This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC1110(01)
Update of reference amounts for the crossing of external borders, as referred to in Article 5(3) of Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) ( OJ C 247, 13.10.2006, p. 19 ; OJ C 153, 6.7.2007, p. 22 ; OJ C 182, 4.8.2007, p. 18 ; OJ C 57, 1.3.2008, p. 38 ; OJ C 134, 31.5.2008, p. 19 ; OJ C 37, 14.2.2009, p. 8 ; OJ C 35, 12.2.2010, p. 7 )
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 , ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 , ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 , ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 )
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 , ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 , ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 , ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 )
ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19, ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8, ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7)
2010/C 304/06
Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
FRANZA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153 6.7.2007
L-ammont ta' referenza għal mezzi adegwati ta' sussistenza għat-tul ta' żmien ippjanat tas-soġġorn ta' barrani jew għat-tranżitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni fi Stat terz huwa daqs l-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulat kuljum fuq il-bażi tar-rata ffissata fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti.
Dan l-ammont jiġi stmat mill-ġdid b'mod regolari fuq il-bażi tal-indiċi tal-għoli tal-ħajja fi Franza:
— |
b’mod awtomatiku meta l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut jiżdied b'aktar minn 2 %, |
— |
b'deċiżjoni tal-Gvern – wara konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għan-negozjar kollettiv – sabiex tingħata żieda ogħla miż-żieda tal-prezzijiet bl-imnut. |
Mill-1 ta' Jannar 2010, l-ammont ta' kuljum tal-SMIC (Paga Minima) hija ta' EUR 62,00.
Il-persuni li għandhom prova ta' akkomodazzjoni (“attestation d'accueil”) għandhom ikollhom ammont minimu ta' flus, ekwivalenti għan-nofs l-SMIC, sabiex joqogħdu fi Franza. Għalhekk dan l-ammont hu ta' EUR 31,00 kuljum.