Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0724(03)

    Pubblikazzjoni ta' sommarju ta' speċifikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

    ĠU C 202, 24.7.2010, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/4


    Pubblikazzjoni ta' sommarju ta' speċifikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

    2010/C 202/04

    SOMMARJU

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006  (1)

    “ČESKOBUDĚJOVICKÉ PIVO”

    Nru tal-KE: CZ/PGI/0005/0446-29.04.2004

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet ta' tagħrif.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem:

    Úřad průmyslového vlastnictví

    Indirizz:

    Antonína Čermáka 2a

    168 00 Praha 6

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 220383111

    Fax

    +420 224324718

    Posta elettronika:

    posta@upv.cz

    2.   Grupp:

    Isem:

    Budějovický Budvar, národní podnik, Budweiser Budvar, National Corporation, Budweiser Budvar, Entreprise Nationale

    Indirizz:

    Karolíny Světlé 4

    370 21 České Budějovice

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 387705111

    Fax

    Posta elettronika:

    budvar@budvar.cz

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Birra

    tal-Kategorija 2.1

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Českobudějovické pivo”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    Birra bjonda b'aroma karatteristika li tirriżulta mix-xgħir bjond u mill-ħaxixa tal-imrar (ħops) aromatika “Žatec”, b'togħma ta' intensità iktar baxxa, ta' mrar ħafifa jew moderata, u b'togħma ta' xgħir li tirriżulta mid-differenza bejn il-gradi reali u potenzjali tat-tirqiq (tal-livell ta' fermentazzjoni) tal-estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda, u b'togħma friska li toħroġ mill-fermentazzjoni naturali tad-dijossidu tal-karbonju.

    Meta titferra' ġo tazza, il-birra għandha kulur tipikament dehbi bjond b'saff ta' ragħwa lixxa fil-wiċċ. Il-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec” tipproduċi kontenut għoli ta' polifenol, li minħabba fih it-tipi kollha ta' “Českobudějovické pivo” huma xarbiet pjaċevoli u popolari.

    Il-birra tista' tiġi kklassifikata f'5 tipi differenti li għandhom oriġini komuni ċara.

    Birra lager bjonda

    Alkoħol (f'% tal-volum): 4,6-5,3

    Estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda oriġinali (f'%): 11,4-12,3

    L-imrar (f'IBU): 20-24

    Kulur (f'unitajiet tal-EBC): 9-13

    Aroma: intensità medja għal qawwija, riħa distinta tal-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec”.

    Togħma: morra b'intensità moderata għal medja, karattru ħafif għal ftit aħrax, togħma medja għal mimlija li tħallilek togħma ħelwa wara li tixrobha u togħma aspra qawwija

    Birra lager bjonda “Kräusened”

    Alkoħol (f'% tal-volum): 4,6-5,3

    Estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda oriġinali (f'%): 11,4-12,3

    L-imrar (f'IBU): 20-24

    Kulur (f'unitajiet tal-EBC): 9-13

    Aroma: intensità medja għal qawwija, riħa distinta tal-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec”.

    Togħma: morra b'intensità moderata għal medja, karattru ħafif għal ftit aħrax, togħma mimlija għal mimlija ħafna li tħallilek togħma ħelwa wara li tixrobha u togħma aspra qawwija

    Birra sfuża (draft) bjonda

    Alkoħol (f'% tal-volum): 3,5-4,5

    Estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda oriġinali (f'%): 9,5-10,1

    L-imrar (f'IBU): 18-21

    Kulur (f'unitajiet tal-EBC): 8-12

    Aroma: intensità medja għal qawwija, riħa distinta tal-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec”.

    Togħma: morra b'intensità moderata għal medja, karattru ftit aħrax, togħma mimlija medja li tħallilek togħma ħelwa wara li tixrobha u togħma aspra qawwija

    Birra speċjali

    Alkoħol (f'% tal-volum): 7,4-8,2

    Estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda oriġinali (f'%): 16,0-17,0

    L-imrar (f'IBU): 24-28

    Kulur (f'unitajiet tal-EBC): 11-17

    Aroma: intensità medja għal qawwija, riħa distinta tal-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec”.

