This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XG0917(03)
Draft amending budget No 5 of the European Union for the financial year 2010 — Council position
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill
ĠU C 250, 17.9.2010, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/10 |
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill
2010/C 250/07
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1525/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Billi:
— |
il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kien adottat definittivament fis-17 ta' Diċembru 2009 (3), |
— |
fis-16 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2010, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kienet adottata fit-13 ta' Settembru 2010.
It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq il-websajt tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.
(2) ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.