EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0204

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (Kodifikazzjoni)

/* KUMM/2010/0204 finali - COD 2010/0110 */

52010PC0204

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (Kodifikazzjoni) /* KUMM/2010/0204 finali - COD 2010/0110 */


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 5.5.2010

KUMM(2010)204 finali

2010/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni

(Kodifikazzjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis-simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu imferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall-adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità[3]. Ir-Regolament il-ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari , fil-lingwi uffiċjali kollha tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

ê 1612/68 (adattat)

2010/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni

(kodifikazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 46 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[6],

Billi:

ê

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità[7] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 1612/68 Premessa 1 (adattat)

2. Il-moviment liberu tal-ħaddiema għandu jkun żgurat fi ħdan l-Unjoni. Il-ksib ta' dan l-għan jimplika l-abolizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra ta' xogħol u impjieg, kif ukoll id-dritt ta' tali ħaddiema li jispostaw ruħhom liberament fl-Unjoni sabiex iwettqu attivitajiet bħala persuni impjegati suġġett għal kwalunkwe limitazzjonijiet ġustifikati minħabba ordni pubbliku, sigurtà pubblika u saħħa pubblika.

ê 1612/68 Premessa 2 (adattat)

3. Għandhom jiġu Ö previsti Õ dispożizzjonijiet Ö li jippermettu Õ li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti bl-Artikoli 45 u 46 tat-Trattat fil-qasam tal-moviment liberu.

ê 1612/68 Premessa 3 (adattat)

4. Il-moviment liberu jikkonstitwixxi dritt fundamentali għall-ħaddiema u l-familji tagħhom. Il-mobbiltà tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni għandha tkun wieħed mill-mezzi li bihom ħaddiem hu garantit il-possibbiltà li jtejjeb il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tiegħu u jmexxi 'l quddiem l-avvanz soċjali tiegħu, filwaqt li tgħin biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Ö Għandu jiġi affermat id-dritt tal-ħaddiema kollha fl-Istati Membri Õ li jwettqu l-attività tal-għażla tagħhom fi ħdan l-Unjoni.

ê 1612/68 Premessa 4

5. Dritt bħal dan għandu jkun gawdut mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera u minn dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għall-iskop li jipprovdu servizzi.

ê 1612/68 Premessa 5 (adattat)

6. Id-dritt tal-moviment liberu, sabiex ikun jista' jiġi eżerċitat, bi standards oġġettivi, bil-libertà u d-dinjità, jeħtieġ li l-ugwaljanza fit-trattament tkun żgurata fil-fatt u fid-dritt fir-rigward tal-materji kollha li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq attwali ta' attivitajiet bħala persuni impjegati u mal-eliġibbiltà għal dar fejn joqogħdu, u wkoll li ostakoli għall-mobbiltà tal-ħaddiema għandhom ikunu eliminati, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-integrazzjoni Ö tal Õ -familja Ö tal-ħaddiem Õ fil-pajjiż ospitanti.

ê 1612/68 Premessa 6

7. Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Unjoni jeżiġi li ċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri jkollhom l-istess prijorità fir-rigward tal-impjieg kif hu gawdut minn ħaddiema nazzjonali.

ê 1612/68 Premessa 7 (adattat)

8. Il-mekkaniżmu għall-ikklerjar ta' postijiet vakanti, partikolarment Ö permezz tal- Õ kooperazzjoni diretta bejn is-servizzi ċentrali tal-impjieg u wkoll bejn is-servizzi reġjonali, kif ukoll Ö permezz tal-koordinazzjoni ta Õ l-iskambju tal-informazzjoni Ö jiżgura Õ b'mod ġenerali stampa ċara tas-suq tax-xogħol. Il-ħaddiema li jkunu jixtiequ jispostaw ruħhom għandhom ukoll ikunu regolarment infurmati dwar kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol.

ê 1612/68 Premessa 8

9. Rabtiet mill-qrib jeżistu bejn il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-impjieg u t-taħriġ professjonali, partikolarment fejn tal-aħħar jimmira li jqiegħed lill-ħaddiema f'qagħda li jkunu jistgħu jilqgħu offerti tal-impjieg minn reġjuni oħra tal-Unjoni. Rabtiet bħal dawn jeħtieġu li l-problemi li jinqalgħu f'dan ir-rigward m'għandhomx ikunu aktar studjati għalihom waħedhom imma kkunsidrati bħala interdipendenti, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-problemi tal-impjieg fil-livell reġjonali, u hu għalhekk neċessarju li jiġu diretti l-isforzi tal-Istati Membri għall-koordinazzjoni tal-politika tagħhom dwar ix-xogħol,

ê 1612/68 (adattat)

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-IMPJIEG Ö , L-UGWALJANZA FIT-TRATTAMENT Õ U L-FAMILJI TAL-ĦADDIEMA

ê 1612/68

TAQSIMA I

ELIġIBBILTÀ GħALL-IMPJIEG

Artikolu 1

1. Kwalunkwe ċittadin ta' xi Stat Membru, għandu, irrispettivament mill-post fejn jgħix, ikollu d-dritt li jidħol għall-attività bħala persuna impjegata, u li jwettaq attività tali, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li jirregolaw l-impjieg taċ-ċittadini ta' dak l-Istat.

