Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1217(14)

    Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Estensjoni tad-data ta' skandenza – Talba mingħand entità kontraenti

    ĠU C 343, 17.12.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/31


    Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Estensjoni tad-data ta' skandenza

    Talba mingħand entità kontraenti

    2010/C 343/19

    Fit-18 ta' Ottubru 2010 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1).

    Din it-talba, toriġina mill-assoċjazzjoni Taljana tal-industrija taż-żejt u minjieri – Assomineraria, f’isem l-entitajiet kontraenti tas-settur, u tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fl-Italja. It-talba ġiet ippubblikata fil-ĠU C 290, 27.10.2010, p. 20. Il-perjodu inizjali jiskadi fid-19 ta' Jannar 2011.

    Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtieġu jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skont id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni frażi tal-Artikolu 30(6), id-data tal-iskadenza li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba qed tiġi estiża bi tliet xhur.

    Għalhekk id-data tal-iskadenza finali għandha tkun id-19 ta' April 2011.


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


    Top