Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0174

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea. {SEC(2010) 443}

    /* KUMM/2010/0174 finali - COD 2010/0101 */

    52010PC0174




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 21.4.2010

    KUMM(2010)174 finali

    2010/0101 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea.

    {SEC(2010) 443}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    L-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija baġitarja lill-Bank Ewrope tal-Investiment (BEI) li tkopri r-riskji ta’ natura sovrana u politika b’rabta mal-operati tiegħu ta’ self u ta’ garanziji fuq is-self imwettqa barra mill-UE b'appoġġ tal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE. Il-garanzija tal-UE għall-operati esterni tal-BEI hija mezz effettiv li jorbot flimkien il-fondi baġitarji tal-UE (permezz tad-dispożizzjoni tal-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni li jsostni l-garanzija tal-UE) mar-riżorsi proprji tal-BEI, li tissawwar fuq is-sodizza finanzjarja tal-BEI, filwaqt tiżgura li ma tintlaqatx ħażin is-saħħa finanzjarja tal-BEI.

    L-ambitu kumplessiv u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kopertura permezz tal-garanzija tal-UE għall-operati esterni tal-BEI ġew iffissati minn qabel b'deċiżjonijiet tal-Kunsill, jiġifieri dawk li jissejħu l-mandati esterni tal-BEI. Riċentement, il-mandat estern tal-BEI għall-perjodu 2007-2011 ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009[1] (id-'Deċiżjoni'). L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni jobbliga lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni tiegħu flimkien ma' proposta għall-emendar tiegħu, imfassal inter alia fuq valutazzjoni esterna (ara t-Taqsima 2).

    Abbażi ta' dak li nstab permezz tal-analiżi ta' nofs it-terminu, din il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-UE għall-finanzjament estern tal-BEI għall-kumpalment tal-perspettivi finanzjarji attwali 2007-2013, filwaqt li ddaħħal għadd ta' elementi ġodda fil-mandat.

    L-introduzzjoni ta’ dawn l-elementi ġodda ġabet magħha l-ħtieġa ta’ għadd ta’ modifiki għad-Deċiżjoni dwar il-mandat attwali. Għaċ-ċarezza, għaldaqstant, saret l-għażla li tinbidel id-Deċiżjoni tal-mandat b’deċiżjoni ġdida flok titressaq proposta għal emendi. Id-deċiżjoni proposta għandha tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI ffirmati matul perjodu li beda fl-1 ta’ Frar 2007 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.

    L-elementi l-ġodda li se jiddaħħlu fid-deċiżjoni l-ġdida huma kif ġej:

    * L-attivazzjoni ta’ "mandat fakultattiv" ta’ EUR 2 biljuni , li tpoġġa f’riżerva permezz tad-Deċiżjoni. Dan il-mandat fakultattiv se jiġi attivat mhux bħala żieda tal-limiti massimi reġjonali individwali, imma bħala mandat iddedikat għal proġetti li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima fir-reġjuni kollha koperti mid-deċiżjoni.

    * Il-bdil tas-sistema attwali tal-għanijiet reġjonali għall-operazzjonijiet skont il-garanzija tal-UE b'għanijiet orizzontali ta’ livell għoli jkopru r-reġjuni kollha taħt il-mandat estern. Dawn l-għanijiet ta' livell għoli se jiddaħħlu fl-Artikoli tad-deċiżjoni proposta u se jkopru l-oqsma tal-bidla fil-klima, l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-iżvilupp tas-settur privat lokali.

    * It-tiswir mill-Kummissjoni, flimkien mal-BEI, u b’konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna (EEAS), ta' linji gwida operattivi għal kull reġjun kopert mill-mandat estern, b'riflessjoni tal-istrateġiji reġjonali tal-UE ħalli tissaħħaħ ir-rabta bejn l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-BEI b'mod konformi mal-għanijiet ġenerali ta’ livell għoli skont il-mandat estern u l-prijoritajiet reġjonali tal-UE.

    * It-tisħiħ tal-kapaċità tal-BEI li jsostni l-għanijiet ta' żvilupp tal-UE billi

    - jitqawwew il-valutazzjoni tal-BEI u l-monitoraġġ tal-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti.

    - tiżdied il-konċentrazzjoni tal-intervent tal-BEI f'oqsma li jkabbru l-iżvilupp ta' pajjiżi terzi, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasport sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha. Il-BEI għandu wkoll kull ma jmur iżid l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni.

    * L-attivazzjoni tal-mandat estern tal-BEI għall-Islanda, il-Belarus, il-Libja, l-Iraq, u l-Kambodja.

    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal[2] li jakkumpanja l-proposta jipprovdi aktar dettalji dwar l-attività possibbli tal-BEI b'appoġġ għall-ħidma kontra l-bidla fil-klima skont il-mandat fakultattiv ta’ EUR 2 bn kif ukoll abbażi tar-raġunament li tiġi sostnuta l-proposta għall-attivazzjoni tal-mandat estern għall-Islanda, il-Belarus, il-Libja, l-Iraq u l-Kambodja.

    2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Kif issemma fit-taqsma preċedenti, il-mandat estern attwali tad-Deċiżjoni rrikjeda analiżi ta’ nofs it-terminu tal-operat tal-mandat. Din l-analiżi hija msawra fuq valutazzjoni esterna sorveljata u amministrata minn Kumitat ta’ Direzzjoni ta’ Persuni Għorrief (SCWP), fuq valutazzjoni mwettqa permezz ta’ konsultazzjoni esterna (COWI), u fuq valutazzjonijiet speċifiċi mwettqa mid-dipartiment tal-valutazzjonijiet tal-BEI. It-termini referenzjarji tal-analiżi ta’ nofs it-terminu huma ffissati fl-Anness 2 tad-Deċiżjoni.

    Matul il-proċess ta' valutazzjoni, li nbeda f'Ottubru tal-2008 u ntemm fi Frar tal-2010, is-SWCP organizza seduti ta' smigħ mal-Kummissjoni u uffiċjali għolja tal-BEI kif ukoll ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tal-Parlament Ewropew, ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali Ewropej[3] (EBFI) kif ukoll gruppi ta’ ħassieba Ewropej. Il-membri tas-SWCP żaru wkoll għadd ta' pajjiżi benefiċjarji magħżula u kellhom diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-gvern u tas-settur privat, u mal-COWI u d-dipartiment tal-valutazzjoni tal-BEI. Il-valutazzjoni tal-COWI inkludiet intervisti mal-persunal tal-Kummissjoni u tal-BEI u studji ta' każijiet speċifiċi kemm ta' pajjiżi kif ukoll ta' proġetti.

    Ir-rapport tas-SCWP huwa disponibbli fl-indirizz li ġej: http://www.eib.org/about/documents/mtr-external-mandate-report-steering-committee.htm. Ir-rapport tal-COWI huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:http://ec.europa.eu/economy_finance/evaluation/completed/index_en.htm.

