This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0358
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 539/2001 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders of Member States and those whose nationals are exempt from that requirement
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
/* KUMM/2010/0358 finali - COD 2010/0192 */
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa /* KUMM/2010/0358 finali - COD 2010/0192 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 5.7.2010 KUMM(2010)358 finali 2010/0192 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest ġenerali u raġunijiet għall-proposta Skont l-Artikolu 62 (2) (b) (i) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001[1] li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jinħtieġu viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni (l-hekk imsejħa ‘lista negattiva’) u dawk li ċ-ċittadini tagħhom m'għandhomx bżonn din il-viża (l-hekk imsejħa ‘lista pożittiva’). L-Artikolu 61 tat-Trattat tal-KE jelenka dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament marbuta mal-moviment ħieles ta' persuni ġewwa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi jew territorji terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn valutazzjoni kkunsidrata, każ b'każ ta' varjetà ta' kriterja li jirrigwardaw, inter alia, l-immigrazzjoni illegali, il-politika pubblika u s-sigurtà, u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi jew territorji terzi, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-implikazzjonijiet tal-koerenza reġjonali u r-reċiproċità. Minħabba l-kriterji tal-ordni pubblika u l-immigrazzjoni illegali, għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lis-sigurtà ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi jew territorji terzi kkonċernati. Ladaraba l-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 539/2001 jistgħu jevolvu maż-żmien fir-rigward ta' pajjiżi jew territorji terzi, il-kompożizzjoni tal-lista negattiva u dik pożittiva għandha tkun reveduta regolarment. Il-Pjan ta' Azzjoni sabiex jiġġieled kontra l-immigrazzjoni illegali u l-ittraffikar tal-bnedmin li ġie adottat mill-Unjoni Ewropea fl-2002 fil-Kunsill Ewropew ta' Sevilja wkoll iffoka għall-ewwel darba fuq il-bżonn li jiġu reveduti annwalment iż-żewġ listi tal-pajjiżi u territorji terzi li huma annessi mar-Regolament. Għalhekk, minn meta ġie adottat, ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 ġie emendat sitt darbiet[2], u l-aktar reċenti kien dan l-aħħar fir-rigward tar-riżultat tad-djalogi dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża billi ġew trasferiti tliet pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għal-lista pożittiva. Il-listi annessi mar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandhom jiġu vvalutati b'mod ġenerali fid-dawl tal-kriterji relevanti li kienu msemmija aktar 'l fuq u li huma definiti fir-Regolament, ftit aktar minn sentejn wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006[3]. Ir-reviżjoni attwali u perjodika tar-Regolament għandha l-għan li: tiżgura li l-kompożizzjoni tal-listi tal-pajjiżi u territorji terzi tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-premessa 5 tar-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali u l-kriterji tal-politika pubblika u l-kriterju tar-relazzjonijiet esterni, u t-trasferiment tal-pajjiżi minn anness għall-ieħor kif xieraq; tiżgura li, skont l-Artikolu 77 (2) (a) tat-TFUE, ir-Regolament jiddetermina b'mod eżawrijenti jekk ċittadin ta' pajjiż jew ta' territorju terz għandux ikun suġġett għal jew eżentat mir-rekwiżit tal-viża. Proposta oħra li temenda r-Regolament 539/2001 tista' tkun ippreżentata mill-Kummissjoni f'waqtha sabiex tintegra riżultati possibbli tad-djalogi rigward il-viża li għadhom għaddejjin mal-Albanija u mal-Bosnja-Ħerzegovina. 2. Elementi tal-proposta Skont l-approċċ li hu segwit f'konformita' mal-bidliet li saru qabel lir-Regolament (KE) Nru 539/2001, minħabba r-reviżjoni perjodika l-Kummissjoni staqsiet lill-Istati Membri sabiex jiċċekkjaw jekk l-annessi għar-Regolament kif huma attwalment jikkorrispondux mal-kriterji determinati mir-Regolament. L-Istati Membri m'għamlu l-ebda suġġeriment sabiex jittrasferixxu lil pajjiżi jew territorji terzi mil-lista pożittiva għal dik negattiva. Il-Kummissjoni rċeviet biss suġġerimenti għat-trasferimenti mil-lista negattiva għal dik pożittiva (Tajwan, Trinidad u Tobago, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, Beliż, Dominika, Grenada, il-Ġżejjer Marshall, Mikroneżja u Palaw). L-informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri (il-Kummissjoni rċeviet 25 risposta) ġiet analizzata flimkien ma' informazzjoni u statistiċi oħra fornuti taħt iċ-CIREFI. Wara li analizzat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. 