Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0140

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja

    /* KUMM/2010/0140 finali - NLE 2010/0078 */

    52010PC0140

    2010/0078 (NLE) Proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja /* KUMM/2010/0140 finali - NLE 2010/0078 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 9.4.2010

    KUMM(2010)140 finali

    2010/0078 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Kuntest tal-proposta |

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (‘ir-Regolament bażiku’) fl-investigazzjoni ta’ evażjoni potenzjali tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja. |

    Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija riżultat tal-investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ ġew imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils, inter alia, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |

    Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u stima tal-impatt |

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

    Ġbir u użu tal-kompetenzi |

    Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. |

    Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

    Elementi ġuridiċi tal-proposta |

    Sommarju tal-azzjoni proposta Fit-12 ta' Awissu 2009, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament (KE) Nru 734/2009, li permezz tiegħu bdiet investigazzjoni dwar l-evitar possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ("SWR") li joriġinaw fir-RPĊ mill-importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li oriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja kif ukoll jekk le. Il-bidu kien segwit minn talba mressqa mill-Kumitat Kollaborattiv tal-Industriji tal-Ħbula tal-Wajer tal-UE li sostna li l-miżuri qegħdin jiġu mgħawġa permezz tat-trasport ta' prodotti permezz tar-Repubblika tal-Korea u l-Malasja Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni mwettqa. L-investigazzjoni kkonfermat li t-trasbord ta’ SWR ta’ oriġini Ċiniża qed iseħħ permezz tar-Repubblika tal-Korea u li l-kriterji l-oħrajn għall-istabbiliment tal-evażjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku qed ikunu onorati. L-ebda evażjoni ma tista’ tiġi stabbilita fir-rigward tal-prodotti kunsinnati mill-Malasja. Huwa għalhekk propost li jkunu estiżi l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-SWR li joriġinaw fir-RPĊ għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinjat mir-Repubblika tal-Korea. Id-dazju jikkorrispondi mad-dazju għall-pajjiż kollu fuq importazzjonijiet ta' SWR mir-RPĊ (60.4%). Id-dazju għandu jiġi mħallas mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni. Uħud mill-produtturi li kkoperaw fil-Korea talbu eżenzjoni mill-miżuri possibbli estiżi. Għall-kumpaniji li kkoperaw bis-sħiħ u nstabu li mhumiex qegħdin jgħawġu l-miżuri, ġie propost li jingħataw l-eżenzjonijiet. Ir-Regolament tal-Kunsill relevanti għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2010. |

    Bażi legali Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    Il-forma tal-azzjoni hi deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali. |

    Mhijiex applikabbli indikazzjoni ta' kif jiġi minimizzat u jsir proporzjonali mal-għan tal-proposta, il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. |

    Għażla ta’ strumenti |

    Strumenti proposti: Regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix alternattivi oħra. |

    Implikazzjonijiet għall-baġit |

    Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

    2010/0078 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1. PROĊEDURA

    2. Il-miżuri eżistenti u l-investigazzjonijiet ta’ qabel

    3. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1796/1999[2] (‘ir-Regolament oriġinali’), il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping ta' 60.4% fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils (“SWR”) li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-"RPĊ” jew “iċ-Ċina”). Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “il-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

    4. Fl-2004, wara li nstab li l-miżuri oriġinali ġew evitati permezz ta' trasbord tal-SWR ta’ oriġini Ċiniżi permezz tal-Marokk skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-miżuri ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004[3] għall-importazzjonijiet tal-istess SWR konsenjati mill-Marokk. Bl-istess mod, wara li nstab li saret evażjoni tal-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet mill-Ukrajna permezz tal-Moldova u dan wara investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-miżuri ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 760/2004[4] għall-importazzjoni tal-istess ħbula tal-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova.

    5. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005[5] il-Kunsill, wara reviżjoni ta' skadenza (“l-verifika ta' skadenza”), impona, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' SWR li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, fil-livell tal-miżuri oriġinali. Id-dazju impost għaldaqstant jibqa' fis-seħħ u minn hawn ‘il quddiem ikun imsejjaħ “il-miżuri fis-seħħ”.

    6. It-talba

    7. Fid-29 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni irċievit talba skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkumvenzjoni tal-miżuri ta' anti-dumping imposti fuq SWR li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. It-talba tressqet mill-Kumitat Kollaborattiv tal-Industriji tal-Ħbula tal-Wajer tal-UE (EWRIS) f'isem il-produtturi tal-Unjoni ta' ħbula tal-azzar u kejbils (l-“applikant”).

    8. Fit-talba ġie allegat li, wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja għall-Unjoni, li għaliha hemm kienx hemm raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tnisslet allegatament mit-trasbord tal-SWR li joriġina fir-RPĊ permezz tar-Repubblika tal-Korea u l-Malasja.

    9. It-talba allegat ukoll li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiddgħajfu kemm f'termini ta' kwantità kif ukoll ta’ prezz. Barra minn hekk, kien hemm provi biżżejjed li dawn l-importazzjonijiet li żdiedu mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja saru bi prezzijiet ferm taħt il-prezz mhux inġurjuż stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

    10. Fl-aħħar nett, l-applikant allega li l-prezzijiet tal-SWR konsenjati mill-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja kienu ddumpjati b'relazzjoni mal-valur normali stabbilit għall-prodott simili matul l-investigazzjoni oriġinali.

