Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0611(02)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 152, 11.6.2010, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/10


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2010/C 152/04

    Għajnuna Nru: XA 32/10

    Stati Membri: L-Italja

    Reġjun: Lombardia

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Prestazioni di assistenza tecnica alle aziende agricole per l'utilizzo dei benefici della politica agricola

    Bażi legali: L.R. 31/08 — Testo unico delle leggi regionali in materia di agricoltura, foreste, pesca e sviluppo rurale — art. 13

    Deliberazione Giunta regionale n. 11290/2010 «Servizi di assistenza tecnica alle aziende agricole per l’utilizzo dei benefici delle politiche agricole»

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 000 000 fis-sena

    Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sat-30 Ġunju 2015

    Għan tal-għajnuna: Għajnuna biex ikunu koperti l-ispejjeż ammissibbli għall-attività tal-assistenza teknika

    Settur jew setturi benefiċjarji: A – Agrikoltura, Forestrija u Sajd

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Lombardia

    DG Agricoltura

    Via Pola 12/14

    20124 Milano MI

    ITALIA

    Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, u kklikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

    Informazzjoni oħra: L-iskema tal-għajnuna għandha tkun applikabbli mid-data tar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha mill-KE.

    Għajnuna Nru: XA 33/10

    Stati Membri: L-Italja

    Reġjun: Lombardia

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Innovazione ed efficienza energetica per le micro e piccole imprese

    Bażi legali: L.R. n. 1/2007 — Strumenti di competitività per le imprese e per il territorio della Lombardia

    Deliberazione di Giunta regionale n. 11236/2010 «Intervento regionale a supporto dell’innovazione e dell’efficienza energetica nelle imprese — sostegno agli investimenti per l’acquisto di macchinari/attrezzature/apparecchiature»

    L.R. 31/08 — Testo unico delle leggi regionali in materia di agricoltura, foreste, pesca e sviluppo rurale

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 50 000 000 fis-sena

    Intensità massima tal-għajnuna: Sa 40 % tan-nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 Diċembru 2011

    Għan tal-għajnuna: L-innovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika għat-tnaqqis tan-nefqa għall-produzzjoni, it-titjib tal-produzzjoni u l-ħarsien tal-ambjent

    Settur jew setturi benefiċjarji: A – Agrikoltura, Forestrija u Sajd

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Lombardia

    Via Fabio Filzi 22

    20124 Milano MI

    ITALIA

    Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, u kklikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

    Informazzjoni oħra: L-iskema ta' għajnuna għandha tibda tapplika mid-data tar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha mill-KE.

    B'mod ġenerali, din l-iskema tapplika għal kull settur produttiv. Dan l-avviż jirrigwarda l-għajnuniet mogħtija lill-intrapriżi attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.

    L-għajnuniet għall-intrapriżi ta' setturi oħra jingħataw b'applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-KE “Qafas ta' Riferiment temporanju Komunitarju għall-miżuri ta' għajnuna mill-istat għall-aċċess għall-iffinanzjar fis-sitwazzjoni attwali ta' kriżi finanzjarja u ekonomika” tat-22 ta' Jannar 2009.

    Għajnuna Nru: XA 34/10

    Stati Membri: L-Estonja

    Reġjun: Eesti

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Turuarendustoetus

    Bażi legali:

    (1)

    Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seadus § 11 lõike 1 ja § 18 lõike 1 alusel;

    (2)

    Põllumajandusministri 26 märtsi 2008. a määrus nr 26 „Turuarendustoetuse taotlemise ja taotluse menetlemise kord, nende kulude loetelu, mille hüvitamiseks turuarendustoetust antakse, ning toetuse määr”

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Madwar EEK 23,5 miljun kull sena

    Intensità massima tal-għajnuna: sa 85 %

    Data tal-implimentazzjoni: it-8 ta' Marzu 2010

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Biex jiżdiedu s-swieq ġodda għall-prodotti agrikoli jew jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għall-prodotti agrikoli.

    L-appoġġ tekniku jingħata lill-bdiewa skont l-Artikolu 15. In-nefqa eliġibbli hija skont l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d), (e) u (f) (għajnuna għar-riċerka fis-suq, għajnuna għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli; għajnuna għall-parteċipazzjoni f'fieri, kompetizzjonijiet u wirjiet u għall-organizzazzjoni tagħhom; għajnuna għat-taħriġ).

    L-għajnuna qed tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Produtturi agrikoli (kodiċi NACE A1)

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Põllumajandusministeerium

    Lai tn 39/Lai tn 41

    15056 Tallinn

    EESTI/ESTONIA

    Indirizz tal-Internet: http://www.agri.ee/?id=10600

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 35/10

    Stati Membri: Spanja

    Reġjun: Illes Balears

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para consolidar procesos de integración de cooperativas agrarias

    Bażi legali: Orden de la consejera de Agricultura y Pesca de 10 de marzo de 2005, por la que se establecen las bases reguladoras de las subvenciones en el sector agrario y pesquero (BOIB no 43 de 17 de marzo de 2005).

    Proyecto de Resolución de la Presidenta del Fondo de Garantía Agraria y Pesquera de las Illes Balears (FOGAIBA) por la que se convocan las ayudas para el fomento de la intercooperación y la concentración de las cooperativas.