    Is-sejbiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma miġbura fil-qosor u analizzati fir-rapport tal-Kummissjoni[4] dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu li takkumpanja l-proposta preżenti. Il-proposti għall-modifiki tal-mandat attwali li tressqet fid-deċiżjoni proposta huma msejsa fuq dan ir-rapport.

    Is-SCWP ipprovda wkoll għadd ta’ suġġerimenti differenti għar-riforma futura tal-azzjonijiet esterni tal-UE inklużi l-attivitajiet esterni tal-BEI. Dawn is-suġġerimenti se jkomplu jiġu analizzati fi proċess, li jinvolvi lill-Kummissjoni, lill-EEAS, lill-BEI, IFI oħra u l-EBFIs, fil-waqt tal-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju li jmiss.

    3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

    Il-propsota għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija msejsa fuq il-bażi ġuridika doppja tal-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Il-proposta hija fil-kompetenza esklużiva tal-UE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, billi l-garanzija tal-UE tat prova li hija mezz effiċjenti u li ma jiswiex wisq flus biex jiġu koperti r-riskji politiċi u sovrani marbuta mal-operazzjonijeit esterni tal-BEI mwettqa b’appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. L-estensjoni ta’ garanzija tal-UE tippermetti li tissokta l-prattika eżistenti effiċjenti u ekonomikament b’saħħitha. |

    4. IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

    Il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (il-"Fond ta' Garanzija") mwaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009[5], li huwa fornut minn trasferimenti annwali mill-baġit ġenerali tal-UE, jipprovdi protezzjoni għall-baġit tal-UE kontra diffikultajiet minħabba fost affarijiet oħra telf fuq l-operazzjonijiet finanzjarji esterni tal-BEI.

    L-implikazzjonijiet baġitarji fir-rigward tal-forniment tal-Fond ta’ Garanzija kif ukoll ir-riżorsi umani u amministrattivi involuti fl-amministrazzjoni tal-garanzija tal-UE huma stipulati fl-istqarrija finanzjarja li takkumpanja l-proposta.

    5. ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI

    Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

    L-Artikolu 1 jestendi l-garanzija tal-UE għall-perjodu li jibqa’ tal-perspettiva finanzjarja attwali 2007-2013, bil-possibbiltà ta’ estensjoni ta' sitt xhur li tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Il-garanzija tal-UE hija limitata għal 65 % tal-ammont aggregat tal-ammonti żborsati pendenti tal-BEI flimkien mal-ammonti relatati (jiġifieri l-imgħaxijiet, il-kummissjonijiet, u ħlasijiet oħra possibbli li jkunu dovuti lill-BEI minn obbligatur garantit skont ftehim ta’ self jew garanzija), b’mod konformi mad-Deċiżjoni attwali. Din tenfasizza li l-BEI juża r-regoli u l-proċeduri tiegħu stess meta jagħti finanzjament kopert mill-garanzija tal-UE, iżda ġġiegħel ukoll li l-kopertura mill-garanzija għat-twettiq tal-finanzjament mill-BEI titwettaq b’appoġġ għall-għanijiet politiċi esterni tal-UE.

    L-Artikolu 2 jiffissa l-limiti massimi għall-finanzjament tal-UE skont il-garanzija tal-UE. Il-limiti massimi reġjonali attwali jinżammu f'Anness tad-deċiżjoni proposta. Il-mandat fakultattiv ta’ EUR 2 biljuni – li ġie riżervat għal attivazzjoni possibbli wara l-analiżi ta' nofs it-terminu – huwa attivat bħala pakkett speċifiku dedikat għall-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-bidla fil-klima. L-Artikolu fih ukoll definizzjoni ta' proġetti li jistgħu jitqiesu bħala kontributuri għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

    L-Artikolu 3 jiddetermina l-għanijiet orizzontali ta' livell għoli li għandhom jiġu segwiti mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti bil-garanzija tal-UE. Dan se jagħti lill-mandat identità iktar ċara billi jiffokaha fuq oqsma fejn il-BEI għandu vantaġġ komparattiv u qawwiet partikolari, jiġifieri l-bidla fil-klima, l-infrastruttura ekonomika u l-iżvilupp tas-settur privat lokali (b'mod partikolari l-SMEs). L-integrazzjoni reġjonali se tkun għan li fuqu tissejjes l-attività ta' finanzjament kollha tal-BEI.

    L-Artikolu 4 jittratta l-lista ta’ pajjiżi kkonċernati mill-propostà u l-eliġibilità tagħhom. Mqabbla mal-mandat attwali tad-Deċiżjoni, l-eliġibbiltà tal-Islanda, il-Belarus, il-Libja, l-Iraq u l-Kambodja għal finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija waħda stabbilita. Dan jirrifletti l-progress li sar fir-relazzjonijiet tal-UE ma’ dawn il-pajjiżi. Il-ġustifikazzjoni iktar dettaljata għall-estensjoni tal-garanzija tal-UE għall-finanzjament tal-BEI f’dawn il-pajjiżi hija stipulata fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal[6] li jakkumpanja lil din il-proposta. Dan iqis il-qagħda politika f'dawn il-pajjiżi u r-relazzjonijiet bilaterali mal-UE, id-demokrazija, il-jeddijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni tal-libertajiet fundamentali kif ukoll il-qagħda makroekonomika u l-ħtiġijiet ta' investiment fil-livell ta' pajjiż. Bħal ma hu l-każ fid-Deċiżjoni attwalment fis-seħħ, l-inklużjoni ta’ pajjiżi ġodda għall-operazzjonijiet jew is-sospensjoni tal-finanzjament tal-BEI għal xi pajjiż kopert mill-mandat, fid-dawl tar-reputazzjoni tiegħu rigward il-jeddijiet tal-bniedem jew għal raġunijiet oħra, se jkomplu jiġu mittieħda b’segwiment tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    L-Artikolu 5 jfisser fid-dettal ir-rekwiżiti marbuta mal-konnessjoni tal-attivitajiet esterni tal-BEI mal-politiki tal-UE. Il-mira hi li jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ livell għoli msemmija fil-mandat jissarfu fl-implimentazzjoni tal-mandat min-naħa tal-BEI u li l-finanzjament tal-BEI jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta' assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. It-tisrif ta’ dawn l-għanijiet f’operazzjonijiet iseħħ permezz tal-iżvilupp ta' linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont id-deċiżjoni proposta. Dan l-Artikolu jirrikjedi li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-linji gwida operattivi stabbiliti. Jitlob ukoll li l-BEI jsawwar strateġiji xierqa ta' finanzjament għall-eżekuzzjoni attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Barra minn hekk, jispeċifika li operazzjoni ta’ finanzjament tal-BEI mhux se tkun koperta mill-garanzija tal-UE jekk il-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq it-tali operazzjoni fi ħdan il-qafas tal-proċedura stipulat fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

    L-Artikolu 6 għandu l-għan li jiżgura li l-BEI jimxi b'diliġenza qawwija xierqa fir-rigward tal-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti li jkunu se jiġu koperti mill-garanzija tal-UE, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt soċjali, biex il-proġetti sostnuti mill-mandat ikunu biss dawk ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli.

