Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1214(05)

    Għajnuna mill-Istat – ir-Rumanija (L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifikazzjoni – Għajnuna mill-Istat C 36/09 – Garanzija ta’ Qafas Temporanju favur Oltchim Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 337, 14.12.2010, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 337/27


    GĦAJNUNA MILL-ISTAT – IR-RUMANIJA

    (L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

    Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifikazzjoni

    Għajnuna mill-Istat C 36/09 – Garanzija ta’ Qafas Temporanju favur Oltchim

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 337/08

    Il-Kummissjoni iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, li bdiet fid-19 ta' Novembru 2009 (1) fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, filwaqt li qed jiġi rreġistrat li r-Rumanija kkonfermat li l-għajnuna ma ngħatatx.

    I.   Proċedura

    Bid-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2009 il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ garanzija mill-Istat favur il-kumpanija Rumena tal-petrokimiku Oltchim.

    II.   Deskrizzjoni

    Il-garanzija mill-Istat ta’ EUR 62 miljun għal self kummerċjali ta’ EUR 62 miljun kellha tinħareġ taħt il-Qafas Temporanju għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex jiġi appoġġjat l-aċċess għall-finanzjament matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika kurrenti.

    Il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward jekk l-Oltchim issodisfatx il-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mill-Qafas Temporanju sabiex tkun eliġibbli għal tali għajnuna.

    III.   Valutazzjoni

    Matul il-proċedura, ir-Rumanija ddikjarat li l-għajnuna msemmija ma ngħatatx.

    IV.   Konklużjoni

    Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 108(2) TFUE peress li hi bla skop, safejn l-għajnuna ma tkunx ingħatat.


    (1)  ĠU C 19, 26.1.2010, p. 31.


    Top