2. Hu għandu, b'mod partikolari, ikollu d-dritt li jidħol għall-impjieg disponibbli fit-territorju ta' Stat Membru ieħor bl-istess prijorità ta' ċittadini ta' dak l-Istat.

Artikolu 2

Kwalunkwe ċittadin ta' xi Stat Membru u kull min iħaddem li jkunu qegħdin iwettqu xi attività fit-territorju ta' xi Stat Membru jistgħu jiskambjaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal u l-offerti tagħhom taimpjieg, u jistgħu jikkonkludu u jħaddmu kuntratti ta' impjieg skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrativa, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni riżultanti minnhom.

Artikolu 3

1. Taħt dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrativa ta' xi Stat Membru m'għandhomx japplikaw:

(a) fejn huma jillimitaw l-applikazzjoni għal u l-offerti ta' impjieg, jew id-dritt ta' ċittadini barranin li jidħlu għal u jwettqu xogħol jew jissuġġettaw lil dawn għall-kondizzjonijiet mhux applikabbli fir-rigward tal-istess ċittadini tagħhom; jew

(b) fejn, għalkemm applikabbli irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-għan jew l-effett esklużiv jew prinċipali tagħhom hu li jżommu ċittadini ta' Stati Membri oħra 'l bogħod mill-impjieg offrut.

ê 1612/68 (adattat)

Ö L-ewwel subparagrafu Õ m'għandux japplika għall-kondizzjonijiet marbutin ma' għarfien lingwistiku minħabba n-natura tal-kariga li għandha timtela.

ê 1612/68

2. Għandhom ikunu inklużi b'mod partikolari fost id-dispożizzjonijiet jew prattiki ta' xi Stat Membru li saret referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 dawk li:

(a) jippreskrivu proċedura speċjali għar-reklutaġġ ta' ċittadini barranin;

(b) jillimitaw jew jagħmlu restrizzjoni fuq ir-reklamar tal-postijiet vakanti fl-istampa jew permezz ta' xi mezz ieħor jew jagħmluh soġġett għall-kondizzjonijiet ta' xort'oħra minn dawk applikabbli għal dawk li jimpjegaw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(ċ) jissuġġettaw l-eliġibbiltà għall-impjieg għall-kondizzjonijiet ta' reġistrazzjoni mal-uffiċċji tal-impjieg jew jimpedixxu reklutaġġ ta' ħaddiema individwali, fejn persuni li ma jgħixux fit-territorju ta' dak l-Istat huma kkonċernati.

Artikolu 4

1. Dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrattiva tal-Istati Membri li jirrestrinġu b'numru jew persentaġġ l-impjieg ta' ċittadini barranin fi kwalunkwe intrapriża, fergħa ta' attività jew reġjun, jew f'livell nazzjonali, m'għandhomx japplikaw għal ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.

ê 1612/68 (adattat)

2. Meta fi Stat Membru l-għoti ta' kwalunkwe benefiċċju lill-intrapriżi huwa suġġett għall-impjieg ta’ persentaġġ minimu ta' ħaddiema nazzjonali, ċittadini tal-Istati Membri l-oħra għandhom jingħaddu bħala ħaddiema nazzjonali, suġġett għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva Ö 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9] Õ.

Artikolu 5

Ċittadin ta' xi Stat Membru li jfittex impjieg fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jirċievi l-istess għajnuna hemmhekk bħal dik mogħtija mill-uffiċċji tal-impjieg f'dak l-Istat lil ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin ifittxu impjieg.

ê 1612/68

Artikolu 6

1. L-ingaġġ u reklutaġġ ta' ċittadin ta' Stat Membru wieħed għal kariga fi Stat Membru ieħor m'għandhomx jiddependu fuq kriterji mediċi, professjonali jew kriterji oħrajn li huma diskriminatorji fuq il-bażi ta' ċittadinanza bi tqabbil ma' dawk applikati għal ċittadini tal-Istat Membru l-ieħor li jkunu jixtiequ jwettqu l-istess attività.