    L-Artikolu 7 jfisser fid-dettall il-modalitajiet ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u l-BEI, u fejn jixraq l-EEAS. L-għan ta’ dan huwa li jiġi żgurat li fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku ’l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti 'l isfel (downstream), l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, filwaqt li jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-deċiżjoni.

    L-Artikolu 8 jagħti d-dettalji tal-modalitajiet tal-kooperazzjoni mtejba mal-IFI l-oħra.

    L-Artikolu 9 jispjega n-natura tal-garanzija tal-UE li se tkopri r-riskji ta’ natura politika jew ta’ natura sovrana għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament li jkun daħal għalihom il-BEI. Dan jirrikjedi wkoll li l-BEI jistabbilixxi politika li tirregola d-deċiżjoni dwar jekk jiġux sottomessi operazzjonijiet eliġibbli għal kopertura mill-garanzija tal-UE jew jekk jiġux finanzjati b'riskju għall-BEI inniffsu. L-għan ta' politika bħal din ikun li jiżgura li l-kopertura garantita mill-UE tiġi utilizzata għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, p.eż. fil-pajjiżi u għall-kumpaniji b’diffikultajiet biex jiksbu finanzjament mis-suq kapitali b'kundizzjonijiet aċċettabbli, filwaqt li dawk li jisselfu fil-pajjiżi tal-grad ta' investiment, jew fi strutturi tal-grad ta' investiment f'pajjiżi ta' subinvestiment jistgħu jkollhom aċċess għall-faċilitajiet b’riskju għall-BEI nnifsu.

    L-Artikolu 10 jinkludi rekwiżiti ta’ rappurtaġġ u informazzjoni ta’ kontabilità kemm għall-BEI kif ukoll għall-Kummissjoni

    L-Artikolu 11 jispeċifika r-responsabbiltà tal-BEI li jsegwi talbiet għal irkupru possibbli f’isem il-Kummissjoni.

    L-Artikolu 12 isemmi li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

    L-Artikolu 13 jistqarr li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-istabbiliment tal-garanzija tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju li jmiss, kif jixraq.

    L-Artikolu 14 isemmi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni tad-deċiżjoni proposta mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

    It-taqsima tal-‘Premessi’ tinkludi, fost l-oħrajn, l-isfond politiku għall-proposta biex jinżammu l-garanzija tal-UE u s-sejbiet ewlenin tal-analiżi ta' nofs it-terminu.

    2010/0101 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea.

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi benefiċjarji.

    (2) Bil-ħsieb li tiġi sostnuta l-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista’ jiffinanzja investiment barra mill-UE mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu fir-reġjuni esterni bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE amministrata mill-Kummissjoni.

    (3) Riċentement, il-garanzija tal-UE ġiet stabbilita għall-perjodu 2007-2011 permezz tad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità[7].

    (4) Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni (il-“Fond ta’ Garanzija”), li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009[8], jipprovdi riżerva ta’ likwidità għall-baġit tal-UE kontra t-telf fuq operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI u azzjonijiet esterni oħra tal-UE.

    (5) Kif rikjest mid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, il-Kummissjoni u l-BEI ħejjew analiżi ta' nofs it-terminu tal-finanzjament estern tal-BEI, abbażi ta' valutazzjoni esterna indipendenti sorveljata minn grupp ta' direzzjoni ta' "persuni għorrief", analiżi permezz ta' konsulenza esterna, u valutazzjonijiet speċifiċi prodotti mill-BEI. Nhar it-12 ta’ Frar 2010, il-grupp ta' direzzjoni ressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BEI bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

    (6) Ir-rapport tal-grupp ta’ direzzjoni kkonkluda li l-garanzija tal-UE għall-BEI huwa strument politiku effiċjenti u b'saħħtu b'influwenza finanzjarja u politika qawwija u li din il-garanzija għandha tinżamm ħalli tkopri r-riskji ta’ natura politika jew sovrana. Ġew proposti ċerti emendi għad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE biex jiġi żgurat li jkun hemm valur miżjud u effiċjenza massimi fl-operazzjonijiet esterni tal-BEI.

    (7) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f’kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa.

    (8) Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista’ jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI, meta possibbli, għandhom jiġu kkumplimentati minn fondi konċessjonali skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE.

    (9) Għandha tiġi pprovduta xi flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni reġjonali skont il-Mandat dwar il-Bidla fil-Klima biex tippermetti għall-aktar aċċettazzjoni effettiva u mħaffa tal-finanzjament disponibbli fil-perjodu ta’ 3 snin 2011-2013. F’każ li l-ammont totali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament meqjusa jisboq l-ammont disponibbli ta' EUR 2 biljun, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jiżguraw distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni koperti, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti għall-għajnuna esterna skont il-Mandat Ġenerali.

    (10) Barra minn hekk, il-valutazzjoni sabet li minkejja l-operazzjonijiet tal-BEI imwettqa fil-perjodu kopert mill-valutazzjoni (2000-2009) kienu ġeneralment konformi mal-politiki esterni tal-UE, ir-rabta bejn l-għanijiet politiċi tal-UE u l-implimentazzjoni operattiva tagħhom mill-BEI għandha tissaħħaħ u ssir aktar espliċita u strutturata.

    (11) Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta’ livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b’saħħithom tal-BEI f’oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta’ ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). F’dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

    (12) Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-UE hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw[9], b'mod partikolari, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom irawmu: żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar; kif ukoll il-konformità mal-għanijiet ġenerali approvati mill-UE fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Il-BEI għandu gradwalment isawwar il-mezzi xierqa biex jissodisfa b’mod adegwat dawn ir-rekwiżiti.

    (13) Skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jżid l-orjentazzjoni tiegħu rigward l-iżvilupp f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u b'segwiment tal-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta’ finanzjament fl-UE u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni kif ukoll għall-adattament għall-bidla fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda progressiva fir-riżorsi umani dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

    (14) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-funzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa fl-istess waqt il-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni, inħolqot bil-għan li żżid l-impatt u l-koerenza tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Se jinħoloq Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) ġdid taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. F'dawn l-aħħar snin kien hemm ukoll twessiegħ u tisħiħ tal-politiki esterni tal-UE. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni, għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali, għall-isħubiji mġedda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja, kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal-UE mar-Russja, iċ-Ċina u l-Indja. Dan jista’ jingħad ukoll għall-politiki tal-iżvilupp tal-UE, li issa ġew estiżi biex jinkludu l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni tal-UE ġew sostnuti wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza Preadeżjonali (IPA), l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI), l-Istrument għall-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u l-Jeddijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Istrument għall-Istabbiltà.

