This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XG0526(02)
Council conclusions of 11 May 2010 on competences supporting lifelong learning and the ‘new skills for new jobs’ initiative
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal 11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal 11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”
ĠU C 135, 26.5.2010, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/8 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal 11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”
2010/C 135/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JFAKKAR
1. |
Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja (1), li tfittex li tiżgura li l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali joffru liż-żgħażagħ kollha l-mezzi biex jiżviluppaw il-kompetenzi prinċipali għal livell li jħejjijhom għal aktar tagħlim u l-ħajja tax-xogħol u li jippermetti lill-adulti li jiżviluppaw u jaġġornaw il-kompetenzi prinċipali tagħhom matul ħajjithom kollha. |
2. |
Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda (2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2009 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda - l-antiċipar u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa (3), li ffokaw fuq it-tħejjija tan-nies għal impjiegi ġodda fis-soċjetà tal-għarfien, u li rrikonoxxew li r-rekwiżiti għall-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki jiżdiedu b'mod sinifikanti u f'kull tip u livell ta' professjoni, u li minn min iħaddem kien hemm domanda li kienet qed tikber għall-kompetenzi prinċipali trasversali. |
3. |
Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (4), li tinkoraġġixxi bidla mill-enfasi tradizzjonali fuq “l-inputs tat-tagħlim” – bħat-tul ta' esperjenza tat-tagħlim, jew tip ta' istituzzjoni – u lejn approċċ ibbażat fuq “ir-riżultati tat-tagħlim” – jiġifieri x'jaf, x'jifhem u x'kapaċi jagħmel min ikun qed jitgħallem. |
4. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (5), li saħqu dwar l-importanza tal-qafas tal-kompetenzi prinċipali għat-tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni, u li wasslu għall-Manifest għall-kreattività u l-innovazzjoni fl-Ewropa [traduzzjoni mhux uffiċjali] li ġie ppreżentat mill-Ambaxxaturi għas-sena Ewropea 2009 tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. |
5. |
Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti (6) li enfasizzaw l-importanza tat-tagħlim għall-adulti bħala komponent prinċipali tat-tagħlim tul il-ħajja. |
6. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħazagħ għall-21 seklu (7), li enfasizzaw li approċċ koerenti għall-iżvilupp tal-kompetenzi, ibbażat fuq il-qafas Ewropew ta' referenza tal-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja implika l-ħtieġa għal sforzi aktar qawwija biex jittejbu l-ħiliet fil-qari u ħiliet bażiċi oħrajn. |
7. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-prijoritajiet futuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) (8), li ssottolinjaw li t-titjib tal-kreattività u l-innovazzjoni kien partikolarment importanti għall-ETV u li biex jinkiseb dan, il-ksib tal-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun promoss b'mod attiv. Il-konklużjonijiet għandhom ukoll l-għan li jtejbu r-rabtiet bejn l-ETV u s-suq tax-xogħol billi jiffokaw fuq l-impjiegi u l-ħiliet. |
8. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-12 ta' Mejju 2009 dwar it-tisħiħ tas-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-imsieħba soċjali, partikolarment min iħaddem, fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja (9), li rrakkomandaw li fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tingħata attenzjoni suffiċjenti fil-livelli kollha għall-ksib tal-kompetenzi prinċipali utli fil-ħajja professjonali. |
9. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel (10), li rrikonoxxew li l-esiġenzi li tpoġġew fuq il-professjoni tal-għalliema qed jimponu l-ħtieġa għal approċċi ġodda u biex l-għalliema jieħdu responsabbiltà akbar għall-aġġornament u l-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom stess. |
10. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009, dwar l-iżvilupp tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijangolu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament (11), li inkoraġġixxew lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżguraw li l-kurrikuli, kif ukoll il-metodi tat-tagħlim u l-eżamijiet fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, jinkorporaw u jrawmu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. |
U WAQT LI JFAKKAR B'MOD PARTIKOLARI
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (12), li jipprovdu mezz biex jiġu indirizzati l-isfidi involuti fl-implimentazzjoni sħiħa tal-kompetenzi prinċipali u biex jitjiebu l-ftuħ u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tad-definizzjoni tal-oqsma ta' ħidma ta' prijorità matul iċ-ċiklu ta' ħidma tal-2009-2011, l-iżvilupp possibbli ta' punt ta' riferiment dwar l-impjegabbiltà u l-aġġustament tal-qafas koerenti ta' indikaturi, b'attenzjoni speċjali għall-oqsma tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija.
