EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0521

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Dwar l–Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

/* KUMM/2010/0521 finali */

52010PC0521




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.9.2010

KUMM(2010) 521 finali

2010/0275 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Dwar l–Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

{SEC(2010) 1126}{SEC(2010) 1127}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Kuntest tal-politika

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) twaqqfet f’Marzu 2004 għal perjodu inizjali ta’ ħames snin bir-Regolament (KE) Nru 460/2004,[1] bl-iskop ewlieni “ li jiġi żgurat livell għoli u effettiv tan-netwerks u s-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni ġewwa l-[Unjoni], [ ... ] sabiex tkun żviluppata kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku tal-Unjoni Ewropea, u permezz ta’ hekk għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern .” Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008[2] estenda l-mandat tal- ENISA sa Marzu 2012.

L-estensjoni tal-mandat tal-ENISA fl-2008 tat bidu wkoll għal dibattitu dwar id-direzzjoni ġenerali tal-isforzi Ewropej lejn is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (NIS), fejn il-Kummissjoni kkontribwiet bit-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-objettivi potenzjali għal politika msaħħa tal-NIS fil-livell tal-Unjoni. Il-konsultazzjoni pubblika saret bejn Novembru 2008 u Jannar 2009 u ġabret kważi 600 kontribuzzjoni.[3]

Fit-30 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħarsien ta’ Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni[4] (CIIP) li tiffoka fuq il-protezzjoni tal-Ewropa minn attakki u tfixkil ċibernetiċi bit-titjib tat-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza, bi Pjan ta’ Azzjoni li jagħmel sejħa biex l-ENISA jkollha rwol, prinċipalment ta’ appoġġ għall-Istati Membri. Il-Pjan ta’ Azzjoni ġie approvat b’mod wiesa’ fid-diskussjoni waqt il-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (CIIP) li saret f’Tallinn, l-Estonja, fis-27 u t-28 ta’ April 2009.[5] Il-Konklużjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw l-importanza li “ jiġi ingranat l-appoġġ operazzjonali ” tal-ENISA; huma jiddikjaraw li l-ENISA “ tipprovdi strument utli biex tagħti spinta lill-isforzi koperattivi madwar l-Unjoni f’dan il-qasam ” u jiġbdu l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-mandat tal-Aġenzija jiġi kkunsidrat u fformulat mill-ġdid “ biex tiffoka aħjar fuq il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-UE; biex tikseb il-kapaċità ta’ rispons flessibbli; biex tiżviluppa ħiliet u kompetenzi; u biex tiżdied l-effiċjenza operazzjonali u l-impatt ġenerali tal-Aġenzija ’ biex l-Aġenzija ssir ‘ ass permanenti għal kull Stat Membru u għall-Unjoni Ewropea inġenerali. ’

Wara diskussjoni fil-Kunsill tat-Telecom tal-11 ta’ Ġunju 2009, fejn l-Istati Membri esprimew appoġġ għall-estensjoni tal-mandat tal-ENISA u għaż-żieda fir-riżorsi tagħha fid-dawl tal-importanza tal-NIS u l-isfidi li qed jevolvu f’dan il-qasam, id-dibattitu ngħalaq taħt il-Presidenza Svediża tal-Unjoni. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ Ewropew kollaborattiv għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni[6] tagħraf l-irwol u l-potenzjal tal-ENISA u l-ħtieġa li l-ENISA “tiġi żviluppata ulterjorment f’korp aktar effiċjenti .” Hija tagħmel enfasi wkoll fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tiġi mmodernizzata u msaħħa biex tappoġġja l-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħlqu d-distakk bejn it-teknoloġija u l-politika, billi sservi bħala ċentru ta’ kompetenza esperta tal-Unjoni fi kwistjonijiet tal-NIS.

1.2. Kuntest ġenerali

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) saru s-sinsla tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropea b’mod ġenerali. L-ICTs huma vulnerabbli għal theddidiet li m’għadhomx limitati fil-konfini nazzjonali u li nbidlu bl-iżviluppi fit-teknoloġija u s-swieq. Billi l-ICTs huma globali, interkonnessi u interdipendenti fuq infrastrutturi oħra, is-sigurtà u r-reżistenza tagħhom ma jistgħux ikunu assigurati b’approċċi purament nazzjonali u mhux koordinati. Fl-istess ħin, l-isfidi marbuta mal-NIS jevolvu malajr. In-netwerks u s-sistemi ta’ informazzjoni għandhom jiġu protetti b’mod effikaċi kontra kull tip ta’ interruzzjoni u ħsara, inklużi attakki minn persuni.

Il-politiki dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (NIS) għandhom irwol ċentrali fl-Aġenda Diġitali Ewropea[7] (DAE), inizjattiva mexxejja taħt l-Istrateġija tal-UE 2020, biex jiġi sfruttat u miġjub ’il quddiem il-potenzjal tal-ICTs, u biex dan il-potenzjal jissarraf fi tkabbir sostenibbli u innovazzjoni. It-tħeġġiġ tal-użu tal-ICTs u t-tkabbir tal-fiduċja fis-soċjetà tal-informazzjoni huma prijoritajiet ewlenin tad-DAE.

L-ENISA inizjalment inħolqot biex tiżgura livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni. L-esperjenza miksuba flimkien mal-Aġenzija u l-isfidi u t-theddid enfasizzaw il-ħtieġa għall-modernizzazzjoni tal-mandat tagħha biex tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw:

- mill-frammentazzjoni fl-approċċi nazzjonali fil-konfront tal-isfidi li qed jevolvu;

- min-nuqqas ta’ mudelli kollaborattivi fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-NIS;

- mil-livell insuffiċjenti ta’ tħejjija anke minħabba l-limitazzjonijiet Ewropej ta’ twissija bikrija u kapaċità ta’ rispons;

- min-nuqqas ta’ dejta Ewropea affidabbli u għarfien limitat dwar problemi li qed jiżviluppaw;

- mil-livell baxx ta’ kuxjenza dwar ir-riskji u l-isfidi tal-NIS;

- mill-isfida għall-integrazzjoni tal-aspetti tal-NIS fil-politiki għall-ġlieda aktar effettiva kontra l-kriminalità ċibernetika.

1.3. L-objettivi tal-politika

L-objettiv ġenerali tar-regolament propost huwa li jippermetti li l-Unjoni, l-Istati Membru u l-partijiet interessati jiżviluppaw livell għoli ta’ kapaċità u tħejjija biex jimpedixxu u jidentifikaw il-problemi tal-NIS u jirrispondu aħjar għalihom. Dan jgħin biex tinbena l-fiduċja, li ssostni l-iżvilupp tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, biex tittejjeb il-kompetittività tal-impriżi Ewropej u biex jiġi żgurat li s-Suq Intern jaħdem b’mod effettiv.

1.4. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Din il-proposta tikkumplementa inizjattivi ta’ politika regolatorji u mhux regolatorji dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni biex jittejbu s-sigurtà u r-reżistenza tal-ICTs:

- Il-Pjan ta’ Azzjoni mniedi bil- Komunikazzjoni dwar is-CIIP indirizza t-twaqqif ta’:

- Forum Ewropew tal-Istati Membri (EFMS) maħsub biex irawwem diskussjoni u skambju dwar prassi ta’ politika tajba bil-għan li jkun hemm ixxerjar ta’ objettivi u ta’ prijoritajiet tal-politka dwar is-sigurtà u r-reżistenza tal-infrastruttura tal-ICT, li jibbenefika wkoll direttament mill-ħidma u l-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija.

- Sħubija Ewropea bejn is-Settur Pubbliku u l-Privat għar-Reżistenza (EP3R), li huwa l-qafas flessibbli ta’ governanza mal-Ewropa kollha għar-reżistenza tal-infrastruttura tal-ICT, li jopera billi jrawwem il-koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u l-privat dwar objettivi tas-sigurtà u r-reżistenza, rekwiżiti minimi, prassi u miżuri ta’ politika tajba.

- Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2009, jippromwovi politiki li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks u jippermettu rispons aktar veloċi fil-każ ta’ attakki ċibernetiċi fl-Unjoni.

- Dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu biex l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa jkollha effett. Il-politiki dwar l-NIS għandhom irwol ċentrali f’dik il-parti tal-istrateġija li tiffoka biex titkabbar il-fiduċja u s-sigurtà fis-soċjetà tal-informazzjoni. Dawn jappoġġjaw ukoll il-miżuri u l-politika ta’ appoġġ tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-privatezza (b’mod partikolari “privatezza permezz tad-disinn”) u d-dejta personali (reviżjoni tal-qafas), in-netwerk tas-CPC, il-ġestjoni tal-identità, u l-Programm għal Internet Aktar Sikur.

1.5. L-iżviluppi fil-politika attwali tal-NIS relatata mal-proposta

Bosta mill-iżviluppi li għaddejjin fil-politika tal-NIS, b’mod partikolari dawk imħabbra fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, jibbenefikaw mill-appoġġ u l-kompetenza esperta tal-ENISA. Dawn jinkludu:

- It-tisħiħ tal-koperazzjoni tal-politika tal-NIS billi jiġu intensifikati l-attivitajiet fil- Forum Ewropew tal-Istati Membri (EFMS) li, bl-appoġġ dirett tal-ENISA, ser jgħin biex:

- jiġu definiti modi għat-twaqqif ta’ netwerk Ewropew effettiv permezz ta’ koperazzjoni transkonfinali bejn Skwadri nazzjonali/governattivi ta’ Rispons f’ Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERTs);

- jiġu identifikati objettivi u prijoritajiet fuq medda twila ta’ żmien għal eżerċizzji pan-Ewropej fuq skala kbira dwar inċidenti tal-NIS;

- jiġu ingranati r-rekwiżiti minimi fl-akkwist pubbliku għat-tkabbir tas-sigurtà u r-reżistenza fis-sistemi u n-netwerks pubbliċi;

- jiġu identifikati inċentivi ekonomiċi u regolatorji għas-sigurtà u r-reżistenza;

- jiġi evalwat l-istat tas-saħħa tal-NIS fl-Ewropa.

- It-tisħiħ tal-koperazzjoni u s-sħubija bejn is-settur pubbliku u l-privat, permezz tal-appoġġ għas- Sħubija Ewropea tas-Settur Pubbliku u l-Privat għar-Reżistenza (EP3R) . L-ENISA għandha rwol dejjem jikber fl-iffaċilitar tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-EP3R. Il-passi li jmiss tal-EP3R se jinkludu:

- Id-diskussjoni ta’ miżuri u strumenti innovattivi għat-titjib tas-sigurtà u r-reżistenza, bħal:

- rekwiżiti minimi tas-sigurtà u r-reżistenza, b’mod partikolari fl-akkwist pubbliku għal prodotti jew servizzi tal-ICT, biex jiġu provduti kundizzjonijiet ekwi filwaqt li jiġi żgurat livell xieraq ta’ tħejjija u prevenzjoni;

- l-esplorazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-operaturi ekonomiċi, pereżempju meta dawn jimplimentaw rekwiżiti minimi tas-sigurtà;

- inċentivi ekonomiċi għall-iżvilupp u t-tħaddin ta’ prassi għall-ġestjoni tar-riskju, proċessi tas-sigurtà u prodotti;

- skemi ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ ġestjoni għall-valutazzjoni u l-ġestjoni ta’ inċidenti ewlenin fuq bażi komuni ta’ ftehim;

- koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u l-privat fil-każ ta’ inċidenti fuq skala kbira;

- l-organizzazzjoni ta’ Samit tal-Intrapriżi dwar konfini ekonomiċi u fatturi motivanti għas-sigurtà u r-reżistenza.