    (15) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi Preadeżjonali għandha sseħħ fil-qafas stabbilit fis-Sħubijiet Adeżjonali u Ewropej li ffissaw il-prijoritajiet għal kull pajjiż, u għall-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999), bil-ħsieb li jiġi rreġistrat progress fit-tqarrib lejn l-UE, u li jipprovdu qafas għall-assistenza mill-UE. Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP) huwa l-qafas politiku tal-UE għall-Balkani tal-Punent. Dan huwa msejjes fuq sħubija progressiva, li fiha l-UE toffri konċessjonijiet kummerċjali, assistenza ekonomika u finanzjarja u relazzjonijiet kuntrattwali permezz tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAAs). L-assistenza finanzjarja preadeżjonali, permezz tal-IPA, tgħin lill-kanditati u l-kanditati potenzjali jitħejjew għall-obbligi u l-isfidi tal-isħubija fl-UE. Din l-assistenza ssostni l-proċess ta’ riformi, inklużi t-tħejjijiet għall-eventwalità li dawn il-pajjiżi jsiru membri. Din tiffoka fuq it-tiswir istituzzjonali, il-konformità mal-acquis communautaire u l-tħejjija għall-politiki u l-istrumenti tal-UE.

    (16) L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-UE timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal-UE u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-UE u l-imsieħba tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta’ prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja t-titjib soċjoekonomiku, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b’enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-UE għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta’ Direzzjoni. Dan hu kumplimentat fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

    (17) L-attività tal-BEI fl-Amerika Latina għandha sseħħ fil-qafas tal-Isħubija Strateġika tal-UE, l-Amerika Latina u l-Karibew. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2009 “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Parteċipanti Globali fi Sħubija"[10], il-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni lejn l-Amerika Latina huma t-tħeġġiġ tal-integrazzjoni reġjonali u l-qirda tal-faqar u l-inugwaljanza soċjali ħalli jitħeġġu s-sostenibbiltà ekonomika u l-iżvilupp soċjali. Dawn l-għanijiet politiċi għandhom jitrawmu b'kunsiderazzjoni tal-livell differenti tal-iżvilupp tal-pajjiżi Latin Amerikani. Id-djalogu bilaterali għandu jiġi segwit f’oqsma ta' interess komuni għall-UE u l-Amerika Latina, inklużi l-ambjent, il-bidla fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-enerġija, ix-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni għolja, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

    (18) Il-BEI għandu jkun attiv fl-Ażja kemm fl-ekonomiji emerġenti dinamiċi kif ukoll fil-pajjiżi inqas prosperi. F’dan ir-reġjun divers, l-UE qed tapprofondixxi s-sħubija strateġika tagħha maċ-Ċina u l-Indja u qed isir progress fin-negozjati biex jissawru ftehimiet ġodda ta' sħubija u kummerċ ħieles mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja. Fl-istess waqt, il-kooperazzjoni fl-iżvilupp għandha punt importanti fl-aġenda tal-UE mal-Ażja; l-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp fir-reġjun Ażjatiku għandha l-għan li teqred il-faqar billi ssostni tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq sisien wesgħin, tħeġġeġ ambjent u kundizzjonijiet li jippromwovu l-kummerċ u l-integrazzjoni fir-reġjun, tqawwi l-governanza, iżżid l-istabbiltà politika u soċjali, u ssotni l-kisbiet tal-Miri tal-Millenju għall-Iżvilupp tal-2015. Qed jiddaħħlu fis-seħħ politiki bi sħab li jindirizzaw sfidi komuni, bħall-bidla fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-istabbiltà, il-governanza u l-jeddijiet tal-bniedem, kif ukoll il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u umani u r-rispons għalihom.

    (19) L-istrateġija tal-UE għal sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2007 saħħet id-djalogu reġjonali u bilaterali u l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ewlenin li jħabbat wiċċu magħhom dan ir-reġjun, fosthom it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabbiltà. L-implimentazzjoni tal-istrateġija rreġistrat avvanzi importanti fl-oqsma tal-jeddijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u t-trasport u l-politiki ambjentali.

    (20) L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel għandha sseħħ fil-qafas tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati mid-Dokument Strateġiku huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità għat-twassil tas-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t’Isfel seħħew f’kumplimentarjetà għolja mal-programm ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, jiġifieri permezz tal-konċentrazzjoni tal-BEI fuq l-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-infrastruttura muniċipali). L-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż fir-rigward tal-Afrika t'Isfel sejħet għal tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tal-bidla fil-klima permezz ta' attivitajiet li jsostnu il-ħolqien ta' impjiegi li jirrispettaw l-ambjent.

    (21) Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-UE fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jiġu esplorati opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-UE kif jixraq, fl-għamla ta’ garanziji, ta’ kapital ta’ riskju, ta’ sussidju għar-rati tal-interess u ta’ kofinanzjament fl-investiment, flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrumenti għall-Istabbilità, l-EIDHR u d-DCI.

    (22) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku ’l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki esterni tal-UE u jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjonijiet esterni tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni, l-EEAS u l-BEI. Għall-istess għan, għandu jkun hemm kooperazzjoni mtejba u skambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni fil-livell operattiv. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, il-Kummisjoni u l-EEAS, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar ħalli jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tal-BEI u dawk implimentati mill-Kummissjoni.

    (23) Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-mandat ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, f'konsultazzjoni mal-EEAS dwar kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa’ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

    (24) Il-BEI għandu jħejji, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programm multiannwali indikattiv tal-ammont ippjanat ta’ firem tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta’ Garanzija. Il-Kummissjoni għandha tqis dan il-pjan fil-programmazzjoni tal-baġit regolari tagħha trażmess lill-awtorità baġitarja.

    (25) Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ l-iżvilupp ta' "Pjattaforma tal-UE għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp" bil-ħsieb li tottimizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Pjattaforma ta’ dan it-tip tkompli tħeġġeġ l-arranġamenti ta’ dipendenza reċiproka, imsejsa fuq il-vantaġġ komparattiv tal-istituzzjonijiet differenti filwaqt li jiġu rispettati r-rwol u l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjonijiet tal-baġit tal-UE u tas-self mill-BEI.

    (26) Il-BEI għandu jitħeġġeġ iżid l-operazzjonijiet tiegħu barra l-UE mingħajr ir-rikors għall-garanzija tal-UE ħalli jsostni l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, partikolarment fil-pajjiżi preadeżjonali u l-pajjiżi tal-viċinat u fil-pajjiżi tal-grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, imma anki fil-pajjiżi fil-grad ta’ subinvestiment meta l-BEI jkollu l-garanziji adatti minn partijiet terzi. Il-BEI, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa politika li permezz tagħha jiddeċiedi bejn l-allokazzjoni ta’ proġetti taħt il-mandat tal-garanzija tal-UE jew ta' finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu. Politika ta’ dan it-tip tkun b'mod partikolari tqis l-affidabbiltà kreditarja tal-pajjiżi u l-proġetti inkwistjoni.

    (27) Il-BEI għandu jespandi l-firxa tal-istrumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi offruti, inkluż permezz ta' aktar konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jitħeġġeġ jipprovdi self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi msieħba jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attività tal-BEI.

    (28) Biex jiġi żgurat li l-Bank jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, hemm bżonn li jiġu ddedikati biżżejed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tal-BEI. Dan ikun jinkludi b’mod partikolari li jkollu kapaċità suffiċjenti biex isostni l-għanijiet tal-UE ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effettiv il-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati.

