EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0054

2010/0036 (COD) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2010/0054 finali - COD 2010/0036 */

52010PC0054

2010/0036 (COD) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea /* KUMM/2010/0054 finali - COD 2010/0036 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 22.2.2010

KUMM(2010)54 finali

2010/0036 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000[1], l-Unjoni Ewropea tat aċċess eċċezzjonali u mingħajr limitu għall-eżenzjoni mid-dazju doganali għas-suq tal-UE għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw mill-pajjiżi jew territorji li jibbenefikaw mill-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-għan ewlieni ta' dawn il-miżuri huwa li terġa' tingħata ħajja lill-ekonomiji tal-Balkani tal-Punent permezz ta' aċċess privileġġat għas-suq tal-UE. B'riżultat ta' dan, żvilupp ekonomiku għandu jrawwem stabilità politika fir-reġjun kollu.

2. Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 ġie emendat sostanzjalment bosta drabi, ġie kkodifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009[2].

3. Dawn il-preferenzi fil-kummerċ ingħataw għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010 u attwalment japplikaw għall-Bożnja-Ħerzegovina, is-Serbia u l-Kosovo[3] għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009. Il-prodotti li joriġinaw mill-Albanija, mir-Repubblika tal-Kroazja jew minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew mill-Montenegro qed ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tr-Regolament (KE) Nru 1215/2009 fejn hemm indikat jew minn kwalunkwe miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 li jkunu aktar favorevoli mill-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi.

4. Fis-16 ta’ Ġunju 2008 ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja-Ħerzegovina. Sakemm ġew konklużi l-proċeduri ta’ ratifikazzjoni, il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja-Ħerzegovina daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

5. Fid-29 ta’ April 2008 ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja-Ħerżegovina. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja beda jiġi implementat mit-8 ta’ Diċembru 2009 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010.

6. Billi l-Ftehimiet Interim / il-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA) jagħtu konċessjonijiet ta' kummerċ lill-Bożnja-Ħerzegovina u lis-Serbja fuq l-istess prodotti identifikati fil-preferenzi kummerċjali awtonomi, dawn il-konċessjonijiet għandhom jiġu rtirati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009. Dawn jikkonċernaw il-kwoti tariffarji preferenzjali għal-laħam taċ-ċanga għat-trabi, għaz-zokkor u għall-prodotti taz-zokkor, għal ċerti nbejjed, kif ukoll għal ċerti prodotti tas-sajd.

7. Fl-14 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni intitolata Il-Kosovo – It-twettiq tal-Perspettiva Ewropea u din irrakkomandat li jiġu estiżi l-Miżuti Awtonomi ta’ Kummerċ.

8. Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u l-Konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Diċembru 2009 jgħid li fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Kosovo huwa jagħti importanza lill-miżuri tal-kummerċ, bla ħsara għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-istatus.

9. Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 L-istrateġija ta’ tkabbir 2009 li tikkonċerna l-pajjiżi tal-Punent tal-Balkani, l-Islanda u t-Turkija isejjaħ lill-Kummissjoni biex tagħmel kull sforz possibbli biex tnaqqas l-effett tal-kriżi ekonomika fuq il-Balkani tal-Punent.

10. Il-waqfien tal-preferenzi kummerċjali ikunu jistgħu jieħdu mill-benefiċjarji vantaġġ ekonomiku oġġettiv fil-kummerċ tagħhom mal-UE. Dan jista’ jkollu konsegwenzi negattivi ħafna fuq il-prestazzjoni ġenerali ekonomika tal-Balkani tal-Punent, b’konsegwenza ta’ riperkussjonijiet negattivi fuq ir-riforma domestika tagħhom u fuq il-proċessi ta’ tranżizzjoni. Barra minn hekk, l-irkupru ekonomiku jista’ jkun f’periklu serju.

11. Din il-proposta temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 biex tippermetti l-estensjoni tal-validità tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2015 u biex tagħmel ċerti aġġustamenti konsegwenti għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet bilaterali mal-Bożnja-Ħerzegovina u s-Serbja. Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 fih ukoll, fl-Artikoli 2 u 10, ċerti setgħat riservati għall-Kunsill u li mhumiex imsejsa fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta li se tirrevedi l-proċeduri kollha bħal dawn fil-politika kummerċjali komuni fid-dawl tas-sistema tal-atti ta’ implimentazzjoni stipulata fl-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-regolament dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 291(3). Din il-proposta għandha tindirizza wkoll l-Artikoli 2 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009. Din il-proposta għandha titressaq malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tkun adottat proposta dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

12. Ir-Regolament ma jġarrabx spejjeż iddebitati lill-baġit tal-KE. L-applikazzjoni tiegħu lanqas ma timplika ebda telf ta' dħul doganali meta mqabbel mal-qagħda attwali.

13. Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq il-proposta preżenti timmira li testendi l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2009 sal-31 ta’ Diċembru 2015. Il-proposta preżenti temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 sabiex tqis il-bidliet fir-rigward tal-kopertura tal-prodotti.

14. Biex ma jkun ta’ ebda tfixkil għall-kummerċ, dan ir-Regolament għandu jiġi adottat u ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel il-31 ta' Diċembru 2010. Fil-każ li dan ma jkunx possibbli, il-premessa numru 8 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, mdaħħal fil-parenteżi fil-Proposta, għandhom jiddaħħlu sħaħ fir-Regolament biex tkun żgurata, b’mod eċċezzjonali, l-applikazzjoni retroattiva tiegħu.