ê 1612/68 (adattat)

2. Ċittadin ta' Stat Membru li għandu offerta f'ismu mingħand persuna li tħaddem fi Stat Membru minbarra dak li tiegħu hu għandu ċ-ċittadinanza jista' jkollu joqgħod għal test professjonali, jekk min iħaddem espressament jitlob dan meta jkun qed jagħmel l-offerta tiegħu ta' impjieg.

ê 1612/68

è1 312/76 Art.1, pt. 1

TAQSIMA 2

IMPJIEG U UGWALJANZA FIT-TRATTAMENT

Artikolu 7

1. Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta' paga, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.

2. Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta' taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.

3. Huwa għandu ukoll, bis-saħħa tal-istess dritt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-ħaddiema nazzjonali, ikollu aċċess għal taħriġ fi skejjel professjonali u ċentri għal taħriġ mill-ġdid.

4. Kwalunkwe klawżola ta' ftehim kollettiv jew individwali jew ta' kwalunkwe regolament kollettiv ieħor li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-impjieg, paga u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol jew tkeċċija għandha tkun nulla u bla effett sa fejn tistabbilixxi jew tawtorizza kondizzjonijiet diskriminatorji fir-rigward ta' ħaddiema ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 8

Ħaddiem ċittadin ta' Stat Membru u li hu impjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jgawdi ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta' sħubija fi trejdunjins u t-tħaddim ta' drittijiet marbutin magħhom, inkluż id-dritt għall-vot è1 u li jkun eliġibbli għall-postijiet ta' amministrazzjoni jew treġija ta' trejdunjin ç. Hu jista' jkun eskluż milli jieħu sehem fit-tmexxija ta' korpi rregolati mid-dritt pubbliku u milli jieħu impjieg irregolat mid-dritt pubbliku. Barra minn dan huwa għandu jkollu d-dritt ta' eliġibbiltà għal korpi rappreżentattivi tal-ħaddiema fl-intrapriża. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffettwaw liġijiet jew regolamenti f'ċerti Stati Membri li jagħtu drittijiet aktar estensivi lil ħaddiema ġejjin minn Stati Membri oħra.

Artikolu 9

1. Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru u li hu impjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jgawdi d-drittijiet u l-benefiċċji kollha mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' dar fejn jgħix inkluża l-proprjetà tat-tip ta' dar li jeħtieġ.

ê 1612/68 (adattat)

2. Ö Il- Õ ħaddiem Ö imsemmi fil-paragrafu 1 Õ jista', bl-istess dritt bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru, iniżżel ismu fil-lista ta' djar għall-abitazzjoni fir-reġjun li fih hu jkun impjegat fejn lista bħal din teżisti; huwa għandu jgawdi l-benefiċċji u prijoritajiet li jirrizultaw.

ê 1612/68

Jekk il-familja tiegħu tkun baqgħet fil-pajjiż mnejn hu jkun ġie, hija għandha tiġi kkunsidrata għal dan l-iskop bħala li toqgħod fir-reġjun imsemmi, fejn il-ħaddiema nazzjonali jibbenefikaw minn preżunzjoni simili.

TAQSIMA 3

IL-FAMILJI TAL-ħADDIEMA

ê 1612/68

Artikolu 10

It-tfal ta' ċittadin ta' Stat Membru li hu jew kien impjegat fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta' apprendistat u ta’ taħriġ professjonali ta' dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta' dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu.

Stati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-isforzi kollha biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

KAPITOLU II

L-IKKLERJAR TA' POSTIJIET VAKANTI U APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEG

TAQSIMA 1

KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTAT MEMBRI U MAL-KUMMISSJONI

Artikolu 11

ê 1612/68 (adattat)

1. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jinstigaw jew flimkien jidħlu għal kwalunkwe studju dwar l-impjieg jew il-qgħad li huma jikkunsidraw neċessarju għall-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

ê 1612/68

Is-servizzi ċentrali tal-impjieg tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u mal-Kummissjoni bil-għan li jaġixxu flimkien fir-rigward ta' kklerjar ta' postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan l-Unjoni u l-ippustjar riżultanti ta' ħaddiema fl-impjieg.

ê 1612/68 (adattat)

2. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru servizzi speċjalizzati li għandhom ikunu fdati bl-organizzazzjoni ta' xogħol fl-oqsma li saret referenza għalihom Ö fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 Õ u jikkooperaw ma' xulxin u mad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

ê 1612/68

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-ħatra ta' dawn is-servizzi; il-Kummissjoni għandha tippubblika dettalji dwarhom għall-informazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jibgħ atu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar problemi li jinħolqu inkonnessjoni mal-moviment liberu u l-impjieg tal-ħaddiema, kif ukoll informazzjoni dwar l-istat u l-iżvilupp tal-impjieg.

