EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XX0206(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat- 28 ta' Settembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/38.636 – RAMBUS – Relatur: il-Pajjiżi l-Baxxi

ĠU C 30, 6.2.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-28 ta' Settembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/38.636 – RAMBUS

Relatur: il-Pajjiżi l-Baxxi

2010/C 30/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess valutazzjoni tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni tagħha hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fl-14 ta' Settembru 2009 taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Rambus Inc. huma adattati, meħtieġa u proporzjonati.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn Rambus Inc., ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'll Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top