This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0081
INTERIM REPORT FROM THE EUROPEAN COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL On Progress in Bulgaria under the Co-operation and Verification Mechanism
RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika
RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika
/* KUMM/2011/0081 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.2.2011 KUMM(2011) 81 finali RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika 1. INTRODUZZJONI Meta l-Bulgarija ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, imwaqqaf Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (minn hawn 'il quddiem MKV)[1] biex jgħin lill-Bulgarija tirrimedja n-nuqqasijiet fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u biex jissorvelja l-progress f'dawn l-oqsma permezz ta' rapporti perjodiċi. Dan ir-rapport huwa rapport interim li jipprovdi aġġornament tekniku dwar l-iżviluppi sinifikanti li seħħew matul dawn l-aħħar sitt xhur fil-Bulgarija taħt il-MKV. Huwa jiffoka fuq ir-rispons tal-Bulgarija għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u ma jinkludix valutazzjoni sħiħa tal-progress miksub. L-aġġornament huwa limitat għal miżuri li tlestew jew li huma mistennija jiġu finalizzati f'qasir żmien. L-aħħar rapport dwar il-progress adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Lulju 2010 u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għadhom il-punt ta' referenza għall-valutazzjoni tal-progress miksub meta mqabbel mal-parametri ta' riferiment u l-identifikazzjoni tal-isfidi li għad baqa'. Il-Kummissjoni se tipprovdi valutazzjoni oħra fis-sajf tal-2011. 2. IR-RIFORMA ĠUDIZZJARJA U L-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI U L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA: SOMMARJU TAL-IżVILUPPI Mill-aħħar rapport tal-Kummissjoni, il-Bulgarija kompliet bir-riforma legali u adottat emendi importanti fl-Att dwar is-Sistemi Ġudizzjarji. Dawn l-emendi jipprovdu l-bażi legali biex tkompli l-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja, jissaħħu r-responsabbiltà u l-poteri ta' ġestjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem u biex titjieb is-sistema ta' ħatriet, taħriġ professjonali, evalwazzjoni u promozzjonijiet fil-ġudikatura. Matul dan il-perjodu l-Kunsill Ġudizzjarju Suprem żviluppa rekord aħjar ta' dixxiplina. Madankollu f'deċiżjoni dwar ħatra importanti waħda, il-Kunsill ma wriex l-impenn meħtieġ għar-responsabbiltà u t-trasparenza. F'dawn l-aħħar sitt xhur, il-Bulgarija ddeċidiet li toħloq qorti speċjalizzata għal kawżi relatati mal-kriminalità organizzata. Kompliet ir-riforma strutturali tal-aġenzija doganali u ingħata bidu għal proġett ambizzjuż kontra l-korruzzjoni. Il-Bulgarija adottat ukoll emendi biex tissaħħaħ il-liġi dwar il-Kunflitt ta' Interess li tistabbilixxi korp indipendenti biex jidentifika u jissanzjona l-kunflitt ta' interess b'mod proattiv. Matul dan il-perjodu, il-qrati rreġistraw għadd ikbar ta' akkużi u verdetti f'kawżi ta' korruzzjoni f'livell għoli. 3. IL-PROSPETTIVI Mill-aħħar analiżi tal-Kummissjoni, il-Bulgarija żammet mal-impenn tagħha biex tkompli timplimenta l-istrateġija tagħha ta' riforma ġudizzjarja permezz ta' pjan ta' azzjoni ddettaljat. Sabiex iżżomm il-momentum ta' riforma, il-Bulgarija għandha tkompli tiffoka fuq l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja nazzjonali u ssegwi riforma intensiva tas-sistema ġudizzjarja u tal-pulizija. Dan jeħtieġ li jittieħdu passi ulterjuri biex titjieb il-prattika ġudizzjarja u jkun hemm titjib kontinwu tal-mod kif il-ġudikatura, il-pulizija u korpi investigattivi oħra huma strutturati, ġestiti u jikkooperaw. Sakemm il-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni li jmiss fis-Sajf tal-2011, il-Bulgarija għandha tiffoka wkoll fuq l-adozzjoni ta' liġi effettiva dwar