- It-tqegħid fil-prattika tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-pakkett regolatorju dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn hija meħtieġa l-kompetenza esperta u l-assistenza tal-ENISA:

- biex tappoġġja lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tas-settur privat kif jixraq, fit-tfassil ta’ qafas ta’ regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ notifika ta’ ksur tas-sigurtà (kif stipulat fl-Artikolu 13(a) tad-Direttiva ta’ Qafas riveduta).

- biex jitwaqqaf Forum annwali għall-korpi kompetenti nazzjonali/Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali tal-NIS u l-partijiet interessati tas-settur privat għad-diskussjoni tat-tagħlimiet meħuda u għall-iskambju ta’ prassi tajba dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri regolatorji għall-NIS.

- L-iffaċilitar ta’ eżerċizzji ta’ stat ta’ tħejjija għas-sigurtà ċibernetika mal-UE kollha bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-kontribuzzjoni tal-ENISA, bil-għan li dawn l-eżerċizzji jiġu estiżi għal-livell internazzjonali aktar tard.

- It-twaqqif ta’ CERT ( Skwadra ta’ rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters ) għall-istituzzjonijiet tal-UE. Is-6 Azzjoni Ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa hija li l-Kummissjoni tippreżenta “miżuri mmirati għal livell imsaħħaħ u għoli tal-Politika dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, inklużi [...] miżuri li jippermettu risponsi aktar veloċi fil-każ ta’ attakki ċibernetiċi, inkluż CERT għall-istituzzjonijiet tal-UE.”[8] Dan ikun jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni janalizzaw, u jwaqqfu Skwadra ta’ Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters fejn l-ENISA tipprovdi appoġġ tekniku u kompetenza esperta.

- Il-mobilizzazzjoni u l-appoġġ għall-Istati Membri biex iwettqu u fejn ikun meħtieġ biex iwaqqfu CERTs nazzjonali/governattivi biex jiġi stabbilit netwerk ta’ CERTs li jaħdem sew u li jkopri l-Ewropa kollha . Din l-attività tkun ukoll strumentali biex tiġi żviluppata aktar Sistema Ewropea ta’ Qsim u Notifikazzjoni ta’ Informazzjoni (EISAS) għal ċittadini u SMEs li tinbena b’riżorsi u kapaċitajiet nazzjonali sa tmiem l-2012.

- It-tqajjim ta’ kuxjenza dwar l-isfidi tal-NIS, li għandhom jinkludu:

- it-tfassil mill-Kummissjoni flimkien mal-ENISA ta’ gwida dwar il-promozzjoni ta’ standards, il-prassi tajba u l-kultura tal-ġestjoni tar-riskju tal-NIS. Jitlesta l-ewwel kampjun tal-gwida.

- L-organizzazzjoni mill-ENISA, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, ta’ “ Xahar Ewropew dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għal kulħadd ”, li jkun jinkludi Kompetizzjonijiet nazzjonali/Ewropej dwar is-Sigurtà Ċibernetika.

1.6. Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ politiki u objettivi eżistenti tal-Unjoni Ewropea u f’konformità sħiħa mal-objettiv li jkun hemm kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern permezz tat-titjib tat-tħejjija u r-risponsività għall-isfidi tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Din l-inizjattiva tal-politika hija r-riżultat ta’ diskussjoni wiesgħa li saret wara approċċ inklużiv li rrispetta l-prinċipji ta’ parteċipazzjoni, trasparenza, responsabbiltà, effettività u koerenza. Il-proċess wiesa’ li sar kien jinkludi evalwazzjoni tal-Aġenzija fl-2006/2007 segwita minn Rakkomandazzjonijiet mill-Bord tat-Tmexxija tal-ENISA, żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi (fl-2007 u fl-2008-2009) u għadd ta’ workshops dwar kwistjonijiet relatati mal-NIS.

L-ewwel konsultazzjoni pubblika inbdiet b’konnessjoni mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni fuq medda medja ta’ żmien tal-ENISA. Din kienet tiffoka fuq il-ġejjieni tal-Aġenzija u saret mit-13 ta’ Ġunju sas-7 ta’ Settembru 2007, u ġabret total ta’ 44 kontribuzzjoni online flimkien ma’ tnejn oħra ppreżentati bil-miktub. It-tweġibiet waslu minn varjetà ta’ partijiet interessati, inklużi ministeri tal-Istati Membri, korpi regolatorji, assoċjazzjonijiet tal-industrija u tal-konsumaturi, istituzzjonijiet akkademiċi, kumpaniji, u ċittadini individwali.

It-tweġibiet għamlu enfasi fuq għadd ta’ kwistjonijiet interessanti dwar l-iżvilupp tax-xenarju ta’ theddida; il-ħtieġa li jiġi ċċarat ir-Regolament u tinbena aktar flessibbiltà fih biex l-ENISA tkun tista’ tadatta għall-isfidi; l-importanza li tiġi żgurata interazzjoni effettiva mal-partijiet interessati; u l-opportunità għal żieda limitata fir-riżorsi tagħha.

It-tieni konsultazzjoni pubblika, li saret mis-7 ta’ Novembru 2008 sad-9 ta’ Jannar 2009, kienet immirata biex tidentifika l-objettivi prijoritarji għal politika tal-NIS aktar imsaħħa fil-livell Ewropew u l-mezzi biex jinkisbu dawk l-objettivi. Waslu madwar 600 kontribuzzjoni mingħand awtoritajiet tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi/ta’ riċerka, assoċjazzjonijiet tal-industrija, kumpaniji privati u partijiet interessati oħrajn, bħal organizzazzjonijiet u konsulenti tal-protezzjoni tad-dejta, u ċittadini privati.

Maġġoranza kbira ta’ dawk li wieġbu[9] appoġġjaw li l-mandat tal-Aġenzija jiġi estiż u kienu favur irwol akbar fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-NIS fil-livell Ewropew u żieda fir-riżorsi tagħha. Il-prijoritajiet ewlenin kienu l-ħtieġa ta’ approċċ aktar ikkoordinat għat-theddidiet ċibernetiċi mal-Ewropa kollha, koperazzjoni transnazzjonali b’rispons għal attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, il-bini ta’ fiduċja u skambju ta’ informazzjoni mtejjeb fost il-partijiet interessati.

Saret valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta, li bdiet f’Settembru 2009, ibbażata fuq studju preparatorju li sar minn kuntrattur estern. Kienu involuti varjetà wiesgħa ta’ partijiet interessati u esperti. Il-kontributuri kienu jinkludu korpi tal-NIS tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi tat-telekomunikazzjoni u fornituri tas-servizzi tal-internet u assoċjazzjonijiet relatati tas-settur, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, manifatturi tal-ICT, Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERTs), akkademiċi, u utenti korporattivi. Twaqqaf Grupp ta’ Tmexxija bejn is-Servizzi magħmul mid-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni biex jappoġġja l-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt.

2.2. Valutazzjoni tal-impatt

Ġie identifikat li kienet soluzzjoni xierqa li tinżamm Aġenzija biex jinkisbu l-objettivi tal-politika Ewropea.[10] Wara proċess ta’ qabel l-iskrutinju, intgħażlu ħames għażliet ta’ politika għal aktar analiżi:

- Għażla 1 – L-ebda politika;

- Għażla 2 – Kollox jibqa’ kif kien, jiġifieri, b’mandat simili u bl-istess livell ta’ riżorsi;

- Għażla 3 – Espansjoni tal-kompiti tal-ENISA, biż-żieda ta’ awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tal-privatezza bħala partijiet interessati sħaħ;

- Għażla 4 – Jiżdiedu l-ġlieda kontra attakki ċibernetiċi u r-rispons għal inċidenti ċibernetiċi mal-kompiti tagħha;

- Għażla 5 – Jiżdiedu awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet ġudizzjarji ta’ appoġġ fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika mal-kompiti tagħha;

Wara analiżi komparattiva tal-ispiża u l-benefiċċji, l-għażla 3 ġiet identifikata bħala l-aktar mezz effettiv u effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika.

L- Għażla 3 tipprevedi espansjoni tal-irwol tal-ENISA, biex tiffoka fuq:

- il-bini u ż-żamma ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati u netwerk tal-għerf biex jiġi żgurat li l-ENISA tkun infurmata b’mod komprensiv dwar ix-xenarju Ewropew tal-NIS;

- li tkun iċ-ċentru ta’ appoġġ tal-NIS għall-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni tal-politika (b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza elettronika, il-firma elettronika, l-ID elettronika u l-istandards ta’ akkwist għall-NIS);

- li tappoġġja l-politika tas-CIIP u r-Reżistenza tal-Unjoni (eżerċizzji, EP3R, Sistema Ewropea ta’ Xxerjar ta’ Informazzjoni u Notifikazzjoni, eċċ.);

- it-twaqqif ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir tad-dejta tal-NIS, inkluż l-iżvilupp ta’ metodi u prassi għar-rapportar legali u l-ixxerjar;

- l-istudju tal-ekonomija tal-NIS;

- li tistimula l-koperazzjoni bejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għall-promozzjoni ta’ approċċ globali komuni għall-NIS u biex jingħata impatt għall-inizjattivi internazzjonali ta’ livell għoli fl-Ewropa;

- li twettaq kompiti mhux operazzjonali relatati ma’ aspetti tal-NIS li jikkonċernaw l-infurzar tal-liġi u l-koperazzjoni ġudizzjarja fir-rigward tal-kriminalità ċibernetika.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju tal-azzjoni proposta

Ir-Regolament propost huwa maħsub biex isaħħaħ u jimmodernizza l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), u biex jistabbilixxi mandat ġdid għal perjodu ta’ ħames snin.

Il-proposta tinkludi xi bidliet ewlenin meta mqabbla mar-Regolament oriġinali:

1. Aktar flessibbiltà, adattabbiltà u kapaċità biex tiffoka. Il-kompiti huma aġġornati u mfassla mill-ġdid b’mod wiesa’ biex jifirxu aktar l-ambitu tal-attivitajiet tal-Aġenzija; dawn huma biżżejjed preċiżi biex juru l-mezzi li bihom għandhom jintlaħqu l-objettivi. Dan jiffoka aħjar il-missjoni tal-Aġenzija, itejjeb il-kapaċità tagħha biex taqdi l-missjoni tagħha u jsaħħaħ il-kompiti tagħha b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni.

2. Allinjament aħjar tal-Aġenzija fil-proċess ta’ politika u dak regolatorju tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej jistgħu jirrikkorru għand l-Aġenzija għall-assistenza u l-konsulenza. Dan huwa konformi mal-iżviluppi politiċi u regolatorji: il-Kunsill issa beda jindirizza lill-Aġenzija direttament fir-Riżoluzzjonijiet, u l-PE u l-Kunsill assenjaw kompiti relatati mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni lill-Aġenzija fil-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika.

3. Interfaċċja mal-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika . Fl-ilħuq tal-objettivi tagħha, l-Aġenzija tikkunsidra l-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza jsiru partijiet interessati sħaħ tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti.

4. Tisħiħ tal-istruttura ta’ governanza . Il-proposta ssaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, li fih huma rrappreżentati l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Pereżempju, il-Bord tat-Tmexxija jista' joħroġ direttivi ġenerali dwar kwistjonijiet ta’ persunal, li qabel kienu r-responsabbiltà waħdanija tad-Direttur Eżekuttiv. Jista’ wkoll jistabbilixxi korpi ta’ ħidma biex jgħinuh iwettaq il-kompiti, inkluż il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċizjonijiet tiegħu.

