This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0613
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS The Future of the European Union Solidarity Fund
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
/* KUMM/2011/0613 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea /* KUMM/2011/0613 finali */
WERREJ 1........... Ir-riżultati ta' tmien snin
ta' intervent milll-Fond ta' Solidarjetà........................................... 3 2........... Kwistjonijiet u Mistoqsijiet.............................................................................................. 4 2.1........ Numru sproporzjonat ta'
applikazzjonijiet ibbażati fuq kriterji "eċċezzjonali"...................... 4 2.2........ Kriterji reġjonali mhux
ċari u nuqqas ta' trasparenza......................................................... 4 2.3........ Il-kapaċità ta' rispons u
l-viżibbiltà................................................................................... 5 2.4........ L-iskop.......................................................................................................................... 6 2.5........ Il-finanzjament................................................................................................................ 6 3........... Il-proposta tal-2005 għal Fond
ta' Solidarjetà emendat bi skop akbar.............................. 7 4........... Ir-rapport speċjali mill-Qorti
tal-Awdituri (awditu tal-prestazzjoni)................................... 7 5........... Ir-riżultati
tal-istħarriġ tal-COCOF tal-2010.................................................................... 8 6........... L-aġġustament tar-Regolament........................................................................................ 8 6.1........ Skop definit b'mod ċar
għall-Fond ta' Solidarjetà............................................................. 9 6.2........ Definizzjoni ġdida u
sempliċi għad-diżastri reġjonali........................................................ 10 6.3........ Ħlasijiet aktar malajr u
jiġu introdotti l-ħlasijiet bil-quddiem............................................ 11 6.4........ Ir-rispons għal diżastri
li jiżviluppaw bil-mod.................................................................. 12 6.5........ L-amalgamazzjoni tad-deċiżjonijiet
ta' għotjiet u l-ftehimiet ta' implimentazzjoni............... 12 6.6........ Il-Fond bħala strument aktar
effettiv għar-reżiljenza kontra d-diżastri u l-bidla fil-klima... 13 7........... Il-Klawżola ta' Solidarjetà
fl-Artikolu 222 tat-TFUE..................................................... 13 8........... Sinteżi u konklużjonijiet................................................................................................. 14 Anness 1: Limiti għal diżastri
maġġuri applikabbli fl-2011............................................................. 15 Anness 2: L-Applikazzjonijiet
għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bejn l-2002 u l-2010................... 16 Anness 3: Ħarsa ġenerali
tal-istatistika tal-applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà.................... 20 Anness 4: Simulazzjoni tal-PDG
Reġjonali (n-3)........................................................................... 21 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni
Ewropea
1.
Ir-riżultati ta' tmien snin ta' intervent milll-Fond ta'
Solidarjetà
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
(FSUE)[1]
twaqqaf fl-2002 biex iservi bħala strument għall-UE biex tkun tista'
tirrispondi b'mod effettiv għal diżastri naturali maġġuri
li jaffettwaw lill-Istati Membri jew lill-pajjiżi li jinsabu f'negozjati
ta' adeżjoni fl-UE[2].
Fil-passat, ma kien hemm ebda strument bħal dan għall-azzjoni
interna. Sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni rċeviet
85 applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja minn 23 pajjiż
differenti: fost dawn l-applikazzjonijiet, 27 jaqgħu fi ħdan
il-kategorija ta' "diżastru naturali maġġuri" li hija
l-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-Fond. Ir-Regolament jiddefinixxi
diżastri maġġuri bħala dawk li jkunu kkawżaw
ħsara li taqbeż livell limitu speċifiku għal kull
pajjiż u ddefinit bħala dak l-aktar baxx bejn 0.6% tal-Introjtu
Nazzjonali Gross (ING) jew EUR 3 biljun skont il-prezzijiet tal-2002
li fl-2011 jikkorrispondu għal EUR 3,536 biljun[3]. Il-livelli
ta' limitu applikabbli għal pajjiżi individwali fl-2011 huma
mogħtija fl-Anness 1. Kważi żewġ terzi
tal-applikazzjonijiet kollha li waslu mit-twaqqif tal-Fond madankollu kienu
relatati maż-żewġ eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament
li jippermettu li jiġi mmobilizzat il-Fond anki jekk il-ħsara tibqa'
taħt il-livell limitu. 53 applikazzjoni ġew ippreżentati
bħala l'hekk imsejħa "diżastri reġjonali
straordinarji" u 4 taħt il-kriterju ta' diżastri
f'"pajjiż ġar". Fil-każ ta' dan tal-aħħar,
pajjiż eliġibbli, li jkun affettwat mill-istess diżastru
bħal dak li jkun laqat pajjiż eliġibbli ieħor fejn ikun
ġie rikonoxxut li seħħ diżastru maġġuri, jista'
jibbenefika wkoll mill-Fond minkejja l-kobor tal-ħsara. Diżastri
reġjonali straordinarji huma ddefiniti bħal li jkunu affettwaw
il-parti ewlenija tal-popolazzjoni fir-reġjun ikkonċernat u li
jkollhom riperkussjonijiet serji u fit-tul fuq il-kondizzjonijiet ta'
għixien u l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun. B'mod ġenerali, minn meta twaqqaf il-Fond
ta' Solidarjetà fl-2002 sal-aħħar tal-2010, ġew approvati 42
applikazzjoni b'total ta' EUR 2,4 biljun f'għajnuna finanzjarja[4]. Matul
dan il-perjodu, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta 35 talba
għall-għajnuna, li kienu kollha ppreżentati bħala "diżastri
reġjonali straordinarji" minħabba li nstab li ma kinux qed
jissodisfaw il-kriterji eċċezzjonali. Żewġ
applikazzjonijiet ġew irtirati mill-Istati applikanti meta deher ċar
li dawn ma kinux se jirnexxu. Fl-aħħar ta' Diċembru 2010,
id-deċiżjoni dwar sitt applikazzjonijiet kienet għada pendenti.
Hekk kif id-diżastri naturali fl-Ewropa komplew jikbru, kemm fid-daqs u
kif ukoll fil-frekwenza, it-talbiet kienu jikkonċernaw tipi differenti ta'
diżastri naturali li kienu jinkludu maltempati, għargħar,
valangi tat-tajn, terremoti, żbruffar ta' vulkani, nirien fil-foresti u
nixfa. L-aktar każ serju kien it-terremot li seħħ fl-2009
fl-Aquila l-Italja, fejn kien hemm ħsara ta' aktar minn
EUR 10 biljun u għexieren ta' eluf ta' persuni spiċċaw
bla saqaf, fejn sar intervent mill-Fond b'aktar minn EUR 492 miljun,
l-akbar għotja li ngħatat sa issa. L-Annessi 2 u 3
jagħtu ħarsa ġenerali tal-applikazzjonijiet kollha li ġew
irċevuti mill-2002 sal-aħħar tal-2010. Ġie rikonoxxut b'mod wiesa' li l-Fond ta'
Solidarjetà – meta wieħed jiġġudikah fir-rigward tal-għan
li ġie mwaqqaf għalih - hu ta' suċċess kbir. L-assistenza
mill-Fond kienet ta' għajnuna biex ittaffi l-piż finanzjarju
tal-pajjiżi li kienu milquta minn diżastri. L-għoti ta'
għajnuna u riżorsi addizzjonali fi żminijiet ta' diffikulta
partikolari ħoloq stampa pożittiva tal-Unjoni f'għajnejn
iċ-ċittadini tagħha. Madankollu, l-esperjenza miġbura turi
li hemm limitazzjonijiet u dgħufijiet fl-operat tal-Fond.
2.
Kwistjonijiet u Mistoqsijiet
2.1.
Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet
ibbażati fuq kriterji "eċċezzjonali"
Kif issemma' hawn fuq, l-esperjenza mill-2002
'il hawn uriet li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet għal
assistenza tal-Fond ta' Solidarjetà mhumiex ippreżentati għal
diżastri maġġuri kif intiż mill-leġiżlatur,
iżda taħt il-kriterji eċċezzjonali għal diżastri
reġjonali. Għal tali każijiet, ir-Regolament jitlob attenzjoni
speċjali fir-rigward ta' reġjuni remoti jew iżolati u jimponi li
dawn il-kriterji jiġu eżaminati mill-Kummissjoni "bl-aktar mod
rigoruż". Barra minn hekk, dan jillimita l-allokazzjoni finanzjarja
massima għal kull sena għal diżastri reġjonali għal
mhux aktar minn 7,5% tal-ammont massimu ta' EUR 1 biljun li jista'
jiġi mmobilizzat mill-Fond ta' Solidarjetà fi kwalunkwe sena,
jiġifieri EUR 75 miljun. Dan jenfasizza l-intenzjoni
tal-leġiżlatur biex diżastri reġjonali jkunu
aċċettati biss f'każijiet verament eċċezzjonali. Ir-rata tal-applikazzjonijiet mingħajr
suċċess taħt il-kriterji reġjonali, ta' kważi
żewġ terzi, għadha għolja ħafna. B'kuntrast ta' dan,
applikazzjonijiet bħala diżastri maġġuri, li għalihom
japplika biss kriterju kwantitattiv wieħed, s’issa ġew
aċċettati b'rata ta’ 100%.
2.2.
