Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 52011BP0124
Mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund: Czech Republic – UNILEVER European Parliament resolution of 5 April 2011 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2010/010 CZ/Unilever from the Czech Republic) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))#ANNEX
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))
ANNESS
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))
ANNESS
ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 146/148
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/146 |
It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER
P7_TA(2011)0124
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))
2012/C 296 E/24
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0061 – C7-0055/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament FEAG) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits(A7-0060/2011), |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, |
B. |
billi l-ambitu tal-FEAG twessa’ temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
C. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG, |
D. |
billi r-Repubblika Ċeka talbet assistenza fir-rigward ta’ każi li jikkonċernaw 634 sensja (kollha immirati għall-assistenza) fl-intrapriża Unilever ČR, spol.sr.o li topera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fir-reġjun ta’ NUTS II ta’ Střední Čechy, |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba applikata mill-Kummissjoni, wara t-talba mill-Parlament sabiex jitħaffef ir-rilaxx ta’ għotjiet, immirata biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta’ applikazzjoni tal-FEAG flimkien mal-proposta li jiġi mobilizzat il-FEAG; jittama li jinkiseb iktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-reviżjonijiet li ġejjin tal-FEAG; |
2. |
Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ġew issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jitlob, madankollu, li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala riżultat dirett tal-miżuri ffinanzjati mill-FEAG; |
3. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi; |
4. |
Jiddispjaċih li r-Regolament dwar il-FEAG fil-forma preżenti tiegħu ma jirrikjediex investigazzjoni tas-saħħa finanzjarja, il-possibbiltà ta’ evażjoni tat-taxxa jew is-sitwazzjoni rigward l-għajnuna mill-istat fir-rigward ta’ kumpaniji multinazzjonali li r-ristrutturar tagħhom jiġġustifika l-intervent tal-FEAG; jemmen li dan għandu jiġi indirizzat fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament dwar il-FEAG, mingħajr ma’ jiġi kompromess l-aċċess tal-ħaddiema ssensjati għall-FEAG; |
5. |
Jinnota li t-tagħrif pprovdut fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dawn id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll; |
6. |
Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet tal-ħlas ta’ EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEAG; ifakkar li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li, għalhekk, jixraqlu allokazzjoni dedikata, li tevita t-trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, ħaġa li tista' tkun ta’ detriment għall-ksib tal-bosta objettivi tad-politika; |
7. |
Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma’ din il-riżoluzzjoni; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
It-Tlieta 5 ta’ April 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka)
(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/233/UE.)