    11. Tnedija

    12. Hekk kif iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 734/2009[6] ( “ir-Regolament tal-bidu”) Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, bir-Regolament tal-bidu, ordnat lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-SWR konsenjati mill-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja.

    13. Investigazzjoni

    14. Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-awtoritajiet tar-RPĊ, tar-Repubblika tal-Korea u tal-Malasja, lill-produtturi/esportaturi u lill-kummerċjanti f'dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lill-industrija tal-applikant tal-Unjoni bil-bidu tal-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi magħrufa fir-RPĊ, fir-Repubblika tal-Korea u fil-Malasja, magħrufa lill-Kummissjoni mit-talba jew permezz tal-Missjonijiet tar-Repubblika tal-Korea u l-Malasja għall-Unjoni Ewropea jew li għamlu lilhom infushom magħrufa fi żmien l-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-bidu. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lil kummerċjanti fir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja u lill-importaturi fl-Unjoni msemmija fit-talba. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament inizjatur.

    15. Ħmistax-il produttur/esportatur u żewġ kummerċjanti fir-Repubblika tal-Korea, żewġ produtturi/esportaturi fil-Malasja, ħames produtturi/esportaturi fiċ-Ċina, żewġ importaturi relatati, għaxar importaturi mhux relatati fl-Unjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni tal-Importaturi tal-Ħbula tal-Wajer għamlu lilhom infushom magħrufa. Bosta kumpaniji oħra ddikkjaraw li mhumiex involuti fil-produzzjoni jew l-esportazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

    16. Il-kumpaniji li ġejjin wieġbu għad-domandi tal-kwestjonarju u żjarat ta' verifika kienu sussegwentement imwettqa fl-istabbilimenti tagħhom:

    Produtturi/esportaturi fir-Repubblika tal-Korea:

    - Bosung Wire Rope Co, Ltd., Kimhae-Si,

    - Chung Woo Rope Co., Ltd., Busan,

    - CS Co., Ltd, Yangsan-City,

    - Cosmo Wire Ltd., Ulsan,

    - Dae Heung Industrial Co., Ltd., Haman – Gun,

    - DSR Wire Corp., Suncheon-City and its related company DSR Corp., Busan,

    - Goodwire Mfg., Co., Ltd., Yangsan-city,

    - Kiswire Ltd., Seoul,

    - Line Metal Co., Ltd., Changnyoung-Gun,

    - Manho Rope & Wire Ltd., Busan,

    - Shin Han Rope Co.,Ltd., Incheon,

    - Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, Busan,

    - Young Heung Iron & Steel Co., Changwon City

    Negozjant fir-Repubblika tal-Korea:

    - Trion Co Ltd., Busan

    Produtturi/esportaturi fil-Malasja:

    - Kiswire Sdn. Bhd., Johor Bahru,

    - Southern Wire Industries (M) Sdn. Bhd., Shah Alam, Selangor

    Produtturi/esportaturi fir-RPĊ:

    - Qingdao DSR, Qingdao,

    - Kiswire Qingdao Ltd., Qingdao,

    - Young Heung (TAICANG) Steel Wire Rope Co., Ltd., Tai Cang City

    Importaturi relatati:

    - Kiswire Europe, l-Olanda,

    - Verope AG, l-Isvizzera .

    - Il-perjodu ta’ investigazzjoni

    - Il-perjodu ta’ investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-PI”). Id-dejta ġiet miġbura mill-perjodu tal-1999 sal-aħħar tal-PI sabiex jiġi investigat l-bdil preżunt fid-drawwiet tal-kummerċ.

    - IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

    - Kunsiderazzjonijiet ġenerali

    - Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, l-valutazzjoni tal-eżistenza ta' evażjoni kienet magħmula billi ġie analizzat suċċessivament jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni, jekk din il-bidla tirriżultax minn prattika, proċess jew ħidma li għaliha ma kienx hemm raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju kienux qed jiddgħajfu f'termini ta’ prezzijiet u/jew kwantitajiet tal-prodott simili, u jekk kienx hemm evidenza ta' iddumpjar b'relazzjoni mal-valuri normali stabbiliti preċedentement għal prodott simili, jekk meħtieġ fi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

    - Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti simili

    - Il-prodott ikkonċernat huwa, kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, ħbula u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula (“locked coil ropes”), esklużi ħbula u kejbils tal-istainless steel, b'massimu ta' cross-section li teċċedi 3 mm (fl-industrija tat-terminoloġija spiss imsejħa bħala SWR), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 ( “il-prodott ikkonċernat”).

    - Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ħbula u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-istainless steel, b'massimu ta' cross-section li teċċedi 3 mm, ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja kif ukoll jekk le (“il-prodott taħt investigazzjoni”), li bħalissa jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat.

    - L-investigazzjoni wriet li l-SWR esportati lejn l-Unjoni mill-PRĊ u dawk ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja għall-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    - Il-grad ta’ kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volum ta’ kummerċ

    - Kif intqal fuq fil-premessa (11), erbatax-il esportatur/produttur fir-Repubblika tal-Korea, negozjant Korean, żewġ produtturi esportaturi fil-Malasja u tliet produtturi esportaturi fiċ-Ċina kkoperaw billi wieġbu għall-kwestjonarju.

    Repubblika tal-Korea

    17. Wara l-preżentazzjoni ta' risposta tal-kwestjonarju tagħha, kumpanija Koreana nnotifikat lill-Kummissjoni li kienet falliet u għalhekk irtirat il-kooperazzjoni tagħha.