    Togħma: morra b'intensità medja għal qawwija, karattru ħafif għal pjuttost aħrax, togħma mimlija għal mimlija ħafna li tħallilek togħma ħelwa wara li tixrobha u togħma aspra qawwija

    Birra mhux alkoħolika

    Alkoħol (f'% tal-volum): 0,2-0,5

    Estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda oriġinali (f'%): 3-4

    L-imrar (f'IBU): 22-26

    Kulur (f'unitajiet tal-EBC): 5-7

    Aroma: intensità medja, riħa distinta tal-ħaxixa tal-imrar b'aroma fina “Žatec”, li tfakkrek ftit fl-estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda

    Togħma: morra b'intensità medja, karattru pjuttost aħrax, togħma ħafifa u aspra qawwija, li tfakkrek kemm kemm fl-estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda

    Il-materjali ewlenin użati fil-produzzjoni ta' “Českobudějovické pivo” huma l-ilma, ix-xgħir u l-ħaxixa tal-imrar, bl-użu ta' ħmira tal-birra li tiffermenta fil-qiegħ. Il-materjali ewlenin kollha użati ġejjin miż-żoni ġeografiċi speċifikati u għandhom il-karatteristiċi speċifikati.

    5.   Żona ġeografika:

    Il-post tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-preparazzjoni tal-prodott huwa definit miż-żona ġeografika minn fejn wieħed jista' jġib l-ilma mil-lag ta' taħt l-art fil-Baċir ta' České Budějovice.

    Iż-żona fejn tikber il-ħaxixa tal-imrar “Žatec” hija ż-żona madwar Žatec, li tkopri ż-żoni katastali tal-muniċipalitajiet fid-distretti ta' Chomutov, Kladno, Louny, Plzeň-sever, Rakovník u Rokycany.

    Iż-żona fejn jikber ix-xgħir tal-birra tinsab f'reġjun fil-Moravja.

    5.1.   Prova tal-oriġini:

    Il-birra ila ssir fil-belt ta' České Budějovice minn mindu ġiet stabbilita l-belt, fl-1265, u dejjem kienet magħrufa permezz tal-post tal-oriġini tagħha.

    L-isem “Českobudějovické pivo” tant kiseb popolarità li fl-1967 ġie rreġistrat fil-forma ta' ‘Českobudějovické pivo/Budweiser Bier/Bière de Budweis/Budweis Beer’ fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini (Nru 49) tad-WIPO abbażi ta' reġistrazzjoni nazzjonali. Fl-istess ħin kien ukoll protett permezz ta' ftehim bilaterali mal-Portugall.

    Sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott, il-korp ta' spezzjoni jżomm reġistru tal-produtturi u tal-indikazzjoni ġeografika fir-reġistru tiegħu tal-entitajiet spezzjonati; dan fih tagħrif dwar il-produttur, il-bidu tal-produzzjoni, ir-riżultati tal-ispezzjoni, kwalunkwe miżuri imposti, eċċ. Il-korp ta' spezzjoni jagħmel l-ispezzjonijiet li jiddeterminaw jekk il-produtturi li jużaw l-indikazzjoni ġeografika humiex qed ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjoni.

    5.2.   Metodu ta' produzzjoni:

    L-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar tal-materjali u tal-preparazzjoni taċ-“Českobudějovické pivo” iseħħu esklussivament ġewwa ż-żona ġeografika ddefinita.

    L-estratt tax-xgħir bil-ħaxixa miżjuda li jintuża għall-produzzjoni taċ-“Českobudějovické pivo” huwa prodott esklussivament bil-metodu tal-immaxxjar b'dekozzjoni doppja, b'estrazzjoni miftuħa tax-xgħir u togħlija fi pressjoni atmosferika.

