Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1106(04)

    Avviż għall-attenzjoni ta' Hakimullah Mehsud u Wali Ur Rehman, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2010

    ĠU C 300, 6.11.2010, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/38


    Avviż għall-attenzjoni ta' Hakimullah Mehsud u Wali Ur Rehman, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2010

    2010/C 300/09

    1.

    Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, ta' membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u tat-Talibani u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

    Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

    L-Al-Qaida, it-Talibani u Usama bin Laden;

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al-Qaida, mat-Talibani u Usama bin Laden; u wkoll

    persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

    Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hi “assoċjata ma' ” l-Al-Qaida, Usama bin Laden jew it-Talibani jinkludu:

    (a)

    parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al-Qaida, mit-Talibani jew minn Usama bin Laden, jew li jsiru magħhom, f'isimhom jew bħala għajnuna għalihom, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

    (b)

    il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' xi wieħed minnhom;

    (c)

    reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

    (d)

    inkella xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

    2.

    Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fl-20 ta’ Ottubru 2010 li jżid lil Hakimullah Mehsud u Wali Ur Rehman mal-lista relevanti. Meta jridu dawn il-persuni jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    United Nations — Uffiċju tal-Ombudsperson

    Room TB-08041D

    New York, NY 10017

    UNITED STATES OF AMERICA

    Tel. +1 212 9632671

    Fax +1 212 9631300 / 9633778

    Posta elettronika: ombudsperson@un.org

    Għal aktar informazzjoni ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

    3.

    Bħala segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat Regolament (UE) Nru 1001/2010 (2), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Hakimullah Mehsud u Wali Ur Rehman fil-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

    Għalhekk, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni li jinsabu fl-Anness I:

    (1)

    l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmumin minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi għal kwalunkwe wieħed mill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); u wkoll

    (2)

    il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

    4.

    L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjuda f'Anness I mir-Regolament (UE) Nru 1001/2010 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Miżuri Restrittivi”

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    5.

    Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jisfidaw ir-Regolament (UE) Nru 1001/2010 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    6.

    Id-dejta personali tal-individwi kkonċernati se tkun trattata f'konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità (issa l-Unjoni) u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (6). Kwalunkwe talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

    7.

    Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

    (2)  ĠU L 290, 6.11.2010, p. 33.

    (3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

    (5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).

    (6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


    Top