Kriterji reġjonali mhux ċari u nuqqas ta'
trasparenza
Id-definizzjoni ta' "diżastri
reġjonali straordinarji" fir-Regolament hi pjuttost vaga u
l-kundizzjonijiet biex jiġi attivat il-Fond taħt din il-kategorija
huma - kif intiż mill-leġiżlatur - diffiċli biex jinkisbu:
il-Fond jista' jiġi mmobilizzat b'mod eċċezzjonali jekk diżastru
reġjonali straordinarju jolqot lill-maġġoranza tal-popolazzjoni
ta' reġjun u jekk ikollu effetti serji u fit-tul fuq l-istabbiltà
ekonomika u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħu. Evidenza għal
dawn il-kundizzjonijiet hi diffiċli ħafna biex tiġi pprovduta u
vvalutata. B'riżultat ta' dan, l-Istati li japplikaw u l-Kummissjoni
jinvestu ħin u sforzi konsiderevoli biex iħejju u jivvalutaw
l-applikazzjonijiet għal diżastri iżgħar li
fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jirriżultawx bħala
eliġibbli. Jidher li minkejja l-pariri u l-gwida ddettaljati provduti
mill-Kummissjoni ħafna Stati Membri jħossuhom obbligati vis-à-vis
r-reġjuni tagħhom li jippreżentaw applikazzjonijiet anki jekk
ikunu konxji tal-possibbiltà żgħira ta' suċċess.
Applikazzjonijiet li jiġu rrifjutati b'konsegwenza jwasslu għal
frustrazzjoni fl-Istati u r-reġjuni kkonċernati u huma ta' detriment
għall-immaġni tal-UE.
2.3.
Il-kapaċità ta' rispons u l-viżibbiltà
Il-kwistjonijiet li ħarġu
fir-rigward taż-żmien neċessarju biex isir il-ħlas
għall-għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà huma intrinsiċi
għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri imposti mir-Regolament. Il-Fond
spiss jitqies b'mod żbaljat bħala strument ta' reazzjoni rapida
għal ġestjoni tal-kriżi, li ma nħoloqx għaliha.
Il-Fond huwa strument li jgħin biex jiġu ffinanzjati mill-ġdid
l-operazzjonijiet ta' emerġenza ffinanzjati inizjalment mill-awtoritajiet
pubbliċi fil-pajjiż milqut. Madankollu, il-Kummissjoni għandha
l-istess opinjoni bħal ta' dawk li jappellaw biex l-għajnuna ssir
disponibbli aktar malajr minn kif hu l-każ bħalissa. Hemm numru ta' fatturi li jillimitaw
il-kapaċità ta' rispons tal-Fond, l-aktar importanti fosthom huma dawn: –
F'każ ta' diżastru, il-Kummissjoni ma
tistax tieħu azzjoni minn jheddha; hi trid tistenna applikazzjoni formali
mill-awtoritajiet nazzjonali li b'mod regolari jkollhom bżonn l-10
ġimgħat sħaħ mill-bidu tad-diżastru biex jippreparaw
l-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, ħafna drabi l-applikanti
jaġġornaw l-applikazzjoni tagħhom wara li din tkun ġiet
sottomessa b'mod formali. F'ċerti każijiet, il-valutazzjoni tkun tirrikjedi
li l-Kummissjoni titlob informazzjoni komplimentari li xi drabi tasal biss xhur
wara. –
L-approprjazzjonijiet għal għotjiet
tal-Fond ta' Solidarjetà mhumiex disponibbli direttament fil-baġit tal-UE.
Il-fondi jeħtieġ li jinġabru permezz ta' sforz finanzjarju
supplementari tal-Istati Membri, apparti l-kontribuzzjonijiet normali
tagħhom tal-UE. Qabel ma tkun tista' tħallas xi għajnuna
l-Kummissjoni trid titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw
baġit emendatorju, li normalment jinvolvi proċedura pjuttost twila
ta' bejn xahrejn u tliet xhur u xi drabi anki aktar. –
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt ir-Regolament
attwali tinvolvi numru kbir ta' passi minn meta tkun waslet l-applikazzjoni sa
meta - fil-każ li jkun hemm valutazzjoni pożittiva – l-għotja
tkun tista' titħallas. F'kull każ jeħtieġ ta' mill-anqas
erba' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni: –
l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni
bħala każ eliġibbli li jissodisfa l-kriterji tar-Regolament
ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mis-servizzi
tal-Kummissjoni, –
l-adozzjoni ta' proposta ta' baġit emendatorju
sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew japprovaw il-mobilizzazzjoni tal-Fond u
biex l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-ammont ta' għajnuna
propost isir disponibbli, –
l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni
fejn jiġi deċiż li tingħata l-għajnuna
(id-Deċiżjoni ta' Għotja) indirizzata lill-Istat
benefiċjarju, –
l-adozzjoni tal-Ftehim għall-implimentazzjoni
tal-għotja li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-użu
tal-għotja u li jistipula b'mod partikolari it-tipi ta' operazzjonijiet
ta' emerġenza li għandhom jiġu ffinanzjati permezz
tal-għajnuna u li jinnomina l-awtoritajiet responsabbli (il-Ftehim ta'
Implimentazzjoni). –
Ftehimiet ta' Implimentazzjoni fil-prinċipju
jistgħu jiġu konklużi hekk kif il-baġit emendatorju
jiġi approvat u l-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni ta'
Għotja. Il-Kummissjoni titlob b'mod sistematiku lill-Istati
benefiċjarji biex jipprovdu l-input tagħhom neċessarju (b'mod
partikolari dwar it-tipi ta' operazzjonijiet li għalihom beħsiebhom
jużaw l-għotja) hekk kif tkun ipproponiet li timmobilizza
l-għotja u waqt li tkun għaddejja l-proċedura tal-baġit
emendatorju. Madankollu, ħafna drabi dan l-input mill-Istat applikant
jasal ġimgħat jew anki xhur wara li jkun ġie adottat il-Baġit
Enendatorju. –
Il-Ftehimiet iridu jiġu ffirmati
mill-Kummissarju responsabbli u mir-rapreżentant maħtur tal-Istat
benefiċjarju, normalment ministru tal-gvern. –
L-applikazzjonijiet mhux dejjem jiġu
sottomessi f'waħda mill-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni u
għalhekk tkun trid issir talba għat-traduzzjoni sabiex il-Kummissjoni
tkun tista' tipproċessa l-applikazzjonijiet. It-traduzzjonijiet
jistgħu jirrikjedu sa sitt xhur. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li
jirrikjedi li jiġu tradotti d-dokumenti kollha uffiċjali li jridu
jiġu deċiżi mill-Kummissjoni jew li jkunu indirizzati lill-Istat
applikant, ikompli jżid mad-dewmien. Dan iwassal għal effett kumulattiv li
f'ħafna drabi biex ikunu jistgħu jitħallsu l-għotjiet
jilħqu jgħaddu bejn 9 u 12-il xahar minn meta jseħħ
id-diżastru u xi drabi anki aktar. L-għotjiet jistgħu
jintużaw b'mod retroattiv biex jiġu ffinanzjati mill-ġdid
l-operazzjonijiet ta' emerġenza li jkunu saru diġà waqt jew
immedjatament wara li jkun seħħ id-diżastru u għalhekk
iżommu l-effett intiż tagħhom biex jaġevolaw il-baġits
tal-Istati Membri u jgħinu lir-reġjuni jirkupraw mill-piż
finanzjarju kkawżat mid-diżastru. Min-naħa l-oħra, tali
dewmien ifixkel b'mod ġenerali l-viżibbiltà tal-għotja tal-Fond
ta' Solidarjetà fost il-popolazzjoni milquta b'mod partikolari peress li
r-Regolament ma jinkludi ebda regoli dwar il-pubbliċità u mhux l-Istati
Membri kollha jikkomunikaw b'mod wiesa' minn fejn tkun oriġinat
l-għajnuna li tkun waslet.
2.4.
L-iskop
Li ssir reazzjoni xierqa għal
kriżijiet maġġuri li mhumiex ta' oriġini naturali bil-Fond
attwali hija estremament diffiċli jew saħansitra impossibbli, kif
jidher mill-aċċidenti industrijali bħal dak tat-tixrid
taż-żejt fil-baħar mill-Prestige, l-isplużjoni tad-depow
taż-żejt ta' Buncefield jew l-atti terroristiċi bħall-bombi
f'Madrid u Londra fl-2004 u l-2005. Bl-istess mod, bħalissa mhux possibbli
li tingħata għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà jekk isseħħ
kriżi serja ta' saħħa pubblika - bħat-tixrid ta' epidemija
simili għas-SARS fl-Ewropa jew f'każ li tkun ikkawżata minn
aċċident nukleari maġġuri - li tista' faċilment
tiskorri l-kapaċitajiet ta' reazzjoni ta' Stati individwali. Madankollu,
kien hemm talbiet, pereżempju minn fost il-Parlament Ewropew, biex isir
rispons fuq livell Ewropew għal tali avvenimenti, u jkun invokat b'mod
speċjali l-Fond ta' Solidarjetà, f'tali kuntesti.
2.5.
