Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0419

    Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Awstralja) *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 28 ta' Settembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06603/2011 – C7-0144/2011 – 2011/0032(NLE))

    ĠU C 56E, 26.2.2013, p. 138–138 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 56/138


    L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
    Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Awstralja) ***

    P7_TA(2011)0419

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06603/2011 – C7-0144/2011 – 2011/0032(NLE))

    2013/C 56 E/30

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06603/2011),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06604/2011),

    wara li kkunsira t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0144/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0296/2011),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.


    Top