    18. Fil-każ ta' kumpanija oħra Koreana, l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) instabet li ma tkunx ġustifikata għar-raġunijiet spjegati hawn isfel fil-premessa (47).

    19. Il-produtturi esportaturi Koreani koprew il-81% tal-esportazzjonijiet totali Koreani għall-Unjoni fl-PI kif irrapportat fil-COMEXT. Għalhekk, għalkemm il-kooperazzjoni kienet għolja, il-produtturi/esportaturi li kkoperaw ma kinux kompletament ikopru l-volum ta' esportazzjoni globali tal-SWR mir-Repubblika tal-Korea. Il-volumi ġenerali ta' esportazzjoni għalhekk kienu bbażati fuq il-COMEXT.

    Il-Malasja

    20. Hemm żewġ produtturi magħrufa fil-Malasja. Il-kwantitajiet għall-esportazzjoni totali taż-żewġ kumpanniji li kkoperaw fil-Malasja qabżu l-volum ta' importazzjoni tal-prodott taħt l-investigazzjoni rreġistrat fil COMEXT. Għalhekk il-produtturi esportaturi ġew ikkunsidrati li jirriflettu l-esportazzjonijiet totali tal-SWR mill-Malasja għall-Unjoni.

    21. L-applikant sostna li d-dejta COMEXT ma kinetx affidabbli u għalhekk il-volumi tal-esportazzjoni totali mill-Malasja għall-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu determinati abbażi ta' dan. Madankollu, matul l-investigazzjoni, id-dejta tal-importazzjoni kienet ikkontrollata f'konfront mal-istatistika uffiċjali tal-Malasja u mar-risposti verifikati tal-kwestjonarju. Din l-analiżi ma wrietx li l-esportazzjonijiet attwali mill-Malasja qabżu l-esportazzjonijiet irrappurtati mill-kumpaniji tal-Malasja li kooperaw. L-argument tal-applikant kellu għalhekk jiġi miċħud.

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    22. Kien hemm livell baxx ta' kooperazzjoni mill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ: tlieta biss mill-esportaturi/produtturi wieġbu għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma esportat il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u dan seħħ biss fi kwantitajiet żgħar ħafna lejn il-Malasja. L-esportazzjonijiet tal-kumpanniji li kkoperaw koprew il-41% tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi lejn ir-Repubblika tal-Korea. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-partijiet li kkoperaw l-ebda determinazzjoni raġonevoli ma tista' ssir fir-rigward tal-volumi ta’ esportazzjoni tal-SWR mir-RPĊ.

    23. Minħabba dan t'hawn fuq, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-SWR fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-SWR mir-RPĊ lejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja kellhom isiru parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ġiet użata d-dejta tal-COMEXT biex ikunu determinati l-volumi ta' importazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. L-istatistiċi nazjzonali Ċiniżi, Koreani u dawk mill-Malasja kienu wżati għad-determinazzjoni tal-importazzjonijiet globali għar-Repubblika tal-Korea u l-Malasja mir-RPĊ. Id-dejta kienet ikkontrollata fost is-sorsi statistiċi differenti u kkonfermata minn bażijiet ta’ dejta ta' statistika oħrajn bħalma ma huma l-“Global Trade Atlas”, iċ-“China Export Database” u d-dejta pprovduta mill-awtoritajiet doganali tar-Repubblika tal-Korea u l-Malasja.

    24. Il-volum ta' importazzjoni rreġistrat fl-istatistiċi tal-Koreani, tal-Malasja u Ċiniżi kopra grupp ta' prodotti akbar mill-prodott ikkonċernat jew il-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, l-istatistiċi kienu aġġustati kif xieraq abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti.

    25. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

    Importazzjoni tal-SWR fl-Unjoni

    26. L-importazzjonijiet tal-SWR miċ-Ċina lejn l-Unjoni kienu l-ewwel niżlu qrib iż-żero wara l-imposizzjoni tal-miżuri fl-1999. Wara żieda gradwali bejn l-2003 u l-2006 – bl-importazzjonijiet jilħqu l-quċċata fl-aħħar sena fil-livell ta' 8.656 tunnellata – ix-xejra nqalbet u l-ammonti importati naqsu għal darb'oħra b'aktar minn 40% bejn l-2006 u l-PI.

    27. Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet totali tal-SWR Koreani għall-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti bejn l-1999 u l-2008 minn madwar 11.123 tunnellata għal 48.214 tunnellata. Iż-żieda annwali f'termini assoluti kienet l-aktar sinifikanti fis-snin 2002 u 2003 u iktar reċentement fl-2006 u l-2007.

    28. Abbażi tal-informazzjoni fl-ilment u dik provduta mill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea, l-investigazzjoni preżenti hija kkunsidrat li bħala waħda li tkopri l-maġġoranza l-kbira, jekk mhux kollha, tal-produtturi ġenwini tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Korea. Għalhekk kien meqjus li l-esportazzjonijiet minn kumpaniji Koreani li ma kkoperawx lejn l-Unjoni, li rrappreżentaw madwar 19% tal-esportazzjonijiet totali f'termini ta' kwantità mir-Repubblika tal-Korea, huma, barra mill-produtturi msemmija fil-premessi (18) u (47), prinċipalment esportati mill-kummerċjanti.

