Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0441

    Miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0054 – C7-0042/2010 – 2010/0036(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0036 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 13 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
    ANNESS

    ĠU C 94E, 3.4.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 94/21


    Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2011
    Miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE ***I

    P7_TA(2011)0441

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0054 – C7-0042/2010 – 2010/0036(COD))

    2013/C 710 E/11

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0054),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0042/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-20 ta' Lulju 2011 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0243/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1);

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-11 ta' Mejju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0219).


    Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2011
    P7_TC1-COD(2010)0036

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1336/2011.)


    Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2011
    ANNESS

    Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropearigward l-għażla ta' proċeduri għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jiddikjaraw li l-għażla ta' proċedurigħall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' din il-proposta hija mingħajr preġudizzjugħal, u ma toħloqx preċedent, għall-għażla ta' proċeduri fi proposti futuri.


    Top