5. Koordinazzjoni ta’ Proċeduri . Il-proċeduri li wrew li huma ta’ piż żejjed ġew issimplifikati. Eżempji: (a) proċedura ssimplifikata għar-regoli interni tal-Bord tat-Tmexxija, (b) l-opinjoni dwar il-programm ta’ ħidma tal-ENISA tingħata mis-servizzi tal-Kummissjoni minflok permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija ngħata wkoll riżorsi adegwati fil-każ li jkun jeħtieġ li jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi u jimplimentahom (pereżempju, jekk membru tal-persunal jippreżenta lment kontra d-Direttur Eżekuttiv jew il-Bord innifsu).

6. Żieda gradwali tar-riżorsi . Sabiex twettaq il-prijoritajiet Ewropej imsaħħa u tegħleb l-isfidi dejjem akbar, mingħajr preġudizzju għall-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, hija mistennija żieda gradwali tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-Aġenzija bejn l-2012 u l-2016. Abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għal wara l-2013 filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni se tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva emendata.

7. L-għażla li jiġi estiż il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv . Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal tliet snin.

3.2. Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[11] (TFUE).

Skont sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja,[12] qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l- Artikolu 95 tat-Trattat KE kellu jitqies bħala l-bażi legali xierqa għall-ħolqien ta’ korp bl-iskop li jiżgura livell għoli u effettiv tal-NIS fl-Unjoni. Permezz tal-espressjoni “miżuri għal approssimazzjoni” fl-Artikolu 95 l-awturi tat-Trattat riedu jagħtu lill-leġiżlatura tal-Unjoni d-diskrezzjoni li tagħżel il-miżuri xierqa biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. It-titjib tas-sigurtà u r-reżistenza tal-infrastrutturi tal-ICT għaldaqstant huwa element importanti li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern.

Fit-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 114 tat-TFUE[13] jiddeskrivi – kważi b’mod identiku – ir-responsabbiltà tas-suq intern. Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq, dan jibqa’ l-bażi legali applikabbli għall-adozzjoni ta’ miżuri biex titjieb l-NIS. Ir-responsabbiltà tas-Suq Intern issa hija kompetenza kondiviża mill-Unjoni u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(2)(a) TFUE). Dan ifisser li l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri (vinkolanti) u li l-Istati Membri jieħdu azzjoni jekk l-Unjoni ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha jew tkun iddeċidiet li ma tiħux aktar azzjoni (Artikolu 2(2) TFUE).

Il-miżuri taħt ir-responsabbiltà tas-Suq Intern ikunu jeħtieġu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikoli 289 u 294 tat-TFUE), li hija simili[14] għall-proċedura ta’ qabel ta’ kodeċiżjoni (l-Artikolu 251 tat-Trattat KE).

Bit-trattat ta’ Lisbona, spiċċat id-distinzjoni li kienet issir bejn il-pilastri. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità saru kompetenza xxerjata tal-Unjoni. Din ħolqot opportunità biex l-ENISA jkollha rwol bħala pjattaforma f’aspetti tal-NIS fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika u biex taqsam opinjonijiet u l-aħjar prassi ma’ awtoritajiet tad-difiża ċibernetika, tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza.

3.3. Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà: Il-politika tal-NIS teħtieġ approċċ kollaborattiv u l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri individwalment.

Strateġija ta’ nuqqas sħiħ ta’ intervent mill-Unjoni fil-politiki nazzjonali tal-NIS twassal biex il-kompitu jitħalla f’idejn l-Istati Membri, u tinjora l-interdipendenza ċara bejn is-sistemi eżistenti tal-informazzjoni. Għaldaqstant, miżura li tiggarantixxi livell xieraq ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġi żgurat li r-riskji tal-NIS jistgħu jiġu kkontrollati sew fil-kuntest transkonfinali li fih jistgħu jinqalgħu tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Barra minn hekk, azzjoni Ewropea ttejjeb l-effettività tal-politiki nazzjonali eżistenti u b’hekk iżżid il-valur.

Barra minn dan, l-introduzzjoni ta’ politika tal-NIS miftiehma u kollaborattiva jkollha impatt benefiċjali fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b’mod aktar speċifiku fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza. Il-ħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta bħalissa hija kruċjali minħabba l-fatt li ċ-ċittadini Ewropej qegħdin dejjem aktar jafdaw id-dejta tagħhom fi ħdan sistemi ta’ informazzjoni kumplessi, sew jekk jagħżlu li jagħmlu dan min jeddhom jew għall-bżonn, mingħajr ma bilfors ikunu jistgħu jevalwaw sew ir-riskji relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, meta jseħħu l-inċidenti, huma mhux dejjem ikunu jistgħu jieħdu l-passi xierqa, u m’hemmx lanqas iċ-ċertezza li l-Istati Membri jkunu kapaċi jindirizzaw effettivament kull tip ta’ inċident internazzjonali fin-nuqqas ta’ koordinazzjoni Ewropea fl-NIS.

3.4 Prinċipju tal-proporzjonalità

Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi ma tmurx lil hinn milli meħtieġ biex tilħaq l-objettiv tagħha.

3.5. Għażla ta’ strumenti

Strument propost: regolament, li jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

Il-proposta għandha impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.

Billi l-kompiti li se jkunu inklużi fil-mandat il-ġdid għall-ENISA huma stabbiliti, huwa mistenni li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi meħtieġa biex twettaq l-attivitajiet tagħha b’mod sodisfaċenti. L-evalwazzjoni tal-Aġenzija, il-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-livelli kollha u l-valutazzjoni tal-impatt juru qbil ġenerali li d-daqs tal-Aġenzija huwa taħt il-massa kritika tagħha u li hemm il-ħtieġa ta’ żieda fir-riżorsi. Il-konsegwenzi u l-effetti taż-żieda fil-persunal u l-baġit tal-Aġenzija huma analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-proposta.

Il-finanzjament tal-UE wara l-2013 se jiġu eżaminati fil-kuntest ta' dibattitu mifrux fuq il-Kummissjoni kollha dwar il-proposti kollha għall-perjodu wara l-2013.

5. KUMMENTI ADDIZZJONALI

5.1. Tul ta’ żmien

Ir-Regolament għandu jkopri perjodu ta’ ħames snin.

5.2. Klawsola ta’ reviżjoni

Ir-Regolament jagħmel provvediment għal evalwazzjoni tal-Aġenzija, li tkopri l-perjodu mill-evalwazzjoni preċedenti tal-2007. Din għandha tevalwa l-effettività tal-Aġenzija fil-kisba tal-objettivi tagħha kif stipulati fir-Regolament, jekk għadhiex strument effettiv u jekk il-mandat tal-Aġenzija għandux jittawwal aktar. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-riżultati, il-Bord tat-Tmexxija jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar bidliet għal dan ir-Regolament, dwar l-Aġenzija u dwar il-prassi ta’ ħidma tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tħejji abbozz għal kwalunkwe proposta għal estensjoni tal-mandat f’waqtha, l-evalwazzjoni għandha ssir sa tmiem it-tieni sena tal-mandat stipulat fir-Regolament.

5.3. Miżura interim

Il-Kummissjoni hija konxja li l-proċedura leġiżlattiva fil-Parlament Ewropew u fil- Kunsill tista’ tirrikjedi żmien twil ta’ dibattitu fuq il-proposta, u hemm ir-riskju li jinħoloq vojt legali jekk il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija ma jiġix adottat fil-ħin dovut qabel l-iskadenza tal-mandat kurrenti. Il-Kummissjoni għaldaqstant qed tipproponi, flimkien ma’ din il-proposta, Regolament li jestendi l-mandat kurrenti tal-Aġenzija għal 18-il xahar biex jippermetti biżżejjed żmien għad-dibattitu u l-proċess dovut.

2010/0275 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Dwar l–Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,[15]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,[16]

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi huma fattur essenzjali fl-iżvilupp ekonomiku u tas-soċjetà. Dawn għandhom irwol vitali għas-soċjetà u saru servizzi li ssibhom kullimkien bl-istess mod bħalma huma l-provvisti tad-dawl u l-ilma. L-interruzzjoni tagħhom għandha l-potenzjal li tikkawża dannu ekonomiku konsiderevoli, u din tenfasizza l-importanza tal-miżuri biex tiżdied il-protezzjoni u r-reżistenza bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi kritiċi. Is-sigurtà tal- komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi, b’mod partikolari l-integrità u d-disponibbiltà tagħhom, qed tiffaċċja sfidi li qed jespandu kontinwament. Dan huwa ta’ tħassib dejjem akbar għas-soċjetà mhux l-inqas minħabba l-possibbiltà ta’ problemi dovuti għall-kumplessità tas-sistema, l-inċidenti, l-iżbalji u l-attakki li jista’ jkollhom konsegwenzi fuq l-infrastruttura fiżika li tipprovdi servizzi li huma kritiċi għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej.

(2) Ix-xenarju tat-theddida qiegħed jinbidel kontinwament u inċidenti tas-sigurtà jistgħu jipperikolaw il-fiduċja tal-utenti. Filwaqt li interruzzjonijiet serji fil-komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi jista’ jkollhom impatt ekonomiku u soċjali qawwi, il-ksur tas-sigurtà, il-problemi u l-intoppi ta’ kuljum ukoll jipperikolaw it-tnaqqir tal-fiduċja pubblika fit-teknoloġija, n-netwerks u s-servizzi.

(3) Għaldaqstant, għal dawk li jfasslu l-politiki, l-industrija u l-utenti, huwa importanti li ssir valutazzjoni regolari tal-istat tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, ibbażata fuq dejta Ewropea affidabbli.

(4) Ir-rappreżentattivi tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2003, iddeċidew li l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) li kellha tiġi stabbilita abbażi tal-proposta mressqa mill-Kummissjoni, għandu jkollha s-sede tagħha f'raħal fil-Greċja li għandu jiġi ddeterminat mill-Gvern Grieg.

(5) Fl-2004 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 460/2004[17] li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni bl-iskop li tikkontribwixxi għall-għanijiet li jiġi żgurat livell għoli u effettiv tan-netwerks u s-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni, u biex tiġi żviluppata kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-amministrazzjonijiet tas-settur pubbliku. Fl-2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008[18] li estenda l-mandat tal-Aġenzija sa Marzu 2012.

(6) Minn mindu twaqqfet l-Aġenzija, l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni nbidlu flimkien mat-tekonoloġija, mas-suq u mal-iżviluppi soċjoekonomiċi, u kienu s-suġġett ta’ aktar riflessjoni u dibattitu. Bi tweġiba għall-isfidi li qed jinbidlu, l-Unjoni aġġornat il-prijoritajiet tagħha għall-politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni f’għadd ta’ dokumenti, inkluża l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006 Strateġija għal Soċjetà tal-Informazzjoni Sigura – Djalogu, sħubija u awtorizzazzjoni ,[19] ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-2007 dwar Strateġija għal Soċjetà tal-Informazzjoni Sigura fl-Ewropa,[20] il-Komunikazzjoni tal-2009 Protezzjoni tal-Infrastruttura ta’ Informazzjoni Kritika - “Inħarsu l-Ewropa minn attakki u tfixkil ċibernetiċi fuq skala kbira: it-titjib tat-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza” ,[21] il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (CIIP), ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-2009 dwar approċċ Ewropew kollaborattiv tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni,[22] . Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li l-Aġenzija tiġi modernizzata u msaħħa biex tikkontribwixxi b’suċċess għall-isforzi tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri biex dawn jiżviluppaw kapaċità Ewropea li tilqa’ l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. Aktar riċentement, il-Kummissjoni adottat l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa [23], bħala inizjattiva ewlenija taħt strateġija Ewropa 2020. Din l-aġenda kumplessiva għandha l-għan li tisfrutta u tavvanza l-potenzjal tal-ICT sabiex dan il-potenzjal jiġi tradott fi tkabbir u innovazzjoni sostenibbli. It-titjib fil-fiduċja u l-kunfidenza fis-soċjetà tal-informazzjoni hija waħda mill-objettivi ewlenin ta' din l-aġenda kumplessiva, li ħabbret għadd ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni f'dan il-qasam, inkluża l-proposta preżenti.

