Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0526(03)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

    ĠU C 135, 26.5.2010, p. 25–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/25


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

    2010/C 135/11

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “LIMONE DI SIRACUSA”

    Nru tal-KE.: IT-PGI-0005-0502-11.10.2005

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

    Isem:

    Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

    Indirizz:

    Via XX Settembre 20

    00187 Roma RM

    ITALIA

    Tel.

    +39 0646455104

    Feks

    +39 0646655306

    Posta elettronika:

    saco7@politicheagricole.gov.it

    2.   Grupp:

    Isem:

    Consorzio di Limone di Siracusa

    Indirizz:

    c/o SOAT 30 — viale Teracati 39

    96100 Siracusa SR

    ITALIA

    Tel.

    +39 093138234

    Feks

    +39 093138234

    Posta elettronika:

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.6:

    Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sinteżi tar-rekwiżiti permezz tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Limone di Siracusa”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    L-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” hija riżervata għall-varjetà “Femminello” u l-kloni tagħha, li jirreferu għall-ispeċi botanika Citrus limon (L) Burm ikkultivati fi strutturi speċjalizzati fit-territorju tal-provinċja ta' Siracusa definit fil-punt 4.3.

    L-elementi li jikkaratterizzaw it-tipi ta' frott skont iż-żmien tal-qtugħ huma dawn li ġejjin:

    Primofiore: huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Ottubru sal-14 ta' April u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

    Kulur tal-qoxra: bejn aħdar ċar u isfar ħadrani

    Forma: elittika

    Daqs: bejn medju u kbir

    Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

    Polpa: ta' kulur aħdar ċar jew isfar ħadrani

    Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

    Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 34 % tal-piż

    Grad Brix tal-polpa: > 7

    Aċidità: > 6 %

    Bianchetto jew Maiolino (jew limone primverile): huwa l-frott maqtugħ mill-15 ta' April sat-30 ta' Ġunju u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

    Kulur tal-qoxra: isfar ċar

    Forma: elittika jew ovali

    Daqs: kbir

    Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

    Polpa: ta' kulur isfar

    Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

    Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 30 % tal-piż

    Grad Brix tal-polpa: > 6,5

    Aċidità: > 5,5 %

    Verdello (jew limone d'estate): huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

    Kulur tal-qoxra: aħdar ċar

    Forma: elittika-sferika

    Daqs: medju-kbir

    Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

    Polpa: isfar ħadrani

    Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

    Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 25 % tal-piż

    Grad Brix tal-polpa: > 6

    Aċidità: > 5,5 %

    Il-frott li jġib l-isem tal-Indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” għandu jiġi kkummerċjalizzat frisk fil-kategoriji Extra u Prima. Id-daqsijiet awtorizzati huma: 3, 4, 5.

    4.3.   Żona ġeografika:

    Iż-żona ġeografika tal-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa” I.Ġ.P, tinkludi fiha il-muniċipalitajiet ta' Augusta, Melilli, Siracusa, Avola, Noto, Rosolini, Floridia, Solarino, Sortino u Priolo Gargallo.

    Din iż-żona ġeografika testendi għal mhux iktar minn 10 km mill-baħar Jonju u ma taqbiżx il-210 metru ta' altitudini 'l fuq mill-livell tal-baħar u min-naħa tat-Tramuntana tikkonfina mal-widien huma esposti għan-Nofsinhar tan-nixxiegħa Porcaria u min-naħa tan-Nofsinhar, din iż-żona ġeografika tmiss mal-widien li huma esposti għan-Nofsinhar tax-xmara Tellaro.

    4.4.   Prova tal-oriġini:

    Kull fażi tal-proċess produttiv għandha tkun immonitorjata billi jiġu ddokumentati għal kull waħda mill-fażijiet, il-prodotti li jidħlu u dawk li joħorġu. It-traċċabilità tal-prodott tiġi ggarantita b'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-ħbula tal-art fejn issir il-kultivazzjoni skont ir-reġistru tal-artijiet, tal-produtturi u l-bdiewa u ta' dawk responsabbli mill-ippakkjar, kif ukoll permezz tan-notifika immedjata lill-organu ta' spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti. Il-persuni kollha, fiżiċi jew legali, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skont kif provdut mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.

    4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

    Id-distanza tat-tħawwil, il-mod tat-tkabbir u s-sistemi taż-żbir għandhom ikunu b'tali mod li jinżamm bilanċ u żvilupp perfett tal-pjanta kif ukoll ventilazzjoni normali, filwaqt li din tkun esposta għax-xemx. Id-densità massima taż-żrigħ hija ta' 400 pjanta għal kull ettaru. L-intensità massima awtorizzata taż-żrigħ dinamiku hija ta' 850 pjanta għal kull ettaru.

    Il-ħażniet tal-għeruq huma kif ġej: “Arancio amaro”, “Poncirus trifoliata”, “Citrange Troyer”, “Citrange Carrizo” u “Citrus macrophylla”, li għandhom stabbiltà ġenetika għolja ħafna.

    Il-qtugħ tal-frott għandu jsir bl-idejn.

    Il-qtugħ tal-frott għandu jsir permezz ta' mqass tal-qtugħ sabiex jinqata' z-zokk. Il-ġbir isir direttament mill-pjanta skont il-metodi tradizzjonali meta l-frott ikun laħaq livell ta' żvilupp li jiggarantixxi kwalitajiet organolettiċi u estetiċi tajbin.