KONXJU TAL-ISFIDI LI ĠEJJIN
1. |
Il-kriżi ekonomika attwali, flimkien mal-pass rapidu tal-bidla soċjali, teknoloġika u demografika, jissottolinjaw l-importanza kruċjali li jiġi żgurat li – permezz tal-edukazzjoni tul il-ħajja u t-taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll aktar mobbiltà - l-individwi kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, jakkwistaw sett b'saħħtu ta' kompetenzi. |
2. |
L-akkwist u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenzi huma kruċjali biex jitjiebu l-prospetti ta' impjieg u jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon personali, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva, peress li huma juru l-abbiltà tal-individwi biex jaġixxu b'mod awtoorganizzat f'kuntesti kumplessi, li jinbidlu u imprevedibbli. Kif imniżżel fir-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Prinċipali, individwu kompetenti huwa kapaċi jikkombina l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet, u japplika u jagħmel użu mit-tagħlim preċedenti (sew jekk akkwistat formalment, mhux formalment jew informalment) f'sitwazzjonijiet ġodda. |
3. |
Ir-rapport ta' progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar “L-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” jirrikonoxxi li:
|
WAQT LI JENFASIZZA LI
— |
L-isfidi ta' hawn fuq jappellaw għal azzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, bħala parti mill-oqsma ta' ħidma ta' prijorità speċifikament ippjanati għall-ewwel ċiklu ta' ħidma 2009-2011 tal-ET 2020. L-approċċ tal-kompetenzi prinċipali jeħtieġ li jkun implimentat kompletament fis-settur skolastiku, partikolarment biex jiġu appoġġati l-ksib tal-kompetenzi prinċipali u r-riżultati tat-tagħlim ta' kwalità għal dawk f'riskju li jaqgħu lura fil-kisbiet edukattivi u ta' esklużjoni soċjali. Jeħtieġ li l-metodi ta' tagħlim u valutazzjoni jevolvu, u l-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tal-għalliema, ta' dawk li jħarrġu u tal-mexxejja tal-iskejjel kollha jeħtieġ jiġi appoġġat, f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-kompetenzi. |
— |
Madankollu, issa hemm il-ħtieġa wkoll biex jiġi kkjarifikat, u kkunsidrat l-iżvilupp, tar-rabta bejn id-diversi inizjattivi eżistenti Ewropej immirati lejn it-tisħiħ tal-kompetenzi taċ-ċittadini u li jkun ipprovdut iffokar akbar fuq ir-riżultati tat-tagħlim, kif ukoll li jiġi żgurat approċċ konsistenti f'dan il-qasam. Dan għandu jibni fuq il-progress li sar bl-implimentazzjoni kemm tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Prinċipali kif ukoll il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u għandu jorbot dawn mal-ksib tal-kompetenzi u r-riżultati tatl-tagħlim fis-sitwazzjonijiet rilevanti kollha u fil-livelli kollha. Dan għandu wkoll jimmira lejn it-titjib u t-tisħiħ sistematiku tal-ksib tal-kompetenzi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. |
GĦALHEKK JENFASIZZA L-IMPORTANZA TAL-AZZJONI FL-OQSMA LI ĠEJJIN
— |
Jeħtieġ li jsiru sforzi biex jintwera kif il-kompetenzi prinċipali huma rilevanti fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fl-istadji u s-sitwazzjonijiet kollha tal-ħajja. Barra minn hekk, biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-kompetenzi prinċipali fl-oqsma identifikati mir-Rakkomandazzjoni tal-2006, għandha tingħata attenzjoni biex isir l-aħjar użu mir-Rakkomandazzjoni sabiex jiġi appoġġat it-tagħlim tul il-ħajja wara t-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja. |
— |
Għandha ssir aktar ħidma biex jiġu appoġġati l-ksib, l-aġġornar u l-iżvilupp ulterjuri tal-firxa sħiħa ta' kompetenzi prinċipali fl-oqsma tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u tat-tagħlim tal-adulti. |
