura li l-awtoritajiet xierqa jkollhom aċċess rapidu għall-informazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet li hija strettament neċessarja għall-ġlieda kontra l-kriminalità; se tipprovdi limitazzjonijiet xierqa fuq iż-żamma tad-dejta u fuq is-salvagwardji kontra ksur mhux neċessarju tad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta personali, se tneħħi ostakoli mhux neċessarji għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern u biex tiżgura rimborż konsistenti tal-industrija tat-telekomunikazzjonijiet madwar l-UE tal-ispejjeż tal-applikazzjoni taż-żamma tad-dejta.

    66.

    L-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

    Leġiżlattiva

    L-Artikolu 88 tat-TFUE jipprovdi bażi legali ġdida għall-Europol.

    67.

    Il-pakkett dwar infrastruttura kritika Ewropea:

    (1) Ir-reviżjoni tal-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (EPCIP), u l-proposta għall-istabbiliment ta' Programm aġġornat

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-EPCIP kien ġie propost l-ewwel darba mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-2006 fuq din il-kwistjoni. L-EPCIP huwa suġġett għal reviżjoni li għaddejja bħalissa, li se twassal għall-preżentazzjoni ta' EPCIP aġġornat.

    (2) L-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-istrutturi kritiki Ewropej

    Leġiżlattiva

    Emenda tad-Direttiva Nru 2008/114 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom

    68.

    L-abbozz tad-Direttivi ta' nnegozjar ta' faċilitar tal-viża u ftehim ta' riammissjoni ma' pajjiżi fin-Nofisnhar tal-Mediterran, fil-qasam tad-djalogu għall-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti f'dawk il-pajjiżi

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tappoġġa u tinkoraġġixxi riformi li fihom il-pajjiżi sħab ikunu jistgħu jipparteċipaw, billi jagħtu liċ-ċittadini tagħhom possibbiltà ta' mobbiltà msaħħa lejn l-Istati Membri tal-UE, filwaqt li jindirizzaw il-problemi bażiċi tal-flussi migratorji.

    69.

    L-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal finijiet ta' riċerka xjentifika, studju, skambju ta' studenti, taħriġ mingħajr ħlas jew servizz volontarju

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżid l-attrattività tal-UE bħala entità sħiħa bħala ċentru għar-riċerka, studju, skambju ta' studenti, taħriġ u servizz volontarju. Din se jkollha l-għan li tiffaċilità ulterjorment l-iskambji ta' xjenza, ta' edukazzjoni, ta' taħriġ u ta' kultura ma' ċittadini minn pajjiżi terzi u tagħmel mod li l-kondizzjonijiet biex dawn jidħlu, joqogħdu u l-mobbiltà tagħhom fl-UE tkun aktar trasparenti u aktar effettiva. Din l-inizjattiva se temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2004/114/KE u 2005/71/KE.

    L-Għajnuna Umanitarja u Reazzjoni għall-Kriżi

    70.

    L-istabbiliment ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EVHAC)

    Leġiżlattiva

    L-objettiv huwa li jiġi stabbilit qafas għall-kontribuzzjonijiet konġunti minn żgħażagħ Ewropej għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni. L-azzjonijiet ta' tħejjija mill-2011 'il quddiem se jgħinu biex jiġu identifikati għażliet possibbli.

    L-Industrija u l-Intraprenditorija

    71.

    Ir-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur li kienu rreġistrati minn qabel fi Stat Membru ieħor

    Leġiżlattiva

    L-objettiv ewlieni ta' politika huwa t-titjib tat-tħaddim tas-suq intern permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakli għall-moviment ħieles tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-ħaddiema, ikkawżati mill-formalitajiet u rekwiżiti amministrattivi differenti għar-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur li kienu rreġistrati minn qabel fi Stat Membru ieħor.

    72.

    Il-politika Industrijali għall-industrija tas-sigurtà

    Mhux leġiżlattiva

    L-istabbiliment ta' suq intern b'saħħtu għas-sigurtà permezz: li tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq, it-tisħiħ tal-bażi industrijali, it-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija tas-sigurtà tal-UE fid-dinja.

    Dawn l-approċċi diverġenti fl-Istati Membri wasslu għall-ħolqien ta' swieq differenti ta' sigurtà.

    73.

    Il-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21

    Mhux leġiżlattiva

    Biex ikun hemm aċċess għar-rakkomandazzjonijiet ta' politika li jkunu saru mill-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 fir-Rapport Finali tagħhom u ħabbru kif il-Kummissjoni beħsiebha tirreaġixxi dwar dawn.

    74.

    L-aġġornament u r-reviżjoni tal-progress dwar il-politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni se tirrevedi l-implimentazzjoni ta' inizjattiva Ewropa 2020 dwar il-politika industrijali u se taġġorna l-inizjattivi ewlenin biex tiżgura tranżizzjoni f'waqtha għal ekonomija aktar sostenibbli, inklużiva u li tagħmel użu effiċjenti ta' riżorsi u bażi industrijali vibranti. L-aġġornament ta' nofs il-perjodu se jqis l-irkupru ekonomiku, l-isfidi emerġenti u l-MFF.

    75.

    Il-politika industrijali għall-industrija spazjali

    Mhux leġiżlattiva

    Filwaqt li titqies l-importanza strateġika tal-industrija spazjali, id-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament pubbliku (kemm għall-R&D u għall-bejgħ) u l-kompetizzjoni globali li qiegħda tikber fis-suq kummerċjali, il-Komunikazzjoni tistabbilixxi azzjonijiet biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' qafas tal-Industrija Spazjali Ewropea biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija u jkun hemm kontribut għal involviment ibbilanċjat tal-kapaċitajiet fl-Ewropa.

    76.

    It-Teknoloġija Ewlenija ta' Appoġġ (KET)

    Mhux leġiżlattiva

    B'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli, din l-inizjattiva se tipproponi qafas ikkoordinat għall-KETs biex tiżgura kontinwità fir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, inkluż it-trasferiment tat-teknoloġija għall-iżvilupp u għall-promozzjoni ta' ekosistemi kompetittivi globali.

    77.

    It-tikketta Ewropea fis-settur turistiku

    Leġiżlattiva

    Tikketta Ewropea għandha tfittex li ssaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tat-turiżmu Ewropew billi twassal trasparenza u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tat-turiżmu, biex tikseb il-kunfidenza tal-konsumatur u tirrikonoxxi t-turiżmu ta' kwalità hħolja.

    L-Affarijiet Istituzzjonali

    78.

    Il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom

    Leġiżlattiva

    L-objettiv tar-reviżjoni tar-Regolament 2004/2003 huwa li jinħoloq status legali Ewropew għall-partiti politiċi fil-livell Ewropew.

    79.

    Lejn proposta għal Klawżola ta' Solidarjetà

    Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tibqa' taħdem fuq id-dispożizzjoni għal "Klawżola ta' Solidarjetà" (l-Artikolu 222(3)) li tistabbilixxi li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'mod konġunt fi spirtu ta' solidarjetà jekk Stat Membru jkun is-suġġett ta' attakk terroristiku jew il-vittma ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem. It-TFUE tipprovdi għal proposta konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

    Is-Suq Intern u s-Servizzi

    80.

    Il-protezzjoni tal-investituri: Emenda tad-Direttiva UCITS fir-rigward ir-regoli dwar il-funzjonijiet depożitarji tal-UCITS, dwar il-politika għar-remunerazzjoni lill-maniġers, u dwar is-sanzjonijiet amministrattivi.*

    Leġiżlattiva

    L-għan huwa li tiġi emendata d-Direttiva UCITS (Impriżi f'investimenti kollettivi f’titoli trasferibbli – 'UCITS V' 2009/65/KE) biex (i) tinħoloq skema regolatorja bi protezzjoni robusta tal-investitur, (ii) tissaħħaħ ulterjorment effiċjenza tas-suq intern tal-UE fis-settur tal-fond ta' investiment u (iii) biex jiġi żgurat li l-qafas leġiżlattiv tal-UCITS ma jfixkilx l-istabbiltà finanzjarja fis-suq. B'mod aktar konkret, fuq il-livell operattiv, se tiffoka biex toħloq soluzzjonijiet xierqa għad-depożitarji tal-UCITS kif ukoll għall-politika ta' remunerazzjoni tal-UCITS. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    81.

    Sistema bankarja “parallela”

    Mhux leġiżlattiva

    Se tiġi adottata komunikazzjoni fit-tieni nofs tas-sena biex tikkomplimenta u timplimenta l-ħidma tal-G20.

    82.

    Il-protezzjoni tal-investituri: PRIPs (divulgazzjoni prekuntrattwali tal-prodotti prodotti kkumplikati ta' intestiment)*

    Leġiżlattiva

    L-għan ta' dan l-istrument huwa li jiżgura livell għoli u konsistenti tal-protezzjoni tal-investitur li tinsab fil-liġi Komunitarja, b'livell ekwu għall-oriġinaturi u għad-distributuri tal-prodotti tal-investiment bl-imnut u effiċjenza miżjuda f'negozju transkonfinali. (L-ewwel(1) trimestru tal-2012)

    83.

    Segwitu tal-Verifika tal-Prestazzjoni għas-servizzi: L-approfondiment tas-suq uniku għas-servizzi*

    Mhux leġiżlattiva

    Wara li jitwettqu l-"verifiki tal-prestazzjoni" u tipi varji oħrajn ta' ħidma (jiġifieri l-valutazzjoni dwar attivitajiet riservati, rekwiżit fir-rigward tas-siedja kapitali u tal-forma legali u tal-obbligi tal-assigurazzjoni), din l-inizjattiva għandha l-għan li tidentifka u tippromwovi l-miżuri/l-azzjonijiet li huma meħtieġa biex jitneħħew l-ostakoli li jibqgħu fir-rigward tat-tħaddim tas-Suq Uniku għas-Servizzi. (It-tieni(2) trimestru tal-2012)

    84.

    L-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi : Drittijiet tal-mużika – mużika onlajn

    Leġiżlattiva

    L-istrument propost se jkollu mira doppja: l-ewwel, livell ġenerali ta' governanza u ta' trasparenza li għandu japplika fuq is-soċjetajiet kollettriċi, u t-tieni, regoli speċifiċi mmirati għall-għoti ta' liċenzja tal-mużika onlajn sabiex issir il-promozzjoni tas-suq singolu diġitali u sabiex jiġu pprovduti aktar servizzi transkonfinali lill-klijenti madwar l-UE. (L-ewwel(1) trimestru tal-2012)

    85.

    Is-Suq wieħed u fondi tal-pensjoni: Istituzzjonijiet għall-Provvista ta’ Irtirar Okkupazzjonali(IORP)*.

    Leġiżlattiva

    L-għan tar-reviżjoni tad-Direttiva li tirrigwarda l-Istituzzjonijiet għall-Pprovvista ta’ Irtirar Okkupazzjonali (IORP) huwa li żżomm livell ekwu mas-Solvenza II u tippromwovi aktar attivitajiet transkonfinali f'dan il-qasam. Dan se jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tixjiħ demografiku u tad-dejn pubbliku. (It-tielet(3) trimestru tal-2012)

    86.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni tal-Assigurazzjoni (IMD)

    Leġiżlattiva

    L-għan ta' din ir-reviżjoni huwa li jitjiebu l-armonizzazzjoni, iċ-ċertezza legali u l-preċiżjoni fid-definizzjonijiet u fl-istess ħin l-evitar tad-diffikultajiet eżistenti fl-applikazzjoni tal-IMD ta' bħalissa fil-livell nazzjonali.

    87.

    Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja u tad-Direttiva bl-għan li tagħti approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tat-trade mark

    Leġiżlattiva

    L-għan huwa li jiġu mtejba, issimplifikati u mmodernizzati kemm ir-Regolament u d-Direttiva tal-UE, fejn xieraq, u li tiġi stabbilita kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (OHIM) u l-Uffiċċji Nazzjonali tat-Trademarks bil-għan li s-sistema tat-trademarks fl-Ewropa, b'mod ġenerali ssir aktar effettiva, effikaċi u konsistenti.

