Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0215

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jaddatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2010/0215 finali - NLE 2010/0117 */

52010PC0215

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jaddatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea /* KUMM/2010/0215 finali - NLE 2010/0117 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 6.5.2010

KUMM(2010)215 finali

2010/0117 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaddatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Skont l-Artikolu 4 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal (l-Istatut), l-adattamenti intermedji tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal jiġu deċiżi, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Eurostat, fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru, filwaqt li titqies il-previżjoni tal-iżvilupp tal-kapaċità ta’ akkwist matul il-perjodu ta’ referenza annwali attwali.

Jekk ikun meħtieġ, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi mgħoddija lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tieni nofs ta' April.

- Kuntest ġenerali

Skont l-Artikolu 6 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-adattamenti jiġu deċiżi għal-lokalitajiet kollha (inkluż Brussell) jekk il-livell minimu ta’ sensittività jintlaħaq fi Brussell. Jekk dak il-livell minimu ta’ sensittività ma jintlaħaqx, għandhom isiru adattamenti biss għal dawk il-lokalitajiet fejn il-livell minimu jinqabeż.

Skont l-Artikolu 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta’ adattament għandu jkun l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, fejn xieraq, bin-nofs tal-previżjoni tal-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv.

L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-Istati Membri. L-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel iċ-ċaqlieq fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani.

Il-koeffiċjenti korrettivi huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika relevanti u r-rata tal-kambju korrispondenti msemmija fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal, u jekk il-limitu tal-aġġustament ma jintlaħaqx għal Brussell, dan jiġi mmultiplikat bil-valur tal-aġġustament.

Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika.

Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Din il-proposta tiżdied mal-proposta ppreżentata kull sena biex jiġu adattati r-remunerazzjojnijiet u l-pensjonijiet.

- Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMI TAL-IMPATT

- Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa.

Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati

Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati.

- Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ għarfien espert estern.

- Stima tal-impatt

- Il-proposta għandha l-għan li taġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

- Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra.

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sinteżi tal-azzjoni proposta

Skont l-Artikolu 4 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-azzjoni proposta għandha l-għan li tadatta r-remunerazzjonijiet fil-lokalitajiet fejn kien hemm varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja.

L-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja għal Brussell, imkejjel bl-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell, għall-perjodu minn Ġunju sa Diċembru tas-sena ta’ qabel, huwa 0.6%.

L-iżvilupp fl-għoli tal-ħajja barra l-Belġju u l-Lussemburgu matul il-perjodu ta’ referenza jitkejjel bl-indiċi impliċiti kkalkolati mill-Eurostat. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi immultiplikat bil-varjazzjoni mill-parità ekonomika.

Il-limitu ta’ sensittività huwa l-perċentwali li jikkorrispondi għal 7% għal perjodu ta’ tnax-il xahar (3.5% għal perjodu ta’ sitt xhur).

L-indiċi impliċitu li japplika għar-remunerazzjonijiet jaqbeż il-limitu minimu fil-pajjiżi jew lokalitajiet li ġejjin:

- il-Latvja - 5.8 %

- il-Litwanja - 4.0 %

L-indiċi impliċitu li japplika għall-pensjonijiet jaqbeż il-limitu minimu fil-pajjiżi jew lokalitajiet li ġejjin:

- il-Latvja - 4.8 %

L-adattament intermedju huwa l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, jekk ikun il-każ, bin-nofs tal-previżjoni tal-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv.

Il-previżjoni tal-indikatur speċifiku huwa - 0.2%, u b’hekk l-ammont tal-adattament intermedju huwa 0.5%.

Il-koeffiċjenti korrettivi huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika kkonċernata u r-rata tal-kambju mmultiplikat bl-ammont intermedju tal-adattament, jekk il-limitu tal-adattament ma jintlaħaqx għal Brussell.

Dawn il-koeffiċjenti korrettivi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar. Madankollu, għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6.3%, jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru. Għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12.6%, jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru.