il-konfiska tal-assi, l-istabbiliment ta' awtorità li tidentifika u tissanzjona l-kunflitti ta' interess u fuq ir-rekord fil-kawżi dwar korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-Bulgarija f'dan l-isforz u tipprovdi l-valutazzjoni fil-fond li jmiss dwar il-progress sas-sajf ta' din is-sena. 4. AġġORNAMENT DWAR IS-SITWAZZJONI ATTWALI Ir-Riforma tal-Ġudikatura Fit-22 ta' Diċembru 2010, b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Parlament Bulgaru adotta emendi għall- Att dwar is-Sistemi Ġudizzjarji (ASĠ) li jtejbu il-ġestjoni interna fi ħdan il-ġudikatura u jsaħħu r-rwol tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem (KĠS)[2]. L-emendi jipproponu proċeduri ġodda għall-ħatriet u l-evalvazzjonijiet, isaħħu t-taħriġ u l-integrità u joħolqu drittijiet u obbligi ġodda għall-Kunsill Ġudizzjarju Suprem biex jevalwa t-tagħbija tax-xogħol u jalloka il-persunal mill-ġdid. L-emendi jintroduċu separazzjoni ta' funzjoni bejn l-evalwazzjonijiet tal-prosekuturi u l-imħallfin u sistema ta' evalwazzjoni deċentralizzata. Fl-evalwazzjonijiet se tiġi kkunsidrata l-integrità matul il-karriera kollha tal-maġistrati. Is-superviżjoni u l-linji gwida tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem kif ukoll rwol attiv tal-kapijiet amministrattivi se jkollhom rwol importanti biex jinkisbu kriterji ta' evalwazzjoni uniformi. Il-KĠS ingħata poteri supplimentari fl-evalwazzjoni tat-tagħbija tax-xogħol tal-qrati, fid-deċiżjonijiet dwar l-iskemi tal-persunal tal-qrati, dwar l-għeluq u l-ftuħ ta' qrati ġodda u fl-aġġustament ta' oqsma ta' ġurisdizzjoni. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza u jipproteġu kontra l-kunflitt ta' interess fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-KĠS. L-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja addotta programme mifrux fuq sentejn għat-taħriġ tal-maġistrati li huwa bbażat fuq il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-istrateġija dwar ir-riforma ġudizzjarja tal-Bulgarija. Kompla x-xogħol fuq il- Kodiċi Penali li hu kkunsidrat neċessarju għal riforma radikali tal-politika penali, permezz ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati fuq l-abbozz tad-dispożizzjonijiet ewlenin. L-aħħar abbozz tal- Kodiċi Penali l-ġdida huwa mistenni sal-aħħar tal-2011. F'dawn l-aħħar sitt xhur saru iktar sanzjonijiet dixxiplinarji kontra maġistrati involuti f'każijiet importanti ta' qligħ mill-użu tal-influwenza u korruzzjoni fi ħdan il-ġudikatura. Fis-segwitu ta' każ rigward qligħ mill-użu tal-influwenza fi ħdan il-ġudikatura, il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem iddeċieda li jeskludi mill-ġudikatura eks-membru ieħor tal-KĠS. F'segwitu għal każ ieħor rigward il-qligħ mill-użu tal-influwenza fl-akkwist ta' propjetà immobbli, il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem iddeċieda li jkeċċi lill-president ta' wieħed mill-Qrati tal-Appell għaliex 'tebba' r-reputazzjoni tal-ġudikatura', erba' każijiet oħra jinsabu pendenti. Il-Prosekuzzjoni ma segwietx investigazzjonijiet kriminali kontra xi maġistrat involut f'dawn il-każijiet. Rigward in- nomina għall-Presidenza tal-Qorti Amministrattiva Suprema f'Novembru, kien hemm tħassib pubbliku rigward ir-responsabbiltà u t-trasparenza ta' ħatriet ġudizzjarji għoljin. Ir-riforma tal-ħatriet fi ħdan il-ġudikatura stipulata fl-emendi reċenti għall-Att dwar is-Sistemi Ġudizzjarji teħtieġ impenn mingħajr ekwivoku mill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem li jiggarantixxi l-indipendenza u l-kwalità tal-ħatriet. Għadha mhux qed issir il- pubblikazzjoni sistematika tad-deċiżjonijiet tal-qorti . F'ċerti każijiet, ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tal-qrati kellhom ħafna dewmien; dan huwa l-każ b'mod partikolari f' kawżi importanti. Fl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni tal-Kassazzjoni