Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0540

    Proposta għal DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    /* COM/2010/0540 final - NLE 2010/0269 */

    52010PC0540

    /* COM/2010/0540 final - NLE 2010/0269 */ Proposta għal DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 4.10.2010

    KUMM(2010) 540 finali

    2010/0269 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Skont l-Artikolu 395(1) tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn 'il quddiem 'id-Direttiva dwar il-VAT'), il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru li japplika miżuri speċjali għal deroga mid-dispożizzjonijet ta' dik id-Direttiva, sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tal-VAT jew sabiex jippreveni ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2010, ir-Repubblika Taljana talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga dwar id-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq ċerti tipi ta' mezzi tat-trasport. B'konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Lulju 2010, bit-talba tar-Repubblika Taljana. Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Taljana li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |

    Il-Kuntest ġenerali L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT jistipula li persuna taxxabbli hija intitolata li tnaqqas il-VAT dovuta minn fuq xiri ta' merkanziji għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha Fl-istess ħin, l-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT jistipula li l-użu tal-oġġetti, li jagħmlu parti mill-assi ta’ negozju, għal skopijiet privati għandu jiġi kkunsidrat bħala forniment ta’ servizzi għal kunsiderazzjoni jekk il-VAT fuq dawn l-oġġetti tkun tnaqqset bis-sħiħ jew parzjalment. Bħala riżultat, is-sistema tiżgura li għandha titħallas it-taxxa fuq il-konsum finali meta l-VAT ta’ dħul tnaqset fil-bidu. Fir-rigward ta’ vetturi bil-magna, xi drabi huwa diffiċili u ta' piż amministrattiv biex il-persuna taxxabbli tiddentifika u tirreġistra d-differenza bejn użu għan-negozju u użu privat u biex l-amministraxxjoni tat-taxxa tivverifika t-tqassim effettiv tal-użu. Minħabba l-għadd kbir ta’ vetturi b’użu differenti, l-evażjoni tat-taxxa tista’ tkun konsiderevoli. Sabiex il-ġbir tal-VAT ikun simplifikat u biex tkompli fil-ġlieda tagħha kontra l-evażjoni tat-taxxa, ir-Repubblika Taljana talbet u kisbet mill-Kunsill, deroga individwali li permezz tagħha tista' tillimita d-dritt għal tnaqqis sa 40% fir-rigward ta' vetturi tat-triq bil-magna (minn barra tratturi tal-agrikoltura u l-forestrija, li normalment jintużaw għat-trasport tal-persuni jew tal-oġġetti fuq it-toroq, b'piż massimu awtorizzat li ma jaqbiżx 3 500 kilogramma u li ma jesgħux aktar minn tmien postijiet, barra l-post tax-xufier.)[1] Madanakollu, wieħed għandu jinnota li ċerti kategoriji ta’ vetturi ġew esklużi minn din il-limitazzjoni, bħal vetturi li jagħmlu parti mill-istokk ta' merkanzija, li jintużaw għal istruzzjoni minn skejjel tas-sewqan, li jintużaw għal kiri jew kiri fit-tul u li jintużaw minn rappreżentanti li jieħdu ħsieb il-bejgħ u taxis. Fl-istess ħin, ma jkunx meħtieġ aktar li n-negozji jżommu kont tal-użu privat għal raġunijiet ta' taxxa. B’konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, ir-Repubblika Taljana ppreżentat rapport li jkopri l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ tar-restrizzjoni. Mill-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Taljana f'dak ir-rapport jidher li, b'mod partikolari minħabba l-għadd kbir ta' impriżi żgħar fir-Repubblika Taljana, il-limitu ta’ 40% xorta waħda se jkun qiegħed jikkorrispondi għaċ-ċirkostanzi attwali u għalhekk huwa xieraq. Madanakollu, kwalunkwe estensjoni għandha tkun limitata fil-ħin biex ikun jista’ jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet, li fuqhom hija bbażata d-deroga, ikunux għadhom validi. Għalhekk, huwa propost li d-deroga tkun estiża sal-aħħar tal-2013 u li għandha ssir talba lir-Repubblika Taljana biex tippreżenta rapport ġdid fil-każ li tkun prevista talba ta' estensjoni ġdida wara dik id-data aħħarija. F'kwalunkwe każ, id-Deċiżjoni tiskadi jekk ir-regoli tal-UE li qegħdin jirregolaw ir-restrizzjonijiet dwar id-dritt ta' tnaqqis f’dan il-qasam ikunu daħlu fis-seħħ qabel dik id-data aħħarija. |

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-VAT jistipula li l-Kunsill għandu jiddetermina l-infiq li minnu ma tistax titnaqqas il-VAT. Sa ma jasal dan iż-żmien, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu l-eżenzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1979. Għaldaqstant, hemm għadd ta' dispożizzjonijiet li jillimitaw id-dritt ta’ tnaqqis marbut mal-vetturi bil-magna. Barra min hekk, restrizzjonijiet dwar tnaqqis simili ngħataw wkoll lil Stati Membri oħra fuq il-bażi tal-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT. Fl-2004, il-Kummissjoni ħejjiet proposta[2]li fiha kien hemm regoli li bihom forom ta’ nfiq jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjoni dwar id-dritt għal tnaqqis, iżda l-Kunsill għad ma rnexxilux jilħaq ftehim dwar dik il-proposta. |