    88.

    L-inizjattiva dwar l-iżvelar ta' informazzjoni mhux finanzjarja mill-kumpaniji

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni mhux finanzjarja mill-kumpaniji, filwaqt li tevita li żżid il-piż aministrattiv bla bżonn.

    89.

    Il-logħob tal-azzard onlajn fis-Suq Intern

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni hija segwitu għall-Green paper dwar il-logħob tal-azzard onlajn, u tipprovdi evalwazzjoni sostanzjali tar-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni, u segwentament tidentifika 1) sfidi ewlenin għall-koeżistenza tal-mudelli regolatorji nazzjonali fis-Suq Intern u 2) inizjattivi li għandhom jitqiesu fuq il-livell nazzjonali u tal-UE.

    90.

    L-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali

    Leġiżlattiva

    L-għan ewlieni għandu jkun li d-Direttiva (2004/48/KE) tiġi adattatta għall-isfidi tal-lum sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jistgħu jiġu protetti b'mod effettiv u uniformi fl-UE, b'mod partikolari f'ambjent diġitali. Bosta dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu kkjarifikati biex tikseb interpretazzjoni u infurzar konsistenti.

    91.

    Id-Direttiva dwar il-Liġi tat-Titoli

    Leġiżlattiva

    L-għan ewlieni tal-miżura huwa li titnaqqas id-diverġenza bejn il-liġijiet sostantivi nazzjonali dwar it-titoli fuq il-karta (book-entry) u għaldaqstant biex issir kontribuzzjoni sostantiva għas-simplifikazzjoni tal-operati tas-swieq finanzjarji u tas-sikurezza legali tagħhom.

    92.

    Close-out netting

    Leġiżlattiva

    Close-out netting hija għodda importanti għall-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kreditu tal-kontraparti għax tagħti prijorità, fil-każ ta' insolvenza, lill-kontroparti mhux inadempjenti minflok kredituri mhux iggarantiti. L-objettiv huwa li tiżdied iċ-ċertezza legali u s-sigurtà ta' ftehimiet bi-u multilaterali ta' netting, iżda wkoll, bħala parti minn qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżi fis-settur finanzjarju (ara COM (2010) 579), biex tingħata s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali biex jimponu waqfien temporanju fuq id-drittijiet dwar il-close-out netting.

    93.

    L-inizjattiva dwar l-avviż u l-proċeduri ta' tneħħija

    L-objettivi prinċipali tal-politika huma li: tikkontribwixxi għal tħaddim tajjeb tas-Suq Uniku Diġitali, tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-illegalità fuq l-internet, tiżgura t-trasparenza, l-effikaċċja, il-proporzjonalità u l-konformità mad-drittijiet fundamentali tal-proċeduri ta' avviż u ta' tneħħija, tiżgura approċċ ibbilanċjat u operabbli lejn il-proċeduri NTD, b'enfażi fuq id-drittijiet fundamentali u fuq l-impatt għall-innovazzjoni u għat-tkabbir.

    94.

    L-iskemi ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni

    Leġiżlattiva

    L-għan ewlieni huwa li jiżguraw li l-SGA jeżistu fl-Istati Membri kollha u li jkunu konformi ma' sett minimu ta' karatteristiċi ta' tfassil.

    95.

    It-Tielet Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus

    Leġiżlattiva

    Bħalissa qiegħda ssir reviżjoni tal-istandards internazzjonali u hija skedata biex titlesta sa Frar 2012. Ir-reviżjoni proprja tal-COM bdiet ukoll u hemm il-pjan li jinħareġ rapport fil-bidu tal-2012. Se jkun meħtieġ li l-istandards internazzjonali jiġu implimentati b'mod rapidu ladarba tiġi adottata l-leġiżlazzjoni tal-UE.

    96.

    L-emenda tad-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji (FICOD II) (2002/87/KE)

    Leġiżlattiva

    Wara d-deċiżjoni tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (G20) ta' Jannar 2010 biex ikun hemm riċerka dwar l-irregolar tal-entitajiet ewlenin tal-konglomerati finanzjarji, il-Kummissjoni timpenja ruħha għall-ftehimiet u għar-rakkomandazzjonijiet fuq il-livell tal-G20 biex issaħħaħ l-awtorità tas-superviżur fuq l-entitajiet ewlenin tal-gruppi finanzjarji kumplessi, li llum bosta minnhom huma kumpaniji holding mhux irregolati. L-effikaċja tas-CRD u tas-Solvency 2, kif ukoll ir-regolamenti relatati fis-settur finanzjarju bħal dawk għall-UCITS u għall-AIFM, u l-aktar importanti għall-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżi, jistgħu jkunu ħafna aktar b'saħħithom jekk l-entità ewlenija tista' tinżamm responsabbli b'mod espliċitu biex tissodisfa r-rekwiżiti kollha fi kwistjoni konsistenti fuq livell wiesa' konglomerat u fil-massa tal-entitajiet regolati fil-grupp.

    Il-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza

    97.

    L-Avvanzar tal-Integrazzjoni tar-Rom – L-Ewwel rapport tal-Kummissjoni Ewropea

    Mhux leġiżlattiva

    L-ewwel rapport annwali se jivvaluta l-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom li l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni sal-31.12.2011.

    98.

    Is-salvagwardji speċjali fil-proċeduri kriminali għall-Persuni Suspettati jew Akkużati li huma vulnerabbli

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li tingħata attenzjoni speċjali fil-proċeduri kriminali mdwar l-UE, lil persuni suspettati jew akkużati li ma jkunux jistgħu jifhmu jew isewgu l-kontenut jew is-sinifikat tal-proċedimenti, minħabba, pereżempju, l-età tagħhom jew xi kundizzjoni mentali jew fiżika.

    99.

    Id-dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi

    Leġiżlattiva

    Biex jippermettu lill-Istati Membri jaffaċċjaw l-ittraffikar illeċitu tad-droga b'mod aktar effiċjenti u jippromwovu approċċ komuni tal-UE dwar it-traffikar tad-droga permezz ta' approssimazzjoni tal-offiżi u tas-sanzjonijiet, jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati matul il-valutazzjoni mwettqa fl-2009 mid-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI, u jissostitwixxu dan l-istrument.

    100.

    L-iskambju ta' informazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u kontroll tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda

    Leġiżlattiva

    L-objettiv tal-proposta li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 huwa li ttejjeb il-proċess ta' valutazzjoni u wħud mill-passi proċedurali, filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba u l-limitazzjonijiet li ħarġu mill-istrument leġiżlattiv fit-tliet snin li għaddew.

    101.

    L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità: titjieb tal-aċċessibbiltà tal-merkanzija u tas-servizzi fis-Suq Intern

    Leġiżlattiva

    Proposta għal Direttiva biex jitjiebu s-suq tal-merkanzija u s-servizzi li huma aċċessibbli lil persuni b'diżabilitajiet u anzjani, abbażi approċċ "imfassal għal kulħadd". Din l-inizjattiva li tappoġġa lin-negozju se tinkludi miżuri vinkolanti biex tippromwovi akkwist u armonizzazzjoni tal-istandards ta' aċċessibbiltà.

    102.

    It-titjieb tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bords tal-kumpaniji elenkati fil-boroż tal-kambju (liġi mhux vinkolamti)

    Leġiżlattiva

    Wara l-istrteġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, Rakkomandazzjoni se jkollha l-għan li ttejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fil-bord tal-kumpaniji. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt fundamentali u hija wkoll kruċjali għat-tkabbir u għall-kompetittività tal-UE.

    103.

    Il-Vjaġġi, il-Vaganzi u l-Ġiti b'kollox inkluż

    Leġiżlattiva

    L-għan tal-proposta huwa li tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tmmodernizza r-regoli ta' bħalissa dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi li jixtru vjaġġi b'kollox inkluż, b'mod partikolari minn fuq l-internet u biex jiġi ffaċilitat ix-xiri ta' vjaġġi b'kollox inkluż minn Stati Membri oħrajn.

    104.

    Ir-riforma tal-istruttura tal-Eurojust

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiżviluppa u ssaħħaħ it-tħaddim tal-Eurojust u tiddetermina l-arranġamenti għall-involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust.

    105.

    Il-kumpens għall-vittmi ta’ reati

    Leġiżlattiva

    Il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/80 se tiżgura li l-vittmi ta' reati jkollhom kumpens ekwu u xieraq fl-Istati Membri kollha, u b'hekk tgħin biex tippromwovi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Il-proposta se tkun ibbażata fuq studju komprensiv tal-aspetti kollha tal-kumpens biex jiġu identifikati l-ostakoli eżistenti, l-oriġini tagħhom u soluzzjonijiet possibbli.

    106.

    Il-perijodi ta' limitazzjoni u ta' preskrizzjoni għal inċidenti transkonfinali tat-traffiku fuq it-triq

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li toħloq aktar ċertezza legali għaċ-ċittadini dwar il-perjodi ta' limitazzjoni fil-kuntest tal-inċidenti transkonfinali tat-traffiku fuq it-triq.

    107.

    Il-ġustizzja elettronika

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se ssaħħaħ il-proġett tal-ġustizzja elettronika bħala għodda biex tippromwovi t-tkabbir u ċ-ċertezza legali fis-suq intern. Il-proġett tal-ġustizzja elettronika għandu l-għan li jenfasizza l-politika tal-ġustizzja billi juża teknoloġija tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet biex itejjeb u jissimplifika l-informazzjoni dwar il-ġustizzja fl-UE, jiffaċilità l-aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri kollha u jiffaċilità l-kooperazzjoni u l-proċeduri ġudizzjarji

    108.

    L-istrument għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim rigward problemi Minn Negozju Għal Negozju

    Leġiżlattiva

    Din il-miżura se tikkomplimenta l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar is-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għall-konsumaturi b'mekkaniżmu adattat għal tilwim minn negozju għal negozju. Il-promozzjoni tal-ADR se ttejjeb il-konfidenza fost l-SMEs biex jieħdu sehem f'kummerċ transkonfinali u se ssaħħaħ it-tħaddim tas-Suq Intern.

    109.

    Il-proċedimenti ta' falliment

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar Proċedimenti ta' Falliment ((KE) 1346/2000), inkluż il-kwistjoni ta' falliment ta' gruppi u impriżi, sabiex jittejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċedimenti transkonfinali ta' falliment.

    110.

    Ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti ċivili:

    (1) Ir-rikonoxximent reċiproku tal-effetti ta’ ċerti dokumenti tal-istatus ċivili

    Leġiżlattiva

    Il-proposta għandha tkopri r-rikonoxximent reċiproku tal-effetti ta' ċerti dokumenti tal-istatus ċivili (eż. li għandhom x'jaqsmu mat-twelid, l-affiljazzjoni, l-adozzjoni, l-isem, il-mewt).

    111.

    (2) L-eżenzjoni tal-formalitajiet għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti bejn l-Istati Membri

    Leġiżlattiva

    Segwitu għall-Green Paper dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti, id-dokumenti tal-istatus ċivili, l-atti awtentiċi u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Il-proposta għandha tkopri l-eżenzjoni tal-formalitajiet għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti bejn l-Istati Membri.

    Il-Ġustizzja, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Politika tal-Kompetizzjoni

    112.

    Qafas tal-UE għal rimedju kollettiv

    Għadu rrid jiġi ddeterminat

    Din l-inizjattiva għandha tkompli tibni fuq il-firxa wiesgħa tal-ħidma preċedenti tal-Kummissjoni dwar ir-rimedju kollettiv fuq il-livell tal-UE

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    113.