Suprema ġiet implimentata verżjoni proviżorja tas- Sistema tal-Informazzjoni Unifikata dwar il-Kriminalità . Se jintużaw fondi tal-UE biex is-sistema tiġi estiża biex tkopri l-uffiċċji kollha tal-prosekuturi, il-qrati u l-pulizija. L- Ispettorat ta' mal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem kompla jagħmel spezzjonijiet tematiċi u skedati bil-għan li jlesti l-analiżi tal-korpi ġudizzjarji fil-ħames reġjuni ta' appell kollha. Twaqqfet sistema ta' spezzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u spezzjonijiet ta' segwitu u ġiet stabbilit koordinazzjoni mill-qrib bejn l-ispettorat u l-Kunsill Ġudizzjarju Suprem f'materji ta' dixxiplina. Huwa rrappurtat li l-ispezzjonijiet għandhom effett dixxiplinarju ġenerali rigward tħaffif, trasparenza u allinjament ta' prattika. Għad irid jiġi implimentat kontribut mill-ispettorat iktar immirat biex jindirizza nuqqasijiet sistematiċi fil-prattika ġudizzjarja b'mod partikolari f'kawżi ta' livell għoli u biex jinforma riforma strutturali tas-sistema ġudizzjarja. Il-Bulgarija ħadet passi biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il- prattika ġudizzjarja , bħat-taħriġ u l-publikazzjoni ta' linji gwida u l-aħjar prattiki. F'Novembru NGO ippreżentat rakkomandazzjonijiet wara li saret analiżi tan-nuqqasijiet fil-prattika ġudizzjarja fi tmintax-il każ importanti. Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem introduċa rekwiżit għall-kapijiet tal-qrati tal-appell li jirrappurtaw dwar il-progress f'kawżi ta' interess pubbliku għoli. Kien irrappurtat li dan wassal għal titjib fl-iskedar tas-seduti tal-qrati u fit-taħrik tax-xhieda. Barra minn hekk, ġie rrappurtat li l-introduzzjoni ta' standard ġdid għal ċertifikati mediċi u l-ħolqien ta' aġenzija Eżekuttiva Medika naqqsu l-abbuż taċ-ċertifikati mediċi fil-qorti. Matul l-2011, l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni tal-Kassazzjoni Suprema bi ħsiebu li jintroduċi skema ta' sorveljanza speċifika għal kawżi ta' interess pubbliku għoli. Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata F'dawn l-aħħar sitt xhur, il-Bulgarija kompliet b'politika attiva li tindirizza l-kriminalità organizzatqa permezz ta' rejds ta' pulizija u arresti. Dawn l-attivitajiet s'issa wasslu għal ftit akkużi. F'Diċembru 2010 u Jannar 2011, il-Parlament Bulgaru addotta leġiżlazzjoni biex jistabbilixxi qorti kriminali speċjalizzata u magħha uffiċċju tal-prosekutur speċjalizzat inkarigata minn kawżi ta' kriminalità orgnizzata , li hi mistennija tkun operazzjonali sa Awwissu ta' din is-sena[3]. Dawn l-istrutturi huma mfassla biex ittejbu il-ħeffa u l-konsistenza tal-kawżi relatati mal-kriminalità organizzata, li joffru sfidi partikolari lis-sistema ġudizzjarja. Madankollu, hemm bżonn li jsiru sforzi mill-ġudikatura kollha biex tiġi introdotta l-ispeċjalizzazzjoni u jsir titjib fil-prattiki professjonali, b'mod partikolari rigward il-kriminalità ekonomika u finanzjarja. F'dan il-qasam il-Kummissjoni rrakkomandat kooperazzjoni eqreb bejn il-ġudikatura, il-korpi amministrattivi u l-pulizija u li tissaħħaħ il-kapaċità ta' timijiet konġunti. Il-Bulgarija ħadet passi biex ittejjeb l-effiċjenza tal- investigazzjonijiet tal-pulizija billi għaqqdet id-dipartiment tal-proċedimenti ta' qabel il-proċess mad-dipartiment tal-pulizija kriminali. Matul dawn l-aħħar sitt xhur, il-pulizija għamlu diversi sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-emendi reċenti għall-Kodiċi ta' proċedura Penali u r-responsabbiltajiet speċifiċi tal-pulizija fl-istadju ta' qabel il-proċess. Madankollu, hemm bżonn ta' iktar titjib fil-ġbir u l-amministrazzjoni tal-evidenza mill-pulizija. Mill-aħħar rapport al-Kummissjoni, Il-Bulgarija kompliet bit-tisħiħ tal-qafas legali dwar il- konfiska ta' assi. L-Abbozz tal-Att dwar il-Konfiska ta' Assi Illegali kienet ikkoordinata mal-Kummissjoni ta' Venezja (il-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet kostituzzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa). Huwa importanti li l-verzjoni finali tal-liġi l-ġdida, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, tippermetti għall-possibbiltà tal-inklużjoni tal-prinċipju ta' "konfiska mingħajr kundanna" kif ukoll is-segwitu ta' indikazzjonijiet anonimi. Il-liġi għandha wkoll tittrasponi b'mod effettiv l-acquis tal-UE li japplika rigward il-konfiska estiża.