    Il-konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

    IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

    Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    Mhux rilevanti. |

    Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi |

    Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. |

    Stima tal-impatt L-għan ta' din il-proposta huwa li jindirizza l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jissimplifika l-proċedura tal-intaxxar, u għaldaqstant għandu impatt potenzjonali pożittiv. Minħabba l-ambitu strett tad-deroga u l-applikazzjoni limitata fiż-żmien, l-impatt, fi kwalunkwe każ, se jkun limitat . |

    L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    Is-sinteżi tal-azzjoni proposta Awtorizzazzjoni biex ir-Repubblika Taljana tkun tista’ tkompli tapplika miżura miżuri ta’ deroga mid-Direttiva tal-VAT biex tillimita għal 40% d-dritt ta' persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT fuq l-infiq marbut ma' vetturi bil-mutur fejn il-vettura ma tintużax esklussivament għal skopijiet ta’ negozju. Meta d-dritt għal tnaqqis ikun ġie limitat, il-persuna taxxabbli ma jkollhiex għalfejn toħroġ il-kontabbiltà tal-VAT fuq l-użu privat. Kwanlunkwe talba għal estenzjoni possibbli tal-miżura għandha tkun akkumpanjata minn sottomissjoni ta’ rapport dwar l-applikazzjoni tad-deroga. |

    Il-bażi legali L-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-VAT 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud. |

    Il-Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. |

    Il-Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

    Id-Deċiżjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru wara talba li għamel hu stess u ma tikkostitwixxi l-ebda obbligu. |

    Minħabba l-ambitu limitat tad-deroga, il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-għan mixtieq. |

    L-għażla tal-istrumenti |

    L-istrumenti proposti: Deċiżjoni. |

    Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) ta’ hawn taħt. Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-VAT, deroga mir-regoli komuni tal-VAT hija possibbli biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill waqt li qiegħed jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill hija l-aktar strument adattat ladarba tista' tiġi indirizzata lill-Istati Membri individwali. |

    L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

    TAGħRIF ADDIZZJONALI |

    Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni awtomatika |

    Il-proposta tinkludi klawsola ta’ valutazzjoni u klawsola ta’ sospensjoni awtomatika. |

    2010/0269 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    1. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2010, l-Italja talbet l-awtorizzazzjoni biex testendi miżura ta’ deroga mill-Artikolu 26 (1)(a) u mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista’ tkompli tirristriġi d-dritt għal tnaqqis fejn jidħlu l-ispejjeż fuq ċerti vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju.

    2. Permezz tal-ittra datata t-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

    3. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud[4] , tawtorizza l-Italja biex tillimita d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fuq infiq marbut ma’ vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju, għal 40%. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE tistipula wkoll li l-użu għal skopijiet privati ta’ dawk il-vetturi li ġew soġġetti għal dritt ta’ tnaqqis skont dik id-Deċiżjoni ma jistax jiġi kkunsidrat bħala forniment ta’ servizzi għall-konsiderazzjoni. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE fiha wkoll definizzjonijiet tal-vetturi u tal-infiq inklużi fl-ambitu ta’ dik id-Deċiżjoni u lista ta’ vetturi li ġew espliċitament esklużi mill-iskop ta’ dik id-Deċiżjoni.

    4. B’konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE, l-Italja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni li jkopri l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni u li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ tar-restrizzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-Italja turi li r-restrizzjoni tad-dritt għal tnaqqis, għal 40%, xorta waħda jikkorrispondi għal ċirkustanzi attwali fir-rigward ta’ użu kummerċjali u użu mhux kummerċjali tal-vetturi kkonċernati Għalhekk l-Italja għandha tkun awtorizzata biex tapplika l-miżura matul perjodu limitat ulterjuri, sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    5. Fil-każ li l-Italja tikkunsidra estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2013, għandu jitressaq rapport ġdid lill-Kummissjoni flimkien ma’ dik it-talba għal estensjoni, mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2013.

    6. Fid-29 ta’ Ottubbru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bl-għan li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud[5] Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali Direttiva li temenda, jekk dik id-data tasal qabel id-data ta’ skadenza prevista f’din id-Deċiżjoni.

    7. Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

    8. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2007/441/KE tiġi emendata kif ġej:

    (1) L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill- 1 ta’ April 2013.

    Kwalunkwe talba għal estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut dwar infiq fuq vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet kummerċjali.

    (2) L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw l-infiq marbut mal-vetturi bil-magna li m'għandux ikun eliġibbli għal tnaqqis totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u tiskadi l-iktar tard fil- 31 ta' Diċembru 2013.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2011.

    Artik olu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33).

    [2] COM (2004) 728 finali (ĠU C 24, 29.1.2005, p. 10).

    [3] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    [4] ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33.

    [5] COM(2004) 728 final.

    Top