    Il-produzzjoni massima ta' lumi awtorizzata hija ffissata għal 29 tunellata għal kull ettaru għas-sena kummerċjali kollha u li tinkludi frott minn kull darba li jagħmlu ż-żahar.

    4.6.   Rabta:

    Il-“Limone di Siracusa” huwa kkaratterizzat mil-livell għoli ta' rendiment ta' meraq, mid-daqs kbir u mill-kalendarju tal-qtugħ li jkopri ż-żmien ta' matul sena sħiħa. Dawn il-partikolaritajiet huma ġejjin mill-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tat-territorju u mill-kultivazzjonijiet preżenti fiż-żona tal-produzzjoni. Il-“Limone di Siracusa” jiġi kkultivat matul il-kosta u f'xi wħud miż-żoni interni, li jinsabu fil-widien tan-nixxiegħat tal-ilma li jgħaddu mill-provinċja ta' Siracusa. Minn analiżi ta' temperaturi medji għal kull sena fil-pjanura tal-kosta ta' Siracusa wieħed jista' jara biċ-ċar, fil-fatt, li l-ambjent ta' Siracusa jippreżenta kundizzjonijiet ta' klima moderata minn Ottubru sa Marzu, u klima xotta minn April sa Settembru. Fiż-żona kollha kemm hi, il-ħamrija hija fertili ħafna, pjuttost fonda u fiha ħafna elementi nutrittivi u ħafna sustanzi organiċi.

    L-ilma huwa fattur li jiddetermina l-kultivazzjoni tal-lumi. Fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Limone di Siracusa” id-disponibbiltà tal-ilma hija ggarantita minn baċin kbir ta' ilma ta' taħt l-art tal-plateau tal-muntanji Iblei, li jikkostitwixxi l-iktar ħażna importanti ta' ilma naturali fi Sqallija kollha, u tan-nixxiegħat tal-ilma tal-wiċċ. Id-disponibbiltà tal-ilma flimkien mal-umdità atmosferika għandhom ir-rwol deċisiv fid-determinazzjoni tal-kwalità tal-frott tal-“Limone di Siracusa”. Fil-fatt, in-nuqqas tal-problemi marbutin mal-ilma u l-atmosfera b'umdità medja jippermettu l-kisba ta' frott iktar immerraq, b'forma regolari, b'qoxra fina, u li jista' jinqata' matul it-12-il xahar tas-sena.

    Sqallija għandha tradizzjoni storika twila fil-kultivazzjoni taċ-ċitru u tgawdi mir-rispett tat-tradizzjonijiet antiki fil-kultivazzjoni ta' dawn il-pjanti. Din it-tradizzjoni, li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, għadha għaddejja sal-lum fiż-żona ta' Siracusa, u għalhekk inħolqot tabilħaqq skola ta' esperti fil-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa”.

    4.7.   Organu ta'spezzjoni:

    L-organu ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mal-istandard EN 45011.

    Isem:

    Det Norske Veritas Italia

    Indirizz:

    Viale A. De Gasperi 187

    95127 Catania CT

    ITALIA

    Tel.

    +39 095370020

    Feks

    +39 095372871

    Posta elettronika:

    4.8.   Tikkettar:

    Fil-każ tal-frott ippakkjat, huwa obbligatorju li fuq mill-inqas naħa waħda tal-pakkett, ikun hemm indikazzjoni b'tipa li tidher u li tinqara, permezz ta' stampar dirett u li ma jitħassarx jew permezz tat-tikketta integrata fil-pakkett jew imwaħħla miegħu tal-: varjetà, oriġini, kategorija, daqs, lott.

    Fil-każ tal-frott li jinbigħ bil-kwantità huwa obbligatorju li jkollu tikketta fuq 100 % tal-frott.

    Il-materjali tal-ippakkjar huma: kartun, injam, plastik. L-użu ta' plastik riċiklat għall-ippakkjar mikri huwa awtorizzat. Il-pakketti awtorizzati huma: xbieki u basktijiet bi strixxa tal-plastik imwaħħla max-xibka. Kull pakkett irid ikollu l-logo tal-“Limone di Siracusa”.

    Il-logo jikkonsisti f'forma ovali mimduda li fiha xbieha bl-abjad u l-iswed tat-Teatru Grieg ta' Siracusa b' żewġ lumijiet poġġuti fuq in-naħa tal-lemin tal-ġenb tat-teatru. Minn dawn iż-żewġ lumijiet, waħda hija sħiħa u għandha werqa li tidher fl-isfond u l-oħra hija maqsuma u tgħatti parti mill-lumija s-sħiħa. Il-lumija tal-werqa għandha zokk, u l-werqa hija ta' kulur aħdar li jvarja f'erba sfumaturi. Il-werqa tħares lejn iċ-ċentru tat-tikketta u tgħatti parti mill-istess lumija li qiegħda mwaħħla maz-zokk tagħha.

    Fuq in-naħa ta' ġewwa tal-forma ovali tidher il-kitba “Limone di Siracusa”.

    Iż-żieda ta' kwalunwe kwalifikazzjoni jew kliem ieħor differenti minn dak provdut b'mod espliċitu fl-ispeċifikazzjoni, li jinkludu aġġettivi “fine (fin), superiore (aqwa), selezionato (selezzjonat), scelto (magħżul)” u kliem ieħor simili mhijiex awtorizzata. Mhux awtorizzat l-użu ta' kliem ta' tifħir.

    Image


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top