    L-istabbiliment ta' qafas għall-Ippjanar tat-Territorju Marittimu

    Leġiżlattiva

    Li jiġi żgurat li l-Istati Membri jipprovdu qafas ta' ppjanar integrat stabbli, affidabbli u orjentat lejn il-ġejjieni sabiex jottimizzaw l-użu tat-territorju marittimu għall-benefiċċju tal-iżvilupp ekonomiku u l-ambjent marittimu u li huma u jagħmlu dan japplikaw approċċ komuni sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tat-territorju marittimu transkonfinali. It-tip ta' din l-inizjattiva – x'aktarx Direttiva – għadha trid tiġi kkonfermata.

    114.

    It-Tkabbir Marittimu: tkabbir sostenibbli mill-oċeani, l-ibħra u x-xtut.

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tibni fuq is-sejbiet ta' studju li għaddej bħalissa fir-rigward tat-tkabbir sostenibbli u tal-impjiegi fis-setturi marittimi li huma stabbiliti kif ukoll f'dawk emerġenti u prospettivi, abbażi tal-użu innovattiv tar-riżorsi tal-baħar u tax-xtut bħala l-muturi għall-innovazzjoni u l-kompetittività.

    Il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE

    115.

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, inkluż bil-liġi kriminali (PFI)*

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva hija segwitu leġiżlattiv tal-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, inkluż bil-liġi kriminali sostantiva, skont l-Artikolu 325(4) tat-TFUE. (It-tielet(3) trimestru tal-2012)

    116.

    It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-euro permezz ta' sanzjonijiet tal-liġi kriminali kontra l-iffalsifikar

    Leġiżlattiva

    L-inizjattiva għandha tibni fuq u tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2000/383/ĠAI. Hija għandha l-għan li żżid l-protezzjoni tal-euro billi tipprovdi leġiżlazzjoni u proċeduri kriminali aktar effiċjenti; u li ssaħħaħ il-monitoraġġ tar-regoli tal-UE fl-Istati Membri. Iċ-ċittadini għandhom ikunu protetti biżżejjed kontra l-frodi u l-iffalsifikar tal-euro permezz ta' sanzjonijiet kriminali.

    117.

    L-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-liġi dwar kwistjonijiet doganali u agrikoli jiġu applikati b'mod korrett

    Leġiżlattiva

    Is-simplifikazzjoni u l-kjarifika tal-leġiżlazzjoni, it-titjib tal-aċċessibbiltà u l-kisba tal-iffrankar fuq il-baġit, billi kemm ir-Regolament 515/97 kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali jittrattaw parzjalment dawn l-istess kwistjonijiet.

    Il-Politika Reġjonali

    118.

    L-istrateġija futura għar-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda:

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni dwar l-istrateġija futura għar-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda wara l-Memorandi konġunti tar-reġjuni u tal-Istati Membri, "L-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda sal-2020" u l-kontribuzzjonijiet tagħhom l-oħrajn.

    Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

    119.

    Il-Qafas għal Żona Ewropea ta' Riċerka (ERA)

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Il-qafas tal-ERA se jkun il-bażi għall-kisba tal-koerenza u tal-koordinazzjoni tal-politika strateġika bejn l-UE u l-Istati Membri, bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tas-sistema Ewropea għar-riċerka permezz tal-isfruttament aħjar tas-sinerġiji u tal-komplementarjetajiet transkonfinali (pereżempju mobbiltà u karriera tar-riċerka, operati transkonfinali li jwettqu riċerka u organizzazzjonijiet ta' riċerka, infrastrutturi tar-riċerka, ċirkolazzjoni tar-riċerka u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi).

    120.

    Il-Qagħda tal-Unjoni għall-Innovazzjoni tal-2012 – il-bidla tal-aċċelerazzjoni

    Mhux leġiżlattiva

    Din il-Komunikazzjoni se timmarka l-passi li jmiss bisx jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-innovazzjoni. Se tinkludi l-proposti ta' politika li ġejjin: definizzjoni dettaljata tal-indikatur l-ġdid dwar kumpaniji li qegħdin jikbru malajr u innovattivi b'valutazzjoni komparattiva tar-rendiment tal-innovazzjoni tal-Istati Membri, azzjonijiet ta' segwitu dwar l-impenni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni fejn ma jkun sar l-ebda progress, proposta biex l-innovazzjoni tiġi integrata mal-politiki tal-UE.

    121.

    It-titjieb u l-iffukar tal-kooperazzjoni internazzjonali fir-Riċerka u l-Innovazzjoni

    Mhux leġiżlattiva

    L-Ewropa teħtieġ li tieħu sehem b'mod aktar strateġiku fix-xejnza, fit-teknoloġija u fil-kooperazzjoni tal-innovazzjoni mal-isħab ewlenin tagħha, sabiex: issaħħaħ l-eċċellenza u tippromwovi l-kompetittività industrijali; tindirizza l-bidliet globali tas-soċjetà; u tappoġġa l-politiki esterni. Il-Komunikazzjoni se tistabbilixxi objettivi kriterji u prinċipji operattivi dettaljati għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iffokar tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-UE skont is-CSF għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

    It-Taxxa u l-Unjoni Doganali

    122.

    Amministrazzjoni tajba relatata mar-rifuġji fiskali*

    Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tiżviluppa strateġija msaħħa biex tipproteġi lill-UE mill-isfidi ta' ġuriżdizzjonijiet barra mill-UE li ma jikkooperawx (inklużi r-rifuġji fiskali u l-ippjanar agressiv tat-taxxa). (Ir-raba' (4) trimestru 2012)

    123.

    Il-prekursuri tad-droga

    Leġiżlattiva

    Ir-Rapport tal-Kummissjoni (COM (2009) 709) enfasizza r-riskju ta' devjazzjoni ta' prodotti mediċinali li jkun fihom il-prekursuri tad-droga. F'Mejju 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi leġiżlattivi. L-inizjattiva se temenda r-Regolament (KE) 273/2004

    124.

    L-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fuq il-ħlas transkonfinali tad-dividendi lill-investituri tal-portafolli

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Soluzzjonijiet għall-problemi tat-taxxa doppja li jirriżultaw mill-impożizzjoni ta' taxxi minn ras il-għajn fuq dividendi transkonfinali mħallsa lill-investituri tal-portafolli.

    125.

    Il-qagħda tal-Unjoni Doganali

    Mhux leġiżlattiva

    Valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament tal-Unjoni Doganali, l-isfidi u l-opportunitajiet tagħha fis-salvagwardjar tas-Suq Uniku u fil-ħarsien taċ-ċittadini tagħha. Bħala reazzjoni għal-lakuni u għall-ħtiġijiet li ġew identifikati f'din l-analiżi, il-valutazzjoni se timmira lejn inizjattivi doganali futuri bil-għan li dawn iżidu ulterjorment il-valur li tagħti l-Unjoni Doganali lis-Suq Uniku.

    126.

    It-taxxa fuq il-karozzi

    Mhux leġiżlattiva

    Sabiex jiġu indirizzati t-taxxa doppja u ostakoli oħra ta' taxxa f'sitwazzjonijiet transkonfinali

    127.

    Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida għal kontra l-frodi tal-VAT

    Leġiżlattiva

    Esperjenzi reċenti wrew li l-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi mhijiex rapida biżżejjed meta tiġi biex tiffaċċja fenomeni massivi mhux mistennija ta' frodi tal-VAT f'ċerti Stati Membri. S'issa, ingħataw xi derogi lil Stati Membri individwali bil-għan li jitwaqqaf dan it-tip ta' frodi fis-setturi affettwati, iżda l-proċedura li biha jingħataw id-derogi mhijiex flessibbli biżżejjed biex tiżgura reazzjoni immedjata u adattata. Il-mekkaniżmu l-ġdid li ġie propost għall-adozzjoni ta' miżuri derogatorji - mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida - ikun iżid b'mod konsiderevoli l-ħeffa li biha jiġu trattati dawn il-problemi. L-objettiv aħħari huwa li jiġu miġġielda skemi massivi ta' frodi qabel ma jibdew iħallu impatt konsiderevoli fuq il-baġits nazzjonali.

    Il-Kummerċ

    128.

    Ir-Rapport dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment

    Mhux leġiżlattiva

    Rapport li permezz tiegħu l-Kunsill Ewropew jidentifika l-ostakoli importanti li jiffaċċjaw l-esportaturi u l-investituri Ewropej meta dawn jaċċedu s-suq f'pajjiżi terzi u jistabbilixxi strateġiji għat-tneħħija tal-ostakoli.

    It-Trasport

    129.

    Il-Pakkett Ferrovjarju:

    (1) L-aċċess għas-suq ferrovjarju*

    Leġiżlattiva

    Il-ftuħ ulterjuri tas-suq fis-settur ferrovjarju (għas-suq nazzjonali tal-passiġġieri) iġib miegħu l-adattament tal-acquis eżistenti dwar l-aċċess għas-suq ferrovjarju (l-ewwel pakkett ferrovjarju u l-emendi sussegwenti tiegħu ) u tibdil xieraq fir-Regolament dwar il-kuntratti tas-servizz pubbliku fis-settur ferrovjarju (KE 1370/2007), inkluż l-għoti obbligatorju ta' kuntratti tas-servizz pubbliku skont proċedura ta' offerti kompetittiva. Din l-inizjattiva se tiżgura wkoll aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja, inkluż għas-servizzi b'rabta ferrovjarja, partikolarment permezz ta’ separazzjoni strutturali bejn l-immaniġġjar tal-infrastruttura u l-forniment tas-servizzi (separazzjoni). Din se tiġi akkumpanjata minn Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-organizzazzjoni tas-suq ferrovjarju u li tevalwa l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja.

    (2) Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)*

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se ssaħħaħ ir-rwol tal-ERA fil-kamp tas-sikurezza ferrovjarja, partikolarment fis-superviżjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ sikurezza meħuda mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza u fl-armonizzazzjoni progressiva tagħhom. Hija għandha wkoll l-għan li tikseb awtorizzazzjoni unika għat-tip ta' vettura u ċertifikazzjoni unika tas-sikurezza ta’ impriża ferrovjarja. Id-Direttivi dwar is-sikurezza u l-interoperabilità (2004/49 u 2008/57) jistgħu jiġu aġġustati skont kif xieraq. (Ir-raba' (4) trimestru 2012)

    130.

    L-użu tal-enerġija nadifa għat-trasport:

    Strateġija ta' fjuwil alternattiv

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Il-White Paper dwar it-trasport tenfasizza l-ħtieġa li titkisser id-dipendenza tas-sistema tat-trasport fuq iż-żejt. Din l-inizjattiva beħsiebha tħaffef l-adozzjoni tat-trasport alternattiv fis-suq tal-UE, inkluż tal-istandards neċessarji għat-tagħmir u għas-sistemi ta' ħżin. Hija se tidentifika l-azzjonijiet tal-UE li jistgħu jistimolaw l-użu ta' fjuwils alternattivi tal-UE u li jipprovdu lill-industrija, lis-settur pubbliku u lill-konsumatur b'viżjoni ċara u koerenti tal-iżviluppi fis-suq tas-sistemi ta' trasport li jagħmlu użu minn fjuwils alternattivi.

    131.

    Id-Drittijiet tal-Passiġġieri bl-Ajru: Meta passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu abbord l-ajruplan, dewmien twil biex jitlaq l-ajruplan u titjiriet ikkanċellati

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) 261/2004 se tipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru billi tiżgura li l-passiġġieri jkunu informati b'mod adegwat, li jingħataw l-għajnuna u li, fejn ikun hemm bżonn, jiġu kkumpensati għal kull tip ta' sfrattu fit-titjiriet u telf/dannu tal-bagalji tagħhom. Hija se ssaħħaħ iċ-ċertezza legali u se tiżgura piż ekonomiku ġust u proporzjonat f'sitwazzjonijiet partikolari li għalihom t-trasportaturi tal-ajru ma jerfgħu l-ebda responsabbiltà (force majeure), anke permezz ta' kondiviżjoni aħjar tal-ispejjeż finanzjarji. Hija se tkun akkumpanjata mill-inizjattiva "Ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom".