Il-finanzjament
L-għotjiet tal-Fond ta' Solidarjetà huma
ffinanzjati barra mill-baġit normali tal-UE b'ammonti ta' flus
addizzjonali lil hinn mill-intestaturi rilevanti kif previsti mill-Ftehim
Interistituzzjonali. Għalhekk, wara li ssir proposta mill-Kummissjoni,
l-għotjiet iridu jiġu approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill
skont il-każ. Il-limitu annwali hu ta' EUR 1 biljun. Minn meta
twaqqaf il-Fond fl-2002 dan l-ammont dejjem kien biżżejjed fejn
l-ammont massimu li tħallas f'sena waħda (l-2002) kien ta'
EUR 728 miljun segwit minn EUR 622 miljun fl-2009. Fis-snin
kollha l-oħra l-ħlasijiet kumulattivi kienu konsiderevolment aktar
baxxi. Għalhekk jidher li ma hemmx bżonn li jiżdied il-limitu
massimu tal-baġit. L-għotjiet individwali jitħallsu
wara li tiġi adottata l-proposta ta' baġit emendatorju korrispondenti
tal-Kummissjoni għall-każ inkwistjoni u wara li jitlesta t-trilogu
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-proċedura
normalment tkun tirrikjedi żewġ qari iżda ġiet simplifikata
billi ġiet applikata proċedura ssimplifikata b'qari wieħed biss.
Iż-żmien neċessarju biex l-approprjazzjonijiet tal-baġit jiġu
approvati f'kull każ ivarja skont iċ-ċirkostanzi iżda
normalment idum bejn sitt u tnax-il ġimgħa. Il-Kummissjoni tuża
dan iż-żmien biex tipprepara d-deċiżjoni formali
tal-għotja u tinnegozja mal-Istat benefiċjarju l-Ftehim dwar
l-implimentazzjoni tal-għotja li jrid jiġi konkluż qabel ma
l-għotja tkun tista' titħallas.
3.
Il-proposta tal-2005 għal Fond ta' Solidarjetà emendat bi skop
akbar
Fl-2005, il-Kummissjoni ppreżentat
proposta leġiżlattiva għal Regolament ġdid dwar il-Fond ta'
Solidarjetà tal-UE[5].
Filwaqt li kompliet tibni fuq il-Fond eżistenti din il-proposta mmirat
għal: –
skop ikbar u eliġibbiltà tal-operazzjonijiet
aktar wiesgħa, biex jippermettu lill-Komunità tirreaġixxi għal
diżastri oħra apparti dawk ta' oriġini naturali, pereżempju
aċċidenti industrijali u diżastri oħra magħmula
mill-bniedem, theddid għas-saħħa pubblika (pandemiji
eċċ) u azzjonijiet terroristiċi maġġuri; –
il-possibbiltà li jsiru ħlasijiet bil-quddiem,
biex titħaffef ir-rata ta’ rispons u l-viżibbiltà tas-sostenn
tal-Unjoni; –
simplifikazzjoni, bl-introduzzjoni ta’ kriterji
aktar ċari għall-attivazzjoni tal-Fond (tnaqqis tal-livell limitu ta’
diżastru maġġuri filwaqt li jiġu abbandunati l-kriterji
eċċezzjonali). Il-proposta kienet intlaqgħat b'mod
favorevoli ħafna mill-Parlament Ewropew. Hu kien adotta l-proposta
fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2006. Fil-Kunsill, madankollu, il-proposta ġiet
milqugħa b'xettiċiżmu u oppożizzjoni fost
maġġoranza kbira ta' Stati Membri li kienu kkonċernati
kważi b'kull element ġdid tal-proposta, b'mod partikolari, fir-rigward
tal-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom għall-baġit. Wara numru
ta' eżaminazzjonijiet u negozzjati intensi mal-Kummissjoni, il-grupp ta'
ħidma tal-Kunsillieri Finanzjarji rilevanti ddeċieda f'Mejju tal-2006
li ma jkomplix jeżamina l-proposta. Minkejja sforzi konsiderevoli u
ripetuti min-naħa tal-Kummissjoni, il-Kunsill ma xtaqx ipoġġi
l-proposta lura fuq l-aġenda. Bl-istess mod, diversi talbiet
mill-Parlament lill-Kunsill biex ikompli l-eżaminazzjoni tat-test ma
wasslu mkien.
4.
Ir-rapport speċjali mill-Qorti tal-Awdituri (awditu
tal-prestazzjoni)
F'Ġunju 2008, il-Qorti Ewropea
tal-Awdituri ppreżentat ir-riżultati ta' awditu tal-prestazzjoni
tal-Fond[6].
L-awditu eżamina jekk il-Fond kienx rapidu, effiċjenti u flessibbli
biex jipprovdi għajnuna u jekk l-Istati benefiċjarji kinux sodisfatti
bil-Fond. Għal dan il-għan, il-Qorti kienet analizzat
l-applikazzjonijiet kollha sal-aħħar tal-2006 u għamlet
stħarriġ billi indirizzat kwestjonarji lill-Istati applikanti. Ir-rapport jasal għal
konklużjonijiet simili dwar il-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà kif
deskritt hawn fuq fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2005. Filwaqt li
b'mod ġenerali l-Qorti kkonkludiet li l-Fond kien qed jilħaq
l-objettiv prinċipali tiegħu li juri solidarjetà mal-Istati Membri fi
żmien ta' diżastru, madankollu ġie nnutat li l-kondizzjonijiet
għal applikazzjoni b'suċċess f'każijiet ta' 'diżastri
reġjonali' iżgħar (meta mqabbla ma' 'diżastri
maġġuri') kienu aktar diffiċli biex jinkisbu, mhux l-inqas
minħabba d-definizzjoni pjuttost vaga ta' diżastri reġjonali
fir-Regolament li kienet qed toħloq ukoll il-possibbiltà ta' nuqqas ta'
ċarezza fir-rifjut ta' tali diżastri. Il-Qorti rriservat l-ikbar
kritika tagħha għan-nuqqas ta' rapidità tal-istrument.
5.
Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-COCOF tal-2010
Fl-2010, sabiex ikun hemm għarfien
aħjar dwar taħt liema kondizzjonijiet l-Istati Membri jkunu lesti li
jkomplu d-diskussjonijiet/in-negozjati, il-Kummissjoni ppreżentat il-Fond
ta' Solidarjetà lill-membri tal-COCOF[7],
fejn enfasizzat il-punti sodi u dawk dgħajfa tal-Fond u l-elementi ewlenin
tal-proposta tal-2005. Tliet mistoqsijiet speċifiċi ġew
indirizzati: –
Liema huma l-elementi taħt ir-Regolament
attwali fejn l-Istati Membri jħossu li l-Fond ma jilħaqx jew
jilħaq parti biss mill-aspettattivi tagħhom? –
Liema minn dawk l-elementi fil-proposta tal-2005
għal Regolament ġdid jistgħu jkunu soġġetti għal
aktar deliberazzjonijiet (kemm skont kif ipproponiethom il-Kummissjoni jew mod
ieħor)? Liema elementi jidhru li mhumiex realistiċi jew mhux
mixtieqa? –
Hemm kwistjonijiet/elementi li tixtieq li jiġu
indirizzati/koperti mill-Fond li mhumiex inklużi fir-Regolament attwali u
lanqas fil-proposta tal-2005? Ir-riżultat ta' dan kien numru
sinifikanti ta' Stati Membri jesprimu l-oppożizzjoni kontinwa tagħhom
għall-adozzjoni ta' Regolament ġdid filwaqt li uħud mill-Istati
Membri dehru li kienu qed jaraw skop limitat għall-aġġustamenti
ta' aspetti magħżula tar-Regolament attwali, pereżempju li
jiġu inklużi l-għargħar jew li jsiru aktar faċli
l-kriterji għal diżastri reġjonali (li l-Kummissjoni inizjalment
kienet ipproponiet li tabolixxi). Madankollu, kwalunkwe modifikazzjoni li
twassal għal infiq potenzjalment ogħla ġiet totalment opposta
minn maġġoranza kbira tal-Istati Membri. Sitt Stati Membri ddikjaraw
li b'mod ġenerali kienu favur u lesti li jiddiskutu.
6.
L-aġġustament tar-Regolament
Skont dan t'hawn fuq jidher ċar li,
fis-sitwazzjoni politika attwali kkaratterizzata b'mod partikolari minn
sitwazzjoni baġitarja diffiċli f'ħafna mill-Istati Membri,
il-maġġoranza kbira tal-Istati Membri mhumiex lesti li jaċċettaw
xi tibdiliet kbar fil-bażi legali u l-funzjonament tal-Fond ta'
Solidarjetà. Għalhekk il-Kummissjoni qed tabbanduna l-idea li tqajjem
mill-ġdid il-proposta tal-2005. Madankollu, il-Fond ta' Solidarjetà kif
jeżisti illum xorta għandu jsir aktar effettiv kif intwera hawn fuq.
Għalhekk ikun xieraq li tiġi rtirata l-proposta tal-2005 u jiġu
studjati possibbiltajiet oħra sabiex talinqas jiġu indirizzati
l-aktar kwistjonijiet importanti fost dawk deskritti hawn fuq. Il-Kummissjoni tqis li titjib sinifikanti
fl-operat tal-Fond ta' Solidarjetà jista' jinkiseb billi jiġu introdotti
biss minimu ta' aġġustamenti fir-Regolament attwali filwaqt li
jinżamm l-iskop u l-karattru tiegħu u mingħajr ma jintmessu
l-finanzi u l-volum tal-infiq tiegħu. Kwalunkwe aġġustament
tar-Regolament mhux se jikkonċerna l-kriterji tal-eliġibbiltà
għall-operazzjonijiet iffinanzjati mill-għajnuna bħat-tiswija
immedjata ta' infrastrutturi vitali u l-kostijiet tal-mobilizzazzjoni ta' assi
ta' rispons. Elementi tal-proposta tal-2005 bħat-tkabbir tal-iskop,
il-modifikazzjoni tal-limiti jew li jiġu abbandunati d-diżastri
reġjonali mhux se jiġu trattati aktar. Miżuri biex titjieb il-viżibbiltà
permezz ta' regoli dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità għandhom
jiġu studjati.
