This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC1105(02)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 299, 5.11.2010, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/7 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 299/05
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“KOŁOCZ ŚLĄSKI”/“KOŁACZ ŚLĄSKI”
Nru tal-KE: PL-PGI-0005-0728-20.11.2008
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem:
“Kołocz śląski”/“kołacz śląski”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 2.4. |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, oġġetti tal-ħelu, gallettini u oġġetti oħra tal-furnara |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):
Il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” għandu forma rettangolari u hu madwar 3,5 cm (± 0,5 cm) għoli. Id-daqs tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” hu ta' 40 × 60 cm (± 5 cm) u jiżen bejn wieħed u ieħor minn 5 sa 6 kg.
Il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” isir fil-forom li ġejjin:
— |
mingħajr mili |
— |
b'mili magħmul mill-ġobon, miż-żerriegħa tal-peprin jew mit-tuffieħ. |
Is-saff ta' fuq tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” jikkonsisti minn għaġina mfarrka.
Is-saff tal-kejk tal-ħmira għandu lewn abjad safrani; il-lewn tal-mili, madankollu, ivarja skont l-ingredjenti li jkunu ntużaw:
— |
isfar fil-krim għall-mili tal-ġobon, |
— |
griż skur għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin, |
— |
u safrani, ta' lewn l-għasel għall-mili tat-tuffieħ. |
Is-saff fuq barra ta' “kołocz śląski” jew ta' “kołacz śląski” hu tipikament dehbi fil-lewn u biz-zokkor fin tal-ġelu mraxxax fuq il-wiċċ.
3.3. Ingredjenti (għall-prodotti pproċessati biss):
Jintużaw l-ingredjenti li ġejjin biex isiru l-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski”:
|
Għall-kejk tal-ħmira:
|
|
Għall-mili tal-ġobon:
|
|
Wieħed jista' jżid ukoll:
|
|
Għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin:
|
|
Wieħed jista' jżid ukoll:
|
|
Għall-mili tat-tuffieħ:
|
|
Wieħed jista' jżid ukoll:
Il-possibbiltà li wieħed iżid ingredjenti differenti mal-mili ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott u ma tbiddilx il-karatteristiċi speċifiċi tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski”. |
|
Għas-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka:
|
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
L-istadji li ġejjin fil-produzzjoni għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
— |
il-preparazzjoni tal-għaġina għall-kejk tal-ħmira; |
— |
il-preparazzjoni tal-mili; |
— |
il-preparazzjoni tas-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka; |
— |
it-tqassim u l-ftuħ tal-għaġina; |
— |
l-iffurmar tal-għaġina fil-landa tal-kejkijiet u t-tpoġġija tal-kołocz f'saffi; |
— |
il-ħami; |
— |
it-tiżjin. |
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” jista' jinbiegħ mingħajr ma jiġi ppakkjat jew ittikkettat. Il-punti tal-bejgħ huma indikati permezz ta' tabelli li juru xi wieħed mill-varjanti tal-isem tal-kejk: “kołocz śląski” jew “kołacz śląski” Jekk qed jintuża xi imballaġġ, it-tikketta tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” tinkludi l-isem ta' xi wieħed mill-varjanti reġistrati, il-logo tal-indikazzjoni ġeografika protetta jew it-termini “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew l-akronomu “IĠP”.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Il-provinċja Opolskie, kif definita mill-fruntieri amministrattivi tagħha, u reġjuni li ġejjin li jinsabu fil-Provinċja ta' Śląskie:
ędziński, Bielski, il-belt ta' Bielsko-Biała, Bieruńsko-Lędziński, il-belt ta' Bytom, il-belt ta' Chorzów, Cieszyński, Gliwicki, il-belt ta' Gliwice, il-belt ta' Jastrzębie-Zdrój, il-belt ta' Katowice, Lubliniecki, Mikołowski, il-belt ta' Mysłowice, il-belt ta' Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, il-belt ta' Ruda Śląska, Rybnicki, il-belt ta' Rybnik, il-belt ta' Siemianowice Śląskie, il-belt ta' Świętochłowice, Tarnogórski, il-belt ta' Tychy, Wodzisławski, il-belt ta' Zabrze u l-belt ta' Żory.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-kejk “kołocz śląski” jew “kołacz śląski” huwa parti mit-tradizzjoni li tmur lura sas-seklu 10. It-tradizzjoni tagħhom kienet li jaħmuh u jikluh bħala kejk tat-tieġ. Kien meqjus bħala kejk maġiku. Din hija r-raġuni wkoll għalfejn kien jinħema skont il-kundizzjonijiet xierqa – minn nisa li kienu mħarrġa speċifikament fis-sengħa u li ma setgħux, pereżempju, jippermettu li jkun hemm kurrent fil-kamra. L-irġiel ma kinux jitħallew jidħlu fil-kċina waqt il-ħami tal-kejkijiet.
