This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0323(04)
Publication of an application for recognition of a traditional term as provided for in Article 33 of Commission Regulation (EC) No 607/2009
Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009
Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009
ĠU C 73, 23.3.2010, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/49 |
Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009
2010/C 73/13
Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (1), għandha tiġi ppubblikata applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali fil-Ġurnal Uffiċjali, Serje C, sabiex terzi persuni jkunu infurmati bl-eżistenza ta' dan it-tip ta' applikazzjoni, bil-għan li jkun hemm possibbiltà li ssir oġġezzjoni għar-rikonoxximent u l-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali li għalih saret l-applikazzjoni.
PUBBLIKAZZJONI TA' APPLIKAZZJONI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA' TERMINU TRADIZZJONALI SKONT L-ARTIKOLU 33 TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2009
Data tal-wasla tal-applikazzjoni |
: |
18.2.2010 |
Għadd ta' paġni |
: |
11 |
Lingwa tal-applikazzjoni |
: |
Spanjol |
Numru tal-fajl |
: |
TDT-AR-N0004 |
Applikant:
L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz |
: |
|
Isem: RESERVA
Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 118u(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
Lingwa:
— |
L-Artikolu 31(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 |
Lista ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti konċernati:
— |
It-terminu Reserva li għalih qed jintalab rikonoxximent jista' jintuża fi kwalunkwe żona ġeografika rikonoxxuta u elenkata fil-lista annessa, li tinstab ukoll fil-websajt http://www.inv.gov.ar, u dejjem jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-definizzjoni ta' Reserva. |
Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli:
— |
Inbid/Inbid tal-likur (l-Anness XIb tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) |
Definizzjoni:
— |
Reserva: It-terminu “Reserva” jidentifika l-inbejjed li jiġu prodotti mill-għeneb li jidher fl-Anness tar-Riżoluzzjoni INV C.22/08, jew li jirriżultaw mill-qtugħ tal-varjetajiet imsemmijin, li huma ta' livell xieraq għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità superjuri. Fil-produzzjoni tal-Inbejjed Reserva, għandhom jintużaw mill-inqas mija u ħamsa u tletin kilogramm (135 kg) ta' għeneb għal kull mitt litru (100 l) ta' nbid. L-inbejjed Reserva ħomor għandhom jitħallew jimmaturaw għal mill-inqas tnax (12)-il xahar sabiex ikunu laħqu stabbiltà enoloġika. Fil-każ tal-inbejjed bojod u rosé, il-perjodu minimu ta' maturazzjoni tal-inbid ma jistax ikun ta' inqas minn sitt (6) xhur. Id-dikjarazzjoni tal-INV dwar l-użu tal-btieti tal-ballut għall-inbid ta' Reserva hija mehmuża ma' dan id-dokument. Ir-Riżoluzzjoni INV C.23/08, li tistabbilixxi l-użu tal-espressjonijiet “Bettija”, “Immaturat fi Btieti tal-Ballut” u “Maturazzjoni fil-Ballut” jew simili biss meta effettivament ikunu intużaw kontenituri tal-ballut, sabiex jiġu trażmessi karatteristiċi tipiċi tal-injam fil-produzzjoni tal-inbid, hija mehmuża ma' dan id-dokument. |
(1) ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.