    (29) Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. L-isforzi msemmija hawn fuq għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità bejn il-BEI u istituzzjonijiet oħra u jeħtieġu sforz ekwivalenti mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiġu implimentati b’mod effettiv. B'mod partikolari, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi tal-Isħubija u l-Viċinat tal-Lvant, l-Ażja Ċentrali u t-Turkija huma ffissati fil-Memoranda ta’ Ftehim tripartiti bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

    (30) Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta’ taqsimiet dwar il-valur miżjud b'mod konformi mal-politiki tal-UE u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu.

    (31) L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF),

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1 Garanzija tal-UE

    1. L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-Bank tal-Investiment Ewropew (BEI) garanzija baġitarja tal-UE għall-operazzjonijiet imwettqa barra l-UE (il-garanzija tal-UE). Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala garanzija kumplessiva fir-rigward ta’ ħlasijiet li ma jaslux għand il-BEI, minkejja li huma dovuti lejh, b'rabta ma' self u garanziji fuq self għall-proġetti ta' investiment tal-BEI li huma eliġibbli skont il-paragrafu 2.

    2. Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta’ investiment imwettqa f’pajjiżi koperti minn din id-deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu b’appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal-UE, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

    3. Il-garanzija tal-UE għandha tiġi ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI, bl-ammonti rimborżati mnaqqsa, flimkien mal-ammonti relatati kollha.

    4. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ffirmati matul perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2007 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità[11], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE tal-4 ta’ Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità[12] u d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE skont din id-Deċiżjoni.

    5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-UE abbażi ta' proposta mressqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13, dan il-perjodu għandu awtomatikament jiġi estiż b’sitt xhur.

    Artikolu 2Limiti massimi tal-mandat

    1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI koperti minn garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2007-2013, bit-tnaqqis tal-ammonti kanċellati, ma għandux jaqbeż EUR 27 800 000 000, maqsumin f’żewġ partijiet:

    (a) Mandat Ġenerali ta’ EUR 25 800 000 000

    (b) Mandat tal-Bidla fil-Klima ta’ EUR 2 000 000 000

    2. Il-Mandat Ġenerali għandu jinqasam f’limiti massimi reġjonali obbligatorji u sottolimiti massimi indikati kif jistabbilixxi l-Anness I. Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu progressivament jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata bejn il-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-Mandat Ġenerali.

    3. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI skont il-Mandat Ġenerali għandhom ikunu dawk li jsegwu l-għanijiet iffissati fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

    4. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-deċiżjoni, fejn dawn it-tipi ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jsostnu l-għan politiku ewlieni tal-UE li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima permezz ta' proġetti ta' sostenn fit-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha li jikkontribwixxu lejn l-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-oqsma tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied il-flessibbiltà għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, bil-kombinazzjoni fejn ikunu possibbli u xieraq tal-finazjament mill-BEI mal-fondi baġitarji tal-UE.

    5. Fil-każ tal-Mandat tal-Bidla fil-Klima, madankollu, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati fir-reġjuni kollha koperti mill-Anness II ta’ din id-deċiżjoni, sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4). B’mod partikolari, il-BEI se jiżgura li r-reġjun imsemmi fil-punt A tal-Anness II ma jirċevix iktar minn 40 % tal-ammont allokat għal dan il-Mandat, ir-reġjun fil-punt B mhux iktar minn 50 %, ir-reġjun fil-punt C mhux iktar minn 30 % u r-reġjun fil-punt D mhux iktar minn 10 %.

    Artikolu 3L-għanijiet tal-mandat ġenerali

    1. Il-garanzija tal-UE għandha tingħata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jsostnu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

    (a) It-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, kif imfissra fl-Artikolu 2(4).

    (b) L-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).

    (c) L-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji.

    2. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-paragrafu 1.

    3. Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

    Artikolu 4Pajjiżi koperti

    1. Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness I.

    2. Għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II u mmarkati b’‘*’ u għal pajjiżi oħrajn mhux elenkati fl-Anness II, l-eliġibbiltà għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    3. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa f’pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta’ qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali li taħthom dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu.

    4. Fil-każ ta’ tħassib serju fuq is-sitwazzjoni politika jew ekonomika f’xi pajjiż speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jissospendu finanzjament ġdid mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE f’dak il-pajjiż skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    5. Il-garanzija tal-UE ma għandhiex tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI f’xi pajjiż speċifiku meta l-ftehim dwar operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ta’ dan it-tip ikunu ġew iffirmati wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-UE.

    Artikolu 5Il-kontribut tal-operazzjonijiet tal-BEI għall-politiki tal-UE

    1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi reġjonali għall-finanzjament mill-BEI skont din id-deċiżjoni. Fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI se jikkonsultaw is-Servizzi Ewropej ta' Azzjoni Esterna (EEAS) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif jixraq. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa' tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. B'mod partikolari, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkumplimenta l-politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-linji gwida stabbiliti. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

    2. Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mal-linji politiċi u l-għanijiet politiċi esterni tal-UE għandha tiġi sorveljata skont l-Artikolu 10.

    3. Operazzjoni ta’ finanzjament mill-BEI m'għandhiex tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

    Artikolu 6Il-valutazzjoni tal-BEI tal-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti

    1. Il-BEI għandu japplika diliġenza qawwija xierqa fuq l-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

    Fejn jixraq, il-valutazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament mill-BEI jistgħu jiġu msaħħa mill-ġdid tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett b’għajnuna teknika.

    2. Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jsaħħaħ is-sorveljanza tiegħu tul l-implimentazzjoni tal-proġett, inter alia , fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp.

    Artikolu 7 Kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    1. Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE għandha tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll permezz ta' djalogu regolari u sistematiku u l-iskambju bikri tal-informazzjoni dwar:

    (a) dokumenti strateġiċi ppreparati mill-Kummissjoni u/jew l-EEAS kif jixraq, bħal dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż jew reġjonali, programmi indikattivi, pjanijiet ta’ azzjoni u dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni;

    (b) il-pjanijiet għall-proġetti u dokumenti ta’ ppjanar strateġiku tal-BEI;

    (c) aspetti politiċi u operattivi oħra.

    2. Din il-kooperazzjoni se titwettaq abbażi ta’ reġjun reġjun, fejn jitqiesu r-rwol tal-BEI kif ukoll il-politiki tal-UE f’kull reġjun.

    Artikolu 8Koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn

    1. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu, fejn ikun xieraq, f’koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-koperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim raġjonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti.

    2. Il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ koordinazzjoni mwettqa speċjalment fil-kuntest ta’ Memoranda ta’ Ftehim jew oqfsa ta’ kooperazzjoni reġjonali tal-UE oħra, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti.

    Artikolu 9Il-kopertura u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-UE

    1. Għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI li jidħol għalihom ma’ Stat jew li huma ggarantiti minn Stat, kif ukoll operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI oħra li jidħol għalihom ma’ awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ma’ intrapriżi jew istituzzjonijiet pubbliċi tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, fejn operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI oħra ta’ dan it-tip għandhom valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-BEI xierqa meta titqies is-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI iżda li huma dovuti lilu (il-“Garanzija Komprensiva”).

