This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0448
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council on the adoption of a proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council extending the provisions of Regulations (EC) No 883/2004 and (EC) No 987/2009 to nationals of third countries who are not already covered by these provisions by virtue of their nationality
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 biex jinkludu ċittadini ta' pajjiżi terzi li għad mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 biex jinkludu ċittadini ta' pajjiżi terzi li għad mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom
/* COM/2010/0448 - COD 2007/0152 */
/* COM/2010/0448 - COD 2007/0152 */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 biex jinkludu ċittadini ta' pajjiżi terzi li għad mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 2.9.2010 KUMM(2010) 448 finali 2007/0152 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 biex jinkludu ċittadini ta' pajjiżi terzi li għad mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom 2007/0152 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 biex jinkludu ċittadini ta' pajjiżi terzi li għad mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom 1. SFOND Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2007) 439 finali - 2007/0152 (COD): | 23 ta’ Lulju 2007 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 16 ta' Jannar 2008 | Id-data tal-opinjoni tal-Parlament abbażi tal-proċedura ta' konsultazzjoni | 9 ta’ Lulju 2008 | Id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea | 1 ta' Diċembru 2009 | Id-data tal-ewwel qari fil-Parlament Ewropew abbażi tal-proċedura leġiżlattiva normali: | 5 ta’ Mejju 2010 | Id-data tal-adozzjoni tal-ftehim politiku b'maġġoranza kkwalifikata: | 7 ta' Ġunju 2010 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari | 26 ta’ Lulju 2010 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Din il-proposta għandha l-għan li testendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament implimentattiv tiegħu (KE) Nru 987/2009 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment f'Istat Membru u li għad mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Il-proposta tlesti l-proċess ta' modernizzar li wassal għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u Nru 987/2009, billi testendi d-drittijiet, il-proċeduri u d-dispożizzjonijiet għat-tpartit tad-dejta li huma stabbiliti fihom, għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jiċċaqilqu minn post għal ieħor fl-UE iżda li mhumiex koperti mir-Regolamenti preżenti. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL 3.1 Il-pożizzjoni ġenerali dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinkorpora ż-żewġ emendi proposti mill-Parlament Ewropew u, barra minn hekk, tagħmel għadd ta' modifiki tal-Kunsill għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. L-emendi u l-modifiki kollha huma appoġġjati mill-Kummissjoni. 3.2 L-emendi tal-Parlament Ewropew li huma inklużi sħaħ, f'partijiet minnhom jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni tal-Kunsill Il-Parlament Ewropew adotta żewġ emendi permezz ta' reżoluzzjoni leġiżlattiva skont il-proċedura konsultattiva fid-9 ta' Lulju 2008. Dawn ġew ikkonfermati fl-ewwel qari skont il-proċedura leġiżlattiva normali fil-5 ta' Mejju 2010. Iż-żewġ emendi ġew aċċettati bis-sħiħ fil-pożizzjoni tal-Kunsill. L-Emenda nru 1 żiedet premessa ġdida li tirreferi għall-Artikolu 34(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni taqbel mal-importanza, fil-kuntest ta' din il-proposta, li jitfakkar id-dritt, mogħti bil-Karta lill-persuni kollha li huma residenti legali u li legalment jistgħu jiċċaqilqu minn post għal ieħor fl-UE, għall-benefiċċju tas-sigurtà soċjali skont il-liġijiet tal-UE u nazzjonali. L-Emenda nru 2 żiedet premessa ġdida li tirreferi għall-promozzjoni ta' livell għoli ta' ħarsien soċjali u għat-tejbien tal-istandard tal-ħajja u tal-kwalità tal-ħajja fl-UE. Il-Kummissjoni taqbel li jeħtieġ li dawn ir-raġunijiet ewlenin għall-proposta jkunu enfasizzati. 