    La medida es la prevista en el punto 1.1 del apartado cuarto del Proyecto.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa annwali ppjanata inizjalment hija ta' EUR 400 000,00, bil-possibbiltà li jiżdiedu l-ħlasijiet

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna se tonqos maż-żmien, fl-ewwel sena se tkun ta' 100 % tan-nefqa eliġibbli u mbagħad se tonqos b'20 punti perċentwali kull sena matul is-snin ta' wara, jiġifieri se tingħata għajnuna massima ta' 100 %, 80 %, 60 %, 40 % u 20 % matul il-perjodu tal-miżura ta' integrazzjoni, u għal kull benefiċjarju se jkun hemm il-limiti massimi tal-għajnuna li ġejjin matul il-perjodu sħiħ ta' ħames snin:

    (a)

    Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li ma jkunx ta’ iktar minn EUR 1 000 000,00: EUR 100 000,00

    (b)

    Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li jkun ta’ bejn EUR 1 000 001,00 u EUR 4 000 000,00: EUR 200 000,00

    (c)

    Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li jkun ta’ iktar minn EUR 4 000 001,00: EUR 400 000,00.

    (a)

    Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li ma jkunx ta’ iktar minn EUR 1 000 000,00: EUR 100 000,00.

    (b)

    Qligħ totali li ġej mill-amalgamazzjoni li jkun ta’ bejn EUR 1 000 001,00 u EUR 4 000 000,00: EUR 300 000,00.

    (c)

    Qligħ totali li ġej mill-amalgamazzjoni li jkun ta’ iktar minn EUR 4 000 001,00: EUR 400 000,00.

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data li fiha n-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni jkun ippubblikat fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Hu mistenni li l-miżuri pprovduti skont l-iskema tal-għajnuna se jibqgħu jitwettqu sa Diċembru 2014. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2015 jekk neċessarju sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tkun tista' tingħata għas-snin kollha li huma pprovduti

    Għan tal-għajnuna: Din il-miżura hija msejsa fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u hija maħsuba biex tippromwovi u tikkonsolida l-integrazzjoni tal-kooperattivi agrikoli permezz tal-amalgamazzjonijiet li bihom jinħolqu kooperattivi ġodda, permezz tal-amalgamazzjonijiet li jsiru b'assorbiment u/jew permezz tal-konsolidazzjoni tal-kooperattivi tat-tieni grad

    Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Fondo de Garantía Agraria y Pesquera de las Illes Balears (FOGAIBA)

    C/ Foners, 10

    07006 Palma

    Illes Balears

    ESPAÑA

    Indirizz tal-Internet: https://intranet.caib.es/sacmicrofront/archivopub.do?ctrl=MCRST469ZI66706&id=66706

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 39/10

    Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka

    Reġjun: ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na platby poistného v znení Dodatku č. 1

    Bażi legali:

    § 12 nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov,

    zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

    L-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001,

    l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa).

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-volum ta' fondi ppjanat skont l-iskema għall-2010 huwa ta’ EUR 3 990 000.

    Il-baġit annwali kumplessiv ippjanat biex tingħata l-għajnuna mill-2010 huwa ta' EUR 3 990 000.

    Il-baġit kumplessiv ppjanat biex tingħata l-għajnuna għall-perjodu 2010-2013 huwa ta' EUR 15 960 000.

    Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għall–ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni agrikola jistgħu jingħataw sa 50 % tal-primjum annwali.

    Data tal-implimentazzjoni: Marzu 2010

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa biex ikun hemm rimborż parzjali tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-bdiewa u dawk li jrabbu l-bhejjem

    Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat KE.

    Taqsima A – Agrikoltura, forestrija u sajd

    Diviżjoni 01 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali, il-kaċċa u l-attivitajiet ta' servizzi relatati

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-għajnuna qed tingħata minn:

    Ministerstvo pôdohospodárstva SR

    Dobrovičova ul. 12

    812 66 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel. +421 259266111

    Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=901

    L-iskema għandha tiġi implimentata minn:

    Pôdohospodárska platobná agentúra

    Dobrovičova ul. 12

    815 26 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel. +421 259266111

    Sit tal-internet: http://www.apa.sk/index.php?navID=27

    Indirizz tal-Internet: —

    Informazzjoni oħra: Il-bażi legali għal skema eżistenti ta' għajnuna mill-Istat għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni agrikola (XA 258/07) ġiet immodifikata għaliex fl-2010 l-għajnuna mill-Istat trid tingħata skont ir-Regolament tal-Gvern (KE) Nru 264/2009 dwar il-miżuri tal-appoġġ agrikolu (Nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve), kif emendat.

    Skont l-iskema oriġinali, irreġistrata bin-numru XA 258/07, l-għajnuna mill-Istat ingħatat sal-aħħar tal-2009 biss. L-iskema l-ġdida tieħu post l-iskema oriġinali (XA 258/07). L-għajnuna mill-Istat se tingħata skont l-iskema l-ġdida wara l-1 ta' Marzu 2010.

    Il-ħlasijiet mogħtija skont l-iskema l-ġdida se jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

    Approvat minn: Ing. Alexander ČARNÝ

    riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

    Ministerstvo pôdohospodárstva SR


    Top