    L-inizjattivi li jmiss għall-2013

    Titolu

    Tip

    Deskrizzjoni tal-ambitu u tal-objettivi

    L-Agrikoltura

    Il-biedja organika

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tal-att bażiku organiku b'segwitu għad-diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, se sseħħ fuq il-bażi tar-rapport ippreżentat fl-2011 (ir-Rapport għall-Kunsill rigward l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 834/2007/KE dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jirrevoka r-Regolament 2092/91/KEE.)

    L-Istrateġija l-Ġdida tal-UE dwar il-Forestrija

    Mhux leġiżlattiva

    L-istrateġija attwali tal-UE dwar il-forestrija ġiet adottata bħala riżoluzzjoni tal-Kunsill fl-1998 (1999/C 56/01). L-iskop tal-inizjattiva huwa li tevalwa sa fejn l-istrateġija għadha taqbel mal-ħtiġijiet attwali u mal-kuntest ta' politika, u li tipproponi strateġija ġdida li tieħu inkonsiderazzjoni l-isfidi li rriżultaw sa mill-adozzjoni tal-istrateġija attwali, b'mod partikolari t-tibdil fil-klima u l-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli.

    L-Azzjoni Klimatika

    L-Istrateġija ta' Adattament tal-UE

    Mhux leġiżlattiva

    L-Istati Membri qed jiġu affettwati mill-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u dan qed iwassal għal impatti ekonomiċi u ambjentali sinifikanti. L-istrateġija se tagħti sostenn lill-UE għal meta tiġi biex tittratta xi impatti futuri tat-tibdil fil-klima. Hija se tiffoka fuq azzjonijiet li jkollhom valur miżjud għall-UE. L-objettivi ewlenin tagħha huma li ssaħħaħ il-bażi ta' għarfien dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u li tiżviluppa qafas ta' politika xieraq għall-adattament tal-UE.

    L-Istrateġija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn Vetturi Heavy Duty

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-inizjattiva se tindirizza l-problema taż-żieda fl-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi heavy duty. L-objettiv ġenerali tagħha huwa li tnaqqas dawn l-emissjonijiet b'mod li jkun kosteffikaċi. Dan se jsir bħala segwitu għall-Istrateġija Ewropea dwar Vetturi Nodfa u Effiċjenti u għall-White Paper dwar it-Trasport, COM (2011)144.

    Il-Kompetizzjoni

    L-inizjattiva fil-qasam tar-regoli sostantivi dwar l-għajnuna mill-Istat: Reviżjoni tar-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat

    Leġiżlattiva

    Minħabba li r-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) se jiskadi fl-aħħar tas-sena 2013, se jkollha ssir reviżjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-proċess ta' reviżjoni ta' diversi Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat marbuta mal-UE 2020 (R&D&I, Kapital tar-Riskju, Ambjent) se jiġi allinjat mar-reviżjoni tal-GBER. Wara l-2013, tkun tista' tiġi prevista konsolidazzjoni ulterjuri ta' xi linji gwida (Linji Gwida Ġenerali dwar l-Għajnuna mill-Istat). Jekk ikun possibbli, fuq il-bażi ta' Regolament ta' Awtorizzazzjoni tal-Kunsill 994/98 (ara 2012) immodifikat, l-ambitu tal-GBER jista' jiġi estiż.

    Reviżjoni tar-Regolament de minimis dwar l-għajnuna mill-Istat

    Leġiżlattiva

    L-appoġġ de minimis jikkostitwixxi strument flessibbli li jagħti ammonti limitati ħafna ta' għajnuna. Ir-Regolament De Minimis tal-Kummissjoni jkopri ammonti żgħar ta' sussidji li ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li dawn ma jaffettwawx il-kummerċ u l-kompetizzjoni, u li għalhekk mhumiex soġġetti għar-rekwiżit ta' notifika. It-test attwali jiskadi f'Diċembru 2013.

    Reviżjoni tal-qafas R&D&I fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat

    Mhux leġiżlattiva

    Il-qafas tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni ("RDI") rivedut daħal fis-seħħ fl-2007. Il-qafas jgħin lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw l-għajnuna mill-Istat bħala strument kumplimentari biex jagħtu spinta lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-qafas għandu jiġi rivedut fl-2013.

    L-Aġenda Diġitali

    Lejn Strateġija tal-UE dwar il-Cloud Computing

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tindirizza diversi aspetti tal-qafas regolatorju attwali, li nħoloq biex jikkunsidra applikazzjonijiet inqas impenjattivi. B'mod partikolari, il-cloud computing qed iqajjem diversi kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-protezzjoni tad-dejta u maż-żamma tad-dejta, mal-liġi applikabbli u mar-resposabbiltà, kif ukoll mal-protezzjoni tal-konsumatur. Se jiġu indirizzati wkoll l-aspetti ta' interoperabilità, standardizzazzjoni u portabilità tad-dejta u tal-applikazzjonijiet.

    L-Edukazzjoni, il-Kultura u ż-Żgħażagħ

    L-Internazzjonalizzazzjoni tal-Edukazzjoni Ogħla

    Mhux leġiżlattiva

    Għadd dejjem jiżdied ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla qed idaħħlu studenti minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, jiskambjaw studenti, persunal u għarfien, u jinvolvu ruħhom f'kooperazzjoni internazzjonali akkademika u ta' riċerka. Il-Komunikazzjoni se tittratta l-internazzjonalizzazzjoni tal-istrateġija għas-settur tal-edukazzjoni ogħla tal-UE. F'dinja li qed issir dejjem aktar interdipendenti, is-sħubijiet ta' edukazzjoni ogħla, li jistgħu jiġġeneraw kapaċità ta' riċerka u ta' tagħlim, u li jagħtu s-setgħa lill-universitajiet biex jaġixxu bħala aġenti ta' trasferiment ta' għarfien, jikkostitwixxu mod strateġiku għall-UE biex jiġu indirizzati sfidi globali.

    Il-Karta Żgħażagħ Attivi (liġi mhux vinkolanti)

    Leġiżlattiva

    Azzjoni tal-inizjattiva ewlenija Żgħażagħ Attivi għandha tiffaċilità kemm il-mobbiltà u l-parteċipazzjoni għaż-żgħażagħ kollha bejn it-13 u t-30 sena li jgħixu fl-Ewropa. Din għandha tibni fuq il-karti eżistenti li diġà jipprovdu liż-żgħażagħ b'benefiċċji f'bosta oqsma (vjaġġar, kultura, merkanzija, akkomodazzjoni, eċċ) Il-karti eżistenti li jissodisfaw il-kriterji tal-UE dwar il-kwalità jistgħu jingħataw tikketta YoM (Żgħażagħ Attivi).

    L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

    Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji marbuta mal-esponimet għal Karċinoġeni u għal Mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

    Leġiżlattiva

    L-iskop huwa li jiġi rivedut il-qafas legali attwali (id-Direttiva 2004/37) bil-għan li jiġu stabbiliti livelli aċċettabbli ta' riskju għal kanċer, li tittejjeb il-ġestjoni tar-riskju, u li tiġi evalwata l-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva biex ikun ikopri fatturi ta' riskju ġodda u sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni.

    Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali

    Leġiżlattiva

    L-ewwel reviżjoni tar-Regolamenti 883/2004 u 987/2010 sa mid-dħul fis-seħħ tagħhom f'Mejju 2010, bil-għan li jiġu kkumplimentati jew adattati r-regoli abbażi tal-ewwel snin ta' implimentazzjoni

    Il-Komunikazzjoni dwar il-kura fuq perjodu twil ta' żmien

    Mhux leġiżlattiva

    B'segwitu għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni fl-2011 u għad-diskussjonijiet fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Komunikazzjoni se tippreżenta orjentazzjonijiet ta' politika biex tirrispondi għaż-żieda fil-ħtieġa tas-servizz ta' kura fuq perjodu twil ta' żmien.

    L-Enerġija

    It-Teknoloġiji tal-enerġija f'Politika Ewropea futura dwar l-Enerġija

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tidentifika l-għażliet għar-rwol tat-teknoloġiji tal-enerġija li jiksbu dekarbonizzazzjoni, se tiżviluppa approċċ komplut u komprensiv li jħeġġeġ l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-enerġija skont il-viżjoni dwar l-enerġija għall-2050 u se ssaħħaħ is-sinerġiji bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea fit-tfassil tal-politika dwar l-enerġija billi jiġu promossi l-konverġenza u l-kooperazzjoni bejn il-programmi ta' innovazzjoni nazzjonali u dawk tal-UE.

    L-Effiċjenza tal-enerġija

    Mhux leġiżlattiva

    Is-segwitu għall-proposta ta' Ġunju 2011, li jibni fuq il-ħidma attwali li qed issir fuq il-Pjan Direzzjonali dwar l-Enerġija għall-2050, u li jħejji orjentazzjoni ġenerali għall-2020 u għal aktar tard fir-rigward tal-Effiċjenza tal-Enerġija.

    Il-Politiki dwar it-Tkabbir u l-Viċinat

    Il-Pakkett Annwali tat-Tkabbir għall-2013

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni ġiet mistiedna mill-Kunsill biex tirrapporta regolarment dwar il-pajjiżi kandidati u dwar il-kandidati potenzjali. Id-Dokument ta' Strateġija tal-Kummissjoni jippermetti lill-Kunsill Ewropew jiddefinixxi orjentazzjonijiet strateġiċi ewlenin dwar it-tkabbir, lejn l-aħħar ta' kull sena.

    L-Ambjent

    Ir-reviżjoni tal-politiki dwar il-kwalità tal-arja

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Sabiex jiġu evalwati l-implimentazzjoni u l-kisbiet tal-politiki attwali dwar it-tniġġiż tal-arja u dwar il-kwalità tal-arja u l-proposti leġiżlattivi rriveduti għad-Direttivi tal-KE dwar il-Kwalità tal-Arja u l-Limiti Massimi tal-Emissjonijiet Nazzjonali ("NEC").

    Is-Saħħa u l-Konsumatur

    L-użu tat-teknika tal-ikklownjar għall-produzzjoni tal-ikel

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva tkun tkompli fuq ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2010 dwar l-ikklownjar ta' annimali għall-produzzjoni tal-ikel u tirrispondi għat-talbiet li saru biex tiġi ċċarata l-liġi dwar l-ikklownjar tal-annimali fis-suq intern.

    In-nefqa fil-kamp veterinarju

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KE għandha l-għan li tiżviluppa skema armonizzata madwar l-UE għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż u tar-responsabbiltajiet, skont il-qafas tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tal-UE l-ġdida li qed tiġi abbozzata bħalissa.

    L-Affarijiet Interni

    Il-Kodiċi tal-UE dwar l-Immigrazzjoni

    Leġiżlattiva

    Konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet kollha fil-qasam tal-immigrazzjoni, li tibda bil-migrazzjoni legali, u fejn hu meħtieġ testendi d-dispożizzjonijiet eżistenti previsti mill-Programm ta’ Stokkolma.

    Il-Komunikazzjoni dwar il-politika ta' ritorn + ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-ritorn

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Komunikazzjoni se tikkostitwixxi tħejjija ta' inventarju, filwaqt li tevalwa l-progress li sar s'issa permezz tal-iżvilupp ta' politika komuni tal-UE ta' ritorn, u li tistabbilixxi xi ideat konkreti dwar kif il-politika tista' tiġi promossa u żviluppata ulterjorment.

    L-Industrija u l-Intraprenditorija

    It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-suq intern għall-vetturi bil-mutur

    Leġiżlattiva

    L-objettiv globali tal-politika huwa li jiġi ssalvagwardjat u li jissaħħaħ is-suq intern għall-vetturi bil-mutur billi jiġi żgurat li qed jitħaddmu l-mekkaniżmi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi u uniformi tal-leġiżlazzjoni qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip għal prodotti awtomobilistiċi.

    Is-Suq Intern u s-Servizzi

    Kumpens ġust fir-rigward tar-riproduzzjonijiet ta' xogħlijiet protetti minn persuni fiżiċi għall-użu privat

    Leġiżlattiva

    Li jkun stipulat li l-iskemi għall-kumpens ġust skont id-Direttiva, joperaw b'tali mod li jipprovdu d-dħul dovut lid-detenturi tad-dritt filwaqt li ma jfixklux il-funzjonament tas-suq intern għall-midja elettronika u għat-tagħmir elettroniku.