    29. Dawn il-kumpaniji żiedu sew l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE fl-2006 u l-2007. L-esportazzjoni f'dawn is-snin kienet ta’ madwar 20% ogħla minn dik fl-2005, l-ewwel sena li għaliha id-dejta f'dan il-livell hija disponibbli. L-esportazzjonijiet tal-kumpaniji li ma kkoperawx kienu qed jonqsu mill-2008 li għandha titqies fid-dawl tal-investigazzjoni tal-awtoritajiet Koreani f'dan il-perjodu kif deskritt fil-premessa (52).

    30. Safejn hu kkonċernat il-Malasja, kemm id-dejta COMEXT kif ukoll l-esportazzjoni totali tal-kumpaniji li kkoperaw juru li l-esportazzjoni mill-Malasja għall-Unjoni kienet kontinwament tiżdied fil-passat. Iż-żieda kienet l-aktar sinifikanti u kostanti bejn l-2005 u l-PI meta l-esportazzjonijiet tal-Malasja lejn l-Unjoni rdoppjat.

    31. It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet ta’ importazzjoni tal-SWR mill-pajjiżi msemmija hawn fuq fl-Unjoni minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fl-1999 sal-PI:

    Tabella 1: L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-SWR lejn l-Unjoni mill-impożizzjoni tal-miżuri

    Il-volum tal-importazzjoni f’tunnellati | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 |

    RPĊ | M/A | 414 | 283 | 394 | 913 | 2.809 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | - | 1% | 1% | 1% | 2% | 5% |

    Repubblika tal-Korea | 11.122 | 12.486 | 13.280 | 16.223 | 22.302 | 31.862 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | - | 29% | 32% | 37% | 47% | 52% |

    Il-Malasja | 2.989 | 2.366 | 4.171 | 3.371 | 4.836 | 4.426 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | - | 5% | 10% | 8% | 10% | 7% |

    Il-volum tal-importazzjoni f’tunnellati | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | PI |

    RPĊ | 4.945 | 8.656 | 6.219 | 6.795 | 4.987 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | 7% | 11% | 7% | 7% | 6% |

    Repubblika tal-Korea | 34.536 | 39.128 | 45.783 | 48.213 | 43.185 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | 50% | 50% | 55% | 53% | 50% |

    Kumpaniji Koreani li ma kkoperawx | 11.577 | 14.042 | 14.160 | 10.287 | 8.391 |

    Indiċi (2005=100) | 100 | 121 | 122 | 89 | 72 |

    Il-Malasja | 5.123 | 7.449 | 8.142 | 9.685 | 10.116 |

    Sehem tal-importazzjonijiet totali | 7% | 10% | 10% | 11% | 12% |

    Kumpaniji tal-Malasja li kkooperaw (indiċi, 2006 = 100) | - | 100 | 102 | 148 | 144 |

    Sors: COMEXT, Statistiċi tal-Korea (KITA)

    32. B’ħarsa lejn il-mudell tat-tliet flussi tal-kummerċ ta' hawn fuq, jista' jiġi osservat li, speċjalment sa mill-2005, l-esportaturi Koreani u parzjalment l-esportaturi tal-Malasja ssuperaw b’mod sinifikanti u sa ċertu punt ħadu post l-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni f'termini ta' volum.

    33. Minħabba t-tnaqqis ekonomiku globali li jikkoinċidi mal-PI, il-volumi kummerċjalizzati tal-SWR naqqsu jew iż-żieda kienet waħda bil-mod bejn il-pajjiżi kollha kkonċernati. It-tnaqqis kien madankollu l-aktar sinifikanti fil-każ ta' importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni (-27%).

    L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja

    34. Żieda drammatika ta' esportazzjoni ta' ħbula tal-wajer tal-azzar u kejbils (kollha dijametri) miċ-Ċina għar-Repubblika tal-Korea tista' wkoll tiġi osservata fl-istess perjodu: minn ammont relattivament insinifikanti fl-1999 (2 519 tunnellata) dawn żdiedu għal 78 822 tunnellata fl-2008. Iż-żieda kienet l-aktar sinifikanti bejn l-2005 u l-2008 meta l-importazzjonijiet kkwadruplikaw. Fis-snin riċenti ċ-Ċina kienet l-akbar esportatur ta' SWR lejn il-Korea: 89% tal-importazzjonijiet totali tal-SWR fl-2008. L-importazzjoni stmata għall-prodott ikkonċernat biss (prodotti b'dijametru ta’ aktar minn 3 mm), fl-2008, kienet ta’ 58 885 tunnellata.

    35. Meta wieħed iħares biss lejn l-importazzjonijiet tal-kumpaniji Koreani li ma kkoperawx, tista’ tiġi osservata l-istess żieda drammatika, jiġifieri l-importazzjonijiet miċ-Ċina minn dawn il-kumpanniji kkwadruplikaw sal-2007 u 2008. Għalkemm wara l-importazzjonijiet bdew jonqsu, dawn baqgħu ’il fuq sew mil-livell tal-importazzjonijiet fl-2005 u komplew jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ħafna.