— |
Sabiex l-istudenti jitħejjew bil-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa mis-suq tax-xogħol u biex għalhekk tiżdied l-impjegabbiltà, għandha tingħata wkoll prijorità fl-edukazzjoni għolja għall-aġġornament, il-ksib u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenzi prinċipali. Huwa partikolarment importanti li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jipprovdu opportunitajiet għall-istudenti biex jiżviluppaw l-abilità li jikkomunikaw f'lingwi barranin, kif xieraq, kif ukoll sett b'saħħtu ta' kompetenzi prinċipali trasversali, minħabba li dawn huma essenzjali biex jinkisbu ħiliet oħrajn, biex wieħed jadatta għal ambjenti diversi ta' xogħol u jkun ċittadin attiv. |
— |
It-tfassil tal-kurrikulu, it-tagħlim, il-valutazzjoni u l-ambjenti tat-tagħlim għandhom ikunu bbażati b'mod konsistenti fuq ir-riżultati tat-tagħlim, jiġifieri l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li għandhom jinkisbu minn dawk li jkunu qed jitgħallmu. Għandha ssir enfasi partikolari fuq dawk il-kompetenzi prinċipali trasversali li jeħtieġu metodi trans-kurrikulari u innovattivi. Biex tinkiseb it-tranżizzjoni għal approċċ ibbażat fuq il-kompetenzi, għandhom isiru wkoll sforzi biex ikun żgurat li l-għalliema, min iħarreġ u l-mexxejja tal-iskejjel jitħejjew biex jassumu r-rwoli ġodda impliċiti f'tali approċċ. Dan il-proċess jista' jkun appoġġat permezz ta' sħubiji msaħħa bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u d-dinja esterna, speċjalment id-dinja tax-xogħol. |
— |
Jeħtieġ ukoll li jsir aktar biex b'mod adegwat jiġu vvalutati, reġistrati u tingħata prova tal-kompetenzi żviluppati miċ-ċittadini matul ħajjithom kollha f'ambjenti tat-tagħlim formali, mhux formali u informali għall-finijiet tal-impjieg u ta' aċċess għal aktar tagħlim, kif ukoll għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Perkorsi aktar flessibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jtejbu l-opportunitajiet għall-impjiegi taċ-ċittadini, kif ukoll jiffaċilita l-identifikazzjoni tal-kompetenzi tagħhom li jevolvu u tal-ħtiġijiet futuri tat-tagħlim. L-effettività tal-għodod għall-identifikazzjoni u r-reġistrar tal-kompetenzi tkun tista' tittejjeb jekk ikunu jistgħu jiġu adottati terminoliġija u approċċ għall-klassifikazzjoni standardizzati mill-partijiet interessati kollha kemm fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fis-suq tax-xogħol. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX
— |
Jappoġġaw l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-inizjattivi nazzjonali li jirrelataw mal-oqsma msemmijin hawn fuq. F'konformità mal-oqsma ta' ħidma ppjanati għall-ewwel ċiklu ta' ħidma 2009-2011 tal-ET 2020, u filwaqt li jsir l-aħjar użu tal-esperjenza u l-appoġġ kontinwu tas-Cedefop, dan għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni akbar tal-kompetenzi prinċipali trasversali fil-kurrikula, fil-valutazzjoni u fil-kwalifiki; il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni bl-iżvilupp ta' metodi tat-tagħlim speċifiċi; u l-iżvilupp ta' sħubijiet bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, in-negozji u s-soċjetà ċivili. |
— |
Jappoġġaw l-iżvilupp professjonali inizjali u dak kontinwu tal-għalliema, dawk li jħarrġu u tal-mexxejja tal-iskejjel kollha fl-edukazzjoni ġenerali, kif ukoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż għall-għan li jiġu mgħammra biex jassumu r-rwoli l-ġodda impliċiti f'approċċ ibbażat fuq il-kompetenza. |
— |