    Is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern

    Leġiżlattiva

    L-iskop tar-reviżjoni tad-Direttiva 2007/64/KE huwa li fl-Ewropa jinħoloq suq ta' ħlasijiet li jkun integrat, kompetittiv, effiċjenti u faċli biex jintuża mill-utent.

    Ħlasijiet transkonfinali fl-UE

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 se tikkonċentra fuq il-kwistjonijiet identifikati mill-Artikolu 15. Madanakollu, l-integrazzjoni tas-suq tal-ħlasijiet tal-UE li għaddejja bħalissa, it-tibdil fid-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas ("PSD"), li fl-istess ħin qed tiġi riveduta mill-Kummissjoni, u l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-migrazzjoni taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro ("SEPA") jistgħu wkoll iwasslu biex isiru modifiki importanti fit-test tar-Regolament 924/2009. L-għan huwa li fl-Ewropa jinħoloq suq ta' ħlasijiet li jkun integrat, kompetittiv, effiċjenti u faċli biex jintuża mill-utent.

    Is-segwitu għall-Green Paper: Lejn suq Ewropew integrat għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet jew bil-mowbajl

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-integrazzjoni tas-suq Ewropew għall-ħlasijiet elettroniċi bl-imnut hija waħda mill-prijoritajiet indikati fl-Aġenda Diġitali, jew aktar speċifikament tas-Suq Uniku Diġitali. Is-segwitu għall-Green Paper għandu l-għan li jgħin biex fl-Ewropa jinħoloq suq ta' ħlasijiet li jkun integrat, kompetittiv, effiċjenti u faċli biex jintuża mill-utent.

    Il-qafas possibbli għall-ġestjoni u għar-riżoluzzjoni ta' kriżijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-banek

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    B'segwitu għal rapport li jeżamina l-ħtieġa għal reġim ta' ġestjoni ta' kriżijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-banek (Kontropartijiet Ċentrali (CCPs), kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi ħeġġ, eċċ.) li għandu jiġi ppubblikat sal-aħħar tas-sena 2011, jista' jiġi propost li l-leġiżlazzjoni tagħti setgħat u għodod lill-awtoritajiet biex jittrattaw il-falliment ta' istituzzjonijiet finanzjarji minbarra banek.

    Il-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza

    Regolament dwar hotlines tal-UE għal tfal rappurtati nieqsa

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva hija segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2010 dwar il-hotline 116 għat-tfal u għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament xieraq tal-hotline 116 fl-Istati Membri kollha.

    L-istrument tal-Liġi Kuntrattwali Ewropea fil-qasam tas-servizzi tal-assigurazzjoni

    Leġiżlattiva

    L-iffaċilitar tal-kummerċ transkonfinali ta' ċerti prodotti finanzjarji (b'mod partikolari l-assigurazzjoni) billi jiġu żviluppati regoli dwar il-Liġi Kuntrattwali Ewropea fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

    Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ skwalifiki

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura r-rikonoxximent reċiproku ta' skwalifiki imposti minn deċiżjoni ġudizzjarja fi proċedimenti kriminali sabiex jiġu eżegwiti tali miżuri fi Stat Membru differenti minn dak li jkun imponiha.

    L-għajnuna legali fil-proċeduri kriminali

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tiddefinixxi r-regoli komuni minimi sabiex tiżgura li s-suspettati u l-persuni akkużati fi proċeduri kriminali jkunu intitolati għal għajnuna legali minn x'ħin issir il-kap tal-akkuża sa ma jintemm il-proċess, jew il-proċeduri tal-appell.

    Il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar paga ndaqs

    Mhux leġiżlattiva

    Fid-dawl tad-differenza kbira bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li qed tippersisti fl-Ewropa (madwar 18 %), il-Kummissjoni se tikkonsulta l-imsieħba soċjali Ewropej dwar aġġornament tal-leġiżlazzjoni tal-UE, li timplimenta l-prinċipju tal-paga ndaqs.

    It-tieni fażi tal-konsultazzjoni tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata

    Mhux leġiżlattiva

    Skont ir-riżultat tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri li jkollhom l-għan doppju li jżidu r-rati ta' impjieg tan-nisa (billi n-nisa jġorru r-responsabbiltajiet ewlenin biex jieħdu ħsieb it-tfal u dipendenti oħrajn) u li jittrattaw l-isfida demografika.

    Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali rigward ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ikkundannati (ECRIS-TCN).

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tistabbilixxi reġistru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ikkundannati mill-qrati tal-Istati Membri.

    Il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri

    Leġiżlattiva

    B'segwitu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, din l-inizjattiva għandha l-għan li temenda dan l-istrument legali u li tistabbilixxi standards komuni minimi li jirrigwardaw ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li jwasslu għall-abrogazzjoni tal-proċedimenti exequatur għal dawn id-deċiżjonijiet.

    Il-Green Paper dwar il-possibbiltà ta' estensjoni tad-drittijiet proċedurali minimi

    Mhux leġiżlattiva

    Green Paper dwar jekk għandhomx jiġu indirizzati d-drittijiet proċedurali minimi għal persuni suspettati u akkużati minbarra dawk koperti mill-proposti leġiżlattivi ta' qabel (fil-pjan direzzjonali dwar id-drittijiet proċedurali).

    Is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti)

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) 1393/2007 se tagħti attenzjoni partikolari lill-effikaċja tal-aġenziji li jittrażmettu u li jirċievu u se tiffoka fuq l-applikazzjoni prattika tat-twettiq ta' talba għat-trażmissjoni ta' talba għal servizz. Jista' jkun li tinkludi l-iffissar ta' standards komuni minimi. Din l-inizjattiva se tirrevoka wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1348/2000

    Il-Green Paper dwar l-istandards minimi għall-proċeduri ċivili u s-segwitu meħtieġ

    Mhux leġiżlattiva

    L-osservanza ta' ċerti standards u garanziji proċedurali hija prekondizzjoni għal kooperazzjoni transkonfinali fi kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili. L-istrumenti legali Ewropej eżistenti li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet la huma kompluti u lanqas koerenti. Il-Green Paper għandha tniedi diskussjoni dwar l-introduzzjoni ta' standards komuni minimi għall-proċeduri ċivili fl-UE.

    Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Il-progress li jwassal għall-eliminazzjoni tal-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE

    Mhux leġiżlattiva

    Dan ir-rapport għandu l-għan li jevalwa l-progress li jwassal għall-iżgurar tal-eżerċitar effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mħabbra fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, u li jidentifika miżuri oħra li jwasslu biex jitneħħew kompletament l-ostakoli li għad fadal għat-tgawdija tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.

    Ir-Rapport dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri

    Mhux leġiżlattiva

    Dan ir-Rapport se jkollu l-għan li jippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva ta' kif qed tiġi trasposta d-Direttiva 2004/38/KE fil-liġi nazzjonali u ta' kif qed tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha. Huwa se jħejji valutazzjoni ġenerali tal-impatt li għandhom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u se jindika l-partijiet li jistgħu jiġu mtejba.

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-organiżmi tal-baħar.

    Leġiżlattiva

    Din il-proposta għandha l-għan li tiżviluppa qafas ġdid ta' miżuri tekniċi għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana wara r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP), li jiżgura l-protezzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħażniet tal-ħut u fuq l-ekosistemi tal-baħar. Hija għandha l-għan li tissimplifika u li tlaqqa' l-miżuri tekniċi eżistenti kif ukoll li ttejjeb, fejn meħtieġ, l-effikaċja tagħhom, b'mod partikolari dawk stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u fid-diversi emendi tiegħu, kif ukoll miżuri tekniċi oħrajn li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 u l-pjani ta' rkupru li għaddejjin bħalissa.

    White Paper dwar is-sorveljanza marittima

    Mhux leġiżlattiva

    Din il-Komunikazzjoni se tieħu rendikont tal-progress li sar u se tipproponi azzjonijiet ulterjuri. Dan jinkludi l-identifikazzjoni tal-implikazzjonijiet finanzjarji marbuta mal-ħolqien ta' Ambjent Komuni għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni.

    Integrazzjoni tas-sorveljanza marittima: l-implimentazzjoni tal-Ambjent Komuni għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni, inklużi l-aspetti finanzjarji tiegħu.

    Mhux leġiżlattiva

    Din il-Komunikazzjoni se tieħu rendikont tal-progress li sar u se tipproponi azzjonijiet ulterjuri. Dan jinkludi l-identifikazzjoni tal-implikazzjonijiet finanzjarji marbuta mal-ħolqien ta' Ambjent Komuni għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni.

    Jiġu stabbiliti jew riveduti l-pjani fuq perjodu ta' żmien twil għal ċerti ħażniet u għan-negozji tas-sajd li jagħmlu użu minn dawn il-ħażniet (pjani għal diversi speċijiet).

    Leġiżlattiva

    Dawn il-pjani għal diversi speċijiet se jkopru diversi ħażniet ta' ħut maqbuda mill-istess negozji ta' sajd u fl-istess żona. Dawn se jkunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata.

    Il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz tat-tisħiħ tal-proċeduri amministrattivi u tal-proċeduri ta' liġi kriminali, inkluża l-għajnuna reċiproka

    Leġiżlattiva

    Regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni, l-għajnuna reċiproka u l-ġbir ta' provi sa fejn dawn ma ġewx diġà koperti mill-inizjattiva tal-2012 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji; l-Artikolu 325(4) tat-TFUE.

    It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva beħsiebha tistabbilixxi l-qafas u l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jiffoka fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    Il-Politika reġjonali; L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni; Agrikoltura u Żvilupp Rurali; L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    Kuntratti ta' sħubija mal-Istati Membri

    Leġiżlattiva

    Il-kuntratti ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru ser jistabbilixxu l-impenji tal-imsieħba fil-livell nazzjonali u reġjonali, u kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. Huma se jintrabtu mal-objettivi tal-istrateġija ta' Ewropa 2020 u tal-programmi nazzjonali ta' riforma. Dawn se jistabbilixxu approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, appoġġat mill-fondi skont il-politika ta' koeżjoni, l-iżvilupp rurali, u l-politika marittima u tas-sajd, u se jinkludu objettivi, investimenti strateġiċi u numru ta' kondizzjonijiet.

    It-Taxxa u l-Unjoni Doganali

    Inizjattiva dwar l-arbitraġġ f'tilwim transkonfinali dwar it-taxxa

    Leġiżlattiva

    Minkejja l-istrumenti eżistenti (il-konvenzjoni ta' arbitraġġ u l-konvenzjonijiet dwar it-taxxa doppja bejn l-UE u l-Istati Membri), fl-UE għad ikun hemm wisq tilwim dwar it-taxxa doppja li ma tinstabx soluzzjoni għalih

    Penali doganali

    Leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva għandha objettiv doppju: li ssaħħaħ il-konformità doganali billi tavviċina d-definizzjoni u l-kwalifika ta' reati mal-livell tal-penali doganali korrespondenti u li tiżgura t-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-penali doganali.

    Il-Kummerċ

    L-aġġornament tal-istrumenti ta' difiża tal-kummerċ tal-UE

    Leġiżlattiva

    Emendi tar-regolamenti bażiċi dwar l-anti-dumping u ta' kontra s-sussidji.

    It-Trasport

    Il-merkanzija elettronika

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    L-għan tal-inizjattiva huwa li toħloq il-qafas adattat biex jiġi ssimplifikat il-fluss elettroniku tal-informazzjoni assoċjat mal-fluss fiżiku tal-prodotti, bħala forma ta' sostenn għall-ippjanar, it-twettiq, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar trasport tal-merkanzija multimodali, sabiex tiżgura r-responsabbiltà tat-trasport intermodali u biex tippromwovi trasport tal-merkanzija mhux perikoluż, sikur u nadif.