    Tabella 2: Importazzjoni ta' prodotti Ċiniżi fir-Repubblika tal-Korea bejn l-1999 u l-PI

    Repubblika tal-Korea | 152.657 | 159.584 | 160.113 | 142.413 |

    Indiċi | 100 | 105 | 105 | 93 |

    Malasja (imdaħħla fl-indiċi) | 100 | 164 | 171 | 157 |

    37. Sors: Informazzjoni verifikata mogħtija mill-produtturi li kkoperaw

    38. Konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

    39. It-tnaqqis globali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni mill-2006 u ż-żieda parallela tal-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja u l-esportazzjonijiet mir-RPĊ għar-Repubblika tal-Korea wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali u b'mod partikolari sal-2008 jikkostitwixxu bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq naħa u l-Unjoni min-naħa l-oħra. Fil-każ tar-Repubblika tal-Korea, din il-konklużjoni ma tistax tintlaħaq kemm globalment u, għall-perjodu bejn l-2005 u l-2007, lanqas b'mod separat għall-kumpaniji li ma kkoperawx.

    40. Kienu riċevuti kummenti li jiddikjaraw li ż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-SWR Koreani lejn l-Unjoni kienet waħda stabbli matul is-snin mingħajr l-ebda żieda f'daqqa; din iż-żieda allegatament hija prekundizzjoni biex tkun stabbilita bidla fix-xejra tal-kummerċ. Barra minn hekk, ġie allegat li ż-żieda għandha tiġi meqjusa pjuttost bħala l-iżvilupp naturali tal-industrija Koreana tal-SWR.

    41. L-ewwel nett, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, bidla fil-mudell fil-kummerċ ma tkunx esklużivament definita bħala żieda f'daqqa tal-importazzjonijiet tal-pajjiż taħt investigazzjoni. It-tieni, l-investigazzjoni wriet li waqt li l-esportazzjonijiet Koreani lejn l-Unjoni fis-snin 2006 u 2007 żdiedu sostanzjalment, il-produzzjoni mill-produtturi Koreani kienet stabbli f'dawn is-snin. Għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-iżvilupp tal-volumi ta' esportazzjoni Koreana kien unikament minħabba l-iżvilupp naturali tal-industrija Koreana tal-SWR. Fl-aħħar nett, fil-biċċa l-kbira tal-każi, ix-xejriet opposti bejn il-flussi tal-kummerċ bejn iċ-Ċina u Ċina u l-Korea u l-flussi ta' kummerċ bejn iċ-Ċina u l-Korea u l-Korea u ċ-Ċina sa mill-2006 wrew biċ-ċar bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi. Għalhekk dawn l-argumenti kellhom jiġu rrifjutati.

    42. Natura tal-prattika ta’ evażjoni

    43. L-Artikolu 13(1) jirrikjedi li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, proċess jew ħidma tinkludi, inter alia , il-kunsinna tal-prodott suġġett għall-miżuri permezz ta' pajjiżi terzi u l-immuntar ta' partijiet permezz ta' operazzjoni ta' mmuntar fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. Għal dan il-għan l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' mmuntar ġiet determinata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

    Ir-Repubblika tal-Koreja

    Trasbord

    44. L-analiżi globali tad-destinazzjonijiet finali ta' ħbula tal-azzar u kejbils magħmula jew importati lejn u mill-Korea mill-kumpaniji li kkoperaw u minn dawk li ma kkoperawx - inklużi l-importazzjonijiet lejn u minn pajjiżi barra r-RPĊ u l-Unjoni - wriet li ċertu ammont ta' esportazzjonijiet mill-Korea għall-Unjoni kienu importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniża fil-Korea, u dan għaliex dawn l-importazzjonijiet ma kinux ġejjin minn pajjiżi terzi oħra jew prodotti mill-produtturi domestiċi fil-Korea.

    45. Barra minn hekk, il-paragun tal-esportazzjoni Koreana totali tal-SWR - kif irreġistrat fl-istatistiċi Koreana - u l-informazzjoni verifikata tal-produtturi li jesportaw li kkoperaw u li tikkonċerna l-produzzjoni tagħhom urew li l-produzzjoni destinata għall-esportazzjoni mill-produtturi Koreani (118,856 tunnellata) kienet inqas b'mod sinifikanti mill-esportazzjonijiet totali mill-Korea (156,440 tunnellata) fl-PI. Minħabba l-koperazzjoni kbir tal-kumpaniji Koreani f'din l-investigazzjoni, din id-differenza ma tistax tiġi spjegata mill-produtturi li ma kkoperawx fl-investigazzjoni.

    46. L-investigazzjoni żvelat ukoll li xi importaturi fl-Unjoni ġabu SWR ta’ oriġini Ċiniża minn esportaturi Koreani li ma kkoperawx matul l-investigazzjoni preżenti. Din l-informazzjoni kienet kontroverifikata ma’ bażijiet ta’ dejta kummerċjali Koreani li wrew li għall-anqas uħud mill-SWR esportati minn dawn il-kumpaniji li kkoperaw kienu tassew ġejjin miċ-Ċina.

    47. Fir-rigward tal-kumpanniji li kkoperaw jista' jiġi stabbilit li l-ebda wieħed minnhom ma ttrasborda l-prodott konċernat permezz tar-Repubblika tal-Korea fl-PI. Xi wħud minnhom importaw l-SWR mir-RPĊ, imma dawn kienu nstabu li huma esklużivament mibjugħa fis-swieq domestiċi u oħrajn ta' esportazzjoni.

    48. Fil-każ ta' kumpanija waħda nstab li hija ppreżentat informazzjoni falza fir-risposta tagħha għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, matul żjara ta' verifika l-aċċess għall-informazzjoni ġie parzjalment miċħud. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonjiet rigward din il-kumpanija kienu abbażi tal-fatti disponibbli. Skont l-Artikolu 18(4), il-kumpanija kienet informata bl-intenzjoni li tkun injorata l-informazzjoni mressqa minnha u ngħatat skadenza ta’ żmien sabiex tipprovdi iktar spjegazzjonijiet.