6.1.
Skop definit b'mod ċar għall-Fond ta'
Solidarjetà
L-intenzjoni fil-ħolqien tal-Fond ta'
Solidarjetà kien li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji li jippermettu
li jsir rispons fil-livell tal-UE għal diżastri naturali
maġġuri li jaffettwaw lil Stat wieħed jew lil diversi Stati
Membri jew lill-pajjiżi li jkunu f'negozjati ta' sħubija. Il-kliem
tal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament li jgħid "assistenza
mill-Fond tista’, tiġi prinċipalment immobilizzata meta
jseħħ diżastru naturali maġġuri" madankollu
jidher li qed jissuġġerixxi li l-Fond jista' jiġi attivat ukoll
f'każijiet oħra. Madankollu mhux ċar jekk
"prinċipalment" hijiex intiża biex tirrelattivizza
l-limitazzjoni tal-iskop tal-Fond għal "diżastri
maġġuri", jiġifieri qed tirriferi
għall-eċċezzjonijiet għal ċerti diżastri
iżgħar stipulati fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu; jew jekk
hijiex intiża biex tiftaħ l-iskop tal-Fond ukoll għal
diżastri ta' oriġini differenti minn dik naturali. Eżaminazzjoni ulterjuri
tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tiżvela li l-mobilizzazzjoni
tal-Fond għal diżastri mhux naturali iġġib magħha
diffikultajiet legali serji. L-Artikolu 3 jispeċifika li
"pagamenti mill-Fond huma fil-prinċipju limitati għal
miżuri finanzjarji li jtaffu ħsarat li ma jiġux koperti b’assigurazzjonijiet".
Mill-bidu nett il-Kummissjoni interpretat u applikat din id-dispożizzjoni
fit-tifsira li għandhom jiġu esklużi l-ħsarat privati
mill-assistenza. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' "min
iniġġes iħallas" u l-obbligu tal-Istat affettwat li jfittex
kumpens minn partijiet terzi (ir-responsabbiltà ta' parti terza) jidhru li
jeskludu diżastri ħlief dawk naturali mill-Fond. Dawn
il-konsiderazzjonijiet waslu biex pereżempju l-applikazzjoni tal-Ungerija
fir-rigward tad-diżastru ta' tixrid ta' ħama ħamra fl-2010 ma ġietx
aċċettata. Fl-2005, il-proposta tal-Kummissjoni għal
Regolament ġdid dwar il-Fond ta' Solidarjetà ppreżentat, fost
oħrajn, elementi biex jikber l-iskop tal-Fond biex ikun jinkludi
diżastri oħra apparti dawk naturali. Filwaqt li din il-proposta
ġiet milqugħa mill-Parlament Ewropew, maġġoranza kbira ta'
Stati Membri fil-Kunsill kienu u għandhom kontra ħafna kwalunkwe
tentattiv li jikber l-iskop tal-Fond biex jinkludi diżastri oħra
apparti dawk naturali. Għalhekk, sabiex l-affarijiet ikunu
ċari, il-kliem tar-Regolament attwali jrid jiġi aġġustat
biex ikun ċar li l-Fond japplika biss għal diżastri
kkawżati b'mod naturali. B'hekk kwalunkwe possibbiltà ta' ambigwità dwar
l-iskop tal-Fond tiġi eliminata u l-applikanti potenzjali ma jkollhomx
aspettattivi li l-Kummissjoni jkollha tħassar - biex ma nsemmux ukoll
l-isforz konsiderevoli neċessarju tal-Istat applikant biex jipprepara
applikazzjoni u tal-Kummissjoni biex teżaminaha. Fl-istess waqt, ir-Regolament għandu
jistabbilixxi li din il-limitazzjoni għal diżastri naturali ma tkunx
teskludi mill-bidu każijiet fejn diżastru naturali jkollu effetti
'ulterjuri' u jwassal ukoll għal diżastru industrijali
(pereżempju għargħar li jolqot impjant tal-kimika) jew għal
diżastru tas-saħħa pubblika [pereżempju terremot li
jfixxkel il-provvisti tal-ilma u jikkawża epidemija (li tittieħed
mill-ilma); jew li jkisser l-isptarijiet u jpoġġi f'riskju
l-għoti ta' kura lil dawk milquta mid-diżastru naturali.]
6.2.
Definizzjoni ġdida u sempliċi
għad-diżastri reġjonali
Kif intwera hawn fuq, il-kondizzjonijiet biex
jiġi mmobilizzat b'mod eċċezzjonali il-Fond ta' Solidarjetà
f'każ ta' "diżastri reġjonali straordinarji" kif
stipulati fl-Artikolu 2 (2), it-tielet subparagrafu tar-Regolament
dwar il-Fond ta' Solidarjetà, mhumiex ċari biżżejjed u huma
primarjament ibbażati fuq kriterji "miftuħa" li jirrikjedu
interpretazzjoni ("riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq
il-kondizzjonijiet ta’ għixien u l-istabbilità ekonomika"). Biex
wieħed juri u jivverifika li dawn huma miksuba jeħtieġ ħafna
xogħol u ħin, kemm min-naħa tal-applikant u anki
għall-Kummissjoni. Din l-ambigwità twassal għal numru għoli ta'
applikazzjonijiet li sussegwentement ikollhom jiġu rrifjutati, b'hekk
jinħolqu aspettattivi foloz u sussegwentement frustrazzjoni
fil-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati. In-numru għoli ta' każijiet
li ma jiġux aċċettati huwa ħażin
għall-immaġni tal-UE. Għalhekk jista' jkun xieraq li jiġu
ddefiniti mill-ġdid il-kriterji għal diżastri reġjonali
b'mod sempliċi, oġġettiv u trasparenti, simili għal dawk
ta' diżastri maġġuri, b'mhux aktar minn indikatur jew tnejn li
jkunu faċli biex jiġu vverifikati u "sodi". Dawn
għadhom jiġu ssettjati b'mod li jkunu miksuba faċilment
fil-każ ta' diżastri reġjonali verament serji,
fil-prinċipju minn dawk it-tipi ta' diżastri reġjonali li l-Fond
ikun ġie mmobilizzat għalihom b'mod eċċezzjonali skont
ir-Regolament attwali. Fl-istess waqt, definizzjoni mill-ġdid tal-kriterji
reġjonali b'dan il-mod ikollha l-effett fejn applikanti potenzjali jkunu
kapaċi jeżaminaw b'ċertezza kbira minn qabel jekk diżastru
jkunx se jikkwalifika għall-għajnuna. Għalhekk l-applikanti
jiffrankaw sforzi kbar li normalment ikunu involuti fil-preparamenti ta'
applikazzjoni, meta l-ebda rispons pożittiv ma jista' jkun
raġonevolment mistenni. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li
diżastri reġjonali jiġu ddefiniti b'mod simili
għad-definizzjoni ta' diżastri maġġuri, jiġifieri li
jkunu kkawżaw ħsara ta' aktar minn ċertu livell limitu.
Il-livell limitu jkun rata ta' persentaġġ ta' PDG reġjonali
f'livell ta' NUTS 2. NUTS 2 bħala l-livell ta' referenza reġjonali
huwa possibbli peress li hu stabbilit sew fil-politika ta' koeżjoni, hu
kbir biżżejjed biex jeskludi sempliċi avvenimenti lokali u dejta
statistika tinsab faċilment disponibbli. Jekk diżastru jaffettwa
diversi reġjuni ta' NUTS 2, l-istess livell limitu (jiġifieri ir-rata
%) jkun applikat f'relazzjoni mal-PDG reġjonali medju tar-reġjuni
kkonċernati. Il-kondizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni
l-aktar imbiegħda se jiġu trattati peress li r-reġjuni l-aktar
imbiegħda huma kollha ddefiniti fil-livell ta' NUTS 2. Rigward
każijiet ta' diżastri naturali li jirriżultaw f'diżastri
oħra għas-saħħa pubblika, għandhom jiġu
stabbiliti kriterji addizzjonali flimkien mal-Istati Membri. Tali soluzzjoni mhux biss tkun
tpoġġi l-kriterji għal diżastri reġjonali fuq
bażi sempliċi u oġġettiva, iżda telimina wkoll
id-diffikultajiet biex jiġi attivat il-Fond għal diżastri
bħal nirien fil-foresti (diment li jkunu ħolqu ħsara kbira
biżżejjed) li min-natura tagħhom rari jissodisfaw il-kriterji
ta' diżastri reġjonali. Għall-għan li tiġi ttestjata
l-fattibbiltà ta' tali approċċ, il-Kummissjoni għamlet
simulazzjoni billi applikat il-kriterju singolu ta' ħsara li jaqbeż
il-1,5% tal-PDG reġjonali fil-livell ta' NUTS 2
għall-applikazzjonijiet ta' diżastru reġjonali kollha li waslu
mill-2002 u li ġew deċiżi qabel l-aħħar tal-2010.