    Il-qafas għall-politika futura dwar il-portijiet tal-UE, inklużi l-proposti leġiżlattivi

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Din l-inizjattiva se tgħin aktar biex il-portijiet ikunu jistgħu jittrattaw il-volumi ta' merkanzija li dejjem jiżdiedu b'mod effiċjenti bil-għan li jkun hemm ktajjen loġistiċi mingħajr problemi; se tirrevedi r-restrizzjonijiet għall-forniment ta' servizzi portwarji u se ttejjeb it-trasparenza tal-finanzjament għall-portijiet billi tiċċara fejn jispiċċaw il-fondi pubbliċi għall-attivitajiet portwarji differenti, bil-ħsieb li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni għall-kompetizzjoni; u se tistabbilixxi qafas rikonoxxut b'mod reċiproku dwar it-taħriġ tal-ħaddiema portwarji f'oqsma differenti tal-attivitajiet portwarji.

    Il-Pakkett dwar is-Suq Intern tat-Toroq:

    (1) Rapport dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-merkanzija bit-triq

    Mhux leġiżlattiva

    Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni tas-suq tal-merkanzija bit-triq u jevalwa l-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet tal-impjiegi fil-professjoni. Huwa se jivverifika wkoll kemm għamlet progress l-armonizzazzjoni tar-regoli fl-oqsma, inter alia, tal-infurzar u tal-imposti fuq l-utenti tat-triq, kif ukoll tal-leġiżlazzjoni soċjali u dwar is-sigurtà, u x'għad fadal isir. Huwa se jiddetermina kif u b'liema skeda jkun jista' jiġi previst il-ftuħ ulterjuri ta' kabotaġġ.

    (2) L-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u d-dħul fil-professjoni ta' operatur tat-trasport fit-triq

    Leġiżlattiva

    Il-pakkett se jiftaħ ulterjorment is-suq ta' kabotaġġ. Ftuħ bħal dan jista' jikseb titjib importanti fl-effiċjenza billi jitnaqqas it-tħaddim bla bżonn ta' vetturi għall-ġarr tal-merkanzija li jkunu vojta. Huwa jista' jinkludi regoli dwar il-ħaddiema mobbli li jkunu involuti f'kabotaġġ sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta. Jista' jkun li l-pakkett jestendi wkoll ir-regoli eżistenti dwar id-dħul fil-professjoni (pereżempju estensjoni li tkopri anke lill-burdnara) u jarmonizzahom ulterjorment (pereżempju dwar il-kapaċità ta' twaqqif u ta' finanzjament). Il-proposta se timmodifika r-Regolament 1072/2009 dwar l-aċċess għas-suq u r-Regolament 1071/2009 dwar id-dħul fil-professjoni.

    (3) Regoli minimi dwar is-sanzjonijiet u l-infurzar tagħhom fit-trasport kummerċjali bit-triq

    Leġiżlattiva

    Id-Direttiva se tistabbilixxi regoli minimi komuni fir-rigward tad-definizzjoni ta' reati u ta' sanzjonijiet, inklużi r-reati kriminali, fil-qasam tat-trasport kummerċjali bit-triq. Armonizzazzjoni bħal din se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tfixkil fil-kompetizzjoni u tat-trattamenti mhux indaqs meta jitwettaq ksur.

    (4) Sistemi tal-imposti għall-vetturi tat-triq

    Leġiżlattiva

    L-inizjattiva se tippromwovi użu aktar sistematiku tal-imposti tat-triq bbażati fuq id-distanza, li jirriflettu spejjeż ta' infrastruttura u spejjeż esterni bbażati fuq il-prinċipji ta' "min iniġġeż iħallas" u ta' "min juża jħallas". Hija se tesplora l-introduzzjoni gradwali ta' sistema tal-imposti armonizzata għat-trakkijiet li tista' tissostitwixxi mal-UE kollha, l-imposti bbażati fuq il-ħin li hemm fis-seħħ bħalissa (l-Eurovignette u l-vignettes nazzjonali) u possibilment imposti oħrajn (bħal pereżempju t-taxxi fuq il-vetturi). L-inizjattiva tista' tinkludi qafas legali dwar l-imposti għall-passiġġieri. Hija tista' tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar nollijiet elettroniċi jekk l-interoperabilità tagħhom kollha ma tkunx intlaħqet fiż-żmien allokat skont id-Direttiva 2004/52/KE.

    L-inizjattivi li jmiss għall-2014

    Titolu

    Tip

    Deskrizzjoni tal-ambitu u tal-objettivi

    Il-Politiki dwar it-Tkabbir u l-Viċinat

    Il-Pakkett Annwali tat-Tkabbir għall-2014

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni ġiet mistiedna mill-Kunsill biex tirrapporta dwar il-pajjiżi kandidati u dwar il-kandidati potenzjali b'mod regolari. Id-Dokument ta' Strateġija tal-Kummissjoni jippermetti lill-Kunsill Ewropew jiddefinixxi orjentazzjonijiet strateġiċi ewlenin dwar it-tkabbir, lejn l-aħħar ta' kull sena. Il-Pakkett tat-Tkabbir se jinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha.

    L-Ambjent

    Il-miri tal-acquis dwar l-iskart

    Leġiżlattiva

    Li tiġi proposta reviżjoni tal-miri tal-acquis dwar l-iskart (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-direttivi dwar il-fluss ta' skart) sabiex l-UE tagħmel użu aktar effiċjenti tar-riżorsi tagħha.

    Il-miri ta' devjazzjoni tad-Direttiva dwar il-Miżbliet

    Leġiżlattiva

    Sabiex jiġu riveduti l-miri ta' devjazzjoni dwar il-miżbliet u biex jiġu proposti miri ta' devjazzjoni ġodda għal flussi ta' skart oħrajn bil-għan li eventwalment jitneħħew il-miżbliet kollha sal-2050.

    Responsabbiltà ambjentali

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Li tiġi evalwata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali u li jekk ikun meħtieġ din tiġi rriveduta.

    L-Istrateġija għall-Bijodiversità

    Mhux leġiżlattiva

    Is-segwitu se jinkludi r-reviżjoni f'nofs it-terminu tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2020.

    Il-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza

    Il-Green Paper dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

    Mhux leġiżlattiva

    Il-Green Paper dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u l-kwistjonijiet ta' rikonoxximent relatati mar-reġistrazzjoni u mal-moviment ta' kumpaniji, ta' assoċjazzjonijiet u ta' persuni ġuridiċi oħrajn.

    It-titjib fil-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti fil-qasam tal-liġi proċedurali ċivili

    Leġiżlattiva

    Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri ċivili Ewropej huma koerenti u biex jiġu stabbiliti standards proċedurali minimi komuni għall-proċeduri ċivili.

    It-Taxxa u l-Unjoni Doganali

    L-istipular tas-sistema definittiva ta' taxxa fuq il-kummerċ intra-UE

    Leġiżlattiva

    Il-proposta se tiddefinixxi s-sistema l-ġdida definittiva ta' VAT tat-taxxa fil-post tad-destinazzjoni għall-kummerċ intra-UE u se ttemm in-natura tranżitorja tal-arranġamenti attwali. Il-proposta hija marbuta mar-riforma tas-sistema tal-VAT tal-UE li twassal għal sistema ta' taxxa aktar effiċjenti u b'saħħitha fis-Suq Uniku.

    It-Trasport

    Biljettar intelliġenti, skedar multimodali, informazzjoni, riżervazzjoni onlajn

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Din il-proposta leġiżlattiva tista' tinkludi regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni, l-iskambju ta' dejta u r-responsabbiltà.

    Il-limitazzjoni tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx) li ġej mill-avjazzjoni

    Leġiżlattiva/Mhux leġiżlattiva

    Il-Kummissjoni se tindirizza l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu mill-avjazzjoni wara li twettaq valutazzjoni xjentifika dettaljata.

    Anness II: Is-Simplifikazzjoni u l-Inizjattivi għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi

    Nru

    Titolu

    It-tip ta’ inizjattiva

    L-aspetti ta' simplifikazzjoni u ta' tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi tal-inizjattiva

    Il-parti interessata li tibbenefika mis-simplifikazzjoni jew mit-tnaqqis tal-piż amministrattiv

    Data tal-adozzjoni

    L-Agrikoltura

    1.

    Ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-ħlasijiet tal-PAK li huma soġġetti għall-kundizzjonalità

    Leġiżlattiva

    Skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1122/2009 u Nru 65/2011 fil-leġiżlazzjoni attwali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx sanzjonijiet skont il-kundizzjonalità f'każ li n-nuqqas ta' konformità min-naħa ta' xi bidwi jitqies bħala minuri jew f'każ li l-ammont ta' sanzjonijiet ta' kundizzjonalità ma jkunx aktar minn EUR 100. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, f'100 % tal-każijiet l-amministrazzjoni sussegwentement trid tiċċekkja jekk instabx rimedju għas-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità. L-Adattament tat-Trattat ta' Lisbona u s-simplifikazzjoni billi jiġi abbandunat l-obbligu li jitwettqu kontrolli ta' segwitu għal ksur minuri u billi titnaqqas ir-rata ta' kontrolli ta' segwitu għal 20 % abbażi ta' analiżi tar-riskju għall-azjendi agrikoli meta l-ammont ta' sanzjonijiet ta' kundizzjonalità ma jkunx aktar minn EUR 100.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-bdiewa

    2012

    L-Aġenda Diġitali

    2.

    Il-qafas Pan-Ewropew għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-firma elettroniċi

    Leġiżlattiva

    Iż-żieda fl-użu tal-eSignatures (firem elettroniċi) u l-iżgurar li jkun hemm il-possibbiltà ta' interoperabilità transkonfinali vera permezz tar-rikonoxximent reċiproku u tal-aċċettazzjoni ta' eIDs (karti tal-identità elettroniċi). L-eSignature għandha ssir faċli biex tintuża daqs il-firma miktuba bl-idejn, sabiex isir aktar faċli li jsiru tranżazzjonijiet elettroniċi aħjar bejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet. Ir-rikonoxximent reċiproku u l-aċċettazzjoni tal-eIDs nazzjonali mal-UE kollha jkunu jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji kollha jużaw l-eIDs nazzjonali tagħhom fl-Istati Membri kollha biex jaċċedu għal servizzi onlajn ta' amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali u ta' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u jħaffu l-proċeduri b'mod sinifikanti.

    In-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi

    2012

    L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

    3.

    Li jiġi ssupplimentat l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-ħaddiema

    Leġiżlattiva

    Li jiġi identifikat titjib possibbli fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 u b'hekk jiġu ssimplifikati l-arranġamenti għall-involviment tal-ħaddiema fis-Societas Europea (SE). Skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-Imsieħba Soċjali, il-bidliet possibbli se jissimplifikaw, fost l-oħrajn, l-involviment tal-ħaddiema f'każ ta' tibdil wara r-reġistrazzjoni tas-SE, ir-relazzjoni bejn il-livell nazzjonali u dak tranżnazzjonali fir-rigward tal-involviment u l-parteċipazzjoni fuq livell ta' grupp.

    In-negozji u l-ħaddiema.

    2013

    4.

    Li jiġi ssupplimentat l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-ħaddiema

    Leġiżlattiva

    Li jiġu identifikati l-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE. Skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-Imsieħba Soċjali Ewropej, bidliet possibbli jinkludu, fost l-oħrajn, fiduċja fir-regoli standard meta titwaqqaf is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea, mekkaniżmi mtejba li jadattaw l-involviment tal-ħaddiema f'każ li jkun hemm xi bidliet fis-SCE, l-iffissar ta' limitu minimu tan-numru ta' ħaddiema f'kull Stat Membru li jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-Korp Speċjali għan-Negozjar u/jew li jqassru l-perjodu stipulat għan-negozjati u rabta aħjar bejn il-livelli Ewropej u dawk nazzjonali tal-involviment tal-ħaddiema.

    In-negozji u l-ħaddiema.

