EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AE1852

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom” COM(2011) 655 finali — 2011/0283 (COD)

ĠU C 43, 15.2.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/13


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom”

COM(2011) 655 finali — 2011/0283 (COD)

2012/C 43/03

Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH

Nhar it-8 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju għal Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

COM(2011) 655 finali — 2011/0283 (COD).

Nhar il-25 ta’ Ottubru 2011, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-476 sessjoni plenarja tiegħu tas-7 u t-8 ta’ Diċembru 2011 (seduta tat-8 ta’ Diċembru) li jaħtar lis-Sur SMYTH bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'128 vot favur, l-ebda vot kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE josserva li l-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-Artikoli 14 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tippermetti, minn naħa, li l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jiġu ġestiti permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom jikkontribwixxu parti mill-allokazzjonijiet tagħhom taħt l-objettivi ta’ “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjiegi” tal-politika ta’ koeżjoni għall-provvediment u l-allokazzjonijiet kapitali għal self jew garanziji maħruġa għal promoturi tal-proġetti u msieħba pubbliċi jew privati oħra direttament jew indirettament mill-BEI jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra. Il-bidliet proposti mhux ser jibdlu l-ammont massimu ta’ finanzjament previst fil-programmi operattivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

1.2

Il-KESE japprova l-proposta.

2.   Raġuni

2.1

Il-proposta attwali ser tiffaċilita l-approvazzjoni ta’ self mogħti skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għal prijorità waħda jew aktar ta’ programm operattiv mill-BEI jew minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra, f'mument meta, minħabba tnaqqis tal-grad tad-dejn pubbliku u privat tal-Istat u tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, self bħal dan ma jkunx disponibbli.

2.2

Il-Kumitat jaqbel li huwa vitali li jiġu appoġġjati proġetti u l-irkupru tal-ekonomija u għalhekk jappoġġja l-proposta msemmija hawn fuq.

Brussell, 8 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


Top