[4] Il-liġi se tkun teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-kummissjoni nkarigata mill-applikazzjoni tal-liġi dwar il-konfiska u awtoritajiet oħra, b'mod partikolari l-prosekuzzjoni. Il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni F'dawn l-aħħar sitt xhur, ingħataw żewġ verdetti importanti u diversi akkużi f'kawżi relatati ma' korruzzjoni f'livell għoli.[5] Matul l-istess perjodu, il-Bulgarija rreġistrat għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' innoċenza rigward kawżi emblematiċi ta' korruzzjoni f'livell għoli, kunflitt ta' interess, frodi u kriminalità organizzata li l-prosekuzzjoni appellat minnhom kollha fl-interess tal-pubbliku.[6] Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-ħtieġa ta' titjib fil- prattika ġudizzjarja għadhom validi. Il-Kummissjoni tirrakkomanda b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' strateġija investigattiva komprensiva u pro-attiva li sistematikament tesplora r-rabtiet possibbli bejn każijiet relatati, aspetti ta' kriminalità organizzata u rabtiet possibbli ma' awtoritajiet amministrattivi. Minħabba l-importanza ta' investigazzjoni ekonomika u finanzjarja għall-każijiet kollha relatati ma' korruzzjoni f'livell għoli, il-frodi u l-kriminalità organizzata, għandhom jinħolqu netwerks ta' prosekuturi u imħallfin speċjalizzati b'kooperazzjoni ma' esperti internazzjonali. B'rispons għal rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Bulgarija saħħet il- liġi dwar il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-kunflitt ta' interess . L-emendi addottati mill-Parlament f'Novembru jipprevedu l-ħolqien ta' korp b'mandat pro-attiv biex jidentifika u jissanzjona kunflitti ta' interess fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni. Il-liġi tinkludi salvagwardji biex tkun żgurata l-indipendenza tal-korp il-ġdid, l-aktar permezz ta' proċedura bbilanċjata ta' ħatra. L-esklużjoni legali li jiġu segwiti indikazzjonijiet anonimi tista' ddgħajjef l-istituzzjoni l-ġdida. F'dan il-kuntest huwa importanti li l-identità ta' dawk li jikxfu l-informazzjoni (whistle-blowers) tkun protetta b'mod kredibbli. L- Aġenzija Doganali Bulgara kompliet b'riforma strutturali komprensiva li kienet tinvolvi wkoll evalwazzjoni ġenerali tal-persunal skont kriterji ta' kompetenza u integrità. F'dan is-servizz kien hemm għadd sostanzjali ta' sensji. Biex jiġġieled il-korruzzjoni interna, twaqqaf spettorat konġunt mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul. Jiġu skambjati s-sistemi ta' informazzjoni u intelligence bejn l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul u l-Aġenzija Doganali u timijiet konġunti qed ikomplu jagħmlu spezzjonijiet. Huwa importanti li r-riforma tal-aġenzija doganali tkompli ssaħħaħ l-indipendenza u l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet li tagħmel. Għandha tissaħħaħ iktar il-kooperazzjoni mas-servizzi tal-pulizija u mal-prosekuzzjoni. F'dan il-kuntest, ġie diskuss rwol investigattiv iktar b'saħħtu għall-uffiċjali tad-dwana. Bħala parti mill-Istrateġija kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata, f'Diċembru l-Bulgarija bdiet timplimenta proġett fuq skala kbira kontra l-korruzzjoni (BORKOR) . B'investiment konsiderevoli f'riżorsi finanzjarji u umani[7], sa nofs l-2011 se titwaqqaf unità ċentrali ġdida bil-kompitu li żżid it-trasparenza u tindirizza