B’riżultat ta’ dan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jabqżu l-limitu huma:

- il-Latvja 79.6,

- il-Litwanja 73.4.

Bħala riżultat, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għat-trasferimenti minn uffiċjali jew impjegati oħra għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jaqbżu l-limitu huma:

- il-Latvja 73.3.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal il-koeffiċjent korrettiv minimu applikabbli għall-pensjonijiet huwa 100. Għalhekk, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijiet ma jinbidlux.

- Bażi legali

Il-bażi legali hija r-Regolamenti tal-Persunal u b’mod partikolari l-Anness XI tagħhom.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

- L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill.

- Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ adattament stabbilit fl-Istatut.

- L-għażla tal-istrumenti

Strument(i) propost(i): Regolament.

Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin:

- L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal Regolament tal-Kunsill.

IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-impatt tal-adattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu.

2010/0117 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaddatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-impjegati oħra tal-Unjoni, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEFA)[1], b'mod partikolari l-Artikoli 64, 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ impjegati oħra,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Kien hemm żieda sinifikanti fl-għoli tal-ħajja fil-Latvja u l-Litwanja fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2009, u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra għandhom għalhekk jiġu aġġustati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, bis-saħħa tal-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi u l-lokalitajiet imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

- il-Latvja 79.6,

- il-Litwanja 73.4.

Artikolu 2

B'effett mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f' il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għal trasferimenti minn uffiċjali u impjegati oħra għandhom ikunu kif ġej:

- il-Latvja 73.3.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Kunsill li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/L-Oqsma tal-Politika konċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (eks-linji B..A) inkluż intestaturi:

Nefqa: XX.01.01.01 Il-Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra.

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Indefinit.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit

Il-linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | Nefqa mhux obbligatorja | Mhux diff[2] | LE | LE | LE | Nru [5] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sinteżi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | Nru tat-Taqsima | Sena 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 u wara | Total |

Spiża operattiva[3] |

L-Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a |

L-Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva fl-ambitu tal-ammont ta' referenza[4] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[5] |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | Mhux disponibbli |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e |

Total indikattiv tal-ispiża finanzjarja għall-intervent |

AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | Mhux disponibbli |

TOTAL AĦ, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | b+c+d+e | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | -0,100 | Mhux disponibbli |

Dettalji ta' kofinanzjament

Mhux applikabbli

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista' titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[6] (jiġifieri l-flessibilità tal-istrument jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

X Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni 2009 | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Il-linja tal-baġit |Id-dħul | | |2010 |2011 |2012 |2013 |2014 |2015 | | 410 kontribut tal-Pensjoni | a) Dħul f'termini assoluti | 0,217 | |0,206 |0,206 |0,206 |0,206 |0,206 |0,206 | | | b) Tibdil fid-dħul | ( | | -0,011 |-0,011 |-0,011 |-0,011 |-0,011 |-0,011 | | 400 Taxxa | a) Dħul f'termini assoluti | 0,095 | |0,090 |0,090 |0,090 |0,090 |0,090 |0,090 | | | b) Tibdil fid-dħul | ( | | -0,005 |-0,005 |-0,005 |-0,005 |-0,005 |-0,005 | | 404 Taxxa speċjali | a) Dħul f'termini assoluti | 0,018 | |0,017 |0,017 |0,017 |0,017 |0,017 |0,017 | | | b) Tibdil fid-dħul | ( | | -0,001 |-0,001 |-0,001 |-0,001 |-0,001 |-0,001 | |

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-impjegati temporanji u esterni) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

Mhux applikabbli

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġ li jintlaħqu fuq medda qasira jew twila ta' żmien

Obbligu Statutorju skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment mill-Unjoni u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni PMO PMO.

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni Ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni

L-evalwazzjoni saret fl-2008.

7. Miżuri kontra l-frodi

Mhux applikabbli.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

Mhux applikabbli.

[1] ĠU L 45, 14.6.1962, p. 1385

[2] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu AMD

[3] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[4] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[5] In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[6] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top