Jibdew il-ħidma biex jiċċaraw kif il-kompetenzi prinċipali jistgħu jiġu kontinwament żviluppati u adattati biex jilqgħu l-isfidi li jiffaċċjaw l-individwi matul il-ħajja tat-tagħlim u tax-xogħol tagħhom kollha billi jeżaminaw u jiżviluppaw, inter alia, il-valutazzjoni tal-kompetenzi prinċipali fid-diversi livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ. B'mod partikolari, għandu jiġi kkunsidrat jekk għandhiex tiġi stabbilita rabta bejn il-livelli ta' referenza bbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim promossi mill-implimentazzjoni tal-Istati Membri tal-QEK u tal-qafas tal-kompetenzi prinċipali. |
— |
F'kollaborazzjoni mal-imsieħba soċjali, is-servizzi pubbliċi tal-impjieg u partijiet interessati oħrajn, jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' lingwa komuni - jew terminoloġija standardizzata - li tkopri ħiliet, kompetenzi u impjiegi Ewropej (ESCO). Din il-lingwa komuni għandha jkollha l-għan li ttejjeb l-artikulazzjoni bejn il-kompetenzi miksubin fi proċessi ta' tagħlim u l-ħtiġijiet tal-impjiegi u s-suq tax-xogħol, u b'hekk tgħaqqad id-dinja tal-edukazzjoni/taħriġ u dik tax-xogħol. Hija tista' kemm tappoġġa kif ukoll tibni fuq l-implimentazzjoni tal-QEK, billi tiffaċilita d-deskrizzjoni, il-kategorizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riżultati/l-esperjenzi tat-tagħlim, kif ukoll l-opportunitajiet tal-impjiegi relatati. L-għan ġenerali jkun li jsir aktar faċli għaċ-ċittadini, is-servizzi pubbliċi tal-impjieg, il-kunsillieri dwar il-karrieri, għal min jipprovdi gwida u għal min iħaddem li jaraw ir-rilevanza tar-riżultati tat-tagħlim fi kwalifiki nazzjonali għall-kompiti u l-impjiegi, u li jużaw il-lingwa komuni sabiex iqabblu aħjar il-ħtiġijiet tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol. |
— |
Jiżviluppaw u jippromwovu aktar, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, ir-rikonoxximent ta' tagħlim mhux formali u informali, bil-ħsieb li ċ-ċittadini jinvolvu ruħhom f'aktar tagħlim u s-suq tax-xogħol. |
— |
Jiżviluppaw il-qafas tal-Europass f'konformità mal-implimentazzjoni tal-QEK u bil-ħsieb tar-reġistrazzjoni u l-enfasizzar aktar effettiv tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksubin miċ-ċittadini tul ħajjitħhom f'varjetà ta' ambiti ta' tagħlim, inkluż bil-konsiderazzjoni tal-iżvilupp ta' “passaport ta' ħiliet personali” ibbażat fuq elementi eżistenti tal-Europass. |
— |
Ikomplu l-ħidma biex jiġu identifikati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi emerġenti meħtieġa għal finijiet ta' ħidma u tagħlim, filwaqt li jittieħed kont tal-importanza ta' sistemi ta' gwida dwar il-karrieri, sabiex jiġu appoġġati ċ-ċittadini fl-isforzi tagħhom biex isibu u joħolqu impjiegi ġodda u aħjar, u sabiex jitkejjel u jiġi analizzat tqabbil tal-ħiliet potenzjalment ħażin. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX
Tirrapporta lura lill-Kunsill, sal-aħħar tal-2011, dwar kif l-aġenda stabbilita f'dawn il-konklużjonijiet tista' tiġi segwita ulterjorment, u taħdem flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tagħha f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020.
(1) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(3) Dok. 6479/09.
(6) ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.
(7) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 20.
(9) Dok. 9876/09.
(10) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 6.
(11) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 3.
(12) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(13) ĠU L 394, t30.12.2006, p. 10, u ĠU C 119, 28.5.2009, p. 4.