    49. Wara l-iżvelar, il-kumpanija ammettiet li hija kienet evadiet il-miżuri fil-passat billi ffalsifikat l-oriġini tal-prodotti mixtrija mill-RPĊ Min-naħa l-oħra, il-kumpanija qalet li hija ressqet biżżejjed informazzjoni dwar il-produzzjoni, bejgħ u xiri matul l-PI li ġiet verifikata fuq il post. Hija argumentat ukoll li dan għandu jkun biżżejjed biex jiġi stabbilit li hija ma kinitx evadiet il-miżuri fis-seħħ fl-PI

    50. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-evażjoni mill-kumpanija li ammettiet li kienet involuta fil-prattiċi ta' evażjoni u barra minn hekk ippruvat tiżgwida l-investigazzjoni, huwa meqjus xieraq li jiġi injorat l-intier tas-sottomissjoni tal-kumpanija u li din il-kumpanija ma tkunx eżenti mill-miżuri estiżi, bħal ma hu muri aktar 'l isfel fil-premessa (77). kumpanija

    51. Kif spjegat fil-premessa (18), kumpanija waħda nnotifikat lill-Kummissjoni li hija kienet falliet u rtirat il-kooperazzjoni tagħha. Kif intqal hawn fuq, il-konklużjonjiet rigward din il-kumpanija kellhom ikunu ibbażati fuq il-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

    52. Abbażi ta' dawn il-fatti kien konkluż li għalkemm l-ebda wieħed mill-ko-produtturi Koreani ma nstab li kien involut, it-trasbord kien qiegħed verament iseħħ matul il-PI u fis-snin ta' qabel. Dan huwa wkoll ikkonfermat mis-sejbiet fir-rigward tal-bidla tal-mudell fil-kummerċ kif deskritt hawn fuq fil-premessa (39).

    53. Għandu jiġi nnotat li fl-2007 l-OLAF bdiet investigazzjoni dwar it-trasbord tal-istess prodott permezz tal-Korea. Hu magħruf li l-awtoritajiet Koreani wettqu investigazzjonijiet fil-prattiċi allegati ta' evażjoni fl-istess żmien u kkonkludew li diversi kumpaniji, prinċipalment negozjanti, kkommettew frodi bil-falsifikazzjoni tal-oriġini tal-SWR importat mir-RPĊ lejn il-Korea meta esportaw mill-ġdid il-prodott.

    54. Għalhekk l-eżistenza tat-trasbord tal-prodotti ta’ oriġini Ċiniża permezz tar-Repubblika tal-Korea ġiet ikkonfermata.

    Operazzjoni tal-Assemblea

    55. Is-sorsi tal-materja prima u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati għal kull kumpanija li kkoperat u dan sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi operazzjoni ta' assembleġġ fir-Repubblika tal-Korea li qed tevadi l-miżuri skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2). Fil-każijiet kollha il-materja prima ta’ oriġini Ċiniża (vireg tal-wire jew prodott nofsu lest) ma kinitx tikkostitwixxi is-60% jew aktar tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott finali. Għalhekk ma kienx neċessarju li jkun eżaminat jekk il-limitu ta' 25% tal-valur miżjud kienx intlaħaq jew le.

    Il-Malasja

    Trasbord

    56. L-investigazzjoni stabbiliet li ħadd mill-produtturi li kkoperaw fil-Malasja ma importa l-prodott ikkonċernat miċ-Ċina matul l-PI.

    57. Abbażi tas-sehem tal-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li kkoperaw lejn l-Unjoni fi ħdan l-esportazzjonijiet totali mill-Malasja għall-Unjoni kif irreġistrati mill-COMEXT, jista' jiġi konkluż li ż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Malasja murija fl-istatistika tista’ tkun spjegata bis-sħiħ biż-żieda tal-esportazzjoni tal-kumpanniji li kkoperaw. Din il-konklużjoni hija msaħħa minn żieda tal-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi ġenwini tal-Malasja matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessa (38).

    58. L-applikant staqsa dwar din is-sejba mingħajr ma pprovda l-ebda raġuni jew evidenza ulterjuri. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi miċħud.

    Operazzjoni tal-Assemblea

    59. Is-sorsi tal-materja prima u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati għal kull kumpanija li kkoperat u dan sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi operazzjoni ta' assembleġġ fil-Malasja li qed tevadi l-miżuri skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2). Fil-każijiet kollha il-materja prima ta’ oriġini Ċiniża (vireg tal-wire jew prodott nofsu lest) ma kinitx tikkostitwixxi is-60% jew aktar tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott finali. Għalhekk ma kienx neċessarju li jkun eżaminat jekk il-limitu ta' 25% tal-valur miżjud kienx intlaħaq jew le.

    60. Jista' għalhekk jiġi konkluż li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ osservata bejn ir-RPĊ, il-Malasja u l-Unjoni ma tirriżultax minn prattiċi ta' evażjoni fil-Malasja. Konsegwentement, l-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-SWR konsenjati mill-Malasja għandha tintemm.

    61. Nuqqas ta’ raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping (Repubblika tal-Korea)

    62. L-investigazzjoni ma ħarġet għad-dawl l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evitar tad-dazju anti-dumping fis-seħħ fuq l-SWR li joriġinaw fiċ-Ċina.