3.3 Differenzi ewlenin bejn il-proposta emendata tal-Kummissjoni u l-pożizzjoni tal-Kunsill - Jitħassru d-dispożizzjonijiet tranżitorji: fil-proposta oriġinali, il-Kunsill ħassar l-Artikolu 2 u l-premessa 12 marbuta miegħu li kien fihom dispożizzjonijiet tranżitorji għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost. Il-Kunsill qabel li mhumiex meħtieġa dispożizzjonijiet tranżitorji partikolari għad-dħul fis-seħħ ta' din il-proposta minħabba li d-dispożizzjonijiet tranżitorji relevanti diġà jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Il-Kummissjoni tappoġġja dan l-approċċ issimplifikat, partikolarment għaliex jiżgura li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jingħataw l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-UE rigward it-tranżizzjoni għar-Regolamenti mmodernizzati, pereżempju biex jitolbu reviżjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom skont l-Artikolu 87(3). - Iż-żieda ta' premessi għall-Irlanda u għar-Renju Unit: il-bażi legali ta' din il-proposta hija l-Artikolu 79(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Abbażi tal-Artikoli 1 sa 3 tal-Protokol (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fejn jikkonċerna l-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbutin minn din il-proposta sakemm ma jinnotifikawx li se jieħdu sehem. Il-Kunsill żied il-premessa 17 li turi li l-Irlanda se tieħu sehem fil-proposta skont ittra bid-data tal-24 ta' Ottubru 2007 u l-premessa 18 li turi li r-Renju Unit mhuwiex se jieħu sehem. Il-Kummissjoni taqbel li tinħtieġ l-inklużjoni ta' dawn iż-żewġ premessi. - Ir-revoka tar-Regolament il-qadim: il-Kunsill ikkjarifika l-parametri għar-revoka tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 fl-Artikolu 2 il-ġdid tal-proposta. Minħabba li r-Renju Unit mhuwiex se jieħu sehem f'din il-proposta iżda se jkompli japplika r-Regolament (KE) Nru 859/2003, mhijiex possibbli revoka sħiħa ta' dan. Il-Kummissjoni tappoġġja l-bidla proposta, minħabba li tikseb iċ-ċarezza legali dwar dan il-punt prattiku. - Id-determinazzjoni tar-residenza legali: Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 japplikaw għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti legali fit-territorju ta' Stat Membru. Iżda d-determinazzjoni ta' residenza legali hija kompletament barra mill-ambitu tar-Regolamenti ta' Koordinazzjoni, u l-Istati Membri għad għandhom id-dritt li jiddeterminaw, skont il-liġi tal-Unjoni, persuna tkunx intitolata li tidħol, toqgħod, tgħix jew taħdem fit-territorju tagħhom. Is-sentenza li żied il-Kunsill mal-premessa 10 tenfasizza din is-separazzjoni ta' poteri bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Il-Kummissjoni taqbel ma' din l-inklużjoni. - Kjarifika tal-applikazzjoni tal-kriterju ta' "residenza legali" f'każ tal-pensjonijiet tal-invalidità, tal-età u tar-romol: il-Kunsill żied il-premessa 13 biex jikkjarifika li l-kundizzjoni ta' residenza legali fit-territorju ta' Stat Membru ma tapplikax f'dak il-mument meta persuna li kienet soġġetta għar-Regolament, jew persuna oħra li qed tgawdi d-drittijiet permezz ta' din il-persuna, tapplika għal pensoni abbażi tad-drittijiet mogħtija bir-Regolament. Dak li jeħtieġ hu li l-persuna kkonċernata tkun residenti legalment fiż-żmien meta dawn id-drittijiet inkisbu. Il-Kummissjoni tilqa' din il-premessa miżjuda, li l-għan tagħha huwa li tevita li jkun hemm interpretazzjoni ħażina, li tħares id-drittijiet miksuba u tiżgura applikazzjoni uniformi mill-Istati Membri tar-Regolament propost. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni tal-Kunsill ittejjeb u tirfina ċerti karatteristiċi tal-proposta tal-Kummissjoni. Tipprovdi kjarifika dwar kwistjonijiet prattiċi legali ewlenin, bħalma huma r-revoka u d-dispożizzjonijiet tranżitorji. Barra minn hekk, tipprovdi feħma iżjed ċara, u għaldaqstant ħarsien aħjar, tad-drittijiet miksubin ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (u dawk li jiksbu d-drittijiet permezz tagħhom) meta ma jibqgħux residenti l-UE. L-inklużjoni bis-sħiħ tal-emendi tal-Parlament Ewropew tipprovdi kuntest aktar sħiħ għall-proposta. Il-Kummissjoni tilqa' l-qbil tal-Kunsill dwar din il-pożizzjoni, li hi pass kbir lejn il-kisba tal-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija wkoll pass essenzjali lejn it-tlestija tal-pakkett leġiżlattiv tar-regoli mmodernizzati tal-UE dwar is-sigurtà soċjali. Tiggarantixxi li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu jibbenefikaw mill-istess drittijiet imtejbin mogħtija mir-regoli mmodernizzati, u tissimplifika l-proċessi għall-amministrazzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali li se jkunu jistgħu jużaw l-istess proċeduri kemm jekk dawn id-drittijiet ikunu jikkonċernaw ċittadin tal-UE kif ukoll jekk ikunu jikkonċernaw ċittadin ta' pajjiż terz. Fid-dawl ta' dan kollu msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kunsill.