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża huma rappreżentati mill-Awtorità Palestinjana u l-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999) mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo jew amministrazzjoni maħtura fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

    3. Għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI għajr dawk indikati fil-paragrafu 1, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI li iżda huma dovuti lilu, fejn in-nuqqas ta’ ħlas ikun ġie kkawżat mir-realizzazzjoni ta’ wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (il-“Garanzija kontra r-Riskju Politiku”):

    (a) nuqqas ta’ trasferiment tal-munita;

    (b) esproprjazzjoni;

    (c) gwerra jew irvellijiet ċivili;

    (d) ġustizzja miċħuda wara ksur ta’ kuntratt.

    4. Il-BEI għandu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppa politika ċara u trasparenti għad-deċiżjoni dwar is-sors tal-finanzjament tal-operazzjonijiet li jkunu eliġibbli kemm għall-kopertura tal-garanzija tal-UE kif ukoll għar-riskju ta' finanzjament tal-BEI nnifsu.

    Artikolu 10Ir-rappurtaġġ annwali u l-kontabilità

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq il-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ din id-Deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament.

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-koperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra.

    3. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tal-Kummissjoni jew it-talbiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll b’ċertifikat ta’ awditur dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jkunu għadhom pendenti.

    4. Għall-finijiet tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-riskji koperti mill-Garanzija Komprensiva, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tar-riskju tal-BEI u b’informazzjoni dwar gradazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ma’ min jissellef jew ma’ persuni obbligati b’garanzija għajr għall-Istati.

    5. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 a spejjeż tiegħu.

    Artikolu 11L-irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni

    1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f’isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa.

    2. Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-irkupru tal-klejms mhux aktar tard mill-konklużjoni tal-ftehim li jissemma fl-Artikolu 12.

    Artikolu 12Ftehim ta' garanzija

    Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE.

    Artikolu 13Analiżi

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-istabbiliment tal-garanzija tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju li jmiss, kif jixraq.

    Artikolu 14 Rappurtar finali

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

    Artikolu 15Revoka

    Id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE ġiet revokata.

    Artikolu 16Dħul fis-seħħ

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS I

    LIMITI MASSIMI REĠJONALI TAL-MANDAT ĠENERALI

    A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 8 700 000 000;

    B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12 400 000 000;

    maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

    (i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8 700 000 000;

    (ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja: EUR 3 700 000 000;

    C. l-Ażja u l-Amerika Latina: EUR 3 800 000 000;

    maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

    (i) l-Amerika Latina: EUR 2 800 000 000;

    (ii) l-Ażja (inkluża l-Ażja Ċentrali): EUR 1 000 000 000;

    D. ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel: EUR 900 000 000.

    Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali tal-Mandat Ġenerali, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid ammont sa 10 % tal-limitu massimu reġjonali bejn il-limiti massimi sottoreġjonali indikattivi.

    ANNESS II

    REĠJUNI U PAJJIŻI ELIĠIBBLI JEW POTENZJALMENT ELIĠIBBLI

    A. Il-pajjiżi preadeżjonali

    1. Il-pajjiżi kandidati

    Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    2. Il-pajjiżi kandidati potenzjali

    L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999), l-Islanda.

    B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija

    1. Il-pajjiżi Mediterranji

    L-Alġerija, l-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuniżija.

    2. L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja

    L-Ewropa tal-Lvant: Ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna, il-Belarus;

    Il-Kawkasu t’Isfel: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja;

    ir-Russja.

    C. L-Ażja u l-Amerika Latina

    1. L-Amerika Latina

    L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, Kuba (*), l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela.

    2. L-Ażja

    L-Ażja (għajr l-Ażja Ċentrali): L-Afganistan (*), il-Bangladexx, il-Butan (*), il-Brunej, il-Kambodja (*), iċ-Ċina (inkluż Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Korea t’Isfel, il-Laos, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajwan (*), it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen.

    L-Ażja Ċentrali: Il-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan.

    D. L-Afrika t'Isfel: Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM TAL-PROPOSTA

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE.

    2. IL-QAFAS ABM / ABB

    Il-Qasam/L-Oqsma tal-Politika konċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

    Qasam tal-Politika : L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    L-Attività ABB : Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

    3. LINJI BAĠITARJI

    3.1. Il-linji tal-Baġit (il-linji operattivi u l-linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B.A)), inklużi l-intestaturi

    01 04 01 06 - "Garanzija tal-KE għal-self tal-BEI lil pajjiżi terzi"

    01 04 01 14 – "Dispożizzjoni tal-Fond ta' Garanzija"

    3.2. Tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju

    Is-self u l-garanziji għal self tal-BEI taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE (l-“Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI”) jistgħu jiġu ffirmati mill-BEI mill-2007 sal-2013. Hija prevista estensjoni ta' sitt xhur jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jadottawx deċiżjoni li tagħti garanzija ġdida tal-UE lill-BEI għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra mill-UE sa tmiem l-2013. It-tul ta’ żmien totali tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju tagħha se jiġu ddeterminati, madanakollu, mill-maturità tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati. Kif previst fil-ftehim tal-garanzija ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-BEI, id-diżimborżi tal-operazzjonijiet iffirmati għandhom iseħħu fi żmien seba' snin minn tmiem il-mandat.

    3.3. Karatteristiċi baġitarji

    Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    01 04 01 06 01 04 01 14 | Diff[13]. Diff[14]. | LE LE | LE LE | LE LE | 4 4 |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

    - 01 04 01 06 - "Garanzija tal-KE għal-self tal-BEI lil pajjiżi terzi"

    Ir-reġistrazzjoni baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-self mill-BEI lil pajjiżi terzi se tiġi attivata biss fil-każ ta' sejħa effettiva fuq il-garanzija li ma tkunx tista' tiġi koperta b'mod sħiħ mill-Fond ta' Garanzija.

    - 01 04 01 14 – "Dispożizzjoni tal-Fond ta' Garanzija"

    Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni għandu jiġi fornit skont ir-Regolament tal-Fond ta’ Garanzija[15]. B'mod konformi ma’ dan ir-Regolament, is-self jiġi fornut abbażi tal-ammont pendenti fl-aħħar tas-sena. L-ammont ta' forniment huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira (9 % tal-ammont pendenti) u l-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta’ forniment jiġi introdott fis-sena “n” fil-baġit preliminari “n+1” u effettivament imħallas f’tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n+1” mil-linja tal-baġit 01 04 01 12).

    It-tabella li ġejja turi sommarju tar-riżorsi baġitarji stmati li huma meħtieġa għall-finanzjament tal-Fond ta' Garanzija bejn l-2007 u l-2013. Dejta dwar l-2007-2010 tirrappreżenta l-eżekuzzjoni baġitarja attwali. Il-kalkoli huma msejsa fuq il-mandat ta' self propost għall-BEI ta' EUR 27,8 biljun bejn l-2007 u l-2013, li minnhom EUR 2 biljun huma għall-mandat fakultattiv.