    63. Id-dgħajfien tal-effett ta’ rimedju tad-dazju anti-dumping (il-kumpaniji Koreani li ma kkoperawx)

    64. Biex jiġi valutat jekk il-prodotti importati, f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, dgħajfux l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-SWR miċ-Ċina, kienet użata d-dejta COMEXT għax kienet ikkunsidrata bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet minn kumpaniji li ma kkoperawx. Il-prezzijiet kif kienu determinati ġew imqabbla mal-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara stabbilit għal produtturi tal-Unjoni fir-reviżjoni tal-iskadenza.

    65. Iż-żieda ta' importazzjonijiet mill-Korea kienet meqjusa sinifikanti f'termini ta' kwantitajiet meta wieħed iżomm f'moħħu d-daqs tas-suq kif stabbilit fir-reviżjoni tal-iskadenza (premessa 99 tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005). Il-konsum stmat tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni kurrenti jagħti indikazzjoni simili dwar is-sinifikat ta' dawn l-importazzjonijiet. Il-paragun tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-reviżjoni ta' skadenza u l-prezz medju peżat ta' esportazzjoni wera bejgħ taħt il-prezz sinifikanti. Ġie għalhekk konkluż li l-miżuri qegħdin jiġu mminati f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet.

    66. Evidenza ta' dumping (kumpaniji Koreani li ma kkoperawx)

    67. Fl-aħħarnett, skont l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit qabel għal prodotti simili jew bħalhom.

    68. Fir-reviżjoni tal-iskadenza l-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fit-Turkija, li fl-investigazzjoni nstab li kien pajjiż analogu b’ekonomija tas-suq adegwata għar-RPĊ. Fl-investigazzjoni preżenti kien stabbilit li l-prezz tal-vireg tal-wajer, l-input prinċipali użat fil-produzzjoni tal-SWR żdied b'mod sinifikanti mir-reviżjoni ta' skadenza. Għalhekk, u meta wieħed jikkunsidra li l-iżviluppi tal-prezz tal-materja prima ġew riflessi fil-prezz tal-esportazzjoni matul l-PI, kien meqjus xieraq li jkun aġġornat il-valur normali kif stabbilit minn qabel bl-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima.

    69. Parti sinifikanti ta' esportazzjonijiet mill-Korea nstabet li kienet ta' produzzjoni ġenwina tal-Korea. Għal din ir-raġuni, biex ikunu stabbiliti l-prezzijiet ta' esportazzjoni mir-Repubblika tal-Korea li huma affettwati mill-evażjoni, kienu kkunsidrati biss l-esportazzjonijiet tal-produtturi/esportaturi li ma kooperawx u dan abbażi tal-aqwa fatti disponibbili, fuq il-prezz medju ta' esportazzjoni tal-SWR matul l-PI kif irrapportat fil-COMEXT.

    70. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk saru aġġustamenti għal differenzi fit-taxxi indiretti, trasport u spejjeż ta' assigurazzjoni bbażati fuq l-ispejjeż medji tal-produtturi/esportaturi Koreani li kkoperaw fl-PI.

    71. Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkolat permezz ta’ tqabbil bejn il-medja bil-piż differenzjat tal-valur normali kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-prezzijiet medji peżati ta' esportazzjoni matul l-PI ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fi dazju mhux imħallas tal-fruntiera tal-Komunità.

    72. Il-paragun tal-valur normali medju peżat u l-prezzijiet medji peżati ta’ esportazzjoni kif stabbiliti wera dumping.

    73. IL-MIŻURI

    74. Minħabba dan t'hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju definittiv anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-SWR li joriġinaw fiċ-Ċina kien evitat permezz tat-trasbord permezz tar-Repubblika tal-Korea skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

    75. Skont l-ewwel vers tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le.

    76. Il-miżuri li jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005, li huma dazju definittiv anti-dumping ta' 60.4% applikabbli għall-prezz nett CIF, prezz ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju doganali.

    77. Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tal-SWR ikkunsinnati mill-Korea.

    78. IT-TERMINAZZJONI TAL-INVESTIGAZZJONI KONTRA L-MALASJA

    79. Fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tal-Malasja, l-investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping minn importazzjonijiet ta' SWR konsenjati mill-Malasja għandha tintemm u r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta' SWR konsenjati mill-Malasja introdotta mir-Regolament tal-bidu għandha titwaqqaf.

    80. L-applikant ikkontesta l-proposta li tintemm l-investigazzjoni kontra l-Malasja. Wara li diġà kienu ġew indirizzati l-argumenti kollha hawn fuq, ma kien hemm ebda raġuni oħra biex tkun ikkunsidrata mill-ġdid il-proposta.

    81. TALBIET GĦALL-EŻENZJONI

    82. L-erbatax-il kumpanija fir-Repubblika tal-Korea li wieġbu għall-kwestjonarju talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

    83. Kif spjegat fil-premessa (18), waħda minn dawn il-kumpaniji sussegwentement waqqfet il-koperazzjoni. It-talba tagħha għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) kellha għalhekk tiġi miċħuda.

    84. Kumpanija oħra kif spjegat fil-premessa (47) ppreżentat tagħrif falz u ċaħdet l-aċċess għall-informazzjoni mitluba. It-talba tagħha għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) ma setgħetx tiġi aċċettata.