Il-popolarità tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” żdiedet matul is-sekli minħabba li dan il-kejk sar assoċjat maċ-ċelebrazzjonijiet. Kejk għali tat-tieġ, “kołocz śląski” jew “kołacz śląski” kellu jiggarantixxi li l-miżżewġin friski jkollhom il-grazzja li jkollhom l-ulied. Meta għadda ż-żmien, dan sar prodott ta' kuljum, imma r-rwol tiegħu bħala kejk tal-festa baqa' importanti ħafna. Fis-Silesja, it-tradizzjoni kienet stmata immens minħabba li l-mistednin f'ikliet tat-tieġ kienu jirċievu “kontribuzzjoni”, magħrufa bħala “kunsinna” jew “pakkett” fil-parti tat-tramuntana taż-żona ta' Opole jew bħala “rigal żgħir” jew “rigal” fin-nofsinhar tas-Silesja, tmur lura għas-seklu 18. Matul iż-żmien, id-drawwa li jitqassam il-“kolocz” saret popolari fis-Silesja. Id-drawwa hi li l-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” jitqassam lill-mistednin tat-tieġ tlieta jew erbat ijiem qabel iċ-ċerimonja.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwu l-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” żviluppaw matul ħafna snin li fihom inżammet it-tradizzjoni tal-ħami:
— |
erba' varjetajiet (mingħajr mili jew bil-mili tat-tuffieħ, taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġobon), |
— |
il-forma rettangolari tiegħu, |
— |
is-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka; |
Il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” jiġi f'erba' varjetajiet, stabbiliti matul is-snin li fihom kienet inżammet it-tradizzjoni tal-ħami: mingħajr mili, jew b'mili magħmul mill-ġobon, miż-żerriegħa tal-peprin jew mit-tuffieħ.
Karatteristika oħra speċifka li tiddistingwi l-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” minn prodotti simili oħra hija l-forma rettangolari — f'reġjuni oħra tal-Polonja, il-kołacz huwa tond. Bil-Pollakk, l-isem kołocz/kołacz stess jirreferi għal kejk tal-festa u ġej mill-kelma koło (li tfisser “rota”), li tiddeskrivi l-forma tiegħu.
Iis-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” huwa kkaratterizzat minn riħa ta' butir, minħabba l-kwantità kbira ta' butir li jintefa' fih, u għandha konsistenza iktar densa u hija iktar ħarxa minn kisjiet oħra użati f'partijiet oħra tal-pajjiż.
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” mhumiex imsejsin purament fuq tradizzjoni antika jew proprjetajiet sensorjali imma wkoll fuq il-valur simboliku tiegħu bħala kejk tal-festa, kif għadu meqjus fis-Silesja.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Ir-rabta bejn il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” u ż-żona hija msejsa fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott deskritt fil-punt 5.2 u fuq ir-reputazzjoni deskritta hawn taħt.
L-abitanti tas-Silesja, reġjun li jinsab mal-fruntiera, huma b'mod partikolari marbutin mat-tradizzjonijiet tagħhom u japprezzaw il-wirt kulturali tagħhom. Hemm tradizzjoni twila fis-Silesja tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” bħala kejk tal-festa, li jittiekel fit-tiġijiet, kif tixhed, inter alia, il-leġġenda li fi żminijiet bikrija kien hemm karattri qsajra li nsibu fil-ħrejjef li kienu jgħixu fil-wied ta' Nysa u dawn għallmu lil tifla ċkejkna intelliġenti kif tagħmel il-kołacz, u imbagħad hi għaddiet din il-ħila lil nies oħra li kienu jgħixu fis-Silesja.