l-korruzzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha. Il-korp il-ġdid mhux se jieħu post l-istrutturi eżistenti li twaqqfu għall-prevenzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni, iżda se jivvaluta l-ambjent legali u istituzzjonali li hemm bħalissa għall-effettività tiegħu u fejn meħtieġ jissuġġerixxi titjib. B'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward titjib fis-sistema ta' akkwist pubbliku , il-Bulgarija waqqfet grupp ta' ħidma li f'Diċembru ppropona lill-gvern emendi għal-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku. Id-dokument ta' kunċett ippreżentat mill-grupp ta' ħidma joffri għadd ta' proposti biex jiġi ssimplifikat il-qafas legali u proċedurali kif ukoll biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta' rimedju. Wara l- pubblikazzjoni ta' reġistrazzjonijiet bil-moħbi (wiretapped recordings) fil-bidu tas-sena, tqajjem tħassib pubbliku rigward l-applikazzjoni u l-kontroll tal-użu ta' mezzi investigattivi speċjali. L-awtoritajiet kompetenti varaw investigazzjoni, li bħalissa tinsab għaddejja. Taħt il-liġi Bulgara, mezzi investigattivi speċjali huma għodda investigattiva importanti u jistgħu jintużaw biss b'konnessjoni ma' reati serji u bl-awtorizzazzjoni ta' mħallef. Ir-regoli jipprovdu għal kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi biex ikun żgurat li r-riżultati tar-reġistrazzjonijiet bil-moħbi (wiretaps) ikunu rrappurtati immedjatament lill-prosekuzzjoni u li l-kunfidenzjalità tagħhom tkun protetta. Il-proċedura hija barra minn hekk issorveljata minn sotto-kumitat Parlamentari speċjali. Huwa importanti li l-Bulgarija tiżgura rispett rigoruż għall-istat tad-dritt rigward l-applikazzjoni ta' mezzi investigattivi speċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti fuq il-Bulgarija addottati minn GRECO f'Ottubru rigward il- kriminalizzazzjoni tal-korruzzjoni u rigward il- finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali għandhom jiġu segwiti mill-Bulgarija. Rigward il-kriminalizzazzjoni tal-korruzzjoni, ir-rapport jirrakkomanda t-tisħiħ tal-Kodiċi Penali Bulgara f'għadd ta' oqsma. Dawn jinkludu l-kriminalizzazzjoni tal-korruzzjoni fil-każ ta' benefiċċju għal parti terza jew l-akkwist ta' vantaġġi, kemm materjali kif ukoll mhux, marbutin ma' korruzzjoni u tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-eżenzjoni mill-piena f'każijiet ta' sogħba ġenwina. [1] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/929/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verifika tal-progress fil-Bulgarija biex jiġu indirizzati parametri speċifiċi ta' riferiment fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 58). [2] L-emendi għall-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja daħlu fis-seħħ fl-4 ta' Jannar 2011. [3] Saru emendi għall-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja u l-Kodiċi ta' Proċedura Penalili. [4] Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI. [5] Ingħataw verdetti fil-qorti tal-ewwel istanza kontra eks-direttur tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul għal kondotta ħażina waqt li kien uffiċjal u kontra negozjant għal serq. Eks-Ministru tal-Affarijiet Soċjali u eks-Ministru tas-Saħħa ġew akkużati rispettivament għal serq u ħsara għall-baġit tal-istat. [6] F'kawżi ta' livell għoli li jinvolvu l-frodi, il-korruzzjoni jew il-kunflitt ta' interess ġew iddikjarati innoċenti: eks-Ministru tad-Difiża, eks-Deputat Ministru tal-Intern, eks-direttur tal-Fondi tal-Istat għall-Agrikoltura, il-president ta' partit politiku rrappreżentat fil-Parlament. Dikjarazzjoni ta' innoċenza f'kawża li kienet tinvolvi kunflitt ta' interess kienet ikkonfermata mill-Qorti Amminsitrattiva Suprema fl-appell. [7] Fl-2011, il-Bulgarija ivvutat EUR 4 miljun għal dan il-proġett. L-unità ċentrali inkarigata mill-proġett Borkor se timpjega 40 persuna fuq bażi permanenti.