Il-valur ta' referenza tal-PDG reġjonali hu s-sena n-3 fejn n
tirrappreżenta s-sena tal-applikazzjoni (n-3 hi l-aktar sena riċenti
fejn ġeneralment ikun hemm dejta reġjonali armonizzata disponibbli
għaliha). Ir-riżultati jidhru fl-Anness 4. Minn fost
is-37 diżastru reġjonali li ġew eżaminati, żewġ
każijiet biss, li kienu ġew aċċettati qabel, ma kinux
jikkwalifikaw, filwaqt li każ wieħed li ma kienx aċċettat
kien jikkwalifika; f'każ wieħed hemm dubji dwar l-ammont ta'
ħsara li ġiet ikkawżata. Il-każijiet kollha l-oħra
kieku kienu jwasslu għall-istess riżultat, bid-differenza sinifikanti
li 23 applikazzjoni għal diżastri iżgħar, li kellhom
jiġu rifjutati, ma kinux jiġu ppreżentati mal-ewwel peress li
l-Istati Membri ma kienx ikollhom dubju dwar in-nuqqas ta' eliġibbiltà
tagħhom. Dan juri li bl-applikazzjoni ta' kriterju
wieħed u sempliċi bbażat fuq il-PDG jkun possibbli li jinkisbu
kważi l-istess riżultati filwaqt li jkun hemm simplifikazzjoni
konsiderevoli peress li applikazzjonijiet potenzjalment eliġibbli ma
jkollhomx aktar bżonn li juru l-konformità tagħhom mal-kriterji kkumplikati
għal diżastri reġjonali imposti mir-Regolament attwali. B'hekk
titjieb b'mod konsiderevoli l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' tali
applikazzjonijiet, jitneħħa l-obbligu li jiġu eżaminati
applikazzjonijiet li jkollhom ċans kbir li jiġu rifjutati u b'hekk
jitħaffef sew il-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni u
biex jitħallsu l-għotjiet. Barra minn hekk, il-ktriterju l-ġdid
reġjonali li ssemma' hawn fuq, b'mod ġenerali mhux se jkollu impatt
finanzjarju.
6.3.
Ħlasijiet aktar malajr u jiġu introdotti
l-ħlasijiet bil-quddiem
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament
attwali u r-regoli baġitarji jidher diffiċli biex jitqassar b'mod
sinifikanti ż-żmien neċessarju biex l-għotjiet tal-Fond ta'
Solidarjetà jsiru disponibbli mingħajr ma jinbidel il-mod ta' kif
jiġi ffinanzjat l-istrument (ara l-paragrafu 2.5 hawn fuq). Għalhekk
il-Kummissjoni qed tesplora modi ġodda li jkunu jippermetu li
l-għajnuna finanzjarja intiża biex tgħin lill-Istati Membri
f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza ssir disponibbli aktar malajr. Dan hu
b'mod partikolari importanti fil-każ ta' diżastri li jaqsmu
l-fruntieri fejn il-Kummissjoni qed taffaċċja sitwazzjoni fejn ma
tkunx f'pożizzjoni li tapplika livell indaqs ta' solidarjetà vis-à-vis
Stat Membru tal-UE meta mqabbel ma' pajjiż terz li jista' jingħata
assistenza finanzjarja immedjata[8]. Il-kapaċità ta' rispons u
l-viżibbiltà tal-Fond ta' Solidarjetà jistgħu jitjiebu billi
tiġi ntrodotta fir-Regolament il-possibbiltà li jsiru ħlasijiet
bil-quddiem. Din tkun tippermetti lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata
billi tagħmel ħlas akkont hekk kif l-Istat milqut ikun applika
għall-assistenza. Dan il-ħlas akkont għandu jitqies bħala
ħlas bil-quddiem fuq l-ammont mistenni li jingħata meta
l-proċedura ta' valutazzjoni u dik baġitarja jkunu tlestew.
Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx aċċettata l-Istat li
japplika jrid iħallas lura l-ħlas bil-quddiem lill-Kummissjoni.
L-ammont tal-ħlas bil-quddiem jista' jkun ikkalkulat bħala rata ta’
persentaġġ (pereżempju 10%) tal-għotja mistennija u jkun
limitat f'termini assoluti (pereżempju għal EUR 5 miljun).
Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu biss wara talba
speċifika mill-Istat applikant u jkunu limitati għal każijiet
ta' diżastru maġġuri kif definit fir-Regolament. Peress li ċ-ċans
fejn għajnuna għal diżastru maġġuri tiġi
approvata hu għoli ħafna (sa issa 100%) ir-riskju
għall-Kummissjoni li jkollha tirkupra xi ħlasijiet bil-quddiem
minħabba li ma tkunx ġiet aċċettata applikazzjoni huwa
limitat ħafna. Dispożizzjoni simili kienet diġà ġiet
inkluża fil-proposta tal-2005.
6.4.
Ir-rispons għal diżastri li
jiżviluppaw bil-mod
F'numru ta' okkażjonijiet l-Istati
applikanti esperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu d-data ta' skadenza
tal-applikazzjoni fejn id-diżastri fin-natura tagħhom kienu qed
jiżviluppaw bil-mod. Ir-Regolament attwali jipprovdi li l-applikazzjonijiet
iridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 10
ġimgħat mid-data tal-ewwel ħsara. L-għargħar huma
eżempju tipiku ta' tali diżastru li mhux biss huma kkaratterizzati
mill-perjodu twil ta' żmien li fih jiżviluppaw iżda wkoll
mid-diffikultà biex jiġi ddeterminat b'mod eżatt meta tkun
seħħet l-ewwel ħsara. Filwaqt li d-data ta' skadenza ġenerali
ta' 10 ġimgħat għandha tinżamm, il-kwistjoni tista' tkun
riżolta billi tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika
fir-Regolament li tistipula li f'tali każijiet id-data ta' skadenza
tal-applikazzjoni tkun tibda mid-data tal-ewwel azzjoni meħuda
mill-awtoritajiet pubbliċi f'rispons għall-fenomenu inkwistjoni;
pereżempju, fil-każ ta' nixfa, meta restrizzjonijiet fuq il-konsum
tal-ilma jidħlu fis-seħħ jew meta jittieħdu miżuri
speċifiċi tkun assistita l-agrikoltura. Tali dispożizzjoni għandha
tikkorrispondi b'mod ġenerali għal dak li japplika għal
diżastri "normali" li jseħħu malajr fejn l-intervent
pubbliku normalment jibda wara ftit siegħat mindu jseħħ
l-avveniment.
6.5.
L-amalgamazzjoni tad-deċiżjonijiet ta'
għotjiet u l-ftehimiet ta' implimentazzjoni
Il-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq jenfasizza
s-sorsi potenzjali ta' dewmien biex isiru disponibbli l-għotjiet. Peress
li l-Fond hu ffinanzjat barra mill-baġit normali tal-UE, il-Kummissjoni
trid tikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
għall-ammont ta' għajnuna proposta f'kull każ. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li l-proċedura applikata attwalment ma għandhiex
tinbidel. Madankollu, hemm lok konsiderevoli
għas-simplifikazzjoni, tnaqqis tal-proċeduri amministrattivi u
ffrankar taż-żmien fl-għoti tal-assistenza skont il-Fond ta'
Solidarejtà jekk att wieħed tal-Kummissjoni biss ikun neċessarju
qabel ma titħallas għotja hekk kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
ikunu għamlu r-riżorsi finanzjarji disponibbli. Fir-rigward
tal-Istati Membri, jiġifieri l-maġġoranza kbira
tal-benefiċjarji potenzjali, ma hemmx valur miżjud fid-diviżjoni
tal-att li jagħti l-għajnuna u l-att li jistipula l-kondizzjonijiet
għall-użu tal-għotja (id-deċiżjoni ta' għotja u
l-ftehim ta' implimentazzjoni). L-amalgamazzjoni ta' dawn it-tnejn,
pereżempju billi jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet li
attwalment jinsabu fil-ftehim mad-deċiżjoni ta' għotja jew billi
jkunu annessi mad-deċiżjoni ta' għotja, tidher pjuttost
soluzzjoni sempliċi li tiffranka ħafna ħin. Huwa stmat li b'dan
il-mod – permezz ta' emenda sempliċi tal-Artikolu rilevanti tar-Regolament
– l-għajnuna lill-pajjiżi milquta minn diżastru tista'
titħallas bejn erba' u tmien ġimgħat qabel ma kif jiġri
skont is-sistema attwali. Ovvjament, iż-żewġ elementi ta'
interess prinċipali għall-benefiċjarji, jiġifieri
d-definizzjoni ta' operazzjonijiet eleġibbli u l-ħatra ta'
awtoritajiet kompetenti se jkomplu jsiru skont il-proposta tal-Istat benefiċjarju. Għal dawk eliġibbli li mhumiex Stati
Membri, jiġifieri n-numru limitat ta' pajjiżi fil-proċess ta'
negozjati dwar is-sħubija tagħhom fl-UE, din is-separazzjoni trid
tinżamm peress li att unilaterali tal-Kummissjoni waħdu,
bħad-deċiżjoni ta' għotja, ma jkunx jorbot għalihom.