    It-tip ta' ħmira li tiffermenta fil-qiegħ li tintuża għaż-żieda tal-ħmira kienet iżolata fil-birrerija u issa hija prodotta u ppreservata hemm. Il-fermentazzjoni sseħħ f'tankijiet vertikali li huma ċilindri koniċi b'temperatura kkontrollata ta' 6 °C sa 11-il °C, filwaqt li l-illagerjar iseħħ separatament mill-fermentazzjoni (teknoloġija f'żewġ fażijiet), u jsir esklussivament f'tankijiet orizzontali. Il-perjodu tal-proċess tal-illagerjar huwa konsistenti mal-prinċipji tal-fermentazzjoni sekondarja estiża fil-ksieħ f'temperatura ta' mhux iktar minn 3 °C. Wara l-fermentazzjoni sekondarja, il-birra tiġi ffiltrata u mbagħad titqiegħed fil-pakketti għall-konsumaturi jew tiġi ppakkjata biex tiġi ttrasportata.

    Il-proċeduri tal-produzzjoni u t-tagħmir tal-produzzjoni użati biex tiġi prodotta l-birra huma bbażati fuq l-esperjenza professjonali u s-snajja' prattiċi miksubin minn ġenerazzjonijiet ta' birrara u rfinuti skont l-għarfien modern tal-produzzjoni tal-birra. Il-produzzjoni tal-birra fil-bidu kienet il-kapaċità ta' ftit individwi, iżda aktar tard ġew stabbiliti l-impjanti tal-manifattura, u dan wassal għall-konċentrazzjoni tal-produzzjoni tal-birra f'České Budějovice u għall-ħolqien tal-Birreriji ta' České Budějovice. Din it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-birra kompliet sal-ġurnata tal-lum.

    5.3.   Rabta:

    Il-popolarità li l-birra “Českobudějovické pivo” bniet matul ħafna snin u l-kwalità tagħha li baqgħet sal-lum jiggarantulha post fis-swieq barranin illum f'iktar minn 50 pajjiż. L-għarfien tagħha kisbilha post bħala waħda mill-aqwa ditti tal-birra globali.

    Il-karatteristiċi sensorji taċ-“Českobudějovické pivo” huma ddeterminati b'mod partikolari mill-kompożizzjoni minerali tal-ilma tan-nixxiegħa lokali, issupplimentata mill-influwenza kkumbinata tal-karatteristiċi tal-materjali ewlenin użati, tal-varjetà lokali tal-ħmira tal-birra, il-ġometrija tar-reċipjenti tal-produzzjoni u l-kalkolu tal-ħin tal-operazzjonijiet ewlenin tal-produzzjoni.

    Il-produzzjoni taċ-“Českobudějovické pivo” hija ħaġa waħda mal-belt ta' České Budějovice. Fil-fatt, ħafna mill-enċiklopediji Ċeki u barranin jassoċjaw il-belt ta' České Budějovice mal-produzzjoni taċ-“Českobudějovické pivo”.

    Għall-konsumaturi, it-tradizzjoni hija waħda mill-kejl ewlieni tal-kwalità, li tirrappreżenta ċertu valur miżjud u tiggarantixxu l-kwalità. Il-fatt li l-birra hija minn Českě Budějovice ifisser li tista' fiċ-ċert tkun mistennija li jkollha l-proprjetajiet speċifiċi tal-birra prodotta f'din iż-żona.

    Għal żmien twil ħafna, il-konsumaturi assoċjaw il-belt ta' Českě Budějovice mal-produzzjoni ta' birra ta' kwalità tajba li tvarja fil-proprjetajiet sensorji tagħha mill-birra prodotta f'żoni oħrajn.

    5.4.   Korp ta' spezzjoni:

    Isem:

    Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Táboře

    Indirizz:

    Purkyňova 2533

    390 02 Tábor

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 381257111

    Fax

    Posta elettronika:

    5.5.   Tikkettar:

    “Českobudějovické pivo” għandu jkollha t-tikketta skont ir-regoli applikabbli għat-tikkettar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi b'mod ġenerali u għandu partikolarment juża s-simbolu tal-Komunità għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u r-rekwiżiti tat-tikkettar applikabbli l-oħrajn tal-UE. It-tikkettar għandu wkoll jirrispetta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Adeżjoni.


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top