Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1106(03)

    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba minn Stat Membru

    ĠU C 300, 6.11.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/37


    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

    Talba minn Stat Membru

    2010/C 300/08

    Fis-26 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri tal-għotja ta' kuntratti lil entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi postali, tal-ilma, tal-enerġija, u tat-trasport. L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kien is-27 ta’ Ottubru 2010.

    Din it-talba mressqa mir-Renju tad-Danimarka, tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi hawn fuq jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data tal-għeluq għalhekk hija is-27 ta’ Jannar 2011.

    Huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, li ssemma aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista’ eventwalment jiġi estiż b’xahar. Estensjoni bħal din trid tiġi ppubblikata.


    Top