    Għandu jkun innutat li l-Fond ta’ Garanzija jkopri wkoll Għajnuna Makrofinanzjarja u self tal-Euratom li jaqgħu barra mill-ambitu tad-Deċiżjoni proposta. Għaldaqstant, il-ħtiġijiet baġitarji jqisu l-operazzjonijiet iffirmati eżistenti kif ukoll operazzjonijiet potenzjali ġodda skont dawn iż-żewġ attivitajiet.

    - Il-ħtiġijiet imbassra għall-forniment tal-Fond ta' Garanzija fl-2012-2013 huma msejsa fuq il-volum ta’ firem u żborżamenti stmati mill-BEI. Ta' min wieħed jinnota li din id-dejta annwali se tvarja skont ir-ritmu attwali tal-firem, l-iżborżamenti u r-rimborżi tas-self. It-tbassir iqis l-impatt tal-EUR 2 biljuni tal-“mandat fakultattiv” fuq il-froniment tal-Fond ta’ Garanzija. Abbażi tar-rata ta’ forniment ta’ 9 %, l-impatt finanzjarju tal-allokazzjoni tal-EUR 2 biljun fuq il-forniment tal-Fond se jammonta għal massimu ta’ EUR 180 miljun tul il-perjodu 2010-2020, bis-suppożizzjoni li s-self korrispondenti jiġi żburżat kompletament.

    Pakkett ta’ EUR 1,4 biljun twarrab fil-programmazzjoni finanzjarja tal-Intestatura 4 bi profil fiss ta’ EUR 200 miljun fis-sena. L-ammont totali pprogrammat ta' EUR 1,4 biljun għandu jinżamm bħala l-"ħtiġijiet baġitarji massimi". Dan l-ammont annwali ta’ EUR 200 miljun previst inizjalment jista’ jinqabeż fl-2012 u l-2013, b’kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-volumi tal-iżborżament, kif ukoll tal-iżviluppi negattivi bħall-akkumulazzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ ħlas[16] u l-valutazzjoni negattiva tal-assi[17], biex jittlaħqu magħhom qagħdiet estremi kif muri fil-"Ħtiġijiet baġitarji massimi” totali (ara t-tabella t’hawn taħt)

    Il-ħtiġijiet baġitarji stmati abbażi tal-forniment “normali” u eċċezzjonali tal-Fond ta’ Garanzija huma mfissra fid-dettall fit-tabella t’hawn taħt (ċifri attwali għall-2007-2011).

    In-nefqa operattiva[18] |

    L-Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a | 138.9 | 326.0 | 271.0 |

    L-Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b | 138.9 | 326.0 | 271.0 |

    Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[19] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    L-Approprjazzjonijiet ta' Impenn | a+c | 138.9 | 326.0 | 271.0 |

    L-Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 138.9 | 326.0 | 271.0 |

    Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[20] |

    Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5. | d | 0.9 | 0.9 | 0.9 |

    L-ispejjeż amministrattivi, ħlief ir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.6. | e | 0.9 | 0.9 | 0.9 |

    It-total indikattiv tal-ispejjeż finanzjarji għall-intervent |

    It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 139.8 | 326.9 | 271.9 |

    AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 139.8 | 326.9 | 271.9 |

    Dettalji ta' kofinanzjament

    Mhu previst l-ebda kofinanzjament.

    4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    (Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    4.1.3. L-Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    Jekk il-Fond ta’ Garanzija jisboq l-ammont fil-mira, l-ammont eċċessiv jitreġġa’ lura fil-baġit ġenerali.

    4.2. Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti annwali | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    Għadd totali ta' riżorsi umani | 7 | 7 | 7 | 7 |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

    Skont id-Deċiżjoni Nru. 633/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-garanzija tal-UE tkopri l-Operazzjonijiet ta' Finanzjament mill-BEI iffirmati bejn l-1 ta' Frar 2007 u l-31 ta' Ottubru 2011. Għaldaqstant jeħtieġ li titressaq proposta għal deċiżjoni ġdida jekk l-UE tixtieq tkompli tagħti garanzija għall-Operazzjonijiet ta' Finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-għanijiet politiċi tal-UE sal-31 ta' Diċembru 2013.

    5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI barra l-UE jirrappreżentaw għodda ferm viżibbli u effettiva b’sostenn għall-azzjoni esterna tal-UE. Il-benefiċċji prinċipali tal-intervent tal-BEI f’pajjiżi ta’ dan it-tip inkluż li l-kompetenza tingħadda lill-promoturi tal-proġetti u l-applikazzjoni tal-istandards ambjentali u ta’ akkwist tal-UE għall-proġetti ffinanzjati. Flimkien mal-benefiċċji li jissemmew aktar ’il fuq, il-BEI jgħaddi b’mod sħiħ il-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw mill-garanzija tal-UE u l-ispejjeż attraenti tal-finanzjament tal-BEI lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ rati ta’ interessi kompetittivi.

    Il-mandat taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE jipprovdi sostenn politiku u finanzjarju neċessarju mill-UE għal pajjiżi u għal proġetti li normalment ma joqogħdux fil-linji gwida u fil-kriterji standard tal-BEI.

    L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI se jikkomplementaw l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti ta’ għajnuna esterna l-ġodda. Sabiex jiżdied aktar is-sostenn għall-politiki esterni tal-UE f’kull reġjun speċifiku, il-konnessjoni bejn il-prijoritajiet tal-BEI u l-politiki tal-UE se tiġi msaħħa. Dan se jinkiseb permezz ta’ qafas aktar b’saħħtu għad-djalogu u għall-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni fid-definizzjoni tal-politiki reġjonali, l-istrateġiji tal-pajjiż, u fuq il-livell tal-proġetti. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI jistgħu jkunu kkombinati b’mod utli mar-riżorsi baġitarji tal-UE fil-forma ta’ appoġġ permezz ta’ għotja, kapital ta’ riskju flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni ta' proġetti u għall-implimentazzjoni jew it-titjib tal-qafas legali u regolatorju.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    L-għan prinċipali tal-proposta huwa li titmexxa ’l quddiem il-kontribuzzjoni tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-politika tal-UE, permezz tal-finanzjament tal-proġetti ta’ investiment. L-għanijiet li għandhom jiġu mfittxija mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI taħt il-mandat jingħataw id-dettalji dwarhom fl-att legali propost.

    Il-kisba tal-għanijiet se tiġi mkejla permezz tal-volum tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI skont ir-reġjuni u skont is-settur, kif ukoll permezz tal-volum tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI kofinanzjati ma’ IFI oħra u/jew programmi tal-Kummissjoni, kif ukoll permezz ta' indikaturi oħra fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ex-ante u ex-post tal-Operazzjonijiet ta' Finanzjament mill-BEI.

    5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

    Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

    Kummenti relevanti:

    B’konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti, il-proposta tipprevedi li l-BEI jiffinanzja proġetti ta’ investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu stess. Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tal-garanzija tal-UE. Il-BEI u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati marbuta mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni proposta.