(7) Il-miżuri tas-suq intern fil-qasam tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika, u b’mod aktar ġenerali, is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni jeħtieġu forom differenti ta’ applikazzjonijiet tekniċi u organizzattivi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-applikazzjoni eteroġena ta’ dawn ir-rekwiżiti tista’ twassal għal ineffiċjenzi u tista’ toħloq ostakli fis-suq intern. Dan jitlob għal ċentru ta’ kompetenza esperta f’livell Ewropew li jipprovdi gwida, konsulenza, u meta meħtieġ, assistenza dwar kwistjonjiet relatati mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, li fuqu jkunu jistgħu jiddependu l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej . L-Aġenzija tista’ tilqa’ għal dawn il-ħtiġijiet billi tiżviluppa u żżomm livell għoli ta’ kompetenza esperta u tgħin lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, u bħala konsegwenza ta’ dan, lill-komunità kummerċjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u regolatorji tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(8) L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, u b’mod ġenerali, tikkontribwixxi għal livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika, billi, fost oħrajn, tipprovdi kompetenza esperta u konsulenza, u tippromwovi l-iskambju ta’ prassi tajba.

(9) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva Qafas)[24] tesiġi wkoll li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jieħdu l-miżuri xierqa biex jissalvagwardjaw l-integrità u s-sigurtà tagħhom u jdaħħlu r-rekwiżiti tal-ksur tas-sigurtà u tan-notifikazzjoni ta’ telf tal-integrità. Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha wkoll tiġi nnotifikata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li għandhom ukoll jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija rapport sommarju annwali dwar in-notifikazzjonijiet riċevuti u l-azzjoni meħuda. Id-Direttiva 2002/21/KE tagħmel sejħa wkoll biex l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa tas-sigurtà billi tipprovdi opinjonijiet.

(10) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad- data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)[25] tesiġi li fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jissalvagwardja s-sigurtà tas-servizzi tiegħu u tesiġi wkoll li jkun hemm kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-dejta tat-traffiku relatata. Id-Direttiva 2002/58/KE tintroduċi informazzjoni dwar vjolazzjoni ta’ dejta personali u rekwiżiti ta’ notifikazzjoni għall- fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija dwar kull miżura ta’ implimentazzjoni teknika li għandha tiġi adottata fil-każ taċ-ċirkostanzi jew il-format, u l-proċeduri applikabbli fil-każ tar-rekwiżiti tal-informazzjoni u n-notifikazzjoni. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[26] teħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu provvediment li jobbliga lill-kontrollur li jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex iħares id-dejta personali mill-qerda aċċidentali jew illegali, jew minn telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni ta’ dejta permezz ta’ netwerk, u kontra kull forma illegali ta’ pproċessar.

(11) L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni u għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(12) Għandu jkun hemm sett ta’ kompiti li juri kif l-Aġenzija għandha tilħaq l-objettivi tagħha filwaqt li jippermetti flessibbiltà fl-attivitajiet tagħha. Il-kompiti mwettqa mill-Aġenzija għandhom jinkludu l-ġbir tal-informazzjoni u d-dejta xierqa meħtieġa biex tagħmel analiżi tar-riskji għas-sigurtà u r-reżistenza tal-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi, u biex tevalwa b’koperazzjoni mal-Istati Membri l-qagħda tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Ewropa. L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istati Membri u ttejjeb il-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati fl-Ewropa, b’mod partikolari billi tinvolvi fl-attivitajiet tagħha l-korpi nazzjonali kompetenti u esperti tas-settur privat fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. L-Aġenzija għandha tipprovdi għajnuna lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-djalogu tagħhom mal-industrija biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mas-sigurtà fi prodotti tal-ħardwer u s-softwer, biex b’hekk tikkontribwixxi għal approċċ kollaborattiv tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(13) L-Aġenzija għandha topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi fiduċja permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-konsulenza li toffri u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi tal-operat tagħha, u r-reqqa tagħha fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha. L-Aġenzija għandha tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni u għaldaqstant tiżvolġi l-kompiti tagħha b’koperazzjoni sħiħa mal-Istati Membri, u tkun miftuħa għall-kuntatti mal-industrija u mal-partijiet interessati l-oħra rilevanti. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tibni fuq l-informazzjoni li tikseb mis-settur privat u fuq il-koperazzjoni miegħu, settur li għandu rwol importanti fis-sigurtà tal-komunikazzjoni, fl-infrastruttura u fis-servizzi elettroniċi.

(14) Il-Kummissjoni nidiet is-Sħubija Ewropea tas-Settur Pubbliku u l-Privat għar-Reżistenza bħala qafas ta’ governanza flessibbli għall-Ewropa kollha għar-reżistenza tal-infrastruttura tal-ICT, li fiha l-Aġenzija għandu jkollha rwol ta’ faċilitatur, filwaqt li tiġbor flimkien lill-partijiet interessati mis-settur pubbliku u l-privat biex jiddiskutu l-prijoritajiet tal-politika pubblika, id-dimensjonijiet ekonomiċi u tas-suq tal-isfidi u l-miżuri għar-reżistenza tal-infratruttura tal-ICT, u biex tidentijfika r-responsabbiltà tal-partijiet interessati.

(15) L-Aġenzija għandha tipprovdi konsulenza lill-Kummissjoni permezz ta’ opinjonijiet u analiżi teknika u soċjoekonomika fuq talba tal-Kummmissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, biex tgħin fl-iżvilupp tal-politika fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw politika u kapaċità fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(16) L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jibnu u jtejbu l-kapaċità u t-tħejjija transkonfinali biex jipprevenu, isibu, itaffu u jirrispondu għall-problemi u l-inċidenti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni; f’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandu jkollha rwol attiv fl-appoġġ tagħha lill-Istati Membri fl-isforzi kontinwi tagħhom biex itejbu l-kapaċità ta’ rispons tagħhom u biex torganizza u tmexxi eżerċizzji nazzjonali u Ewropej dwar inċidenti tas-sigurtà.

(17) Id-Direttiva 95/46/KE tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont dan ir-Regolament.

(18) Sabiex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Aġenzija jeħtieġ li tanalizza r-riskji attwali u emerġenti. Għal dak l-iskop l-Aġenzija għandha, b’koperazzjoni mal-Istati Membru, u jekk ikun xieraq, ma’ korpi tal-istatistika, tiġbor l-informazzjoni rilevanti. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jiġbru, janalizzaw u jqassmu dejta dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(19) Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tal-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Ewropa u tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni b’koperazzjoni mal-Istati Membri.

(20) L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni fost il-korpi pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari b’appoġġ għall-iżvilupp u l-iskambju ta’ prassi tajba u ta’ standards għal programmi edukattivi u skemi biex titqajjem kuxjenza. Din l-azzjoni tkun iffaċilitata permezz ta’ aktar skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha wkoll tappoġġja l-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati pubbliċi u privati fil-livell tal-Unjoni, parzjalment permezz tal-promozzjoni tal-qsim ta’ informazzjoni, ta’ kampanji biex titqajjem kuxjenza u ta’ programmi edukattivi u taħriġ.

(21) Politiki effiċjenti tas-sigurtà għandhom ikunu bbażati fuq metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju żviluppati sew, kemm fis-settur pubbliku u fil-privat. Il-metodi u l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju jintużaw f’livelli differenti b’ebda prattika komuni dwar l-applikazzjoni effiċjenti tagħhom. Il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prassi għall-valutazzjoni tar-riksju u għal soluzzjonijiet interoperabbli tal-ġestjoni tar-riskju f’organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u l-privat ser iżidu l-livell tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Ewropa. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tappoġġja l-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati pubbliċi u privati fil-livell tal-Unjoni, billi tiffaċilita l-isforzi tagħhom relatati mal-iżvilupp u l-attwalizzazzjoni ta’ standards għall-ġestjoni tar-riskju u għal sigurtà li tista’ titkejjel ta’ prodotti, sistemi, netwerks u servizzi elettroniċi.

(22) Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tuża l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u valutazzjoni teknoloġika li qed isiru, b’mod partikolari dawk imwettqa mill-inizjattivi differenti ta’ riċerka tal-Unjoni Ewropea.

(23) Fejn xieraq u utli biex tilħaq l-ambitu, l-objettivi tagħha u biex twettaq il-ħidmiet tagħha, l-Aġenzija għandha taqsam l-esperjenza u l-informazzjoni ġenerali mal-korpi u l-aġenziji imwaqqfa taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea u li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(24) Bil-koordinament tal-korpi tal-infurzar tal-liġi dwar l-aspetti tas-sigurtà tal-kriminalità ċibernetika, l-Aġenzija tirrispetta l-kanali ta’ informazzjoni u n-netwerks stabbiliti bħall-punti ta’ kuntatt imsemmija fid-Direttiva proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra sistemi ta’ informazzjoni, li tirrevoka d-Deċizjoni Qafas 2005/222/JHA, jew il-Task Force tal-Europol tal-Kapijiet tal-Unitajiet tal-Kriminalità ta’ Teknoloġija Għolja.

(25) Biex tiżgura li tilħaq b’mod sħiħ l-objettivi tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoordina mal-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-privatezza biex tenfasizza u tindirizza kif suppost l-aspetti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika. Ir-rappreżentanti ta’ dawn l-awtoritajiet għandhom isiru partijiet interessati sħaħ tal-Aġenzija u għandhom ikunu rrappreżentati fil-Grupp tal-Partijiet Interessati Permanenti tal-Aġenzija.

(26) Il-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni huma kwistjonijiet globali. Hemm bżonn ta’ koperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib biex jittejbu l-istandards tas-sigurtà, jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni, u jiġi promoss approċċ globali komuni għal kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tappoġġja l-koperazzjoni bejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali b’koperazzjoni, fejn xieraq, mal-SEAE.

(27) It-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija m’għandux jinterferixxi mal-kompetenzi jew jostakola, jimpedixxi jew jirkeb il-poteri rilevanti u l-ħidmiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kif stabbilit fid-Direttivi relatati man-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, kif ukoll il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) stabbilit bir-Regolament 1211/2009[27] tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u l-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet msemmi fid-Direttiva 2002/21/KE, il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kumitat Permanenti kif stipulat fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika[28] u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Istati Membri relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta.

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun effettiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija, li għandu jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet tal-Aġenzija u jiżgura li din twettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Aġenzija, jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess u r-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija, u jaħtar u jiddeċiedi dwar l-estensjoni jew it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-kapaċità li jwaqqaf korpi ta’ ħidma biex jgħinuh fil-kompiti tiegħu; dawn il-korpi pereżempju għandhom ifasslu d-deċiżjonijiet tiegħu jew jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom.

(29) Il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv tagħha jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u esperjenza rilevanti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u li jaqdi d-dmirijiet tiegħu b’indipendenza sħiħa fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, wara konsultazzjoni minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni, u jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija jitwettaq kif suppost. Kull sena huwa għandu jħejji abbozz ta’ rapport ġenerali biex ikun sottomess lill-Bord tat-Tmexxija, għandu jfassal abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija, u għandu jimplimenta l-baġit.