ê 2434/92 Art.1, pt. 1, it-tieni inċiż (adattat)

2. Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni bl-aħjar mod possibbli l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku Ö , imsemmi fl-Artikolu 29 Õ, għandha tistabbilixxi l-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ għandha tiġi mħejjija.

ê 1612/68 (adattat)

è1 2434/92 Art. 1, pt. 2, it-tielet inċiż (adattat)

3. Skont il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni, è1 filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni bl-aħjar mod possibbli l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku Ö, imsemmi fil-paragrafu 29, Õ ç, is-servizz speċjalizzat ta' kull Stat Membru għandu jibgħat, lis-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni Ö , imsemmi fl-Artikolu 18, Õ l-informazzjoni li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-istat tas-suq tax-xogħol li tista' tkun ta' gwida għall-ħaddiema mill-Istati Membri l-oħra. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment.

ê 1612/68

Is-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri l-oħra għandhom jiżguraw li tingħata pubbliċità wiesgħa lil din l-informazzjoni, partikolarment billi tiċċirkolaha fost is-servizzi tal-impjiegi xierqa u bil-mezzi kollha ta' komunikazzjoni adattati biex jinfurmaw lill-ħaddiema kkonċernati.

TAQSIMA 2

MAKKINARJU GħALL-IKKLERJAR TA' POSTIJIET VAKANTI

ê 2434/92 Art. 1, pt. 3 (adattat)

Artikolu 13

1. Is-servizz speċjalizzat ta' kull Stat Membru għandu regolarment jibgħat lis-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni Ö, imsemmi fl-Artikolu 18 Õ :

(a) dettalji tal-postijiet vakanti li jistgħu jimtlew minn ċittadini ta' Stati Membri oħra;

(b) dettalji tal-postijiet vakanti indirizzati lil Ö pajjiżi terzi Õ;

ê 2434/92 Art. 1, pt. 3

(ċ) dettalji tal-applikazzjonijiet għal impjieg ta' dawk li esprimew formalment ix-xewqa li jaħdmu fi Stat Membru ieħor;

(d) informazzjoni, skont ir-reġjun u l-fergħa ta' attività, dwar applikanti li ddikjaraw li huma effettivament lesti jaċċettaw impjieg f'pajjiż ieħor.

Is-servizz speċjalizzat ta' kull Stat Membru għandu jgħaddi din l-informazzjoni lis-servizzi u lill-aġenziji tal-impjieg xierqa kemm jista' jkun malajr.

ê 2434/92 Art. 1, pt. 3 (adattat)

2. Id-dettalji ta' postijiet vakanti u applikazzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ċċirkolati skont sistema uniformi li għandha titwaqqaf mill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni Ö , imsemmi fl-Artikolu 18 Õ b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Tekniku Ö , imsemmi fl-Artikolu 29 Õ .

Jekk ikun meħtieġ, din is-sistema Ö tista’ tigi adattata b’konformità mal-istess proċedura Õ.

ê 2434/92 Art. 1, pt. 4

Artikolu 14

1. Kull post vakanti fis-sens tal- Artikolu 13 ikkomunikat lis-servizzi tal-impjieg ta' Stat Membru għandu jiġi nnotifikat lil u pproċessat mis-servizzi tal-impjieg kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Dawn is-ervizzi għandhom jgħaddu lis-servizzi tal-ewwel Stat Membru d-dettalji ta' applikazzjonijiet adattati.

2. L-applikazzjonijiet għall-impjieg imsemmija fl-Artikolu 13,(1),(ċ), għandhom ikunu mwieġba mis-servizzi rilevanti tal-Istati Membri fi żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx xahar.

ê 2434/92 Art. 1. pt. 4 (adattat)

3. Is-servizzi tal-impjieg għandhom jagħtu lill-ħaddiema li huma ċittadini tal-Istati Membri l-istess prijorità li jagħtu l-miżuri rilevanti lill-ħaddiema nazzjonali vis-à-vis ħaddiema minn Ö pajjiżi terzi Õ.

