This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0216(08)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 39, 16.2.2010, p. 26–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/26 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2010/C 39/06
Għajnuna Nru: XA 232/09
Stat Membru: Franza
Reġjun: —
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: aides à l’assistance technique dans le secteur des fruits et légumes
Bażi legali:
— |
Code rural, partie législative, articles L 621-1 à L 621-11 |
— |
Code rural, partie réglementaire, article D 551-51 |
— |
Projet de décision du directeur de FranceAgriMer relative à une mesure de soutien en faveur de l’organisation économique dans le secteur des fruits et légumes, après avis du conseil de direction spécialisé « filière fruits et légumes » de FranceAgriMer du 26 mai 2009 |
Infiq annwali ppjanat skont l-iskema ta’ għajnuna: 1 000 000 €
Intensità massima ta' għajnuna: sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Id-data tal-implimentazzjoni: Mill-irċevuta tal-applikazzjoni bil-miktub bin-numru ta' identifikazzjoni tal-azzjoni u l-pubblikazzjoni ta' taqsira tal-azzjoni fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013 (soġġetta għall-krediti korrispondenti)
L-għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/206 tal-15 ta’ Diċembru 2006.
Din l-azzjoni, immirata lejn is-settur tal-frottt u l-ħaxix, għandha bħala għan li tgħin l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li joperaw fuq livell nazzjonali jiżviluppaw programmmi ta' assistenza teknika favur il-produtturi.
Tikkonsisti, għal dawn it-temi prijoritarji, f'li tgħin l-organizzazzjonijiet ta' produtturi:
jorjentaw u jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom ta' riċerka-esperimentazzjoni għat-temi prijoritarji fuq livell nazzjonali għall-prodott jew il-grupp ta' prodotti (il-PNNS – programm nazzjonali nutriment saħħa, it-tnaqqis tal-użu ta' pestiċidi u l-iżvilupp ta' tekniki alternattivi, l-agrikoltura sostenibbli u l-ekonomija tal-enerġiji...),
jiżviluppaw l-orjentazzjonijiet skont l-istandards ta' kwalità, b'mod partikulari billi jikkunsidraw it-tibdiliet fir-regolamentazzjoni Komunitarja – Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1221/2008 – u l-varjetajiet li għandom jiġu pprivileġġjati biex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tad-domanda tal-klijenti u tal-qafas regolatorju,
jingħataw għodod ġodda ta' tagħrif, ta' komunikazzjoni u ta' assistenza teknika adattati għan-neċessitajiet ta' evoluzzjoni tas-settur, inklużi sitwazzjonijiet ta' kriżi, billi jiġu ggwidati fl-iżvilupp tal-azzjonijiet tagħhom għat-titjib tal-produzzjonijiet u għall-orjentazzjonijiet strateġiċi (speċifikazzjonijiet, studji ekonomiċi…).
Din l-iskema ta' għajnuna ser tippermetti l-finanzjament tal-ispejjeż ta' assistenza teknika eżentati f'dan il-qafas fil-forma ta' servizzi sussidjati, filwaqt li huma limitati għall-għoti ta' dawn is-servizzi. Ebda għajnuna diretta ma għandha titħallas lill-produtturi jew intrapriża li mhix SME. Din l-assistenza ser tkun aċċessibbli għall-produtturi kollha, mingħajr il-ħtieġa li jkunu affiljati f'xi organizazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi oħra.
Settur(i) konċernat(i): Is-Settur tal-frott u l-ħaxix
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
FranceAgriMer |
12, rue Henri Rol-Tanguy |
93555 MONTREUIL SOUS BOIS Cedex |
Indirizz tas-sit elettroniku: http://www.franceagrimer.fr/informations/aides/aides.htm
Nru tal-Għajnuna: XA 233/09
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Sardegna
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Legge Regionale 14 maggio 2009 n.1 (legge finanziaria 2009) articolo 4 comma 22; indennizzi agli imprenditori agricoli destinatari di provvedimenti ufficiali finalizzati all’eradicazione e a impedire la diffusione di organismi nocivi ai vegetali e ai prodotti vegetali; Bilancio regionale 2009 UPB S06.04.012 – CAP. SC06.1072. Somme programmate 300 000,00 Euro.
Bażi legali: Legge Regionale 14 maggio 2009 n. 1. Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione (legge finanziaria 2009).
Decreto dell’Assessore dell’Agricoltura e Riforma n. 1683/DecA/67 del 10.7.2009 determinazione dei parametri per il calcolo degli indennizzi agli imprenditori agricoli che in forza di provvedimenti ufficiali emessi dal Servizio regionale competente in materia di protezione contro la diffusione nel territorio regionale di organismi nocivi ai vegetali e ai prodotti vegetali, hanno provveduto alla distruzione delle piante o delle coltivazioni.
