This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0167
Proposal for a Council Decision on the position to be taken by the European Union within the Association Council created by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, on the amendment of Article 15 (7) of Protocol 3 to that Agreement concerning the definition of the concept of "originating products" and methods of administrative cooperation
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
/* KUMM/2010/0167 finali - NLE 2010/0091 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva /* KUMM/2010/0167 finali - NLE 2010/0091 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 23.4.2010 KUMM(2010)167 finali 2010/0091 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-projbizzjoni tar-restituzzjoni tad-dazji doganali hija stipulata fl-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 3, anness mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan. Fil-paragrafu 7 hemm stipulat perjodu ta' tranżizzjoni marbut mal-applikazzjoni sħiħa tal-projbizzjoni ta' restituzzjoni ta' dazji mill-Ġordan, u dan il-pajjiż sieħeb huwa mogħti l-possibbiltà li jirrestitwixxi d-dazji lill-esportaturi jew operaturi ekonomiċi tiegħu matul dan il-perjodu. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009. Għaldaqstant, l-Artikolu 15(7) jistipula l-possibbiltà li l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża bi "ftehim komuni". Waqt il-11-il laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma Pan-Ewro-Mediterran, li saret fi Brussell fid-29 ta' Ottubru 2009, il-Ġordan ressaq talba bil-ħsieb li tittawwal l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni dwar ir-refużjonijiet tad-dazji u għal reviżjoni tar-rati ta' dazji doganali applikabbli. Skont l-Artikolu 39 il-Protokoll 3 jista' jiġi emendat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. It-test tad-deċiżjoni jieħu post id-dispożizzjoni li hemm fl-Artikolu 15(7). Huwa jinkludi, min-naħa, l-emenda fil-validità ta' din id-dispożizzjoni fejn tidħol ir-refużjoni tad-dazji doganali u, min-naħa l-oħra, ir-reviżjoni tar-rati ta' dazji doganali applikabbli. Sabiex ikun hemm żgur iċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonimika għat-tul kif ukoll is-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet tal-ftehim aċċettaw li jestendu bi tliet snin l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7), b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2010. Barra minn dan, għandu jkun hemm aġġustament tad-dazji applikabbli fil-Ġordan abbażi tad-dazji attwali applikabbli fl-UE. Bil-għan li tiġi formalment adottata din id-deċiżjoni, intlaħaq qbil, permezz ta' skambju ta' korrispondenza bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan, li l-kontenut ta' dan it-test għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIżI TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fil-qafas tal-grupp ta' ħidma Pan-Euro-Med, u tas-sezzjoni tal-oriġini tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. Mhux meħtieġ li ssir analiżi tal-impatt peress li l-emendi li qed jiġu proposti huma ta' natura purament teknika u ma jibdlux il-bażi tal-Protokoll attwali dwar ir-regoli tal-oriġini. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA Meta wieħed iqis in-natura tal-tibdiliet li għandhom isiru fl-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3, u minħabba r-raġunijiet ta' sigurtà ġuridika, hemm bżonn li jinbidel il-paragrafu kollu. Ikun xieraq li d-dispożizzjoni emendata dwar ir-refużjonijiet tad-dazji doganali tkun tapplika retroattivament mill-1 ta' Jannar 2010. Il-bażi ġuridika tal-modifika ta' din id-dispożizzjoni hija l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Strument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. TAGħRIF ADDIZZJONALI Mhux previst li tiddaħħal klawżola ta' analiżi, reviżjoni jew ta' estinzjoni awtomatika. 2010/0091 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. Il-Protokoll Nru 3[1] tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropei u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju Ħaxemmita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem "il-ftehim", kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan tas-17 ta' Frar 2006[2], dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva. 2. L-Artikolu 15 tal-Protokoll 3 fih projbizzjoni ġenerali tar-restituzzjoni ta', jew ta' eżenzjoni minn, dazji doganali għal materjali mhux ta' oriġini li jintużaw fil-manifattura ta' prodotti ta' oriġini. Madankollu, il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jistipula li restituzzjoni jew eżenzjoni tista' tiġi applikata sal-31 ta' Diċembru 2009 taħt ċerti kundizzjonijiet. 3. Sabiex ikun hemm żgur iċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonimika għat-tul kif ukoll is-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet tal-ftehim aċċettaw li jestendu bi tliet snin l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7), b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2010. 4. Barra minn dan, għandu jkun hemm aġġustament tad-dazji applikabbli fil-Ġordan abbażi tad-dazji attwali applikabbli fl-UE. 5. F'konformità mal-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 3 ikun jixraq li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-ftehim għandu jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. 6. Ikun jixraq, għalhekk, li l-Unjoni Ewropea tadotta fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni l-pożizzjoni kif imfissra fl-abbozz ta' deċiżjoni mehmuża. ADOTTA DIN ID-DECIZJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fejn tidħol l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bil-ħsieb li tittawwal l-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni dwar ir-refużjonijiet u l-eżenzjonijiet tad-dażji doganali, hija mfissra fl-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, mehmuż ma' din id-deċiżjoni. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Proposta għal DEĊIŻJONI Nru [...] TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN ta’ [...] li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u għal metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 li hemm miegħu, Billi: 7. L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem "il-ftehim", jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-restituzzjoni ta' jew l-eżenzjoni minn, id-dazji doganali jew it-taxxi b'effett ekwivalenti sal-31 ta' Diċembru 2009. 8. Sabiex ikun hemm żgur iċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonimika għat-tul kif ukoll is-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet tal-ftehim aċċettaw li jestendu bi tliet snin l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7), b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2010. 9. Barra minn dan, għandu jkun hemm aġġustament tad-dazji applikabbli fil-Ġordan abbażi tad-dazji attwali applikabbli fl-UE. 10. Ikun xieraq għalhekk li jiġi emendat il-Protokoll 3 tal-ftehim. 11. Peress li l-validità tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009, ikun xieraq li d-deċiżjoni preżenti tibda' tapplika mill-1 ta' Jannar 2010. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju Ħaxemitsa tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u għal metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, għandu jinbidel b'dan li ġej: «7. Minkejja l-paragrafu 1, il-Ġordan jista', ħlief għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, japplika arranġamenti għal rifużjoni ta' dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti jew eżenzjoni minnhom, applikabbli għal materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta' prodotti oriġinarji, suġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) għandha tibqa' rata ta' 4 % ta' ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 25 sa 49 u 64 sa 97 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata inferjuri li tkun fis-seħħ fil-Ġordan; (b) rata ta' 8 % ta' ħlas doganali għandha tibqa' fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, jew rata inferjuri li tkun fis-seħħ fil-Ġordan. Il-paragrafu preżenti għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2012 u jista' jiġi rivedut bi qbil komuni." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha. Hija applikabbli mill-1 ta' Jannar 2010. Magħmul fi Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Il-President [1] ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3. [2] ĠU L 209, 31.7.2006, p. 30.