(30) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu l-għażla li jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dawk ta’ natura xjentifika jew teknika, jew legali jew soċjoekonomika. Meta jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb input u jiddependi mill-kompetenza esperta esterna rilevanti meħtieġa biex l-Aġenzija jkollha aċċess għall-informazzjoni l-aktar aġġornata disponibbli dwar l-isfidi tas-sigurtà ppreżentati mis-soċjetà tal-informazzjoni li qed tiżviluppa. L-Aġenzija għandha tiżgura li s-sħubija fil-Gruppi ta’ Ħidma ad hoc issir skont l-ogħla standards ta’ għarfien speċjalizzat, filwaqt li jingħata kas ta’ bilanċ rappreżentattiv, kif xieraq filwaqt li jkunu kkunsidrati l-kwistjonijiet speċifiċi, bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, is-settur privat, inklużi l-industrija, l-utenti, u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. L-Aġenzija tista’, skont il-ħtieġa, tistieden esperti individwali magħrufa bħala kompetenti fil-qasam rilevanti biex jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Gruppi ta’ Ħidma, fuq bażi ta’ każ każ. L-ispejjeż tagħhom għandhom jitħallsu mill-Aġenzija skont ir-regoli interni tagħha u skont ir-Regolamenti Finanzjarji eżistenti.

(31) L-Aġenzija għandu jkollha Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti bħala korp ta’ konsulenza, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati rilevanti oħra. Il-Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti, imwaqqaf mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, għandu jiffoka fuq kwistjonijiet rilevanti għall-partijiet interessati kollha u jippreżentahom għall-attenzjoni tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jista’, fejn xieraq u skont l-aġenda tal-laqgħat, jistieden rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u korpi rilevanti oħrajn biex jieħdu sehem f’laqgħat tal-Grupp.

(32) L-Aġenzija għandha rispettivament topera skont (i) il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn tiżgura livell xieraq ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-NIS u t-titjib tal-effettività tal-politiki nazzjonali, u b’hekk jiżdied il-valur tagħhom u (ii) il-prinċipju tal-proporzjonalità, fejn ma tmurx lil hinn milli meħtieġ biex tilħaq l-objettivi stipulati f’dan ir-Regolament.

(33) L-Aġenzija għandha tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29] u l-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.[30]

(34) Fl-ambitu tagħha, fl-objettivi tagħha u fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tikkonforma b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet Ewropej, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament ta’ dokumenti sensittivi. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu l-poter li jieħu deċiżjoni li tippermetti li l-Aġenzija taċċessa informazzjoni kklassifikata.

(35) Sabiex ikun hemm garanzija tal-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Aġenzija, huwa meqjus neċessarju li din tingħata baġit awtonomu fejn id-dħul tagħha jiġi primarjament minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkun qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija. L-Istat Membru ospitanti, jew kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandu jitħalla jagħmel kontibuzzjonijiet volontarji għad-dħul tal-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni tibqa’ applikabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe sussidji li jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Awdituri tagħmel il-verifika tal-kontijiet.

(36) L-Aġenzija għandha tiġi wara l-ENISA kif stabbilit bir Regolament Nru 460/2004. Fi ħdan il-qafas tad-deċiżjoni tar-Rappreżentattivi tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2003, l-Istat Membru ospitanti għandu jżomm u jiżviluppa l-ftehimiet prattiċi attwali sabiex jiżgura tħaddim effiċjeti u bla xkiel u tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-assitenza tal-Aġenzija mal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi kompetenti tagħhom, istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni, partijiet interessati pubbliċi u privati mill-Ewropa kollha.

(37) L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita għal perjodu limitat. L-attivitajiet tagħha jkunu evalwati fir-rigward tal-effettività tal-ilħuq tal-objettivi u tal-prassi ta’ ħidma tagħha, biex tiġi determinata l-validità kontinwa, jew xorta oħra, tal-objettivi tal-Aġenzija, u fuq bażi ta’ dan, jekk it-tul ta’ żmien tal-attivitajiet tagħha għandux jiġi estiż aktar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1 AMBITU, OBJETTIVI U KOMPITI

ARTIKOLU 1 Suġġett u Ambitu

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerk s u l-Informazzjoni (minn issa ’l quddiem “l-Aġenzija”) bl-iskop li tikkontribwixxi għal livell għoli tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni u biex tqajjem kuxjenza u tiżviluppa kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fis-soċjetà għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

2. L-objettivi u l-kompiti tal-Aġenzija jkunu bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ għall-attivitajiet li jirrigwardaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà tal-Istat (inkluż il-benesseri ekonomiku tal-Istat meta l-kwistjonijiet jikkonċernaw materji li jirrigwardaw is-sigurtà tal-Istat) u l-attivitajiet tal-Istat f’oqsma tal-liġi kriminali.

3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament “ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni ” tfisser il-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li jirreżistu, f’livell definit ta’ fiduċja, avvenimenti aċċidentali jew illegali jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta maħżuna jew trażmessa u s-servizzi relatati offruti minn dawn in-netwerks jew sistemi jew aċċessibbli permezz tagħhom.

Artikolu 2 Objettivi

1. L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u regolatorji tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fil-leġiżlazzjoni preżenti u futura tal-Unjoni, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

2. L-Aġenzija ttejjeb il-kapaċità u t-tħejjija tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex timpedixxi, tidentifika u tirrispondi għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-Informazzjoni.

3. L-Aġenzija tiżviluppa u żżomm livell għoli ta’ kompetenza esperta u tuża dik il-kompetenza esperta biex tistimula koperazzjoni wiesgħa bejn l-atturi tas-settur pubbliku u tal-privat.

Artikolu 3 Kompiti

1. Fl-iskop stipulat fl-Artikolu 1, l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) Tgħin lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, fl-iżvilupp ta’ politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tipprovdiha b’konsulenza u opinjonijiet u b’analiżi teknika u soċjoekonomika, u b’xogħol ta’ tħejjija għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(b) Tiffaċilita l-koperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-isforzi tagħhom b’dimensjoni transkonfinali biex jimpedixxu, jidentifikaw u jirrispondu għal inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(c) Tassisti lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jiġbru, janalizzaw u jqassmu dejta dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(d) Tevalwa regolarment, b’koperazzjoni mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej, il-qagħda tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Ewropa;

(e) Tappoġġja l-koperazzjoni fost il-korpi pubbliċi kompetenti fl-Ewropa, b’mod partikolari b’appoġġ għall-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw u jiskambjaw prassi u standards tajbin;

(f) Tgħin lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-promozzjoni tal-użu tal-ġestjoni tar-riskju u ta’ prassi u standards ta’ sigurtà tajbin fil-każ ta’ prodotti, sistemi u servizzi elettroniċi;

(g) Tappoġġja l-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati pubbliċi u privati fil-livell tal-Unjoni, fost oħrajn, billi tippromwovi l-ixxerjar ta’ informazzjoni u tqajjem kuxjenza, u billi tiffaċilita l-isforzi tagħhom relatati mal-iżvilupp u l-attwalizzazzjoni ta’ standards għall-ġestjoni tar-riskju u għas-sigurtà ta’ prodotti, netwerks u servizzi elettroniċi;

(h) Tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta’ prassi tajba fost partijiet interessati pubbliċi u privati dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, inklużi aspetti tal-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika; tgħin lill-Kummissjoni dwar żviluppi ta’ politika li jqisu aspetti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika;

(i) Tgħin, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw politika u kapaċità għas-sejba, l-analiżi u r-rispons tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(j) Tappoġġja d-djalogu u l-koperazzjoni tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali b’koperazzjoni, fejn xieraq, mal-SEAE, għall-promozzjoni ta’ koperazzjoni internazzjonali u approċċ globali komuni għal kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(k) Twettaq il-kompiti mogħtija lill-Aġenzija permezz tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni.

TAQSIMA 2 ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 4 Korpi tal-Aġenzija

L-Aġenzija tkun tinkludi:

(a) Bord tat-Tmexxija;

(b) Direttur Eżekuttiv u l-persunal; u

(c) Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti.

Artikolu 5 Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet tal-Aġenzija u jiżgura li l-Aġenzija taħdem skont ir-regoli u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura wkoll konsistenza tal-ħidma tal-Aġenzija ma’ attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti. Dawn ir-regoli għandhom ikunu magħmula pubbliċi.

4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 10(2) u jista’ jneħħi d-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija skont l-Artikolu 13(3) u r-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel skont l-Artikolu 14(2).

6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. Dawk ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,[31] sakemm dan ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

7. Il-Bord tat-Tmexxija, fuq ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

8. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistabbilixxi korpi ta’ ħidma komposti mill-membri tiegħu stess biex jgħinuh iwettaq il-kompiti tiegħu, inklużi t-tfassil tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

9 . Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta Pjan Multiannwali ta’ Politika dwar il-Persunal, wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni u wara li jkun informa kif dovut lill-Awtorità tal-Baġit.

Artikolu 6 Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, tliet rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni, u tliet rappreżentanti mingħajr id-dritt għall-vot, maħtura mill-Kummissjoni, li kull wieħed minnhom jirrappreżenta wieħed mill-gruppi li ġejjin:

(a) l-industrija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(b) gruppi tal-konsumatur;

(c) esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

2. Il-membri tal-Bord u s-supplenti tagħhom għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-livell tagħhom ta’ esperjenza u kompetenza esperta rilevanti fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

3. Il-mandat tar-rappreżentanti tal-gruppi msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għandu jkun ta’ erba’ snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba biss. Jekk rappreżentant iwaqqaf l-affiljazzjoni tiegħu/tagħha mal-grupp ta’ interess rispettiv, il-Kummissjoni tista’ taħtar sostitut.

Artikolu 7 Il-President tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-President u d-Deputat President tiegħu minn fost il-membri għal perjodu ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded. Id-Deputat President għandu jissostitwixxi lill-President ex officio jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.

Artikolu 8 Laqgħat

1. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Għandu wkoll jagħmel laqgħat straordinarji fuq talba tal-President jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, mingħajr id-dritt tal-vot.

Artikolu 9 Votazzjoni

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bl-approvazzjoni tal-maġġoranza tal-membri tiegħu li għandhom id-dritt tal-vot.

2. Tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot biex jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tiegħu, ir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija, il-baġit, il-programm ta’ ħidma annwali u l-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 10 Id-Direttur Eżekuttiv

1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar u jitneħħa mill-Bord tat-Tmexxija. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin, fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll kompetenza u esperjenza speċifika. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

3. Matul id-disa’ xhur qabel tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari:

- il-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

- id-doveri u r-rekwiżiti tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin.

4. Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jqis ir-rapport tal-evalwazzjoni u biss f’dawk il-każijiet fejn jista’ jiġi ġġustifikat bid-doveri u r-rekwiżiti tal-Aġenzija, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux aktar minn tliet snin.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

6. Jekk il-mandat ma jiġix estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.

7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli :

(a) għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija;

(b) għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma u d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c) għall-assigurazzjoni li l-Aġenzija twettaq l-attivitajiet tagħha skont ir-rekwiżiti ta’ dawk li jużaw is-servizzi tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-adegwatezza tas-servizzi pprovduti;

(d) għall-kwistjonijiet speċifiċi kollha dwar il-persunal, fejn jiżgura konformità mad-direzzjonijiet ġenerali tal-Bord tat-Tmexxija u mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija ta’ natura ġenerali;

(e) għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ kuntatt mal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej;

(f) għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet interessati rilevanti;

(g) għal kompiti oħrajn assenjati lilu/lilha b’dan ir-Regolament.

8. Fejn meħtieġ u fi ħdan l-objettivi u l-kompiti tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc magħmul minn esperti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun avżat bil-quddiem. Il-proċeduri b’mod partikolari dwar l-għamla, il-ħatra tal-esperti mid-Direttur Eżekuttiv u l-attività tal-Gruppi ta’ Ħidma ad hoc għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi persunal amministrattiv ta’ appoġġ u riżorsi oħrajn li jkunu disponibbli għall-Bord tat-Tmexxija meta meħtieġ.