Deliberazione della Giunta regionale n. 38/19 del 6.8.2009 recante Legge Regionale 14 maggio 2009 n.1 (legge finanziaria 2009) articolo 4 comma 22; indennizzi agli imprenditori agricoli destinatari di provvedimenti ufficiali finalizzati all’eradicazione e a impedire la diffusione di organismi nocivi ai vegetali e ai prodotti vegetali; Bilancio regionale 2009. UPB S06.04.012 – CAP. SC06.1072. Somme programmate 300 000,00 Euro.
Decreto dell’Assessore dell’Agricoltura e Riforma n. 2533/DecA/106 del 13.10.2009 integrazione decreto N. 1683/DecA/67 del 10.7.2009 – determinazione dei parametri per il calcolo degli indennizzi agli imprenditori agricoli che in forza di provvedimenti ufficiali emessi dal Servizio regionale competente in materia di protezione contro la diffusione nel territorio regionale di organismi nocivi ai vegetali e ai prodotti vegetali, hanno provveduto alla distruzione delle piante o delle coltivazioni.
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema: L-ammont kumplessiv ippjanat għall-2009 huwa ta' EUR 300 000,00.
Intensità massima ta' għajnuna: 100 % tal-ispejjeż li jikkumpensaw għad-danni kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri fitosanitarji, ikkalkulati skont il-parametri stabbiliti mid-D.A nru 1683/DecA/67 tal-10.7.2009.
L-ispejjeż iridu jitnaqqsu minn ħlasijiet li eventwalment jiġu rċevuti mill-assikurazzjoni.
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data meta jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-D.Ġ. tal-Agrikoltura n-numru tal-eżenzjoni għall-għajnuna.
Tul tal-iskema:
Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna hija li tikkumpensa lill-bdiewa għall-ispejjeż u telf tad-dħul għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-pjanti, permezz ta' dispożizzjonijiet maħruġa mis-servizz reġjonali kompetenti fil-protezzjoni kontra t-tixrid f'żoni reġjonali ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-ħaxix u prodotti tal-ħaxix, skont is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) nru 1857/2006.
Settur involut: Il-produzzjoni tal-ħaxix
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Indirizz tas-sit tal-internet: http://www.regione.sardegna.it/regione/giunta/delibere.html
(ikklikkja fuq is-sena 2009, ix-xahar ta' Awwissu u mbagħad fuq il-lemin fuq il-kalendarju fil-ġurnata tas-6 ta' Awwissu)
Tagħrif ieħor: —
Giovanna CANU
Direttore Servizio Produzioni
Nru tal-Għajnuna: XA 246/09
Stat Membru: Franza
Reġjun: Département du Gers
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Programme d’aide en faveur du remplacement des éleveurs gersois
Bażi ġuridika:
— |
Articles L 1511-1 et suivants, article L 4211-1 du code général des collectivités territoriales |
— |
Délibération du Conseil général du Gers du 29 juin 2009. |
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna: 25 000 € fis-sena
Intensità massima ta' l-għajnuna: 35 %
Ir-rata ta' għajnuna għandha tkun ta' 35 % tal-ispejjeż ta' kull jum għal sostituzzjoni ta' raħħala żgħażagħ u 25 % tal-ispejjeż ta' kull jum għal sostituzzjoni tar-raħħala l-oħra, sal-limitu ta' 24 ġurnata kull sena u kull trobbija.
Data tal-implimentazzjoni: minn meta tasal il-konferma tal-wasla bin-numru ta' identifikazzjoni tal-azzjoni u tal-pubblikazzjoni ta' sinteżi tal-azzjoni fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni, jekk possibbli fl-2009
Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: 2009 – 2013, suġġetti għar-reġistrazzjoni minn qabel tad-dokument mill-Kummissjoni.
Għan u tip ta’ għajnuna: Dan l-abbozz tal-programm isir fil-kuntest tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Is-sostituzzjoni għandha tkun soluzzjoni li tippermetti lir-raħħala li l-attività tagħhom li teħtieġ il-preżenza tagħhom fl-intrapriża kull jum tas-sena ikollha ritmu tax-xogħol u ta' ħajja kumparabbli ma dik ta' setturi ekonomiċi oħra. Ħlief fil-każijiet (eż – tqala, inċidenti jew mard) fejn dawn l-ispejjeż huma koperti mis-sistema pubblika tas-sigurtà soċjali jew minn assigurazzjonijiet privati, l-ispiża ta' dan is-servizz ta' sostituzzjoni għandha effet ta' deterrenti.
