EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0246

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

/* KUMM/2010/0246 finali - NLE 2010/0131 */

52010PC0246

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru /* KUMM/2010/0246 finali - NLE 2010/0131 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 26.5.2010

KUMM(2010)246 finali

2010/0131 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa kawżi “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim fuq livell tal-Unjoni[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni Ewropea għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar is-servizzi tal-ajru jinġiebu f'konformità mal-liġi Unjoni Ewropea. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar is-servizzi tal-ajru, permezz tal-Annessi għat-tali ftehimiet u permezz ta' arranġamenti oħrajn bilaterali jew multilaterali b’rabta ma' dan. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri dwar is-servizzi tal-ajru jiksru l-liġi tal-Unjoni Ewropea. Jagħtu lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur tal-ajru li kien iddeżinjat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea iżda li mhux proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu u kkontrollat effettivament minnhom. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, ikunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini, ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment, l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħat-tassazzjoni jew it-tariffi fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni introdotti minn trasportaturi tal-ajru minn pajjiżi terzi fuq rotot fl-UE, fejn għandha tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi dwar is-servizzi tal-ajru. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fi 18-il ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-servizzi tal-ajru. |

140 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-Ftehim se jgħin biex tintlaħaq mira fundamentali tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-avjazzjoni esterna billi jġib il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin indirizzati u profil ġenerali ta' dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni Matul in-negozjati, ġew ikkonsultati sew l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-industrija. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Il-kummenti li saru mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-industrija ġew ikkunsidrati. |

3. Elementi legali tal-proposta |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Indoneżja li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-servizzi tal-ajru. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali tad-deżinjazzjoni bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lit-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni Ewropea li jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jikkonċerna t-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u tal-elettriku, partikolarment l-Artikolu 14(2) tagħha. L-Artikolu 5 jsolvi konflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni. |

310 | Bażi legali L-Artikoli 100(2), 218(5) u 218(6)(a) tat-Trattat TFUE. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta hija msejsa kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi tal-Unjoni Ewropea u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim se jemenda jew jikkumplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru sal-punt neċessarju biss ħalli tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

L-għażla tal-istrumenti |

342 | Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja huwa l-aktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-servizzi tal-ajru jinġiebu konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

4. Implikazzjoni baġitarja |

409 | Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni Ewropea. |

5. Tagħrif supplimentari |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-servizzi tal-ajru se jinbidlu ma' jew jiġu kkomplementati b'dispożizzjonijiet fi ftehim wieħed tal-Unjoni Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skont il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru u jagħżel il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea. |

2010/0131 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[2],

Billi:

1. Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fuq livell tal-Unjoni,

2. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim mar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim") skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003,

3. Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew[3].

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett)

[2] ĠU C , , p. .

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ provviżorju tal-Ftehim se tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Top