    2013

    L-Enerġija

    5.

    Ir-rappurtar dwar trasferimenti intra-Komunitarji ta' oġġetti nukleari

    Leġiżlattiva

    Li jiġi żgurat li s-settur nukleari Ewropew jista' jibbenefika bis-sħiħ mis-suq uniku. Is-sistema attwali ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal trasferimenti intra-Komunitarji ta' oġġetti nukleari mhux sensittivi tikkostitwixxi mezz sproporzjonat ta' ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi tagħhom fil-konfront tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) skont il-Protokoll Addizzjonali (PA). Xi uħud mill-għażliet possibbli jkunu jissostitwixxu l-proċedura ta' awtorizzazzjoni bi proċedura ta' rappurtar. L-approċċ magħżul għandu jnaqqas il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u għan-negozji.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri u n-negozji

    2012

    L-Istatistiki Ewropej

    6.

    Il-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għall-amministrazzjoni pubblika

    Leġiżlattiva

    It-tnaqqis tal-piż tar-rappurtar fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri billi l-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur (ir-Regolament 1221/2002) għall-amministrazzjoni pubblika se jinġabru biss f'tabella waħda u mhux f'2 tabelli ta' rappurtar differenti, hekk kif qed isir bħalissa.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    7.

    Stħarriġ dwar l-istruttura tal-aġenziji agrikoli (wara l-2013)

    Leġiżlattiva

    It-tnaqqis tal-piż fir-Regolament 1166/2008 fuq dawk li jwieġbu għall-istħarriġ permezz ta': (a) tfassil tal-istħarriġ; (b) il-possibbiltà li jintużaw sorsi eżistenti xierqa u r-reġistri tal-azjendi agrikoli.

    Il-bdiewa u l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    Is-Saħħa u l-Konsumatur

    8.

    Kontrolli uffiċjali matul il-katina alimentari

    Leġiżlattiva

    L-għan tal-proposta għal reviżjoni tar-Regolament 882/2004 huwa li tissimplifika l-qafas legali eżistenti, sabiex ittejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri matul il-katina alimentari filwaqt li timminimizza l-piż fuq l-operaturi. L-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi ta' kontroll se jikkontribwixxi għall-prevenzjoni mill-kriżi, filwaqt li jillimita l-ispejjeż li jirriżultaw minnha għall-operaturi ekonomiċi li jkunu konformi u jiżgura kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd. Id-Direttivi 96/23/KE, 97/78/KE u 91/496/KEE huma kkonċernati wkoll.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-operaturi u l-pajjiżi terzi li jesportaw

    2012

    9.

    Il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ u ta' materjali ta' propagazzjoni li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni fiż-żrieragħ

    Leġiżlattiva

    L-inizjattiva għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u tfittex li tnaqqas il-piż amministrattiv ġenerali u li tintroduċi l-flessibilità fil-qafas regolatorju maħsub għall-globalizzazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u l-iżvilupp ta' użi ġodda ta' prodotti bażiċi agrikoli, flimkien mal-bidliet fl-aspettattivi tas-soċjetà fuq l-interazzjoni tal-agrikoltura u l-ambjent naturali. Hija se timmodernizza u se tissimplifika l-leġiżlazzjoni billi tissostitwixxi t-12-il Direttiva dwar iż-żrieragħ u l-materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti b'att uniku.

    Dawk li jkabbru varjetajiet tal-pjanti, il-fornituri ta' żrieragħ u ta' materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti (S&PM), il-bdiewa u utenti oħrajn tal-S&PM, dawk li jipproċessaw il-materja prima agrikola, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

    2012

    10.

    Provi kliniċi li jinkoraġġixxu r-riċerka klinika u l-innovazzjoni fis-settur farmaċewtiku

    Leġiżlattiva

    L-objettiv tal-proposta għal reviżjoni dwar id-Direttiva dwar il-provi kliniċi (2001/20/KE) huwa li jissaħħu l-għarfien u l-innovazzjoni fir-riċerka klinika. Il-kwistjonijiet li aktarx jiġu indirizzati huma: it-tnaqqis fid-dewmien amministrattiv, li jingħelbu d-deċiżjonijiet diverġenti mal-UE kollha u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rappurtar.

    In-negozji (il-fabbrikanti) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    11.

    Il-pakkett jikkonsisti minn:

    (1) Leġiżlazzjoni farmaċewtika veterinarja

    Leġiżlattiva

    Iż-żieda fid-disponibbiltà ta' mediċini fis-suq, b'mod partikolari ta' mediċini li jittrattaw mard ta' speċijiet minuri ta' annimali jew mard rari. It-tnaqqis fil-piż fuq l-impriżi billi jiġu ssimplifikati l-proċessi ta' awtorizzazzjoni għall-mediċini veterinarji filwaqt li jiġu rrispettati s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali kif ukoll l-ambjent.

    Il-bdiewa, il-fabbrikanti ta' prodotti mediċinali veterinarji (VMPs), l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    12.

    (2) Leġiżlazzjoni dwar l-għalf immedikat

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf immedikat (90/167/KEE) għandha l-għan li tiċċara l-ambitu tagħha fir-rigward ta' partijiet oħra tal-liġi dwar l-għalf u tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji, biex tindirizza r-relazzjoni bejn l-amministrazzjoni permezz tal-mediċini u l-amministrazzjoni permezz tal-għalf immedikat, u biex tindirizza l-metodi differenti ta' amministrazzjoni ta' mediċini veterinarji skont l-ispejjeż, is-sigurtà u l-effikaċja tagħhom. L-inizjattiva tfittex li tistabbilixxi kondizzjonijiet indaqs fl-UE li jiżguraw l-użu sikur u effiċjenti tal-għalf immedikat.

    Il-bdiewa, il-fabbrikanti ta' għalf immedikat, l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    13.

    Prodotti komposti u spezzjonijiet tal-laħam. (Il-Pakkett dwar l-Iġjene)

    Leġiżlattiva

    Il-prodotti komposti:

    L-allinjament tar-regoli attwali dwar is-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' prodotti komposti mar-regoli dwar is-saħħa pubblika u t-titjib fil-kompetizzjoni bejn il-pajjiżi terzi u l-Istati Membri. L-introduzzjoni ta' ċertifikat wieħed li jkopri kemm is-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u t-tipi kollha ta' prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (is-simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv).

    L-ispezzjonijiet tal-laħam:

    Ir-reviżjoni tal-ispezzjonijiet tal-laħam biex jiġu adattati għax-xejriet epidemjoloġiċi ta' ċerti żoonożi. Ir-riskji ġodda emerġenti għandhom ikunu koperti aħjar filwaqt li titnaqqas l-attenzjoni li tingħata lir-riskji limitati b'approċċ ibbażat aktar fuq ir-riskju, u b'hekk jiġi ssimplifikat il-proċess u jitnaqqas il-piż minn fuq l-amministrazzjoni. L-inizjattiva se tiġi żviluppata b'konsultazzjoni ma' msieħba kummerċjali kbar f'pajjiżi terzi, biex tiġi ffaċilitata l-esportazzjoni.

    L-operaturi ta' negozji, il-kummerċjanti interni, l-importaturi, il-konsumaturi, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni

    2012

    L-Affarijiet Interni

    14.

    Il-Kodiċi tal-UE dwar l-Immigrazzjoni

    Id-Direttiva 2009/50/KE, id-Direttiva 2005/71/KE, id-Direttiva 2004/114/KE, id-Direttiva 2003/019/KE u d-Direttiva 2003/86/KE

    Leġiżlattiva

    Il-konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam tal-immigrazzjoni, li tibda bil-ħames (5) Direttivi eżistenti dwar il-migrazzjoni legali. It-titjib fil-koerenza bejn l-istrumenti, iż-żieda fit-trasparenza u l-identifikazzjoni ta' lakuni li jista' jkun hemm. Se jiġu kkunsidrati r-riżultati tar-rapporti ta' applikazzjoni li ġejjin dwar id-Direttivi.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li diġà emigraw lejn l-UE, u dawk li qed jikkunsidraw li jagħmlu dan, min iħaddem, l-istituzzjonijiet ta' riċerka.

    2013

    15.

    Reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (81/2009)

    Leġiżlattiva

    Il-kumpilazzjoni ta' diversi emendi f'test legali wieħed, inkluża l-emenda li tirrigwarda s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-emendi tal-2011.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2013

    L-Industrija u l-Intraprenditorija

    16.

    Tagħmir protettiv personali

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva 89/686/KE u l-allinjament tagħha mal-qafas legali ġdid għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Il-kjarifika tal-ambitu tad-Direttiva sabiex l-applikazzjoni tagħha ssir aktar faċli għall-fabbrikanti, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq kif ukoll il-Korpi Notifikati. Is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' saħħa u sigurtà u tal-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità.

    In-negozji (il-fabbrikanti)

    2012

    17.

    L-installazzjonijiet ta' funikulari maħsuba biex iġorru lin-nies

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2000/9/KE u l-allinjament tagħha mal-qafas legali ġdid għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Is-simplifikazzjoni tat-test tad-Direttiva sabiex jiġu ċċarati l-kunċetti u d-definizzjonijiet prinċipali kif ukoll l-ambitu bil-għan li t-test isir aktar koerenti, u biex l-applikazzjoni tiegħu ssir aktar faċli għall-fabbrikanti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati kollha.

    In-negozji (il-fabbrikanti)

    2012

    18.

    Fertilizzanti

    Leġiżlattiva

    Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri biex tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni ta' fertilizzanti, inklużi t-tipi l-ġodda ta' fertilizzanti, il-mezzi tat-tkabbir u l-materjali li jtejbu l-ħamrija, u t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi minn fuq kumpaniji u awtoritajiet bir-revoka tar-Regolament KE 2003/2003. Dan se jiffaċilita wkoll il-kummerċ mal-pajjiżi terzi.

    In-negozji (il-fabbrikanti)

    2012

    19.

    Magni ta' makkinarju ambulanti mhux tat-triq

    Mhux leġiżlattiva

    Mill-1 ta' Jannar 2014 'l hemm, standard ġdid għall-emissjonijiet tal-egżost tal-Istadju IV, se jsir obbligatorju għall-magni użati f'makkinarju mhux tat-triq; l-approvazzjonijiet tat-tip għall-magni konformi mal-Istadju IV jistgħu jingħataw biss sa sena qabel. Permezz ta' din l-inizjattiva, għandhom jiġu introdotti speċifikazzjonijiet ġodda għall-ittestjar ta' dawn il-magni, fid-Direttiva 97/68/KE.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri (is-servizzi tekniċi) u n-negozji (il-fabbrikanti)

    2012

    Is-Suq Intern u s-Servizzi

    20.

    L-Istatut ta' Kumpanija Ewropea (SE)

    Leġiżlattiva

    Is-simplifikazzjoni tar-Regolament dwar l-Istatut ta' Kumpanija Ewropea (SE) 2001/2157/KE, fil-kuntest usa' tal-possibbiltà li ssir reviżjoni leġiżlattiva.

    It-tnaqqis tal-obbligi ta' informazzjoni relatati mar-rappurtar, mal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni, mal-użu ta' esperti indipendenti u mar-rekwiżiti għal laqgħat.

    Il-kumpaniji tal-UE li beħsiebhom iwaqqfu SE u l-kumpaniji li għandhom l-istruttura legali ta' SE.

    2013

    Il-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza

    21.

    L-elezzjonijiet tal-PE

    Leġiżlattiva

    It-tnaqqis tal-piż amministrattiv (id-Direttiva 93/109/KE) fuq iċ-ċittadini u fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali tul il-proċess elettorali u t-titjib fl-effiċjenza tal-mekkaniżmu li attwalment qed jintuża għall-infurzar tal-projbizzjoni li wieħed jivvota f'żewġ Stati Membri fl-istess elezzjonijiet Ewropej.

    Iċ-ċittadini u l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2012

    22.