2.1. Trasferiment ta' Tajwan għal-lista pożittiva Tajwan hu karatterizzat minn dħul per capita għoli (US$ 30,100) u stabbilta' politika (ir-raba' elezzjoni diretta Presidenzjali saret f'Marzu 2008 minn meta tneħħiet l-liġi marzjali fl-1987). Minkejja l-fatt li l-UE ma tirrikonoxxix lit-Tajwan bħala Stat sovran u m'għandha l-ebda relazzjonijiet diplomatiċi jew formali, l-UE żviluppat kuntatti u kooperazzjoni regolari mal-awtoritajiet tat-Tajwan fi kwistjonijiet ekonomiċi, kummerċjali, ta' riċerka, ta' xjenza u teknoloġija, ta' edukazzjoni u kultura kif ukoll ambjentali. Minħabba f'hekk, l-UE hi l-akbar investitur barrani fit-Tajwan. Fir-rigward tal-aspetti politiċi, id-diskussjonijiet fi ħdan il-gruppi politiċi rilevanti fil-Kunsill f'Marzu 2009 taw sinjal politiku ċar tal-appoġġ tal-UE għat-talba tat-Tajwan sabiex tagħti vjaġġar mingħajr viża liċ-ċittadini tagħha fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament. Ġie kkunsidrat li t-trasferiment tat-Tajwan għal-lista pożittiva se jkollu impatt ekonomiku pożittiv fuq ir-relazzjonijiet UE-Tajwan, peress li t-Tajwan hi msieħba kummerċjali maġġuri tal-UE (id-dsatax l-akbar imsieħba kummerċjali). Attwalment l-UE hi destinazzjoni importanti taċ-ċittadini ta' Tajwan li qed jivvjaġġaw barra minn xtuthom. Ir-Renju Unit ukoll tat vjaġġar mingħajr viża lit-Tajwan f'Marzu 2009 u l-Irlanda f'Lulju 2009. It-trasferiment tat-Tajwan għal-lista pożittiva se jsaħħaħ il-koerenza reġjonali peress li l-UE tati reġim ta' mingħajr viża lil pajjiżi u entitajiet oħra tar-reġjun li għandhom livell simili ta' żvilupp ekonomiku, bħal eżempju Ħong Kong, il-Makaw, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u Singapor. Fir-rigward tal-migrazzjoni, ir-riskju ta' immigrazzjoni illegali mit-Tajwan hi verament baxxa (medja ta' 45 persuna kull sena qiegħda hemm b'mod illegali għall-perjodu 2006-2008), kif ukoll ikkonfermat mir-rata ta' rifjut mal-fruntiera (medja ta' 38 persuna kull sena għall-perjodu 2006-2008) u r-rata ta' rifjut tal-viża (0,25 % fl-2008). Fuq dik il-bażi, l-impożizzjoni ta' rekwiżit tal-viża fuq iċ-ċittadini tat-Tajwan m'għadhiex ġustifikata. Rigward is-sigurta' tad-dokumenti, it-Tajwan adotta miżuri li jiżguraw karti tal-ID verament siguri u reċentement introduċa passaport ġdid aktar sigur. Mill-aħħar tal-2008, it-Tajwan qed joħroġ passaporti bijometriċi u jagħmel proċess ta' personalizzazzjoni mtejjeb għall-ħruġ ta' passaporti ġodda. Fir-risposti tagħhom lill-kwestjonarju tal-Kummissjoni minħabba r-reviżjoni regolari tar-Regolament, għaxar Stati Membri proponew b'mod espliċitu li t-Tajwan jiġi trasferit għal-lista pożittiva. Kwalunkwe eżenzjoni mogħtija liċ-ċittadini tat-Tajwan għandha tkun reċiprokata mit-Tajwan. Dwar din il-kwistjoni t-Tajwan esprima r-rieda politika li jagħti reġim sħiħ mingħajr viża għaċ-ċittadini kollha tal-UE u elimina progressivament ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta' maġġoranza kbira tal-Istati Membri tal-UE; attwalment għad hemm bżonn ta' viża għaċ-ċittadini ta' Ċipru, ir-Rumanija u l-Bulgarija. Madanakollu, it-Tajwan, permezz ta' ittra uffiċċjali, diġà indika l-impenn tiegħu li joffri reġim sħiħ ta' eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' dawn it-tliet Stati Membri wkoll tul l-2010. 2.2. Trasferiment ta' pajjiżi u territorji terzi oħra Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni disponibbli, inkluż statistiċi CIREFI, li nġabret dwar kull pajjiż jew territorju terz propost mill-Istati Membri. Attenzjoni partikolari ngħatat ukoll għal-livell ta' żvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż jew territorju, għar-riskju ta' immigrazzjoni illegali lejn l-UE li huma konnessi magħha, għar-relazzjonijiet esterni u l-kriterji ta' koerenza reġjonali. Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li pajjiżi jew territorji terzi oħra li t-trasferiment tagħhom għal-lista pożittiva ġie ssuġġerit biss minn wieħed jew f'xi ftit każijiet żewġ Stati Membri, f'dan l-istadju mhumiex ikkunsidrati li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 539/2001. Pajjiżi jew territorji oħra jistgħu jkunu soġġetti għal emenda futura tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 fid-dawl tal-progress li se jilħqu f'diversi oqsma u l-ksib tal-kriterji msemmija fir-Regolament. 2.3. Gżejjer Marjana tat-Tramuntana L-Istati Membru tefgħu l-attenzjoni għall-istatus tal-Gżejjar tal-Marjana tat-Tramuntana u ssuġġerew li dawn jitneħħew mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Il-Gżejjer tal-Marjana tat-Tramuntana huma rikkezza komuni fl-unjoni politika mal-Istati Uniti tal-Amerika, u l-kap tal-istat tal-Marjana tat-Tramuntana hu l-President tal-Istati Uniti. It-territorju hu rappreżentat fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti. B'mod ġenerali, il-liġi federali tal-Istati Uniti tapplika għall-pajjiż. Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana għandhom status simili għal dak tal-Guam jew Puerto Rico. Iċ-ċittadini tal-Ġżejjer għandhom passaporti tal-Istati Uniti. Wara l-informazzjoni t'hawn fuq, ir-referenza għall-Ġżejjer Marjana tat-Tramuntana għandha titħassar mill-Anness I. Dan se jfisser li ċ-ċittadini tal-Ġżejjer ta' Marjana tat-Tramuntana, bħala ċittadini tal-Istati Uniti, jibbenefikaw minn vjaġġar mingħajr viża. 3. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-Istati Membri ġew ikkonsultati. 4. Evalwazzjoni tal-impatt Mhux bilfors. 5. Bażi legali Abbażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp tal-politika komuni tal-viża skont l-Artikolu 77 (2) (a) tat-TFUE. 6. Il-prinċipji ta' propozjonalità u sussidjarjetà: Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi u t-territorji terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni (il-lista negattiva) u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-lista pożittiva). Id-deċiżjoni biex tbiddel il-listi, biex titrasferixxi pajjiż mil-lista negattiva għal-lista pożittiva jew viċe versa, taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-KE skont l-Artikolu 77(2) (a) tat-TFUE. 7. Għażla tal-istrumenti Ir-Regolament (KE) 539/2001 għandu jiġi emendat b’Regolament. 8. Implikazzjoni baġitarja Il-proposta ta' emenda ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-UE. 2010/0192 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[4], Wara li ġiet trażmessa l-proposta lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: 1. Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi fl-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001[5] għandu jkun, u għandu jibqa’, konsistenti mal-kriterji imniżżla fil-premessa (5) tiegħu. Il-pajjiżi jew territorji terzi, li għalihom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kriterji, għandhom ikunu trasferiti minn Anness għall-ieħor. 2. L-impożizzjoni ta' rekwiżit tal-viża fuq iċ-ċittadini tat-Tajwan m'għadux iġġustifikat, minħabba b'mod partikolari li t-territorju ma jirrappreżentax xi riskju ta' immigrazzjoni illegali jew ta' politika pubblika għall-UE u fid-dawl tar-relazzjonijiet esterni, skont il-kriterji msemmija fil-premessa 5 tar-Regolament. Konsegwentement dan it-territorju għandu jiġi trasferit għall-Anness II. 3. Referenza għal Marjana tat-Tramunatana għandha tkun imħassra mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, peress li ċ-ċittadini tat-territorju in kwistjoni huma, bħala detenturi tal-passaporti tal-UE, ċittadini tal-Istati Uniti li hi mniżżla fl-Anness II. 4. Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[6], li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim[7]. 5. Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[8], li jaqgħu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1(B) u (Ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE[9]. 6. Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1(B) u (C) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE[10]. 7. Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet dwar l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem fi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen[11]. Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. 8. Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen[12]. Għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. 9. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq l-acquis ta' Schengen, skont il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, kif iddefinit fl-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE tal-20 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni tal-acquis ta' Schengen sabiex jiġi determinat, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis[13]. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b’dan emendat kif ġej: 10. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-Parti I, referenza għal Marjana tat-Tramuntana għandha tiġi mħassra; (b) fil-Parti II, referenza għat-Tajwan għandha tiġi mħassra. 11. Fl-Anness II qiegħda tiddaħħal il-Parti 4 li ġej: "4. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI MHUX MAGĦRUFA BĦALA STATI MINN TAL-INQAS STAT MEMBRU WIEĦED: It-Tajwan". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 81, 21.3.2001, p.1 [2] Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001 tas-7 ta’ Diċembru 2001 ĠU L 327, 12.12.2001, p.1, Nru 453/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 L 69 13.3.2003, p. 10, Nru 851/2005 tat-2 ta’ Ġunju 2005 L 141 4.6.2005, p. 3, Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006 L 363 20.12.2006, p. 1, Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 L 405 30.12.2006, p. 23 u N° 1244/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 L 336 18.12.2009 [3] ĠU L 405 30.12.2006, p. 23 [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. [6] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36. [7] ĠU L176, 10.7.1999, p. 31. [8] ĠU L53, 27.2.2008, p.52. [9] ĠU L53, 27.2.2008, p. 1. [10] ĠU L83, 26.3.2008, p. 3. [11] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. [12] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20. [13] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 1–16.