Artikolu 11 Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jwaqqaf Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, magħmul minn esperti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, bħall-industrija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, gruppi tal-konsumatur, esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza.

2. Il-proċeduri b’mod partikolari dwar l-għadd, l-għamla, il-ħatra tal-membri mill-Bord tat-Tmexxija, il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv u l-attività tal-Grupp għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3. Il-Grupp għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv.

4. Il-mandat tal-membri tal-Grupp għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Grupp. Il-persunal tal-Kummissjoni għandu jkun intitolat li jkun preżenti għal-laqgħat u jieħu sehem fil-ħidma tal-Grupp.

5. Il-Grupp għandu joffri konsulenza lill-Aġenzija fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha. Il-Grupp għandu b’mod partikolari jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma.

TAQSIMA 3 ATTIVITÀ

Artikolu 12 Programm ta’ Ħidma

1. L-Aġenzija għandha twettaq l-attivitajiet skont il-programm ta’ ħidma tagħha, li għandu jinkludi l-attivitajiet ippjanati kollha tagħha. Il-programm ta’ ħidma ma għandux iżomm lill-Aġenzija milli twettaq attivitajiet mhux previsti li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi u l-kompiti tagħha u fil-limitu tal-baġit tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija bl-attivitajiet tal-Aġenzija li m’hemmx provvediment għalihom fil-programm ta’ ħidma.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tfassil tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija wara konsultazzjoni minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni. Kull sena qabel il-15 ta’ Marzu d-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-abbozz tal-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara lill-Bord tat-Tmexxija.

3. Kull sena qabel it-30 ta’ Novembru, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena suċċessiva wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma jinkludi tbassir multiannwali. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-programm ta’ ħidma jkun konsistenti mal-objettivi tal-Aġenzija u mal-prijoritajiet leġiżlattivi u ta’ politika tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

4. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi organizzat skont il-prinċipju ta’ Ġestjoni fuq Bażi tal-Attività (ABM). Il-programm ta’ ħidma għandu jkun konformi mar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u mal-baġit tal-Aġenzija għall-istess sena finanzjarja.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, jgħaddi l-programm ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u jippubblikah.

Artikolu 13 Rapport ġenerali

1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija abbozz ta’ rapport ġenerali li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija fis-sena ta’ qabel.

2. Kull sena qabel il-31 ta’ Marzu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, jgħaddi r-rapport ġenerali tal-Aġenzija lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u jippubblikah.

Artikolu 14 Talbiet lill-Aġenzija

1. Talbiet għal konsulenza u assistenza li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi u l-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur Eżekuttiv u jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni dwar l-isfond li jispjega l-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar it-talbiet riċevuti, u eventwalment dwar is-segwitu ta’ dawn it-talbiet. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta talba, għandha tingħata ġustifikazzjoni.

2. It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru:

(a) mill-Parlament Ewropew;

(b) mill-Kunsill;

(c) mill-Kummissjoni;

(d) minn kwalunkwe korp kompetenti maħtur minn Stat Membru, bħal awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE.

3. L-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari dwar is-sottomissjoni, il-prijorità, is-segwitu u l-informazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija fuq talbiet lill-Aġenzija, għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija.

Artikolu 15 Dikjarazzjoni ta’ interess

1. Id-Direttur Eżekuttiv u uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub tal-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub li tindika n-nuqqas ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jkun ikkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.

2. Esperti esterni li jieħdu sehem fi Gruppi ta’ Ħidma ad hoc f’kull laqgħa għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interess li jista’ jkun ikkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom b’relazzjoni mas-suġġetti fuq l-aġenda u jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni ta’ tali punti.

Artikolu 16 Trasparenza

1. L-Aġenzija għandha tiżgura li twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza u skont l-Artikoli 13 u 14.

2. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni objettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tagħha, fejn xieraq. Hi għandha tqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi magħmula mid-Direttur Eżekuttiv u mill-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ interess magħmula minn esperti b’relazzjoni mas-suġġett fuq l-aġendi tal-laqgħat tal-Gruppi ta’ Ħidma ad hoc .

3. Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jista’ jawtorizza partijiet interessati biex josserva l-proċeduri ta’ xi wħud mill-attivitajiet tal-Aġenzija.

4. Fir-regoli interni tal-operat, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 u 2.

Artikolu 17 Kunfidenzjalità

1. Bla ħsara għall-Artikolu 14, l-Aġenzija m’għandhiex tiżvela lil persuni terzi l-informazzjoni li hija tipproċessa jew tirċievi li dwarha jintalab trattament kunfidenzjali.

2. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti, esperti esterni li jieħdu sehem fi Gruppi ta’ Ħidma ad hoc , u membri tal-persunal tal-Aġenzija inkluż uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja huma suġġetti għall-obbligi ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 339 tat-Trattat anke wara li jkunu waqfu mid-doveri tagħhom.

3. Fir-regoli interni tal-operat, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jippermetti lill-Aġenzija tuża informazzjoni kklassifikata. F’dak il-każ il-Bord tat-Tmexxija, bi ftehim mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, jadotta regoli interni tal-operat fejn japplika l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni ta’ proċedura tiegħu.[32] Din tkopri, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ informazzjoni kklassifikata.

Artikolu 18 Aċċess għal dokumenti

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika fil-każ ta’ dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mit-twaqqif tal-Aġenzija.

3. Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew parti minn kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament.

TAQSIMA 4 DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 19 Adozzjoni tal-baġit

1. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 29, u kontribuzzjonijiet minn Stati Membri.

2. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi persunal, appoġġ amministrattiv u tekniku, infrastruttura u spejjeż tal-operat, u spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti flimkien ma’ partijiet terzi.

3. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, u jgħaddih lill-Bord tat-Tmexxija, flimkien ma' abbozz tal-organigramma.

4. Id-dħul u l-infiq ikunu bilanċjati.

5. Kull sena, il-Bord tat-Tmexxija, fuq il-bażi tal-abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jippreżenta rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss.

6. Dan ir-rendikont tal-estimi, li għandu jinkludi abbozz tal-organigramma flimkien tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma għandu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu, jintbagħat mill-Bord tat-Tmexxija lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom l-Unjoni Ewropea laħqet ftehim skont l-Artikolu 24.

7. Dan ir-rendikont tal-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (it-tnejn minn issa ’l quddiem “l-awtorità tal-baġit”) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

8. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rendikont tal-estimi, il-Kummissjoni, fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha ddaħħal l-estimi li hija tikkunsidra neċessarji għall-organigramma u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija tissottometti lill-awtorità tal-baġit–bi qbil mal-Artikolu 314 tat-Trattat.

9. L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.

10. L-awtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment tal-Aġenzija.

11. Flimkien mal-programm ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan isir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaġġusta l-baġit u l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħaddih mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-baġit.

Artikolu 20 Il-ġlieda kontra l-frodi

1. Sabiex titkompla l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[33] għandu japplika mingħajr restrizzjoni.

2. L-Aġenzija għandha taderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[34] u għandha toħroġ mingħajr dewmien id-dispożizzjonijiet rilevanti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.

Artikolu 21 Implimentazzjoni tal-baġit

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Aġenzija bħal ma jeżerċita fuq dipartimenti tal-Kummissjoni.

3. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[35] (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament Finanzjarju ġenerali”).

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-awtorità tal-baġit.

5. Mal-wasla tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jippreżenta opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

7. Id-Direttur Eżekuttiv, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-kontijiet finali.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. Hu għandu jibgħat din it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.

10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif stipulat fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

11. Il-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, sat-30 ta’ April tas-sena N+2, għandu jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

TAQSIMA 5 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 22 Status legali

1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hi għandu jkollha personalità legali.

2. F’kull wieħed mill-Istati Membri l-Aġenzija għandha tgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali taħt il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hi tkun tista’ takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti minn proċeduri legali.

3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

Artikolu 23 Il-persunal

1. Ir-regoli u r-regolamenti applikabbli għal uffiċjali u persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2. Fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità investita bis-setgħa tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Istaff u lill-awtorità intitolata li tikkonkludi kuntratti mill-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi.

3. Fir-rigward tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità investita bis-setgħa tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Istaff u lill-awtorità intitolata li tikkonkludi kuntratti mill-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi.

4. L-Aġenzija tista’ timpjega esperti nazzjonali mill-Istati Membri li jkunu ssekondati. L-Aġenzija għandha tistipula fir-regoli interni tal-operat tagħha l-arranġamenti prattiċi biex timplimenta dan.

Artikolu 24 Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Artikolu 25 Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa għandha l-ġuriżdizzjoni li tgħaddi ġudizzju skont kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li tinstab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

2. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat minnha jew mill-uffiċjali tagħha fil-qadi ta’ dmirijithom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima relatata ma’ kumpens għal tali dannu.

3. Ir-responsabbiltà personali tal-uffiċjali tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mill-kundizzjonjiet rilevanti applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 26 Lingwi

1. Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea[36] għandhom japplikaw għall-Aġenzija. L-Istati Membri u l-korpi l-oħra maħtura minnhom jistgħu jindirizzaw lill-Aġenzija u jirċievu risposta fil-lingwa tal-Unjoni Ewropea tal-għażla tagħhom.

2. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27 Protezzjoni ta’ dejta personali

Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ individwi, l-Aġenzija hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 28 Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jkunu laħqu ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom ikunu adottaw u applikaw leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

2. Għandhom isiru arranġamenti taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk il-ftehimiet, li jispeċifikaw b’mod partikolari n-natura, il-medda u l-mod li fihom dawn il-pajjiżi jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

TAQSIMA 6 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 29 Klawsola ta’ reviżjoni

1. Fi żmien tliet snin mid-data tat-twaqqif imsemmija fl-Artikolu 34, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha tagħmel evalwazzjoni fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza miftiehma mal-Bord tat-Tmexxija. L-evalwazzjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-Aġenzija fl-ilħuq tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2, u l-effettività tal-prassi ta’ ħidma tal-Aġenzija. Il-Kummmissjoni għandha tagħmel l-evalwazzjoni b’mod partikolari biex tiddetermina jekk l-Aġenzija għadhiex strument effettiv u jekk it-tul ta’ żmien tal-Aġenzija għandux jiġi estiż aktar mill-perjodu speċifikat fl-Artikolu 34.

2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jirċievi l-evalwazzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prassi ta’ ħidma tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-evalwazzjoni fl-ippjanar multiannwali tal-Aġenzija.

Artikolu 30 Koperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti

L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jiżgura l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-ħidma effiċjenti u bla xkiel tal-Aġenzija.

Artikolu 31 Kontroll amministrattiv

L-attivitajiet tal-Aġenzija huma suġġetti għas-sorveljanza tal-Ombudsman skont l-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 32 Revoka u suċċessjoni

1. Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 huwa rrevokat.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 460/2004 u għall-ENISA għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal dan ir-Regolament u għall-Aġenzija.

2. L-Aġenzija tieħu post l-Aġenzija li ġiet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 460/2004 fir-rigward ta’ kull sjieda, ftehimiet, obbligi legali, kuntratti ta’ impjiegi, impenji u responsabbiltajiet finanzjarji.

Artikolu 33 Tul ta’ żmien

L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita minn [...] għal perjodu ta’ ħames snin.

Artikolu 34 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , u japplika b’effett mill-14 ta’ Marzu 2012 jew mill-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu, skont liema tiġi l-aħħar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA:

1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Dwar l- Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

1.2. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB[37]

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja

Qafas regolatorju għall-Aġenda Diġitali

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja[38]

( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma l-estensjoni tal-azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku multiannwali tal-Kummissjoni huwa fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Koerenza ta’ approċċi regolatorji – tipprovdi gwida u konsulenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġi aġġornat u żviluppat qafas normattiv ħolistiku fil-qasam tal-NIS.