    85. Kumpanija terza fir-Repubblika tal-Korea ma esportax il-prodott kemm matul l-PI u lanqas wara u l-ebda konklużjonijiet ma jistgħu jiġu dedotti fir-rigward tan-natura tal-operazzjonijiet tagħha. Għalhekk, l-eżenzjoni lil din il-kumpanija ma setgħetx tingħata. Madankollu, jekk jidher, wara l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ, li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti; is-sitwazzjoni tal-kumpanija tista' tiġi rivedut fuq talba.

    86. Il-kumpanija qajmet oġġezzjoni u tenniet t-talba tagħha għal eżenzjoni. Madankollu, ma tressqux informazzjoni u provi ġodda li jistgħu jbiddlu d-deċiżjoni ta' hawn fuq. Għalhekk it-talba tagħha ma setgħetx tiġi aċċettata.

    87. L-ebda waħda mill-kumpaniji l-oħra li kkoperaw fir-Repubblika tal-Korea ma nstabet li evadiet il-miżuri. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-kumpanniji li talbu l-eżenzjoni ma huma relatati mal-kumpaniji involuti fi prattiċi ta’ evażjoni. B'mod partikolari, huwa nnotat li l-erba’ produtturi konċernati huma relatati ma' kumpaniji tar-RPĊ li huma suġġetti għall-miżuri oriġinali. Madankollu, m'hemm l-ebda evidenza li tali relazzjoni ġiet stabbilita jew użati għall-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina. L-eżenzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw lill-kumpaniji l-oħra li kkoperaw mhux imsemmija fil-premessi (76) sa (78).

    88. Huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta' dawn l-eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali huma r-rekwiżit tal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'fattura tali għandhom ikunu suġġetti għad-dazju estiż anti-dumping applikabbli għall-kumpaniji kollha li mhumiex eżentati minnu fir-Repubblika tal-Korea.

    89. Esportaturi oħra konċernati li ma ġewx ikkuntattjati mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan il-proċediment u li jkun beħsiebhom jippreżentaw talba għal eżenzjoni mid-dazju estiż anti-dumping skont l-Artikolu 13 (4) tar-Regolament bażiku se jkunu mitluba li jimlew kwestjonarju sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina tistax tingħata eżenzjoni. Il-Kummissjoni normalment tagħmel ukoll żjara ta' verifika fuq il-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti.

    90. Fejn eżenzjoni hi mandata, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, konsegwentement tipproponi l-emenda ta’ dan ir-Regolament. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun monitorjata biex tkun assigurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.

    91. ĊAĦDA

    92. Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna jagħmlu l-kummenti. Kienu kkunsidrati il-kummenti orali u miktuba li tressqu. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok għal modifika tas-sejbiet definittivi.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Id-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jsaddadx, b'massimu ta' cross-section li teċċedi 3 mm, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hu hawnhekk estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jsaddadx, b'massimu ta' cross-section li teċċedi 3 mm, ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċi TARIC 7312 10 81 13, 7312 10 83 13, 7312 10 85 13, 7312 10 89 13 u 7312 10 98 13), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

    Il-pajjiż | Kumpanija | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Ir-Repubblika tal-Koreja | Bosung Wire Rope Co, Ltd., 972-5, Songhyun-Ri, Jinrae-Myeun, Kimhae-Si, Gyeungsangnam-Do | A969 |

    Chung Woo Rope Co., Ltd. 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan | A969 |

    CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam | A969 |

    Cosmo Wire Ltd., 447-1, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan | A969 |

    Dae Heung Industrial Co., Ltd., 185 Pyunglim - Ri, Daesan-Myun, Haman – Gun, Gyungnam | A969 |

    DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam | A969 |

    Kiswire Ltd., 20t h Fl. Jangkyo Bldg., 1, Jangkyo-Dong, Chung-Ku, Seoul | A969 |

    Manho Rope & Wire Ltd., Dongho Bldg, 85-2, 4 Street Joongang-Dong, Jong-gu, Busan | A969 |

    Shin Han Rope CO.,LTD, 715-8, Gojan-dong, Namdong-gu, Incheon | A969 |

    Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan | A969 |

    Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong, Changwon City, Gyungnam | A969 |

    2. L-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 jew awtorizzati mill-Kummissjoni skonT l-Artikolu 3(2) għandha tkun kundizzjonali fuq preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi preżentata, għandu jiġi applikat id-dazju anti-dumping kif impost mill-paragrafu 1.

    3. Id-dazju estiż bil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2009 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti mill-kumpanniji elenkati fil-paragrafu 1.

    4. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    L-investigazzjoni mibdija mir-Regolament (KE) Nru 734/2009 rigward il-possibiltà ta’ evażjoni mill-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 dwar l-importazzjoni ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjoni ta’ ħbula tal-azzar u kejbils ikkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Milasja kif ukoll jekk le, u li tagħmel tali importazzjoni suġġetta għar-reġistrazzjoni, hija b’dan mitmuma.

    Artikolu 3

    1. It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    European CommissionDirectorate-General for TradeDirectorate HOffice: N-105 04/92B - 1049 Brussell

    BELGIUMFaks (32 2) 295 65 05

    2. Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005, mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1.

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet tad-dwana qed ikunu ordnati biex ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet, kif kien ġie stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2009.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Anness

    Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej trid tkun tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2):

    93. L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

    94. Id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

    95. Data u firma

    [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    [2] ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1.

    [3] ĠU L 328, 30.10.2004, p. 1.

    [4] ĠU L 120, 24.4.2004, p.1.

    [5] ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.

    [6] ĠU L 208, 12.08.2009, p. 7.

    Top