    Il-Vjaġġi, il-Vaganzi u l-Ġiti b'kollox inkluż

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE biex jiġu mmodernizzati r-regoli attwali dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi li jixtru vjaġġi b'kollox inkluż, b'mod partikolari minn fuq l-internet u biex jiġi ffaċilitat ix-xiri ta' vjaġġi b'kollox inkluż minn Stati Membri oħrajn.

    L-applikazzjoni tar-reġim sħiħ għall-aġenti tal-ivvjaġġar żgħar u mikro li jorganizzaw vjaġġi fi Stat Membru wieħed, tista' tiġi ssimplifikata u ssir inqas diffiċli.

    Iċ-ċittadini u l-konsumaturi

    2012

    23.

    Is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

    Leġiżlattiva

    Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta' dokumenti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, se tiffoka fuq l-effikaċja tal-aġenziji li jittrażmettu u li jirċievu u fuq l-applikazzjoni prattika tat-twettiq ta' talba għal servizz. Hemm il-possibbiltà li jiġu stabbiliti standards minimi komuni.

    Is-simplifikazzjoni sa mill-introduzzjoni tal-modalità elettronika (proċess rapidu aktar, inqas dokumenti x'jimtlew) u tal-modalitajiet unifikati ta' servizz għal diversi strumenti.

    Iċ-ċittadini u l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2013

    24.

    It-titjib fil-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti fil-qasam tal-liġi proċedurali ċivili

    Leġiżlattiva

    Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri ċivili Ewropej huma koerenti u biex jiġu stabbiliti standards proċedurali minimi komuni għall-proċeduri ċivili.

    Iċ-ċittadini u l-awtoritajiet tal-Istati Membri

    2014

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    25.

    Pjani fuq perjodu ta' żmien twil għal ċerti ħażniet u għan-negozji tas-sajd li jagħmlu użu minn dawn il-ħażniet (pjani għal diversi speċijiet).

    Leġiżlattiva

    It-tnaqqis fl-għadd ta' testi legali għall-pjani għal diversi speċijiet. Aktar simplifikazzjoni u ċarezza għas-sajjieda. L-iffaċilitar tal-kontrolli u tal-infurzar tal-pjani min-naħa tal-amministrazzjoni.

    Is-sajjieda u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri.

    2013

    26.

    Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-organiżmi tal-baħar.

    Leġiżlattiva

    Is-simplifikazzjoni miksuba permezz tal-eliminazzjoni ta' elementi fis-sistema attwali ta' miżuri tekniċi li mhumiex neċessarji jew li ma jistgħux jiġu infurzati u permezz tal-introduzzjoni ta' approċċ imsejjes fuq il-miri f'elementi tal-qafas il-ġdid fejn il-piż tal-provi se jibqa' fuq il-partijiet interessati.

    L-industrija tas-sajd (is-sajjieda), l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-aġenziji ta' kontroll u l-istituti ta' riċerka xjentifika.

    2013

    It-Trasport

    27.

    Reviżjoni tas-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri.

    Leġiżlattiva

    It-titjib fis-sikurezza u l-evitar ta' tfixkil fil-kompetizzjoni għal diversi tipi ta' vapuri tal-passiġġieri li jintużaw għal vjaġġi internazzjonali/nazzjonali. Is-simplifikazzjoni u l-kjarifika tal-qafas leġiżlattiv attwali billi jiġu eliminati d-dispożizzjonijiet eċċessivi li bħalissa japplikaw għal vapuri żgħar u għal kumpaniji żgħar ta' trasport.

    L-atturi kollha fil-katina marittima: il-bastimenti, l-ekwipaġġi, il-kumpaniji tal-ġarr bil-baħar, il-burdnara, medda wiesgħa ta' awtoritajiet tal-Istati Membri (ir-regolaturi, id-difiża, servizzi ta' tiftix u salvataġġ, servizzi għal kontra t-tniġġiż, eċċ), ir-reġjuni kostali, il-bastimenti tas-sajd, l-ambjent tal-baħar inġenerali, iċ-ċittadini. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji tal-UE.

    2012

    28.

    L-Ajru Uniku Ewropew

    Leġiżlattiva

    Allinjament aħjar taż-żewġ oqsfa regolatorji dwar l-Ajru Uniku Ewropew ("SES") (ir-Regolamenti (KE) Nri 549-552/2004) u tar-Regolament li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008). Il-Pakkett SES2 tal-2009 ma rrevedix biżżejjed ir-Regolamenti tal-SES l-antiki, u dan irriżulta f'nuqqas ta' ċarezza dwar l-approċċ regolatorju fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi.

    L-atturi kollha fis-settur tal-avjazzjoni

    2014

    Abbozz tal-Anness III: Lista ta’ rtirar ta' proposti pendenti 2

    Nru

    COM/SEC/ Referenza interistituzzjonali

    Titolu

    Ġustifikazzjoni għall-irtirar

    Referenza tal-proposta tal-Kummissjoni fil-ĠU

    Il-Politika dwar it-Tkabbir u l-Viċinat

    1.

    COM(2007) 0743-parti 1 2007/0255/APP 2007/0255 (AVC)

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra

    Irtirar tekniku. L-iffirmar seħħ fid-29 ta' April 2008. Din il-proposta ġiet ippreżentata flimkien mal-proposta COM(2007) 0743-2 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, li għadu validu minħabba li l-proċedura ta' ratifikazzjoni mill-Istati Membri għadha għaddejja.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 55, 28.02.2008, p. 5

    L-Ambjent

    2.

    COM(2004) 532 2004/0183/COD

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi standards ta' insib b'mod uman għal ċerti speċijiet ta' annimali

    Irrifjutata mill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni se tqis alternattivi oħrajn.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 13, 19.01.2005, p. 6

    L-Affarijiet Interni

    3.

    COM(2009) 90 2009/0025/COD

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fir-rigward tal-viżi għal soġġorni twal u t-twissijiet fis-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen

    Irtirar tekniku. Wara li sar xi tibdil fil-bażi legali u fil-proċedura f'Diċembru 2009, din ġiet inkorporata fil-proċedura COM(2009) 91. Il-proposta l-ġdida ġiet adottata bħala r-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jemenda l-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-moviment tal-persuni li jkollhom viża għal soġġorn fit-tul.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 076, 25.03.2010, p. 20

    4.

    COM(2009) 554.

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (Tfassil mill-ġdid)

    M'għadhiex valida. Ġiet sostitwita mill-proposta ta' tfassil mill-ġdid COM(2011) 319.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 26, 28.01.2011, p. 16

    5.

    COM(2009) 618.

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni adottata f’isem il-Komunità li tirrigwarda mekkani¿mu għar-revi¿joni tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, li għandha tiġi adottata fit-3 sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (Doha / il-Qatar, id-9 – it-13 ta' Novembru 2009)

    M'għadhiex valida. Fit-tielet sessjoni tagħha, li saret f'Doha mid-9 sat-13 ta' Novembru 2009, il-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni adottat ir-riżoluzzjoni 3/1, intitolata "Mekkaniżmu ta' reviżjoni".

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 26, 28.01.2011, p. 14

    6.

    COM(2008) 676.

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN)

    Is-sistema CIWIN issa ġiet definita bħala sistema mhux obbligatorja, li mhux se tipproċessa dejta personali jew informazzjoni klassifikata. Taħt dawk il-kondizzjonijiet mhux neċessarju li jkun hemm bażi legali biex titħaddem is-sistema u għalhekk il-proposta trid tiġi rtirata.

    Is-Suq Intern u s-Servizzi

    7.

    COM(2000) 0412 finali - 2000/0177/CNS

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiva Komunitarja

    Sostitwita minn proposti aktar reċenti: COM(2011) 0215 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja u COM(2011) 0216 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja (arranġamenti ta' traduzzjoni).

    ĠU C 337E, 28.11.2000, p. 278–290

    8.

    COM(2003) 827 2003/0326/CNS

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti l-ġuriżdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja f'tilwim relatat mal-privattiva Komunitarja

    Skaduta wara li saru proposti aktar reċenti - COM(2011) 0215 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja u COM(2011) 0216 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja (arranġamenti ta' traduzzjoni).

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 96, 21.04.2004, p. 36

    9.

    COM(2003) 828 2003/0324/COD

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Qorti għall-Privattivi Komunitarji u li tikkonċerna l-appelli li jitressqu quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza

    Skaduta wara li saru proposti aktar reċenti - COM(2011) 0215 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja u COM(2011) 0216 Proposta għal Regolament li jimplimenta kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-protezzjoni ta' privattiva unitarja (arranġamenti ta' traduzzjoni).

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 96, 21.04.2004, p. 36

    10.

    COM(2008) 194 2008/0083/COD

    Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta' traduzzjoni għal ċerti tipi ta’ kumpaniji

    Ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-proposta u m'hemmx aspettattivi raġonevoli li qatt se jkun hemm maġġoranza kwalifikata dwar din il-proposta.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 76, 25.03.2010, p. 1

    Il-Kwistjonijiet legali

    11.

    COM(2007) 587 2007/206/CNS

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat (verżjoni kkodifikata)

    Ġiet sostitwita mill-proposta emendata COM(2010) 641, li fuqha ġiet ibbażata l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 4, 09.01.2009, p. 9

    12.

    COM(2008) 691 2008/206/CNS

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa li tapplika fil-każ ta' kumpaniji parent u ta' kumpaniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Verżjoni kkodifikata)

    Ġiet sostitwita mill-proposta ta' tfassil mill-ġdid COM(2010) 784.

    13.

    COM(2009) 323 2009/0083/CNS

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar l-introduzzjoni tal-Euro

    Il-bażi legali ġiet irrevokata mit-Trattat ta' Lisbona; għaldaqstant ma tistax tiġi adottata verżjoni kkodifikata tal-Att.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 296, 30.10.2010, p. 11

    14.

    COM(2009) 530 2009/0149/COD

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija bit-triq (Verżjoni kkodifikata)

    Ġiet sostitwita mill-proposta ta' tfassil mill-ġdid COM(2010) 505.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 26, 28.01.2011, p. 13

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    15.

    COM(2009) 120.

    2009/0038/CNS

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea.

    Wara s-soppressjoni vjolenti tal-protesti taċ-ċittadini mill-forzi tal-gvern tal-Ginea fit-28 ta' Settembru 2009, il-Kunsill adotta deċiżjoni sabiex biha jtemm l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u jirtira l-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi l-Ftehim. Għalhekk il-proposta għall-konklużjoni tal-Ftehim trid tiġi rtirata.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 296, 30.10.2010, p. 2

    Il-Politika Reġjonali

    16.

    COM(2005)108 finali.

    2005/0033/COD

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

    Il-proposta ilha bblukkata fil-Kunsill sa mill-2006 minħabba li l-Istati Membri għad għandhom xi riżervi dwar kwalunkwe tibdil kbir fil-prinċipji u fil-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà u mhux mistenni li se jsir progress fil-futur. Il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha tirtira din il-proposta u li se tesplora possibbiltajiet oħrajn fil-Komunikazzjoni adottata fis-6 ta' Ottubru 2011 dwar il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2011) 613, punt 6).

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 49, 28.02.2006, p. 38

    It-Taxxa u l-Unjoni Doganali

    17.

    COM(2007)52 finali.

    2007/0023/CNS

    Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE fir-rigward tal-aġġustamenti ta’ arranġamenti speċjali ta’ taxxa fuq il-gas oil li jintuża bħala fjuwil tal-magna għal skopijiet kummerċjali u għall-koordinazzjoni tat-tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil li jintużaw bħala fjuwil tal-magni

    Billi ġiet adottata l-proposta dwar it-taxxa fuq l-enerġija COM(2011) 169, din il-proposta saret superfluwa.

    Referenza għall-adozzjoni mill-KE fil-ĠU C 181, 03.08.2007, p. 5

    (1) Pjanijiet direzzjonali dwar l-inizjattivi individwali jistgħu jinstabu fuq: http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/roadmaps_2012_en.htm
    (2) Dan l-irtirar se jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
    Top