Prevenzjoni, skoperta u rispons – jittejjeb l-istat ta’ tħejjija billi jkun hemm kontribuzzjoni għal kapaċità ta’ twissija bikrija u ta’ rispons għall-inċidenti Ewropej u pjanijiet ta’ emerġenza u eżerċizzji pan-Ewropej.

Titjib tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika – tipprovdi assistenza u toffri konsulenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkiseb livell għoli ta’ għerf, mal-Unjoni kollha, dwar kwistjonijiet relatati mal-NIS u l-applikazzjoni tagħha għall-partijiet interessati tal-industrija. Dan jinkludi wkoll il-ġenerazzjoni, l-analiżi u d-disponibbiltà tad-dejta dwar l-ekonomija u l-impatt tal-vjolazzjonijiet tal-NIS, fatturi motivanti għall-partijiet interessati biex jinvestu f’miżuri tal-NIS, identifikazzjoni tar-riskji, l-indikaturi tal-qagħda tal-NIS fl-Unjoni, eċċ.

Awtorità lill-partijiet interessati – tiġi żviluppata kultura ta’ sigurtà u ta’ ġestjoni tar-riskju billi tingħata spinta lill-ixxerjar tal-informazzjoni u lill-koperazzjoni wiesgħa bejn il-partijiet mis-settur pubbliku u l-privat, kif ukoll għall-benefiċċju dirett taċ-ċittadini u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ kuxjenza dwar l-NIS.

Protezzjoni għall-Ewropa minn theddid internazzjonali – jinkiseb livell għoli ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għall-promozzjoni ta’ approċċ globali komuni għall-NIS u biex jingħata piż lil inizjattivi internazzjonali ta’ livell għoli fl-Ewropa).

Lejn implimentazzjoni kollaborattiva – tkun iffaċilitata l-kollaborazzjoni fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-NIS.

Il-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika – ikunu integrati l-aspetti tal-NIS tal-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika f’diskussjonijiet u l-iskambju ta’ prassi tajba fost partijiet interessati pubbliċi u privati, b’mod partikolari permezz ta’ koperazzjoni mal-awtoritajiet (preċedenti) tat-2 u t-3 pilastru, pereżempju mal-Europol.

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru

Biex tiżdied is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (NIS), biex tiġi żviluppata kultura ta’ sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u biex jiġu identifikati sfidi ta’ politika li jitqajmu minn netwerks futuri u l-Internet

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Il-politika dwar il-komunikazzjoni elettronika u s-Sigurtà tan-Netwerks

1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

L - inizjattiva mistennija tirriżulta fl-impatti ekonomiċi li ġejjin:

- aktar disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar sfidi attwali u futuri u riskju għas-sigurtà u r-reżistenza

- sforzi mhux idduplikati fil-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti dwar riskji, theddid u vulnerabbiltajiet minn kull Stat Membru individwali

- livell ogħla ta’ għarfien f’dawk li jfasslu l-politika meta jieħdu d-deċiżjonijiet

- kwalità aħjar ta’ dispożizzjonijiet tal-politika tal-NIS fl-Istati Membri minħabba t-tixrid tal-aħjar prassi

- ekonomiji tal-kobor fir-rispons għal inċidenti f’livell tal-UE

- aktar investimenti b’riżultat ta’ objettivi u standards ta’ politika komuni għas-sigurtà u r-reżistenza f’livell tal-UE

- anqas riskji operazzjonali għal impriżi minħabba livell ogħla ta’ sigurtà u reżistenza

- miżuri aktar koerenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika.

L-inizjattiva mistennija toħloq fl-impatti soċjali li ġejjin:

- fiduċja ogħla tal-utenti fis-servizzi u s-sistemi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni;

- aktar fiduċja fil-funzjonament tas-Suq Intern tal-UE bil-kisba ta’ livelli ogħla tal-protezzjoni tal-konsumatur;

- aktar skambji ta’ informazzjoni u għerf ma’ pajjiżi mhux tal-UE;

- salvagwardja aħjar tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-UE billi jiġu żgurati livelli ugwali ta’ protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza taċ-ċittadini tal-UE.

L-impatti ambjentali mistennija huma minimi:

- impatt imnaqqas tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba, pereżempju inqas vjaġġar b’riżultat ta’ dipendenza ogħla fuq l-użu ta’ sistemi u servizzi tal-ICT u inqas komsum tal-elettriku b’riżultat ta’ ekonomiji tal-kobor fl-implimentazzjoni tal-obbligi tas-sigurtà.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

L-indikaturi tal-monitoraġġ għal kull objettiv huma kif ġej:

Koerenza ta’ approċċi regolatorji:

- Għadd ta’ Stati Membri li jkunu għamlu użu mir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija fil-proċess tagħhom tat-tfassil ta’ politika

- Għadd ta’ studji mmirati biex jidentifikaw lakuni u inkonsistenzi fix-xenarju tal-istandardizzazzjoni b’relazzjoni mal-NIS

- Diverġenza mnaqqsa tal-approċċi tal-Istati Membri għall-NIS.

Prevenzjoni, skoperta u rispons:

- Għadd ta’ taħriġ organizzat dwar is-sigurtà tan-netwerks

- Disponibbiltà ta’ sistema ta’ twissija bikrija li tiffunzjona fil-każ ta’ riskji u attakki emerġenti

- Għadd ta’ eżerċizzji tal-NIS f’livell tal-UE ikkoordinati mill-Aġenzija

Titjib tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika:

- Għadd ta’ studji biex tinġabar informazzjoni dwar riskji tal-NIS attwali u antiċipati u teknoloġiji għall-prevenzjoni tar-riskju

- Għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ korpi pubbliċi li jieħdu ħsieb l-NIS

- Disponibbiltà ta’ qafas Ewropew għall-organizzazzjoni tal-ġbir ta’ dejta dwar l-NIS

Għoti tal-awtorità lill-partijiet interessati:

- Għadd ta’ prattiki tajbin identifikati għall-industrija

- Livell ta’ investiment f’miżuri tas-sigurtà minn partijiet interessati privati

Protezzjoni tal-Ewropa minn theddid internazzjonali:

- Għadd ta’ konferenzi/laqgħat bejn l-Istati Membri tal-UE biex jiġu definiti għanijiet miftiehem b’mod komuni għall-NIS

- Għadd ta’ laqgħat bejn esperti Ewropej u internazzjonali tal-NIS

Lejn implimentazzjoni kollaborattiva:

- Għadd ta’ valutazzjonijiet ta’ konformità regolatorja

- Għadd ta’ prattiki tal-NIS mal-UE kollha

Il-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika:

- Regolarità tal-interazzjonijiet ma’ aġenziji preċedenti tat-2 u t-3 pilastru

- Għadd ta’ każijiet li fihom ġie pprovdut għarfien speċjalizzat f’investigazzjonijiet kriminali

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fi żmien qasir jew f’medda twila ta’ żmien

L-ENISA nħolqot inizjalment fl-2004 biex tieħu ħsieb it-theddidiet għall-NIS u l-ksur sussegwenti possibbli tagħha. Minn dak iż-żmien l-isfidi relatati mas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni evolvew mal-iżviluppi fit-tekonoloġija u fis-swieq u kienu s-suġġett ta’ aktar riflessjoni u dibattitu, biex illum għandna deskrizzjoni aġġornata u aktar dettaljata tal-problemi preċiżi identifikati u kif dawn jintlaqtu mix-xenarju dejjem jinbidel tal-NIS.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-problemi tal-NIS mhumiex limitati mill-konfini nazzjonali u għaldaqstant ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv fil-livell nazzjonali biss. Fl-istess ħin, hemm diversità kbira dwar kif l-awtoritajiet pubbliċi jiffaċċjaw il-problema fl-Istati Membri differenti. Dawn id-differenzi jistgħu jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi xierqa applikati madwar l-Unjoni kollha biex itejbu l-NIS fl-Ewropa. Minħabba n-natura interkonnettiva tal-infrastrutturi tal-ICT, l-effikaċja tal-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali fi Stat Membru wieħed xorta tiġi affettwata bil-kbir minn livell aktar baxx ta’ miżuri meħuda fi Stati Membri oħra u minn nuqqas ta’ koperazzjoni sistematika transkonfinali. Miżuri tal-NIS insuffiċjenti li jirriżultaw f’inċident fi Stat Membru wieħed jistgħu jikkawżaw tfixkil fis-servizzi fi Stati Membri oħra.

Barra minn dan, il-multiplikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà toħloq piż finanzjarju fuq l-impriżi li joperaw fil-livell tal-Unjoni Ewropea u twassal għal frammentazzjoni u nuqqas ta’ kompetittività fis-suq intern Ewropew.

Filwaqt li d-dipendenza fuq in-netwerks u s-sistemi ta’ informazzjoni qed tiżdied, jidher li t-tħejjija biex jiġu indirizzati l-inċidenti mhix biżżejjed.

Is-sistemi nazzjonali attwali ta’ twissija bikrija u ta’ ġestjoni ta’ inċidenti għandhom nuqqasijiet importanti. Il-proċessi u l-prattiki għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ inċidenti tas-sigurtà tan-netwerks ivarjaw b’mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor. F’xi pajjiżi, il-proċessi mhumiex formalizzati, filwaqt li f’pajjiżi oħra, ma hemm l-ebda awtorità kompetenti li tirċievi u tipproċessa r-rapporti dwar l-inċidenti. Sistemi Ewropej ma jeżistux. Bħala riżultat ta’ dan, il-provvista ta’ bżonnijiet bażiċi tista’ tiġi mfixkla fundamentalment minn inċidenti tal-NIS, u għandhom jitħejjew risponsi xierqa. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CIIP enfasizzat ukoll fuq il-ħtieġa ta’ kapaċità Ewropea għal twissija bikrija u għal rispons kontra l-inċidenti, potenzjalment appoġġjata permezz ta’ eżerċizzji fuq skala Ewropea.

Hemm ħtieġa ċara għal strumenti ta’ politika li jimmiraw biex jidentifikaw b’mod proattiv ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-NIS, billi jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa ta’ rispons (pereżempju permezz tal-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajba), u billi jiżguraw li dawn il-mekkaniżmi ta’ rispons ikunu magħrufa u applikati mill-partijiet interessati.

1.5.3. Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Ara l- Punti 1.5.1 u 1.5.2.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Din l-inizjattiva hija koerenti bis-sħiħ mad-dibattitu ġenerali dwar l-NIS u ma’ inizjattivi ta’ politika oħra li jiffukaw fuq il-ġejjieni tal-NIS. Hija waħda mill-komponenti ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, u din tal-aħħar hija l-inizjattiva ewlenija tal-istrateġija Ewropa 2020.

1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- ( Il-bidu tal-estensjoni ta’ 5 snin ikun l-14/03/2012 jew il-ġurnata meta r-Regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ, skont liema jiġi l-aħħar.

- ( Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2017

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien indefinit

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali mill-SSSS sal-SSSS,

- segwita b’operazzjoni sħiħa

1.7. Metodu(metodi) previst(i) għall-ġestjoni[39]

( Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet[40]

- ( entitajiet mis-settur pubbliku nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni bir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( għad iridu jiġu speċifikati )

2. MIŻURI TAL-ĠESTJONI

2.1. Regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar

Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli għall-monitoraġġ effettiv u l-evalwazzjoni tar-rendiment tal-Aġenzija mqabbel mal-għanijiet tagħha, u jirrapporta kull sena lill-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv ifassal rapport ġenerali li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija fis-sena ta’ qabel li, b’mod partikolari, iqabbel ir-riżultati miksuba mal-għanijiet tal-programm ta’ ħidma annwali. Wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, dan ir-rapport jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u jiġi ppubblikat

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1. Riskju(riskji) identifikat(i)

Minn meta l-ENISA twaqqfet fl-2004, hija kienet soġġetta għal evalwazzjonijiet esterni u interni.