F'tali każijiet ftehim ta' finanzjar jew implimentazzjoni jrid ikompli
jkun meħtieġ.
6.6.
Il-Fond bħala strument aktar effettiv
għar-reżiljenza kontra d-diżastri u l-bidla fil-klima
F'Unjoni ta' solidarjetà huwa importanti b'mod
ugwali għal kull Stat Membru li jagħmel sforzi minn qabel biex
jipprevjeni l-emerġenzi u d-diżastri milli jseħħu. Objettiv
fundamentali ta' kwalunkwe politika ta' ġestjoni tad-diżastri hu li
d-diżastri jkunu prevenuti u meta dawn iseħħu, li jiġu
limitati kemm jista' jkun possibbli l-ħsarat. Rabta aktar mill-qrib
tal-operazzjoni tal-Fond mal-politiki tal-UE dwar il-ġestjoni
tad-diżastri u l-bidla fil-klima għandha l-potenzjal[9] li
tnaqqas il-ħsarat u l-kostijiet ikkawżati mid-diżastri b'mod
konsiderevoli u finalment li tnaqqas in-numru ta' applikazzjonijiet
għall-assistenza. Ir-Regolament diġà jinkludi obbligu
għall-Istat benefiċjarju biex jinkludi fir-rapport ta'
implimentazzjoni l-miżuri introdotti jew proposti biex jillimita
l-ħsara u, fejn ikun possibbli, jevita li jerġgħu
jseħħu diżastri simili. Dan hu propost biex
tissaħħaħ din id-dispożizzjoni, li hi ta' natura
relattivament ġenerali, biex issir aktar speċifika. L-Istat
benefiċjarju jkun mitlub jagħti dettalji fir-rapport dwar l-istat
tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti dwar
il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri,
il-lezzjonijiet miksub mid-diżastru u jimpenja ruħu għal
miżuri li jiżguraw reżiljenza għall-bidla fil-klima u
d-diżastri. Il-Kummissjoni se tesplora wkoll flimkien
mal-partijiet interessati l-fattibbiltà li jiġu modulati l-ħlasijiet
skont il-Fond ta' Solidarjetà skont il-livell ta' implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti dwar il-prevenzjoni ta'
diżastri, il-preparamenti ta' pjanijiet ta' ġestjoni ta'
diżastru u t-teħid ta' fondi tal-UE disponibbli
għall-investimenti f'miżuri ta' prevenzjoni ta' diżastru.
7.
Il-Klawżola ta' Solidarjetà fl-Artikolu 222 tat-TFUE
L-Artikolu 222
tat-TFUE jintroduċi għall-ewwel darba fit-Trattat dispożizzjoni
fejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaġixxu b'mod
konġunt fi spirtu ta' solidarjetà jekk Stat Membru jkun soġġett
għal attakk terroristiku jew ikun vitma ta' diżastru naturali jew
ikkaġunat mill-bniedem. L-Artikolu 222 jistipula li l-Unjoni
għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li jinsabu
għad-dispożizzjoni tagħha biex: (a)
tipprevjeni t-theddida tat-terroriżmu
fit-territorju tal-Istati Membri; tipproteġi l-istituzzjonijiet
demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk
terroristiku, tipprovdi assistenza lil Stat Membru fit-territorju tiegħu
f'każ ta' attakk terroristiku, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi
tiegħu; u (b)
tassisti lil Stat Membru fit-territorju
tiegħu, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi tiegħu, f'każ
ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem. L-implimentazzjoni tal-Klawżola ta'
Solidarjetà se tiġbor l-istrumenti ta' rispons eżistenti kollha
inkluż il-Fond ta' Solidarjetà filwaqt li tirrispetta l-proċeduri
speċifiċi u l-funzjonament speċifiku tagħhom skont il-Qafas
Finanzjarju Multiannwali l-ġdid. Il-Komunikazzjoni preżenti hi
mingħajr ebda ħsara għal dawn ir-riflessjonijiet aktar
wiesgħa.
8.
Sinteżi u konklużjonijiet
Filwaqt li wieħed jista' jgħid b'mod
korrett li mindu twaqqaf il-Fond ta' Solidarjetà b'mod ġenerali ħadem
tajjeb – b'mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-għan
speċifiku għat-twaqqif tiegħu – l-esperjenza miksuba f'dawn
l-aħħar tmien snin turi li hemm ċerti limitazzjonijiet u
dgħufijiet importanti fl-operazzjoni tal-Fond. Essenzjalment dawn
jirrelataw man-nuqqas ta' rapidità biex l-għajnuna mill-Fond issir
disponibbli u t-trasparenza tal-kriterji biex jiġi mmobilizzat il-Fond. Minħabba li l-maġġoranza
tal-Istati Membri għandhom riservi serji dwar kwalunkwe bidliet
maġġuri għall-prinċipji u l-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà,
b'mod partikolari jekk dawn ikunu jistgħu jwasslu għal infiq
ogħla, il-Kummissjoni qed tirtira l-proposta tagħha tal-2005 biex
il-Fond jiġi rivedut u mwessa'. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni
temmen li l-funzjonament tal-Fond ta' Solidarjetà għandu jitjieb u
aġġustamenti limitati fir-Regolament attwali jkollhom potenzjal serju
għal simplifikazzjonijiet, kjarifika u b'mod partikolari biex jitjieb
ir-rispons tal-Fond biex l-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi
milquta minn diżastru ssir disponibbli aktar malajr. L-għan tal-Komunikazzjoni preżenti
hu li ssir enfażi dwar dan il-potenzjal bħala bażi għal
diskussjoni mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri fil-Kunsill, ir-reġjuni
u l-partijiet interessati l-oħra u biex timmira għall-possibbiltà ta'
proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament attwali fi stadju aktar
'il quddiem, filwaqt li jittieħed kont tar-riżultati ta' din
id-diskussjoni. Anness 1:
Limiti għal diżastri maġġuri applikabbli fl-2011
(ibbażati fuq iċ-ċifri tal-2009 għal-Introjtu Nazzjonali
Gross) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jiddefinixxi
l-livell limitu biex jiġi mmobilizzat il-Fond għal xi pajjiż
bħala ħsara li taqbeż 0.6% tal-ING jew EUR 3 biljun
skont il-prezzijiet tal-2002. L-aktar waħda baxxa minn dawn it-tnejn
tapplika. || || || (f'miljuni ta' EUR) Il-pajjiż || L-ING fl-2009* || 0.6% tal-ING* || Il-livell limitu ta' diżastru maġġuri għall-2011* AT || ÖSTERREICH || 271 459 || 1 628.756 || 1 628.756 BE || BELGIË/BELGIQUE || 342 261 || 2 053.566 || 2 053.566 BG || BULGARIA || 33 113 || 198.678 || 198.678 CY || KYPROS || 16 641 || 99.845 || 99.845 CZ || ČESKÁ REPUBLIKA || 129 046 || 774.274 || 774.274 DE || DEUTSCHLAND || 2 430 940 || 14 585.640 || 3 535.904** DK || DANMARK || 226 447 || 1 358.684 || 1 358.684 EE || EESTI || 13 538 || 81.230 || 81.230 EL || ELLADA || 226 644 || 1 359.863 || 1 359.863 ES || ESPAÑA || 1 029 541 || 6 177.246 || 3 535.904 FI || SUOMI/FINLAND || 171 383 || 1 028.298 || 1 028.298 FR || FRANCE || 1 922 845 || 11 537.070 || 3 535.904 HR*** || HRVATSKA || 43 572 || 261.431 || 261.431 HU || MAGYARORSZÁG || 88 291 || 529.747 || 529.747 IE || ÉIRE/IRELAND || 132 601 || 795.607 || 795.607 IS*** || ICELAND || 7 787 || 46.723 || 46.723 IT || ITALIA || 1 494 576 || 8 967.457 || 3 535.904 LT || LIETUVA || 27 010 || 162.057 || 162.057 LU || LUXEMBOURG (G.D.) || 26 765 || 160.590 || 160.590 LV || LATVIJA || 19 954 || 119.723 || 119.723 MT || MALTA || 5 451 || 32.704 || 32.704 NL || NEDERLAND || 556 518 || 3 339.108 || 3 339.108 PL || POLSKA || 299 518 || 1 797.108 || 1 797.108 PT || PORTUGAL || 162 331 || 973.986 || 973.986 RO || ROMÂNIA || 113 652 || 681.913 || 681.913 SE || SVERIGE || 296 151 || 1 776.908 || 1 776.908 SI || SLOVENIJA || 34 704 || 208.224 || 208.224 SK || SLOVENSKO || 62 575 || 375.452 || 375.452 TR*** || TÜRKIYE || 330 413 || 1 982.480 || 1 982.480 UK || UNITED KINGDOM || 1 587 886 || 9 527.315 || 3 535.904 * Ċifri
mqarrba ** Fl-2011
EUR 3 535.904 miljun jikkorrispondu għal EUR 3 biljun
skont il-prezzijiet tal-2002 *** Stat
Mhux Membru eliġibbli li jinsab f'negozzjati tal-adeżjoni mal-UE Anness 2:
L-Applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bejn l-2002 u l-2010 Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[10] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR) 2 0 0 2 || 1 || AT || Għargħar || 2 900 || maġġuri || 134 2 || CZ || Għargħar || 2 300 || maġġuri || 129 3 || FR || Għargħar (Le Gard) || 835 || reġjonali || 21 4 || DE || Għargħar || 9 100 || maġġuri || 444 L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2002 || 728 2 0 0 3 || 1 || ES || Tixrid ta’ żejt fil-baħar (Prestige) || 436 || reġjonali || 8.626 2 || IT || Terremot (Molise/Apulia) || 1 558 || reġjonali || 30.826 3 || IT || Eruzzjoni vulkanika (Etna) || 894 || reġjonali || 16.798 4 || IT || Għargħar (It-Tramuntana tal-Italja) || (1 900) || (reġjonali) || Rifjutata 5 || GR || Temp xitwi kiefer || (mhux ċara) || (reġjonali) || Rifjutata 6 || PT || Nirien fil-foresti || 1 228 || maġġuri || 48.539 7 || FR || Nirien fil-foresti (in-Nofsinhar ta' Franza) || 531 || (reġjonali) || Rifjutata 8 || ES || Nirien fil-foresti (fruntiera mal-Portugall) || 53 || ġirien || 1.331 9 || MT || Għargħar || 30 || maġġuri || 0.961 10 || IT || Għargħar (Friuli-Venezia-Giulia) || (525) || (reġjonali) || Rifjutata L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2003 || 107.081 2 0 0 4 || 1 || FR || Għargħar (id-delta tar-Rhone) || 785 || reġjonali || 19.625 2 || ES || Għargħar (Malaga) || (73) || (reġjonali) || Rifjutata 3-9 || ES || Nirien fil-foresti (7 applikazzjonijiet akkumulati) || (480) || (reġjonali) || is-7 li huma kienu rrifjutati 10 || SK || Għargħar || (29) || (reġjonali) || Rifjutata 11 || SI || Terremot || (13) || (reġjonali) || irtirata L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2004 || 19.625 Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[11] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR) 2 0 0 5 || 1 || SK || Maltempata (Tatras) || 203 || maġġuri || 5.668 2 || IT || Għargħar (Sardenja) || 223 (ammont sopravalutat) || (reġjonali) || Rifjutata 3 || EE || Maltempata || 48 || maġġuri || 1.29 4 || LV || Maltempata || 193 || maġġuri || 9.487 5 || SE || Il-Maltempata "Gudrun" || 2 297 || maġġuri || 81.725 6 || LT || Maltempata || 15 || ġirien || 0.379 7 || GR || L-għargħar ta' Evros || (112) || (reġjonali) || Rifjutata 8 || RO || L-għargħar tar-rebbiegħa || 489 || maġġuri || 18.798 9 || BG || L-għargħar tar-rebbiegħa || 222 || maġġuri || 9.722 10 || BG || L-għargħar tas-sajf || 237 || maġġuri || 10.632 11 || RO || L-għargħar tas-sajf || 1 050 || maġġuri || 52.4 12 || AT || Għargħar (Tirol/Vorarlberg) || 592 || reġjonali || 14.799 L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2005 || 204.905 2 0 0 6 || 1 || UK || L-isplużjoni fid-depożitu taż-żejt ta’ Buncefield || (700) || (reġjonali) || irtirata 2 || GR || L-għargħar ta' Evros || 372 || reġjonali || 9.306 3 || HU || Għargħar || 519 || maġġuri || 15.064 4 || ES || Nirien fil-foresti ta' Galicia || (91) || (reġjonali) || Rifjutata L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2006 || 24.370 2 0 0 7 || 1 || DE || Il-maltempata "Kyrill" || 4750 || maġġuri || 166.9 2 || FR || La Réunion, Iċ-ċiklun "Gamède" || 211 || reġjonali || 5.29 3 || ES || L-għargħar ta' El Hierro || (18) || (reġjonali) || Rifjutata 4 || ES || L-għargħar ta' La Mancha || (66) || (reġjonali) || Rifjutata 5 || UK || Għargħar || 4 612 || maġġuri || 162.387 6 || CY || Nirien fil-foresti || (38) || (reġjonali) || Rifjutata 7 || ES || Nirien fil-foresti fil-Gżejjer Kanarji || (144) || (reġjonali) || Rifjutata 8-16 || IT || 9 applikazzjonijiet għal nirien fil-foresti f'9 reġjuni || - || (reġjonali) || mhux ammissibbli, data ta’ skadenza maqbuża 17 || FR || Il-maltempata Dean/Martinique || 509 || reġjonali || 12.78 18 || GR || Nirien fil-foresti || 2 118 || maġġuri || 89.769 19 || SI || Għargħar || 233 || maġġuri || 8.254 L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2007 || 445.380 Is-sena || Il-pajjiż || In-natura tad-diżastru || Il-Ħsara (f'miljuni ta' EUR) || Il-kategorija[12] || L-għajnuna mogħtija (f'miljuni ta' EUR) 2 0 0 8 || 1 || CY || Nixfa || 165.4 || maġġuri || 7.605 2 || RO || Għargħar || 471.4 || reġjonali || 11.785 L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2008 || 19.390 2 0 0 9 || 1 || FR || Il-maltempata Klaus || 3 805.5 || maġġuri || 109.377 2 || IT || It-terremot ta’ Abruzzo || 10 212.0 || maġġuri || 493.771 3 || GR || Nirien fil-foresti 09 || (152.8) || (reġjonali) || Rifjutata 4 || CY || Maltempati 09 || (2.6) || (reġjonali) || Rifjutata 5 || GR || L-għargħar ta’ Evia || (83.2) || (reġjonali) || Rifjutata 6 || IT || Il-valanga ta’ tajn f’Messina || (598.9) || (reġjonali) || Rifjutata L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2009 || 603.148 2 0 1 0 || 1 || IE || Għargħar 09 || 520.9 || reġjonali || 13.022 2 || IT || L-għargħar fit-Toskana 09 || (211.7) || (reġjonali) || Rifjutata 3 || ES || L-għargħar fl-Andalusija 10 || (709.7) || (reġjonali) || Rifjutata 4 || PT || L-għargħar fil-Madejra || 1 080 || maġġuri || 31.256 5 || FR || Il-maltempata Xynthia || 1 425 || reġjonali || 35.636 6 || SK || Għargħar 10 || 649.9 || maġġuri || 20.431 7 || PL || Għargħar 10 || 2 993.7 || maġġuri || 105.567 8 || CZ || Għargħar 10 || 204.5 || ġirien || 5.111 9 || HU || Għargħar 10 || 719.3 || maġġuri || 22.486 10 || HR || Għargħar 10 || 153.04 || ġirien || 3.826 11 || FR || L-għargħar fil-Var 10 || 703-778 || (reġjonali) || Rifjutata 12 || RO || Għargħar 10 || 875.75 || maġġuri || 24.968 13 || CZ || L-għargħar f'Awwissu 10 || 436.5 || reġjonali || 10.911 14 || DE || L-għargħar f'Sachsen 10 || 937.7 || reġjonali || Rifjutata 15 || HR || L-għargħar f'Settembru 10 || 47 || ġirien || 1.175 16 || SI || L-għargħar f'Settembru 10 || 251.3 || maġġuri || 7.459 17 || HU || It-tixrid ta' ħama ħamra 10 || 174.32 || reġjonali || Rifjutata L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2010 || 281.848 Total globali ta’ għajnuna approvata mill-2002 || 2 433.757 Anness 3:
Ħarsa ġenerali tal-istatistika tal-applikazzjonijiet għall-Fond
ta' Solidarjetà || || || Il-qagħda attwali: 31/12/2010 || || || Nru totali ta' applikazzjonijiet li waslu mill-2002 || 85 || || li minnhom kienu bbażati fuq il-kriterji għal || || || diżastri maġġuri || 27 || 32% || tal-applikazzjonijiet kollha diżastri reġjonali || 53 || 62% || tal-applikazzjonijiet kollha il-kriterju ta' "pajjiż ġar" || 5 || 6% || tal-applikazzjonijiet kollha Applikazzjonijiet aċċettati mill-Kummissjoni || 42 || 49% || tal-applikazzjonijiet kollha li minnhom || || || diżastri maġġuri || 26 || 96% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri maġġuri" diżastri reġjonali || 12 || 23% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri reġjonali" il-kriterju ta' "pajjiż ġar" || 4 || 80% || tal-applikazzjonijiet taħt "pajjiż ġar" Applikazzjonijiet rifjutati mill-Kummissjoni || 35 || 41% || tal-applikazzjonijiet kollha li minnhom || || || diżastri reġjonali || 35 || 66% || tal-applikazzjonijiet taħt "diżastri reġjonali" Applikazzjonijiet irtirati || 2 || 2% || tal-applikazzjonijiet kollha Deċiżjoni pendenti || 6 || 7% || tal-applikazzjonijiet kollha Anness 4:
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE – Applikazzjonijiet għal Fondi għal
Diżastri Reġjonali Straordinarji 2002-2010