Għalhekk, ser tiġi proposta għajnuna lir-raħħala li jrabbu l-annimali biex ikopru l-ispejjeż reali għas-sostituzzjoni tar-raħħala minħabba btajjel. L-għajnuniet se jingħataw in natura fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma jimplikawx pagamenti diretti fi flus kontanti lill-produtturi.
F'konformità mal-punt 4 tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-eżenzjoni agrikola, mhijiex ser tkun limitata għal membri ta' gruppi ta' prodotturi speċifiċi jew għall-organizzazzjonijiet. Meta l-għajnuna tiġi attribwita lil grupp jew organizzazjoni għal servizz li jingħata lil raħħal li ma jkunx membru ta' dak il-grupp jew dik l-organizzazzjoni, hija għandha tiġi limitata għall-ispejjeż relatati mal-forniment tas-servizz ta' sostituzzjoni.
Setturi kkonċernati: L-impriżi agrikoli kollha, meta r-raħħal (li jeżerċità l-attività ewlenija tiegħu) għandu jkun preżenti kull jum tas-sena kollha fir-razzett
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Monsieur le Président du Conseil général du Gers |
Direction de l’Agriculture, de l’Eau et de l’Environnement |
81, route de Pessan |
32000 AUCH |
Indirizz tas-sit tal-internet: http://www.gers-gascogne.com/ovidentia/index.php?tg=oml&file=amenagement.htm&cat=26&art=1766&top=0&ex=0
Nru tal-Għajnuna: XA 247/09
Stat Membru: Spanja
Reġjun: —
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Subvenciones para la implantación de las guías de prácticas correctas de higiene en ganaderías dedicadas a la producción láctea procedente de vacuno, ovino y caprino.
Se establecen dos líneas de ayudas, para las siguientes actividades subvencionables:
Bażi legali: Proyecto de Real Decreto /2009, de de, por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de subvenciones para la implantación de sistemas de aseguramiento para la mejora integral de la calidad de la leche cruda producida y recogida en las explotaciones, y su certificación externa.
Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont globali ta’ għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 8 miljun.
Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna ma jistax ikun aktar mil-limiti li ġejjin, soġġett għad-disponibbiltà ta' riżorsi baġitarji:
50 % tal-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
a) |
Spejjeż ta' forniment ta' parir tekniku lill-bdiewa; |
b) |
Spejjeż ta' ġestjoni tal-programm; |
c) |
Spejjeż ta' spezzjonijiet mit-tim tekniku;. |
d) |
Spejjeż ta' taħriġ lill-bdiewa fi prassi ta’ iġjene tajba u fi traċċabbiltà ta' ħalib mhux proċessat, ta' organizzazzjoni ta’ korsijiet u ta' ħlas ta' tariffi tal-persuna li tħarreġ u ta' materjali meħtieġa għat-tagħlim. |
70 % tal-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
a) |
It-tariffi mitluba mill-korp taċ-ċertifikazzjoni għal dawn il-programmi; |
b) |
It-taħriġ tal-bdiewa f'sistemi ta' awtoregolazzjoni u ta' ċertifikazzjoni esterna. |
Data ta'-implimentazzjoni: L-għotja tal-għajnuna rregolata mid-Digriet Irjali hija soġġetta għall-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba ta' eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. L-għajnuna ma tistax tiġi applikata qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija hawn fuq.
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja individwali għall-għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013.
Fl-2014, l-għajnuna se tingħata fi żmien il-perjodu ta' sitt xhur stipulat bl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.
Għan tal-għajnuna: Sabiex l-impriżi agrikoli li jipproduċu l-ħalib jitħeġġu biex isegwu l-gwidi għal prassi ta’ iġjene tajba.
Fid-dawl tal-komplessità u l-varjetà tal-aspetti koperti minn dawn il-gwidi, l-ispezzjoni teknika u ċ-ċertifikazzjoni esterna huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri.
Dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.
Settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ u tal-mogħoż.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino |
C/ Alfonso XII, 62 |
28071— Madrid |
Websajt: http://rasve.mapa.es//Publica/InformacionGeneral/Legislacion/legislacion.asp
Informazzjoni oħra: Din l-għajnuna hija kompatibbli ma' kull għajnuna oħra stabbilita minn korpi oħra pubbliċi jew privati, lokali, indipendenti, nazzjonali jew internazzjonali għall-istess skop.
Madankollu, l-akkumulazzjoni ta' għajnuna ma tistax taqbeż il-limiti stipulati fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, u għandha tosserva r-regoli stipulati fl-Artikolu 19 tiegħu.
Nru tal-Għajnuna: XA 248/09
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Castilla y León
Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Ayudas destinadas a paliar las pérdidas de producción y los daños ocasionados por la plaga de Topillo Campesino (Microtus arvalis) en el territorio de la Comunidad de Castilla y León declaradas indemnizables en virtud de las Órdenes AYG/1191/2007, de 29 de junio y AYG/1401/2007, de 28 de agosto.
