This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0528(03)
Extract from the decision on the opening of winding-up proceedings concerning the Banco Privado Português, S.A. under Article 9 of Directive 2001/24/EC of the European Parliament and of the Council on the reorganisation and winding up of credit institutions (Publication provided for in Article 13 of that Directive and in Article 21 of Decree-Law No 199/2006 of 25 October 2006 )
Estratt mid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ rigward il-Banco Privado Português, S.A skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (Pubblikazzjoni stipulata mill-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u mill-Artikolu 21 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal- 25 ta' Ottubru 2006 )
Estratt mid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ rigward il-Banco Privado Português, S.A skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (Pubblikazzjoni stipulata mill-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u mill-Artikolu 21 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal- 25 ta' Ottubru 2006 )
ĠU C 138, 28.5.2010, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/29 |
Estratt mid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ rigward il-Banco Privado Português, S.A skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
(Pubblikazzjoni stipulata mill-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u mill-Artikolu 21 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006)
2010/C 138/07
Fil-15 ta' April 2010, il-Banco de Portugal, l-awtorità amministrattiva kompetenti għall-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu skont it-tifsira tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE, iddeċieda, skont l-Artikolu 23 tar-Regoli Ġenerali dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu u l-Kumpaniji Finanzjarji (Regime Geral das Instituições de Crédito e Sociedades Financeiras), approvat mid-Digriet-Liġi Nru 298/92 tal-31 ta' Diċembru 1992, u b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 152 u l-Artikolu 22(1)(f) tal-istess Digriet-Liġi, li jirtira l-awtorizzazzjoni li jwettaq attività tal-Banco Privado Português, SA, minħabba li assikura li l-isforzi tar-rikapitalizzazzjoni u tal-irkupru ta' dik l-istituzzjoni fil-kuntest tal-miżuri ta' riorganizzazzjoni straordinarji adottati mill-Banco de Portugal ma kinux vijabbli. Skont il-liġi, id-deċiżjoni li ttieħdet twassal għax-xoljiment u l-istralċ tal-Banco Privado Português, SA.
Kien deċiż ukoll li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-Banco Privado Português, SA, għandha tidħol fis-seħħ min-12:00 tas-16 ta' April 2010, għall-iskopijiet b'mod partikolari tal-Artikolu 5(3) tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006.
Jista' jitressaq appell kontra d-deċiżjoni ta' hawn fuq billi jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti Amministrattiva ta' Liżbona, Rua Filipe Folque, n.o 12-A, 1.o, PORTUGAL, fi żmien 90 jum min-notifika jew il-pubblikazzjoni tagħha.
Is-Segretarju tal-Bordijiet
Paulo Ernesto CARVALHO AMORIM