Simulazzjoni tal-PDG Reġjonali (n-3) || Id-Diżastri Reġjonali Mill-2002 || Is-sena || It-talbiet għall-ħsarat (f'miljuni ta' EUR) || Ir-rimarki || Is-Sena ta' Referenza tal-PDG (n-3) || Ir-Reġjuni ta' NUTS 2 Ikkonċernati || Il-PDG Reġjonali || Il-Medja tal-PDG || Ir-Rata ta' Ħsara (% tal-PDG Reġjonali) || L-eżitu skont il-kriterji attwali (Miljuni ta' EUR mogħtija) || L-eżitu skont il-kriterji l-ġodda FR || Għargħar (Le Gard) || 2002 || 835 || || 1999 || Languedoc-Roussillon || 40806.3 || 40806.3 || 2.05% || 21 || identiku ES || Tixrid taż-Żejt (Prestige) || 2003 || 436 || || 2000 || Galicia || 34966.5 || 25191.8 || 1.73% || 8.626 || identiku || || || || || || Principado de Asturias || 14968.9 || || || || || || || || || || Cantabria || 8488.3 || || || || || || || || || || País Vasco || 42613.3 || || || || IT || Terremot (Molise/Puglia) || 2003 || 1558 || || 2000 || Molise || 4913.9 || 30206.0 || 5.16% || 30.826 || identiku || || || || || || Puglia || 55498.1 || || || || IT || Eruzzjoni vulkanika (Sqallija) || 2003 || 894 || || 2000 || Sicilia || 65549.2 || 65549.2 || 1.36% || 16.798 || ebda applikazzjoni IT || Għargħar (It-Tramuntana tal-Italja) || 2003 || mhux ċara || || 2000 || || || || || rifjutata || identiku FR || Nirien fil-foresti (in-Nofsinhar ta' Franza) || 2003 || 531 || mhux reġjun kontinwu || 2000 || PACA || 99642.6 || 71225.4 || 0.75% || rifjutata || ebda applikazzjoni || || || || || || Rhone-Alpes || 137674.2 || || || || || || || || || || Languedoc-Roussillon || 42847.3 || || || || || || || || || || Corse || 4737.6 || || || || IT || Għargħar (Friuli-Venezia-Giulia) || 2003 || 525 || (il-ħsara x'aktarx sopravalutata) || 2000 || Friuli-Venezia-Giulia || 27552.6 || 27552.6 || 1.91% || rifjutata || mhux ċara FR || Għargħar (id-delta tar-Rhone) || 2004 || 785 || || 2001 || Languedoc-Roussillon || 45250.3 || 75084.7 || 1.05% || 19.625 || ebda applikazzjoni || || || || || || PACA || 104919.2 || || || || ES || Għargħar (Malaga) || 2004 || 73 || || 2001 || Andalucía || 90644.8 || 90644.8 || 0.08% || rifjutata || ebda applikazzjoni ES || Nirien fil-foresti || 2004 || 480 || (7 applikazzjonijiet akkumulati) || 2001 || || || || || rifjutata || ebda applikazzjoni SK || Għargħar || 2004 || 29 || || 2001 || Východné Slovensko || 5220.4 || 5220.4 || 0.56% || rifjutata || ebda applikazzjoni IT || Għargħar (is-Sardenja) || 2005 || 223 || (il-ħsara x'aktarx sopravalutata) || 2002 || Sardinia (ITG2) || 27538.1 || 27538.1 || 0.81% || rifjutata || ebda applikazzjoni EL || Għargħar (Evros) || 2005 || 112 || || 2002 || Antoliki Makedonia, Thraki || 5983.2 || 5983.2 || 1.87% || rifjutata || aċċettazzjoni AT || Għargħar (Tirol/Vorarlberg) || 2005 || 592 || || 2002 || Tirol || 18814.7 || 14426.9 || 4.10% || 14.798589 || identiku || || || || || || Vorarlberg || 10039.1 || || || || EL || Għargħar (Evros) || 2006 || 372 || || 2003 || Antoliki Makedonia, Thraki || 6466.1 || 6466.1 || 5.75% || 9.306527 || identiku ES || Nirien fil-foresti (Galicia) || 2006 || 91 || || 2003 || Galicia || 39906.9 || 39906.9 || 0.23% || rifjutata || ebda applikazzjoni FR || Ċiklun (La Réunion) || 2007 || 211 || Reġjun remot || 2004 || Réunion || 11650.8 || 11650.8 || 1.81% || 5.29 || identiku ES || Spanja - Għargħar (El Hierro) || 2007 || 18 || || 2004 || Canarias || 34188.3 || 34188.3 || 0.05% || rifjutata || ebda applikazzjoni ES || Spanja - Għargħar (La Mancha) || 2007 || 66 || || 2004 || Castilla-La Mancha || 28338.7 || 28338.7 || 0.23% || rifjutata || ebda applikazzjoni CY || Nirien fil-foresti || 2007 || 38 || || 2004 || Ċipru || 12728.1 || 12728.1 || 0.30% || rifjutata || ebda applikazzjoni ES || Nirien fil-foresti (il-Gżejjer Kanarji) || 2007 || 144 || || 2004 || Canarias || 34188.3 || 34188.3 || 0.42% || rifjutata || ebda applikazzjoni FR || Maltempata (Dean) || 2007 || 509 || || 2004 || Guadeloupe || 7202.9 || 7133.3 || 7.14% || 12.78 || identiku || || || || || || Martinique || 7063.6 || || || || RO || Għargħar || 2008 || 471.4 || || 2005 || Nord-Vest || 9480.0 || 9330.5 || 5.05% || 11.785377 || identiku || || || || || || Nord-Est || 9181.1 || || || || EL || Nirien fil-foresti || 2009 || 152.8 || || 2006 || Attiki || 101759.4 || 101759.4 || 0.15% || rifjutata || ebda applikazzjoni CY || Maltempati || 2009 || 2.6 || || 2006 || Ċipru || 14673.2 || 14673.2 || 0.02% || rifjutata || ebda applikazzjoni EL || Għargħar (Evia) || 2009 || 83.2 || || 2006 || Sterea Ellada || 10072.1 || 10072.1 || 0.83% || rifjutata || ebda applikazzjoni IT || Valanga ta’ tajn (Messina) || 2009 || 598.9 || || 2006 || Sicilia || 81623.6 || 81623.6 || 0.73% || rifjutata || ebda applikazzjoni IE || Għargħar || 2009 || 520.9 || || 2006 || Il-Fruntiera, il-Midland u l-Punent || 32566.0 || 32566.0 || 1.60% || 13.0225 || identiku IT || Għargħar (It-Toskana) || 2009 || 211.7 || || 2006 || It-Toskana || 99985.2 || 99985.2 || 0.21% || rifjutata || ebda applikazzjoni ES || Għargħar (l-Andalusija) || 2010 || 709.7 || || 2007 || Andalucía || 144874.3 || 144874.3 || 0.49% || rifjutata || ebda applikazzjoni FR || Maltempata (Xynthia) || 2010 || 1425 || Ħsara totali ta' EUR 2.5 biljun || 2007 || Pays de la Loire || 93594.4 || 68384.9 || 2.08% || 35.63575 || identiku || || || || || || Poitou-Charentes || 43175.3 || || || || [1] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, il-11 ta’ Novembru 2002 li
jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (Il-ĠU L 311
tal-14.11.2002, p. 3). [2] Attwalment
il-Kroazja, it-Turkija u l-Islanda. [3] Fl-2011,
il-livell limitu ta' EUR 3 biljun japplika għal Franza,
il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit. Għall-pajjiżi
l-oħra kollha, japplika l-livell limitu ta' 0.6% tal-ING li jvarja
f'termini assoluti bejn EUR 32,7 miljun għal Malta u
EUR 3,339 biljun għall-Pajjiżi l-Baxxi. Għal
raġunijiet ta' disponibbiltà ta' dejta statistika armonizzata mill-EUROSTAT,
qed jintużaw ċifri tal-ING għas-sena n-2. [4] Inkluż
ħlasijiet fl-2011 għal tmien każijiet li ġew approvati
fl-2010. [5] Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, COM(2005) 108 finali tas-6.4.2005. [6] Ir-Rapport
Speċjali Nru 3/2008 "Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea:
huwa rapidu, effiċjenti u flessibbli biżżejjed?" (ĠU
C 153, tat-18.6.2008) [7] Il-Kumitat
ta' Koordinazzjoni tal-Fondi mwaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi
d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond
ta’ Koeżjoni. [8] Wara
l-għargħar fl-Ewropa Ċentrali f'Mejju u Ġunju 2010,
il-Kummissjoni approvat fondi ta' emerġenza immedjati biex tassisti
l-vittmi tal-għargħar fil-Moldova filwaqt li l-assistenza mill-Fond
ta' Solidarjetà relatata mal-għargħar fl-Ungerija, il-Polonja,
is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija ġiet
mogħtija 10 xhur wara d-diżastru. [9] Tnaqqis
ta' 1% mill-ħsarat tad-diżastri jiffranka lill-Ewropa
EUR 150 miljun fis-sena, sors: Il-bażi tad-dejta tal-EM-DAT [10] L-applikazzjonijiet
relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li li
għalihom ġew valutati l-kriterji għal diżastri
reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali
fil-parentesi "(reġjonali)" [11] L-applikazzjonijiet
relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li
għalihom ġew valutati l-kriterji għal diżastri
reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali fil-parentesi
"(reġjonali)" [12] L-applikazzjonijiet
relatati ma' diżastri bi ħsara taħt il-livell limitu li
għalihom ġew eżaminati l-kriterji għal diżastri
reġjonali u li ma kkwalifikawx huma mmarkati bħala reġjonali
fil-parentesi "(reġjonali)"