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-ENISA, l-ewwel pass f’dan il-proċess kien l-evalwazzjoni indipendenti tal-ENISA minn panil ta’ esperti esterni fl-2006/2007. Ir-rapport mill-panil ta’ esperti esterni[41] kkonferma li r-raġunijiet oriġinali ta’ politika għall-istabbiliment tal-ENISA u l-għanijiet oriġinali tagħha għadhom validi u kienet ukoll strumentali biex jitqajmu xi wħud mill-kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati.

F’Marzu 2007 l-Kummissjoni ppreżentat rapport dwar l-evalwazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija, li mbagħad għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu stess dwar il-ġejjieni tal-Aġenzija u dwar l-emendi għar-Regolament tal-ENISA.[42]

F’Ġunju 2007 l-Kummissjoni ssottomettiet l-evalwazzjoni tagħha stess dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni esterna u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija f’Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[43] Il-Komunikazzjoni spjegat li kellha ssir għażla bejn jekk jiġix estiż il-mandat tal-Aġenzija jew jekk l-Aġenzija kellhiex tiġi sostitwita b’mekkaniżmu ieħor, bħal forum permanenti ta’ partijiet interessati jew netwerk ta’ organizzazzjonijiet tas-sigurtà. Il-Komunikazzjoni fetħet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar dan is-suġġett, li fiha talbet lill-partijiet interessati Ewropej jesprimu l-fehmiet tagħhom permezz ta’ lista ta’ mistoqsijiet bħala gwida għal aktar diskussjonijiet.[44]

2.2.2. Metodu(metodi) previst(i) ta’ kontroll

Ara l-punt 2.1 u l-punt 2.2.1, hawn fuq

2.3. Miżuri kontra l-frodi u l-irregolaritajiet

Il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz jew studji mitluba jiġu vverifikati mill-persunal tal-Aġenzija qabel isiru, u jiġu meqjusa bis-sħiħ l-obbligi kuntrattwali, il-prinċipji ekonomiċi u l-prattika finanzjarja u maniġerjali tajba. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi (superviżjoni, rekwiżiti ta’ rappurtar, eċċ.) għandhom ikunu inklużi f’kull ftehima u kuntratt konklużi bejn l-Aġenzija u l-benefiċjarji ta’ kwalunkwe ħlas.

3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA*

3.1. Intestatura (intestaturi) tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja(linji) tan-nefqa tal-baġit affettwati

- Linji eżistenti tal-baġit tan-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru / Deskrizzjoni | AD/AMD ([45]) | minn pajjiżi tal-EFTA[46] | minn pajjiżi kandidati[47] | minn pajjiżi terzi | fl-ambitu tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

1.a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi | 09 02 03 01 L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – Sussidju fil-kuntest tat-Titoli 1 u 2 | AD | IVA | LE | LE | LE |

09 02 03 02 L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – Sussidju fil-kuntest tat-Titolu 3 | AD | IVA | LE | LE | LE |

5 Nefqa amministrattiva | 09 01 01 Nefqa relatata mal-persunal f’impjieg attiv fil-qasam tal-politika tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-midja | AMD | LE | LE | LE | LE |

09 01 02 11 Nefqiet oħra relatati ma' ġestjoni | AMD | LE | LE | LE | LE |

* L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta għall perjodu li jmur lil hinn mill-perjodu finanzjarju kurrenti 2007-2013 mhuwiex kopert bid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva preżenti. Abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament li jistipula l-qafas finanzjarju multiannwali ta' wara l-2013 u filwaqt li jitqiesu l-komklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni se tippreżenta Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva emenda.

3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 1.a | Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |

Pożizzjonijiet għall-organigramma (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 3.5 | 3.5 | 3.5 | -- | -- | -- | -- |

TOTAL | 3.5 | 3.5 | 3.5 | -- | -- | -- | -- |

- b) Riżorsi umani tal-ENISA

1 Jan-13 Mar 2012 | 14 Mar-31 Diċ 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 1 Jan-13 Mar 2017 |

Organigramma tal-ENISA (f’Ekwivalenti għal Full-Time FTE) |

Persunal ieħor (f’FTE) |

Aġenti b’kuntratt | 13 | 14 | 14 | -- | -- | -- | -- |

Esperti nazzjonali sekondati(SNE) | 5 | 5 | 5 | -- | -- | -- | -- |

Total ta' persunal ieħor | 18 | 19 | 19 | -- | -- | -- | -- |

TOTAL | 62 | 66 | 66 | -- | -- | -- | -- |

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu mill-persunal tal-Aġenzija:

Uffiċjali u aġenti temporanji | L-Aġenzija se tkompli: twettaq funzjonijiet ta’ konsulenza u ta’ koordinazzjoni, meta tiġbor u tanalizza d-dejta dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. Illum, kemm l-organizzazzjonijiet pubbliċi u kemm dawk privati b’għanijiet differenti jiġbru dejta dwar inċidenti tal-IT u dejta oħra rilevanti għas-sigurtà tal-informazzjoni. Madankollu, m’hemm l-ebda entità ċentrali fil-livell Ewropew li, b’mod komprensiv, tista’ tiġbor u tanalizza d-dejta u tipprovdi opinjonijiet u pariri biex tappoġġja x-xogħol ta’ politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni; isservi bħala ċentru ta’ għarfien speċjalizzat li għalih jistgħu jirrikorru kemm l-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet Ewropej biex jiksbu opinjonijiet u pariri dwar kwistjonijiet tekniċi marbuta mas-sigurtà; tikkontribwixxi għal koperazzjoni wiesgħa bejn atturi differenti fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni, pereżempju tagħti għajnuna fl-attivitajiet ta’ segwitu b’appoġġ għal kummerċ elettroniku sigur. Koperazzjoni bħal din tkun prerekwiżit vitali għall-funzjonament sigur tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni fl-Ewropa. Il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-partijiet interessati kollha hija meħtieġa; tikkontribwixxi għal approċċ koordinat għas-sigurtà tal-informazzjoni permezz ta’ appoġġ lill-Istati Membri, pereżempju dwar il-promozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji u l-attivitajiet ta’ trawwim ta’ kuxjenza; tiżgura l-interoperabbiltà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni meta l-Istati Membri japplikaw rekwiżiti tekniċi li jaffettwaw is-sigurtà; tidentifika l-ħtiġijiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u tivvaluta l-istandards tas-sigurtà eżistenti u l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni, u tippromwovi użu l-aktar estensiv tagħhom b’appoġġ għal-leġiżlazzjoni Ewropea; tappoġġja l-koperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam, li qed issir dejjem aktar meħtieġa billi l-kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni huma globali. |

Persunal estern | Ara hawn fuq |

- 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

- ( Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti.

- ( Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[49].

Il-finanzjament tal-UE wara l-2013 se jiġi eżaminat fil-kuntest ta' dibattitu mifrux fuq il-Kummissjoni kollha dwar il-proposti kollha għall-perjodu ta' wara l-2013. Dan ifisser li ladarba l-Kummissjoni tagħmel il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, il-Kummissjoni se tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva emenda li tqis il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva ma tagħmilx provvediment għal kofinanzjament minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva tagħmel provvediment għal kofinanzjament kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet indikattivi f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|1 Jan-13 Mar 2012 |14 Mar-31 Diċ 2012 |2013 |2014 |2015 |2016 |1 Jan-13 Mar 2017 | TOTAL 14 Mar 2012 – 13 Mar 2017 | |EFTA |0.042 |0.160 |0.206 |-- |-- |-- |-- |-- | |

3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul

- ( Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

- ( Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

- ( fuq ir-riżorsi proprji

- ( fuq dħul mixxellanju [pic][pic][pic][pic]

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU L 077, 13.3.2004, p. 1)

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni fir-rigward tal-perjodu effettiv (ĠU L 293, 31.10.2008, p.1).

[3] Ir-rapport fil-qosor tar-riżultati tal-Konsultazzjoni Pubblika ‘Lejn Politika Msaħħa dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni fl-Ewropa’ jinsab mehmuż bħala l-Anness 11 għall-Valutazzjoni tal-Impatt ippreżentata flimkien ma’ din il-proposta.

[4] COM(2009) 149, 30.3.2009.

[5] Paper ta’ Diskussjoni: http://www.tallinnciip.eu/doc/discussion_paper_-_tallinn_ciip_conference.pdf

Konklużjonijiet tal-Presidenza: http://www.tallinnciip.eu/doc/EU_Presidency_Conclusions_Tallinn_CIIP_Conference.pdf .

[6] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ Ewropew kollaborattiv għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU C 321, 29.12.2009, p.1), http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2009:321:0001:0004:MT:PDF .

[7] COM(2010) 245, 19.05.2010.

[8] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ Ewropew kollaborattiv għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni tagħmel ukoll provvediment li: “Il-Kunsill [...] jagħraf [...] l-importanza li jiġu esplorati l-effetti strateġiċi, ir-riskji u l-prospetti għall-istabbiliment ta' CERTs għall-istituzzjonijiet tal-UE u li jiġi kkunsidrat ir-rwol futur possibbli tal-ENISA f'din il-kwistjoni.”.

[9] Ara l-Anness XI tal-Valutazzjoni tal-Impatt

[10] Ara l-Anness IV tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

[11] ĠU C 115, 9,5,2008, p. 94

[12] QEĠ 02.05.2006, C-217/04, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

[13] Ara hawn fuq

[14] Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja hija differenti b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti ta’ maġġoranza fil-Kunsill u l-PE.

[15] ĠU C , , p. .

[16] ĠU C , , p. .

[17] ĠU C 77 13.3.2004, p. 1.

[18] ĠU C 293, 31.10.2008, p. 1

[19] COM(2006) 251, 31.05.2006.

[20] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2007 dwar Strateġija għal Soċjetà tal-Informazzjoni Sigura fl-Ewropa (ĠU C 68, 24.3.2007, p.1).

[21] COM(2009) 149, 30.3.2009.

[22] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ Ewropew kollaborattiv għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU C 321, 29.12.2009, p.1).

[23] COM(2010) 245, 19.05.2010.

[24] ĠU C 108, 24.4.2002, p. 33

[25] ĠU C 201, 31.7.2002, p. 37

[26] ĠU C 281, 23.11.1995, p. 31

[27] ĠU L 337, 18.12.2009, p.1.

[28] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

[29] Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)

[30] Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id- data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).

[31] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

[32] ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1

[33] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[34] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15

[35] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[36] ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni 1994.

[37] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività.

[38] B’referenza għall-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[39] Dettalji dwar il-metodi tal-ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit ta’ BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[40] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[41] http://ec.europa.eu/dgs/information_society/evaluation/studies/index_en.htm

[42] Kif ipprovdut fl-Artikolu 25 tar-Regolament ENISA. It-test sħiħ tad-dokument adottat mill-Bord tat-Tmexxija tal-ENISA, li fih ukoll il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord, huwa disponibbli fl-indirizz li ġej: http://enisa.europa.eu/pages/03_02.htm.

[43] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) COM(2007) 285 finali, 1.6.2007: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0285:EN:NOT.

[44] http://ec.europa.eu/dgs/information_society/evaluation/studies/index_en.htm

[45] AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD – Approporjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[46] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[47] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[48] L-Anness għar-Rendikont Finanzjarju Leġiżlattiv ma ġiex komplut billi mhuwiex applikabbli għall-proposta kurrenti

[49] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top