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta' monitoraġġ

    L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE se jiġu ġestiti mill-BEI skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi miżuri ta’ verifika, kontroll u monitoraġġ xierqa. Kif previst fl-Istatut tal-BEI, il-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, li huwa sostnut minn awdituri esterni, huwa responsabbli li jivverifika r-regolarità tal-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-BEI. Il-kontijiet tal-BEI jiġu approvati kull sena mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu.

    Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI u jimmonitorizza li l-BEI huwa ġestit skont l-Istatut tiegħu u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

    Il-ftehim bejn it-tliet partijiet eżistenti bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI ta’ Ottubru 2003, imġedded għal perjodu ta' erba' snin oħra fl-2007, jagħti d-dettalji tar-regoli, li skonthom, il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq il-verifiki tagħha fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE.

    Skont l-Artikolu 10 tal-proposta, ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjoinijiet ta' Finanzjament mill-BEI imwettqa skont il-mandat, abbażi tar-rapporti annwali mħejjija mill-BEI.

    Barra minn hekk, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI kif ikun neċessarju biex jissodisfa d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tiegħu jew it-talbiet mill-Qorti tal-Awdituri Ewropea kif ukoll ċertifikat ta’ awditur dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament mill-BEI li jkunu għadhom pendenti.

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

    B’mod konformi mad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, il-Kummissjoni qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ nofs it-terminu, abbazi ta’ valutazzjoni esterna. Il-valutazzjoni esterna ġiet sorveljata u amministrata minn kumitat ta’ tmexxija magħmul minn għadd ta’ “persuni għorrief” maħturin mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI, rappreżentant tal-BEI u rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni esterna għandhom jingħaddu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-konklużjonijiet tal-analiżi ta’ nofs il-perjodu jipprovdu l-bażi għall-fatturi ewlenin tal-proposta preżenti.

    Barra minn hekk, ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-attivitajiet ta' tislif u self tal-Komunitajiet Ewropej fl-2008 (COM(2010) 69) jinkludi valutazzjoni tal-Garanzija tal-UE eżistenti għall-operazzjonijiet tal-BEI 'l hinn mill-UE. Rapport ieħor ta’ rilevanza huwa r-Rapport lill-awtorità baġitarja dwar garanziji koperti mill-baġit ġenerali – Is-Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2008 (COM(2009) 398) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2009) 1063).

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    Is-sejbiet tar-rapport ta’ valutazzjoni huma miġbura fil-qosor u analizzati fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu li takkumpanja l-proposta preżenti[21].

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ valutazzjonijiet fil-ġejjieni

    Il-Kummissjoni se tipprepara rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat estern tal-BEI sal-31 ta’ Ottubru 2014.

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    Il-BEI għandu r-responsabilità ewlenija għall-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni mill-frodi permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet iffinanzjati tal-"Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Ġegħil, il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" kif adottat f'April 2008.

    Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI jinkludu, fost l-arranġamenti dettaljati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, il-kompetenza tal-OLAF li jwettaq investigazzjonijiet interni. B'mod partikolari, f'Lulju 2004, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI approva deċiżjoni "li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet interni b'relazzjoni mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunità".

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispejjeż finanzjarji tagħhom

    L-ispejjeż huma msejsa fuq stima tal-flussi finanzjarji li joriġinaw mill-eżekuzzjoni tal-mandat (volum ta' firem u żborżamenti tas-self), b'kunsiderazzjoni tal-mekkaniżmu ta' bla xkiel li japplika fil-każ eċċezzjonali li n-nuqqas ta' ħlasijiet jisboq EUR 100 miljun f’sena waħda. Huwa diffiċli li wieħed jistima n-nuqqasijiet potenzjali tal-ħlasijiet. Madankollu, ir-rapporti semiannwali tal-Kummissjoni dwar il-garanziji koperti mill-baġit jippermettu li jiġu meqjusa r-riskji massimi koperti mill-baġit (cf. ir-rapport COM(2009)398 u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah SEC(2009) 1063).

    (EUR miljuni)

    2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[22] (XX 01 01) | A*/AD | 4 | 4 | 4 | 4 |

    B*, C*/AST | 3 | 3 | 3 | 3 |

    Persunal iffinanzjat[23] permezz tal-art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor[24] iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 04/05 |

    TOTAL | 7 | 7 | 7 |

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li ġejjin mill-azzjoni

    Il-kompiti prinċipali li ġejjin mill-ġestjoni tal-garanzija tal-UE huma dawn li ġejjin:

    - Il-preparazzjoni tal-proposti leġiżlattivi u tal-ftehimiet ta’ garanzija;

    - Il-ġestjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni;

    - L-amministrazzjoni tal-proċedura baġitarja annwali;

    - Ir-rappurtaġġ annwali lill-Kunsill u lill-Parlament;

    - L-immaniġġjar tat-talbiet;

    - Il-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija;

    - Il-kontabilità;

    - Ir-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri, mal-Parlament u mal-Kunsill.

    8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssostitwiti jew estiżi

    8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv)

    Mhux rilevanti

    8.2.5. Spiża finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljuni

    Tip ta' riżorsi umani | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 |

    Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | - | - | - | - |

    Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 |

    8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

    Mhux rilevanti

    [1] Deċiżjoni dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (ĠU L 190, 22.7.2009, p. 1).

    [2] SEC(2010) 443.

    [3] Istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Memrbi involuti fl-iżvilupp u l-investiment fi proġetti barra minn pajjiżhom.

    [4] COM(2010) 173.

    [5] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.

    [6] SEC(2010) 443.

    [7] ĠU L 190, 22.7.2009, p. 1.

    [8] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.

    [9] Kif definiti fil-lista tal-OECD tar-reċipjenti ODA (li jinkludu l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Pajjiżi bi Dħul Baxx kif ukoll il-Pajjiżi bi Dħul Medju).

    [10] COM(2009) 495.

    [11] ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.

    [12] ĠU L 301, 12.11.2008, p. 13.

    [13] Approprjazzjonijiet differenzjati.

    [14] Approprjazzjonijiet differenzjati.

    [15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 145, tas-10.6.2009, p. 10).

    [16] EUR 100 miljun/sena joriġinaw mill-attivazzjoni tal-garanzija fil-każ ta’ defaults maġġuri (ara l-“mekkaniżmu ta’ bla xkiel" fir-Regolament tal-Fond ta' Garanzija).

    [17] Sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-implikazzjonijiet għall-provvediment ta’ flutwazzjonijiet possibbli fil-valutazzjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin:- portafoll li jdum għal 3,3 snin;- żieda ta’ 1 % fir-rati ta’ imgħax fis-sena;- Evoluzzjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija li tirriżulta mill-forniment normali stmatMa hemm ebda implikazzjoni għall-2007 u għall-2008 minħabba l-perjodu ta’ tranżizzjoni.

    [18] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

    [19] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [20] In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [21] COM(2010) 173.

    [22] Li l-infiq għalih MHUWIEX kopert mill-ammont ta’ referenza.

    [23] Li l-infiq għalih MHUWIEX kopert mill-ammont ta’ referenza.

    [24] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

    Top