Ir-reputazzjoni tal-“kołocz śląski” jew tal-“kołacz śląski” ilha stabbilita għallanqas 100 sena. Riċetta ‘tal-“kołocz śląski” tajjeb bis-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka, huwa l-kejk favorit tal-Imperatur’ tinsab fil-ktieb tar-riċetti Illustriertes Kochbuch, li ġie ppubblikat fi Frankfurt am Main fl-1913. Ingħatat riċetta tal-“kołocz śląski” bis-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka fil-ktieb Grundrezepte als Schlüssel zur Kochkunst tal-1931. The Deutsches Lesebuch für Volksschulen, 3. und 4. Schuljahr, li ġie ppubblikat fi Breslau fl-1937, li fih poeżija li ġġib l-isem “Streuselkuchen” (kołocz z posypką bil-Pollakk); tradotta kif ġej: “Kołocz biż-żerriegħa tal-peprin, bil-ġobon jew bit-tuffieħ/Kołocz śląski bis-saff ta' fuq magħmul minn għaġina mfarrka/Mhemm xejn tajjeb daqsu / fid-dinja kollha/(…)”. Riferenzi għal “kołocz śląski” jew “kołacz śląski” bħala wieħed mill-iktar elementi importanti tal-kultura Silesjana jinsabu wkoll f'sorsi kontemporanji bħal Kuchnia śląska — jodło, historia, kultura, gwara, ippubblikat fl-2003, jew fil-Polskie kuchnie regionalne tal-2007.
Xhieda tar-reputazzjoni li għandu l-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” huma l-ħafna premijiet u titli li ngħata. Tradycyjny Produkt Opolszczyzny 2007 (Prodott Tradizzjonali taż-żona Opole 2007), Opolska Marka 2007 u titlu speċjali għall-promozzjoni tal-prodotti tradizzjonali miż-żona Opole fl-2007. Fl-2006, il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” wasal sal-finali tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' Nasze Kulinarne Dziedzictwo (il-Wirt Kulinari Tagħna), u fl-2008 rebaħ it-tielet premju fl-istess kompetizzjoni.
Il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” qiegħed isir dejjem iktar magħruf barra r-reġjun u barra mill-Polonja, tant li r-reputazzjoni li għandu fiż-żona Opole u n-naħa ta' fuq tas-Silesja hi li ħadd ma jimmaġina l-kċina Silesjana mingħajru.
Fl-imgħoddi, il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” kien jinħema prinċipalment minn nisa tad-dar imma llum jagħmluh il-furnara. Jagħmel parti essenzjali mill-festi u l-avvenimenti reġjonali. Saħansitra f'lokalitajiet relattivament żgħar, f'dan it-tip ta' avvenimenti, jiġi kkunsmat ħafna “kołocz śląski” jew “kołacz śląski”.
Isiru wkoll avvenimenti li jiċċelebraw il-“kołocz śląski” jew il-“kołacz śląski” f'diversi partijiet taż-żona ġeografika. Ħu, pereżempju, l-ikbar avveniment li qatt kien hemm tal-kolacz, li ġibed folol ta' bejn għaxra u għoxrin elf, biex jippruvaw jiksru r-rekord dinji tal-Guinness f'Opole f'Awwissu 2008; il-kolacz li nħema għall-okkażjoni kien twil 136.6 metri u jiżen madwar 1 500 kg. Ir-rappreżentanti tal-konsorzji jieħdu sehem f'wirjiet u fieri, l-ikbar fosthom huma l-Polagra li ssir fi Poznań, il-Ġimgħa Ambjentali li ssir f'Berlin u l-Agribex fi Brussell, kif ukoll wirjiet u fieri lokali.
Il-prodott għandu wkoll preżenza fuq il-midja, eżempju fuq programm tat-TVP1’s Dzień dobry w sobotę u f'artikli tal-gazzetti bħal “Śląski kołocz – opolski produkt” (Nowa Trybuna Opolska,) 5.11.2007, “Wybierz współczesną ikonę Śląska”(Gazeta Wyborcza, ), 16.2.2007 u “Kołocz jest śląski?”(Gazeta Wyborcza, 3.8.2007).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minrol.gov.pl/index.php?/pol/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Wnioski-przeslane-do-UE-od-kwietnia-2006-roku
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.