Bażi legali: Orden AYG/ /2009, de la Consejería de Agricultura y Ganadería, por la que se convocan las ayudas destinadas a paliar las pérdidas de producción y los daños ocasionados por la plaga de Topillo Campesino (Microtus arvalis) en el territorio de la Comunidad de Castilla y León declaradas indemnizables en virtud de las Órdenes AYG/1191/2007, de 29 de junio y AYG/1401/2007, de 28 de agosto.
Din l-iskema ta’ għajnuna hija koperta mill-eżenzjoni stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, u hija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10.2 tal-istess Regolament.
Nefqa annwali ppjanata: 115 000 €
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna għal kull bidwi għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-telf reali li sar f’kull biċċa raba' tal-azjenda tiegħu li fiha ġie kkonfermat taħsir fuq aktar minn 15 % tal-art saqwija u fuq aktar minn 30 % tal-art mhux saqwija ta' produzzjoni normali.
Ladarba jkunu determinati l-biċċiet ta’ raba' affettwati, il-valur tas-suq tat-telf ikun determinat bil-multiplikazzjoni tad-differenza bejn il-produzzjoni mistennija u dik attwali bil-medja tal-prezz tas-suq għall-prodott ikkonċernat. Dan il-valur tal-aħħar ikun ikkalkulat bħala l-medja tal-prezzijiet tal-2005, l-2006 u l-2007 (sa u inkluż ix-xahar ta’ Settembru). Għal kull każ tiġi applikata eżenzjoni ta’ 15 % fuq l-art saqwija u ta' 30 % fuq l-art mhux saqwija.
Fi kwalunkwe każ, l-intensità massima tal-għajnuna qatt ma għandha tkun ogħla minn 100 % tat-telf.
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Annwali
Għan tal-għajnuna: Biex jingħata kumpens għall-ħsara materjali kkawżata mill-far tal-għelieqi (Microtus Aralis) fit-territorju ta' Castilla y León, kif ukoll biex jingħata kumpens għat-telf ta' dħul, u b'hekk tiġi ggarantita l-vijabbiltà tal-impriżi agrikoli affettwati.
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Is-settur tal-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Consejería de Agricultura y Ganadería |
C/Rigoberto Cortejoso, 14 (47014) – VALLADOLID |
Indirizz tal-internet: http://www.jcyl.es/web/jcyl/Gobierno/es/Plantilla100/1239801003325/_/_/_
Tagħrif ieħor: Valladolid, fl-20 ta’ Ottubru 2009
Nru tal-għajnuna: XA 249/09
Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Litwanja
Reġjun: —
Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Paramos teikimas už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą (schemos Nr. XA 237/2009 pakeitimas)
Bażi legali: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 13 d. įsakymas Nr. 3D-162 „Dėl paramos teikimo už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą taisyklių patvirtinimo ir žemės ūkio ministro 2006 m. gegužės 26 d. įsakymo Nr. 3D-217 bei žemės ūkio ministro 2006 m. spalio 3 d. įsakymo Nr. 3D-385 pripažinimo netekusiais galios pakeitimo projektas.
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: LTL 6 235 000 bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-euro (EUR 1 807 233).
Intensità massima tal-għajnuna:
1. |
Sa 100 % tal-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta, meta jkun meħtieġ l-ittestjar għat-TSE fuq it-tali bhejjem; |
2. |
Sa 100 % tal-ispejjeż tat-tneħħija u sa 75 % tal-ispejjeż tal-qerda għall-ħnieżer, meta min irabbi ma jkollux iktar minn 1 000 bhima. |
Data tal-implimentazzjoni: L-iskema ta’ għajnuna se tidħol fis-seħħ wara li l-Kummissjoni tkun bagħtet avviż tal-wasla, tat numru ta’ identifikazzjoni lill-iskema u ppubblikat l-informazzjoni fil-qosor fuq l-internet.
Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
Biex tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi u lill-bdiewa li jaħdmu fis-settur tal-bhejjem sabiex ikunu żgurati monitoraġġ konsistenti tal-programm u tneħħija sikura tal-bhejjem mejta kollha.
Japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.
Settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni primarja tal-prodott agrikolu.
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
Sit tal-internet: http://www.lrs.lt/pls/proj/dokpaieska.showdoc_l?p_id=7023&p_query=&p_tr2=&p_org=13&p_fix=
Tagħrif ieħor: Ladarba din l-iskema ta’ għajnuna tal-Istat tidħol fis-seħħ, l-iskema tal-għajnuna tal-Istat Nru XA 237/2009 ma tibqax applikabbli iktar.