ê 1612/68

Artikolu 15

1. Id-dispożizzjonijiet tal- Artikolu 14 għandhom jiġu implimentati mis-servizzi speċjalizzati. Madanakollu, sa fejn kienu awtorizzati mis-servizzi ċentrali u sa fejn l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-impjieg ta' Stat Membru u t-tekniki tat-tqegħid użati jagħmluh possibbli:

(a) is-servizzi tal-impjieg reġjonali tal-Istati Membri għandhom:

ê 1612/68 (adattat)

è1 2434/92 Art. 1, pt. 5, it-tieni inċiż

(i) fuq il-bażi è1 ç Ö tal-informazzjoni Õ msemmija fl-Artikolu 13, li fuqha l-azzjoni approprjata tittieħed, iġibu flimkien b'mod dirett u jikklerjaw postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg;

ê 1612/68

(ii) jistabbilixxu relazzjonijiet diretti għall-ikklerjar:

- ta' postijiet vakanti offerti lil impjegat imsemmi;

- tal-applikazzjonijiet individwali għall-impjieg mibgħutin jew lil servizz tal-impjieg speċifiku jew lil min iħaddem li qiegħed iwettaq l-attività tiegħu fl-inħawi koperti minn dan is-servizz;

- fejn l-operazzjonijiet ta' kklerjar jikkonċernaw ħaddiema staġjonali li għandhom ikunu reklutati malajr kemm jista' jkun;

ê 2434/92 Art. 1, pt. 5, it-tielet inċiż

(b) is-servizzi responsabbli territorjalment għar-reġuni fil-fruntiera ta' żewġ Stati Membri jew iktar għandhom regolarment jiskambjaw informazzjoni dwar postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg fir-reġjun tagħhom u, waqt li jaġixxu skont l-arranġamenti tagħhom ma' servizzi tal-impjieg tal-pajjiżi tagħhom, għandhom direttament iġibu flimkien u jikklerjaw postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg.

Jekk hu meħtieġ, is-servizzi responsabbli territorjalment għal reġuni fil-fruntiera għandhom iwaqqfu wkoll strutturi ta' servizz u kooperazzjoni sabiex jipprovdu:

10. lill-utenti b'informazzjoni prattika kemm jista' jkun dwar aspetti varji ta' mobbiltà, u

11. lill-amministrazzjoni u l-forza tax-xogħol, lis-servizzi soċjali (partikolarment pubbliċi, privati jew dawk ta' interess pubbliku) u lill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati, b'qafas ta' miżuri koordinati dwar il-mobbiltà;

ê 1612/68

(ċ) servizzi uffiċjali tal-impjieg li jispeċjalizzaw f'xi okkupazzjonijiet jew kategoriji speċifiċi ta' persuni għandhom jikkooperaw direttament ma' xulxin.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista, imħejjija bi qbil komuni, ta' servizzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1; il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista, u kwalunkwe emenda għaliha, fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 16

L-adozzjoni ta' proċeduri ta' reklutaġġ kif applikati mill-korpi ta’ implimentazzjoni previsti taħt ftehim konklużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar m'għandhiex tkun obbligatorja.

TAQSIMA 3

MIżURI BIEX JIġI KKONTROLLAT IL-BILANċ TAS-SUQ TAX-XOGħOL

Artikolu 17

ê 2434/92 Art. 1, pt. 6, l-ewwel inċiż

1. Fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni ppreparat abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni għandhom mill-inqas darba fis-sena janalizzaw flimkien ir-riżultati tal-arranġamenti tal-Unjoni dwar il-postijiet vakanti u l-applikazzjonijiet.

ê 1612/68

2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mal-Kummissjoni l-possibbiltajiet kollha biex tingħata prijorità lil ċittadini ta' Stati Membri meta jimtlew postijiet vakanti għall-impjieg sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan l-Unjoni. Huma għandhom jadottaw kull miżura neċessarja għal dan il-għan.

ê 2434/92 Art. 1, pt. 6, it-tieni inċiż

3. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni miksuba mill-istudji u r-riċerki magħmula u jenfasizza kull punt utli b'rigward għall-iżviluppi fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni.

ê 1612/68 (adattat)

TAQSIMA 4

UFFIċċJU EWROPEW GħALL-KOORDINAZZJONI

Artikolu 18

L-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni ta' K klerjar ta' Postijiet Vakanti u Applikazzjonijiet għall-Impjieg, stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni (imsejjaħ f'dan ir-Regolament l-“Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni” għandu jkollu l-kompitu ġenerali li jippromwovi kklerjar ta' postijiet vakanti fuq il-livell tal-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli partikolarment għad-doveri tekniċi kollha f'dan il-qasam li, taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, huma assenjati lill-Kummissjoni, u speċjalment sabiex jgħin is-servizzi tal-impjieg nazzjonali.

Huwa għandu jagħti fil-qosor l-informazzjoni li saret referenza għaliha fl-Artikoli 12 u 13 u d-data li toħroġ mill-istudji u riċerka mwettqa b'konformità mal-Artikolu 11, sabiex joħroġ fid-dieher kwalunkwe fatt utli dwar żviluppi mbassra fuq is-suq tax-xogħol tal-Unjoni; fatti bħal dawn għandhom ikunu kkomunikati lis-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri u lill-Ö Kumitat Konsultattiv, imsemmi fl-Artikolu 21, u lill-Kumitat Tekniku, imsemmi fl-Artikolu 29 Õ.

