Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1222(02)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

    ĠU C 349, 22.12.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 349/15


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

    2010/C 349/06

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-manjoka u l-patata ħelwa.

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

    L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

    General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine of the People's Republic of China (AQSIQ)

    9 Madiandonglu

    Haidian District

    Beijing 100088

    P.R. CHINA

    Tel. +86-10-822 60139

    Fax +86-10-822 60139


    Top