Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0663

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti

    /* KUMM/2010/0663 finali */

    52010PC0663

    /* KUMM/2010/0663 finali */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 15.11.2010

    KUMM(2010) 663 finali

    2010/0322 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

    Dan il-ftehim fih dispożizzjoni li skontha d-dispożizzjonijiet kummerċjali tiegħu - jiġifieri l-kundizzjonijiet kummerċjali tan-nazzjon l-aktar vantaġġjat (MFN) u l-abolizzjoni tar-restrizzjonijiet kwantitattivi - ma japplikawx għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti, li kien irregolat minn ftehim bilaterali separat.

    Dan il-ftehim bilaterali, fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2000, skada fil-31 ta’ Diċembru 2004. Waqt li fil-prattika il-kummerċ fit tessuti bejn l-UE u l-Uzbekistan kompla għaddej mingħajr xkiel mill-1 ta' Jannar 2005,hemm bżonn li tkun żgurata ċ-ċertezza legali.

    Fid-9 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat l-FSK, sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ ta' oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-FSK billi jirrevoka Artikolu 16 u r-referenzi kollha għalih, beda jseħħ fl-1 ta' Lulju 2010.

    Barra minn dan, ġew introdotti xi aġġornamenti ta' natura teknika. Dan sar billi tħassar Artikolu 8(3) u l-Anness I, li nibet miż-żmien tax-xoljiment tal-URSS, u li skada fl-1998.

    Il-Kunsill huwa mistieden jadotta l-proposta mehmuża tad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar ta' Protokoll għall-FSK, li għandha tagħmel parti integrali mill-FSK. Qed titressaq ukoll proposta separata dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

    2010/0322 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1) Fid-9 ta’ Ġunju 2010 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ f’oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-FSK billi jirrevoka l-Artikolu 16 u r-referenzi kollha għalih, beda jseħħ fl-1 ta' Lulju 2010.

    (2) Fil-qafas tan-negozjati sar ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex isir eżerċizju ta' tindif u titħassar dispożizzjoni li m'għadx għandha użu u l-Anness li jikkorrispondi magħha li jirreferi għal dispożizzjoni teknika li skadiet fl-1998.

    (3) Il-Protokoll li jemenda l-FSK għandu jiġi ffirmat mill-Unjoni Ewropea, u għandu jkun suġġett għall-konklużjoni tiegħu fi stadju aktar tard.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Protokoll għal Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Stati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti, huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll [1].

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna/i li għandha/għandhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] It-test tal-Protokoll għandu jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.

    Top