ê 1612/68

Artikolu 19

1. L-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni għandu jkun responsabbli, partikolarment:

(a) biex jikkoordina l-mizuri prattiċi neċessarji għall-ikklerjar ta' postijiet vakanti fuq il-livell tal-Unjoni u biex janalizza l-movimenti riżultanti tal-ħaddiema;

ê 1612/68 (adattat)

(b) biex jikkontribwixxi għal tali objettivi billi jimplimenta, f'kooperazzjoni mal-Kumitat Tekniku, Ö imsemmi fl-Artikolu 29, Õ metodi ta' azzjoni konġunta fuq livell amministrattiv u tekniku;

ê 1612/68

(ċ) biex iwettaq, fejn tqum ħtieġa speċjali, u bi ftehim mas-servizzi speċjalizzati, il-ġbir flimkien ta' postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg għall-ikklerjar minn dawn is-servizzi speċjalizzati.

2. Huwa għandu jikkomunika lis-servizzi speċjalizzati postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg mibgħuta direttament lill-Kummissjoni, u għandu jkun infurmat bl-azzjoni li ttieħdet dwarhom.

Artikolu 20

ê 1612/68 (adattat)

Il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru, u skont il-kondizzjonijiet u proċeduri li hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-Opinjoni tal-Kumitat Tekniku, Ö imsemmi fl-Artikolu 29, Õ torganizza żjarat u inkarigi għall-uffiċjali ta' Stati Membri oħra u wkoll programmi avvanzati għall-persunal speċjalizzat.

ê 1612/68

KAPITOLU III

KUMITATI BIEX TIĠI ŻGURATA KOOPERAZZJONI MILL-QRIB BEJN L-ISTATI MEMBRI F'MATERJI LI JIKKONĊERNAW IL-MOVIMENT LIBERU TAL-ĦADDIEMA U L-IMPJIEG TAGĦHOM

TAQSIMA 1

IL-KUMITAT KONSULTATTIV

Artikolu 21

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli biex jass isti l-Kummissjoni fl-eżami ta' kwistjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tiegħu, f'materji li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom.

Artikolu 22

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli partikolarment:

(a) biex jeżamina kull problema li tikkonċerna l-moviment liberu u l-impjieg fil-qafas tal-politiki nazzjonali dwar ħaddiema disponibbli, bil-għan li ssir koordinazzjoni tal-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri, li b'hekk tikkontribwixxi għall-izvilupp tal-ekonomiji u għal titjib fil-bilanċ tas-suq tax-xogħol;

(b) biex jagħmel studju ġenerali tal-effetti tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe mizuri supplementari;

(ċ) biex jissottometti lill-Kummissjoni kwalunke proposta motivata sabiex jiġi rivedut dan ir-Regolament;

(d) biex jagħti, jew fuq talba tal-Kummissjoni inkella fuq l-inizjattiva tiegħu stess, opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet ġenerali jew dwar kwistjonijiet ta' prinċipju, partikolarment dwar skambju ta' informazzjoni li tikkonċerna żvilupp fis-suq tax-xogħol, dwar il-moviment ta' ħaddiema bejn Stati Membri, dwar programmi jew mizuri biex jiġu żviluppati gwida professjonali u taħriġ professjonali li x'aktarx izidu l-possibbiltajiet ta' moviment liberu u impjieg, u dwar il-forom kollha ta' assistenza lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, inklużi għajnuna soċjali u djar għall-ħaddiema.

Artikolu 23

1. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn sitt membri għal kull Stat Membru, li tnejn minnhom għandhom jirrappreżentaw il- Gvern, tnejn lit-trejdunjins u tnejn lill-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem.

2. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1, membru supplenti wieħed għandu jkun maħtur minn kull Stat Membru.

3. Iż-żmien ta' kariga tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' sentejn. Il-ħatra tagħhom tista’ tiġi mġedda.

Mat-tmiem taż-żmien tagħhom fil-kariga, il-membri u l-membri supplenti għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu mibdula jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda.

Artikolu 24

Il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill li għandu jagħmel ħiltu, meta jkun qiegħed jagħżel rappreżentanti ta' trejdunjins u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem, biex jikseb rappreżentazzjoni adekwata fuq il-Kumitat tas-setturi ekonomiċi varji konċernati.

Il-lista tal-membri u tal-membri supplenti għandha tkun ippubblikata mill-Kunsill għall-informazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun ippresedut minn membru tal-Kummissjoni jew rappreżentant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-Kumitat għandu jiltaqa' għall-inqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiġi msejjaħ mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, inkella fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri.

Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti għall-Kumitat mill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Il-President jista' jistieden individwi jew rappreżentanti ta' korp i b'esperjenza wiesgħa fil-qasam tal-impjieg jew moviment ta' ħaddiema biex jieħdu sehem f'laqgħat bħala osservaturi jew bħala esperti. Il-President jista’ jkun assistit minn konsulenti esperti.

Artikolu 27

1. Opinjoni mogħtija mill-Kumitat m'għandhiex tkun valida jekk żewġ terzi tal-membri ma jkunux preżenti.

2. Opinjonijiet għandhom jaffermaw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; huma għandhom jiġu adottati b'maġġoranza assoluta tal-voti validament mitfugħa; huma għandhom ikunu akkumpanjati bi stqarrija bil-miktub tal-opinjonijiet espressi mill-minoranza, meta din tal-aħħar titlob hekk.

Artikolu 28

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-metod i ta’ ħidma tiegħu b'regoli ta' proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill, wara li jkun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, ikun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe emenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel għal dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-istess proċedura.

TAQSIMA 2

IL-KUMITAT TEKNIKU

Artikolu 29

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli li jassisti lill-Kummissjoni biex tħejji, tippromwovi u ssegwi x-xogħol u l-miżuri tekniċi kollha sabiex jingħata effett lil dan ir-Regolament u kwalunkwe miżura supplementari.

Artikolu 30

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:

(a) biex jippromwovi u javvanza kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi konċernati fl-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet tekniċi kollha marbutin mal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom;

(b) jifformula proċeduri għall-organizzazzjoni tal-attivitajiet konġunti tal-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati;

(ċ) jiffaċilita l-ġbir ta' informazzjoni li x'aktarx tkun ta' użu għall-Kummissjoni u għall-istudji u riċerka previsti f'dan ir-Regolament u jinkoraġġixxi skambju ta' informazzjoni u esperjenza bejn il-korpi amministrattivi kkonċernati;

(d) jinvestiga fuq livell tekniku l-armonizzazzjoni tal-kriterji li bihom Stati Membri jevalwaw l-istat tas-swieq tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 31

1. Il-Kumitat Tekniku għandu jkun kompost minn rappreże ntanti tal-Gvernijiet tal-Istat Membri. Kull Gvern għandu jaħtar bħala membru tal-Kumitat Tekniku, wieħed mill-membri li jirrappreżentawh fuq il-Kumitat Konsultattiv.

2. Kull Gvern għandu jaħtar membru supplenti minn fost ir-rappreżentanti l-oħra tiegħu, membri jew membri supplenti, fuq il-Kumitat Konsultattiv.

Artikolu 32

Il-Kumitat Tekniku għandu jkun ippresedut minn membru tal-Kummissjoni jew rappreżentant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-President u l-membri tal-Kumitat jistgħu jkunu assistiti minn konsulenti esperti.

Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti lill-Kumitat mill-Kummissjoni.

Artikolu 33

Il-proposti u l-opinjonijiet formulati mill-Kumitat Tekniku għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, u l-Kumitat Konsultattiv għandu jkun infurmat b'dan. Kwalunkwe proposta u opinjoni tali għandha tkunu akkumpanjata bi stqarrija bil-miktub tal-opinjonijiet espressi mill-membri varji tal-Kumitat Tekniku meta dawn tal-aħħar jitolbu hekk.

Artikolu 34

Il-Kumitat Tekniku għandu jistabbilixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu b'regoli ta' proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill , wara li jkun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, ikun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe emenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel għal dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-istess proċedura.

KAPITOLU IV

ê 1612/68 (adattat)

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konsultattiv u tal-Kumitat Tekniku fis-seħħ Ö fit-8 ta’ Novembru 1968 Õ għandhom ikomplu japplikaw.

Artikolu 36

1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffet twa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jittrattaw dwar eliġibbiltà għall-impjieg imħarreġ fil-qasam tal-enerġija nukleari, lanqas kwalunkwe miżura meħuda b'konformità ma' dan it-Trattat.

Madanakollu, dan ir-Regolament għandu japplika Ö għall-kategorija Õ ta' ħaddiema msemmija fl-ewwel subparagrafu u għall-membri tal-familji tagħhom sa fejn il-pożizzjoni legali tagħhom mhijiex irregolata mit-Trattat jew il-mizuri msemmija hawn fuq.

2. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa miżuri meħudin skont l-Artikolu Ö 48 Õ tat- Ö TFUE Õ.

3. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-obbligi ta' Stati Membri li joħorġu minn relazzjonijiet speċjali jew ftehim fil-futur ma' ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali eżistenti Ö fit-8 ta’ Novembru 1968 Õ , jew ftehim diġà ezistenti Ö fit-8 ta’ Novembru 1968 Õ ma' ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali bejniethom.

ê 1612/68

Ħaddiema minn pajjiżi jew territorji bħal dawn li skont din id-dispożizzjoni qegħdin iwettqu attivitajiet bħala persuni impjegati fit-territorju ta' xi wieħed minn dawk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jinvokaw il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 37

L-Istati Membri għandhom, għal skopijiet ta' informazzjoni, jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test ta' ftehim, konvenzjonijiet jew arranġamenti konklużi bejniethom fil-qasam tal-ħaddiema disponibbli bejn id-data tal-iffirmar tagħhom u dik tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 38

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri b'konformità ma' dan ir-Regolament għ all-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, hija għandha taġixxi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi ċentrali tal-Istati Membri.

ê 1612/68 (adattat)

Artikolu 39

In-nefqa amministrattiva tal-Kumitat Ö Konsultattiv u tal-Kumitat Tekniku Õ għandha tkun inkluża fil-baġit Ö ġenerali tal-Unjoni Ewropea Õ fit-taqsima dwar il-Kummissjoni.

Artikolu 40

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 Ö u Õ 3.

ê

Artikolu 41

Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

ê 1612/68 (adattat)

Artikolu 42

Ö Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Õ

ê 1612/68

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

é

ANNESS I

Ir-Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 (ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2) |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 (ĠU L 39, 14.2.1976, p. 2) |

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2434/92 (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 1) |

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77) | L-Artikolu 38(1) biss |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 | Dan ir-Regolament |

L-Ewwel Parti | Kapitolu I |

It-Titolu I | Taqsima 1 |

L-Artikolu 1 | Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |

L-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 3(2) | Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 4 | Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | Artikolu 5 |

L-Artikolu 6 | Artikolu 6 |

It-Titolu II | Taqsima 2 |

L-Artikolu 7 | Artikolu 7 |

L-Artikolu 8(1) | Artikolu 8 |

L-Artikolu 9 | Artikolu 9 |

It-Titolu III | Taqsima 3 |

L-Artikolu 12 | Artikolu 10 |

It-Tieni Parti | Kapitolu II |

It-Titolu I | Taqsima 1 |

L-Artikolu 13 | Artikolu 11 |

L-Artikolu 14 | Artikolu 12 |

It-Titolu II | Taqsima 2 |

L-Artikolu 15 | Artikolu 13 |

L-Artikolu 16 | Artikolu 14 |

L-Artikolu 17 | Artikolu 15 |

L-Artikolu 18 | Artikolu 16 |

It-Titolu III | Taqsima 3 |

L-Artikolu 19 | Artikolu 17 |

It-Titolu IV | Taqsima 4 |

L-Artikolu 21 | Artikolu 18 |

L-Artikolu 22 | Artikolu 19 |

L-Artikolu 23 | Artikolu 20 |

It-Tielet Parti | Kapitolu III |

It-Titolu I | Taqsima 1 |

L-Artikolu 24 | Artikolu 21 |

L-Artikolu 25 | Artikolu 22 |

L-Artikolu 26 | Artikolu 23 |

L-Artikolu 27 | Artikolu 24 |

L-Artikolu 28 | Artikolu 25 |

L-Artikolu 29 | Artikolu 26 |

L-Artikolu 30 | Artikolu 27 |

L-Artikolu 31 | Artikolu 28 |

It-Titolu II | Taqsima 2 |

L-Artikolu 32 | Artikolu 29 |

L-Artikolu 33 | Artikolu 30 |

L-Artikolu 34 | Artikolu 31 |

L-Artikolu 35 | Artikolu 32 |

L-Artikolu 36 | Artikolu 33 |

L-Artikolu 37 | Artikolu 34 |

Ir-Raba’ Parti | Kapitolu IV |

L-Artikolu 38 | ---- |

L-Artikolu 39 | Artikolu 35 |

L-Artikolu 40 | ----- |

L-Artikolu 41 | ----- |

L-Artikolu 42(1) | Artikolu 36(1) |

L-Artikolu 42(2) | Artikolu 36(2) |

L-Artikolu 42(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 36(3), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 42(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 36(3), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 43 | Artikolu 37 |

L-Artikolu 44 | Artikolu 38 |

L-Artikolu 45 | ----- |

L-Artikolu 46 | Artikolu 39 |

L-Artikolu 47 | Artikolu 40 |

----- | Artikolu 41 |

L-Artikolu 48 | Artikolu 42 |

----- | Anness I |

----- | Anness II |

_________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmula skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni tal- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

[8] Ara l-Anness I.

[9] ĠU Ö L 255, 30.9.2005, p. 22. Õ

Top