2010/0036 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

B'aġir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000[4] daħħal miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li jistipulaw aċċess illimitat bla dazju fis-suq tal-Unjoni għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji doganali li jibbenefikaw mill-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 ġie emendat sostanzjalment bosta drabi, ġie kkodifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009[5].

(2) Ġie ffirmat Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, kif ukoll il-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra. Il-Ftehim Interim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008[6].

(3) Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ April 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra. Il-Ftehim Interim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010[7].

(4) Il-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehimiet Interim jistabbilixxu reġim ta’ kummerċ kuntrattwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja-Ħerzegovina, u bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja. Huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jiġi emendat billi jitneħħew il-Bożnja-Ħerzegovina u s-Serbja mil-lista ta’ benefiċjarji ta’ konċessjonijiet tariffarji mogħtija għall-istess prodotti taħt ir-reġim kontrattwali u li jiġu aġġustati l-volumi tal-kwota tariffarja globali għal prodotti speċifiċi li għalihom ingħataw il-kwoti tariffarji taħt ir-reġimi kuntrattwali. Il-Bożnja-Ħerzegovina u s-Serbja għandhom madankollu jibqgħu benefiċjarji tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 sakemm dan ir-Regolament jistipula konċessjonijiet li huma aktar favorevoli mill-konċessjonijiet li jeżistu taħt ir-reġim kuntrattwali. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 jibqa’ l-istrument ewlieni li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali mal-Kosovo[8]. Aċċess kontinwu għas-suq tal-Unjoni Ewropea huwa kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Kosovo u tar-reġjun kollu. Fl-istess ħin, m’għandux joħloq effetti negattivi għall-Unjoni Ewropea.

(5) Għal dawn ir-raġunijiet huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(6) Biex ikun żgurat ir-rispett lejn l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-preferenzi f’dan ir-Regolament għandhom isiru kondizzjonali fuq kontinwità jew tiġdid tar-rinunzja eżistenti mill-obbligi tad-WTO miksuba mill-Unjoni Ewropea.

(7) Għall-ħarsien tal-interess ekonomiku tal-operaturi huwa meħtieġ li jiġu stipulati miżuri tanżitorji għall-prodotti li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ikunu fi tranżitu jew maħżuna temporanjament ġewwa mħażen doganali.

(8) [Biex ma jixxekkilx il-kummerċ, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat mill-1 ta Jannar 2011 billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1215/2009 jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010,]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) l-Artikolu 1 jinbidel b' dan li ġej:

"Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

1. Suġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 3, il-prodotti li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo, għajr dawk tal-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għal importazzjoni fl-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eżenzjoni mid-dazji doganali u imposti b'effett ekwivalenti.

2. Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bożnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro jew fis-Serbja għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament meta indikat hekk. Huma għandhom ukoll jibbenefikaw minn kwalunkwe konċessjoni stipulata f’dan ir-Regolament li hija aktar favorevoli minn dik stipulata fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi."

(2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) konformità mad-definizzjoni ta’ ‘prodotti derivattivi’ kif stipulata fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;"

(3) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti tal-‘laħam taċ-ċanga għat-trabi’ u li joriġinaw fit-territorji doganali tal-Kosovo, għandhom ikunu 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffi Doganali Komuni, fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali ta' 475 tunellati espressi f'piż ta' karkassa.

Kwalunkwe talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ din il-kwota għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur u li jagħti prova li l-prodotti joriġinaw fit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[9]."

(4) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jitħassar.

(5) L-Artikolu 4 jinbidel b' dan li ġej:

"Artikolu 4

L-implimentazzjoni ta' kwota tariffarja għal-'laħam taċ-ċanga għat-trabi'

"Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tariffarja għal-"laħam taċ-ċanga għat-trabi" għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).

(6) Fl-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Għandhu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-preferenzi stipulati f’dan ir-Regolament m'għandhomx jibqgħu japplikaw, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, jekk kemm-il darba l-preferenzi stipulati f'dan ir-Regolament ma jkunux permessi minħabba rinunzja stipulata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-waqfien tal-effetti bħal f’dan il-każ għandu japplika mill-jum li fih ir-rinunzja ma tibqax tgħodd. Fi żmien suffiċjenti qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex tgħarraf lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti. In-notifika għandha tispeċifika liema preferenzi stipulati f’dan ir-Regolament m’għadhomx jgħoddu u d-data minn meta dawn il-preferenzi maa baqgħux jgħoddu."

(7) L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prodotti li, fl- 1 ta’ Jannar 2011, ikunu jew fi tranżitu jew fl-Unjoni, maħżuna temporanjament fi mħażen doganali jew f’żoni ħielsa, u li għalihom qabel id-data tkun ħarġet prova tal-oriġini kif xieraq mill-Bożnja-Ħerzegovina jew mis-Serbja skont it-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93[10], għandhom ikomplu jibbenefikaw mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 sa l-1 ta' Mejju 2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

[Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

ANNESS I

LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li m’għandux għajr valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, billi tkun koperta bil-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati ex kodiċi tan-NM , l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi magħduda flimkien.

Nru tal-Ordni | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Volum tal-kwota fis-sena 1 | Benefiċjarji | Rata ta' dazju |

09.1571 | 0301 91 10 | Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem | 15-il tunnellata | it-territorju doganali tal-Kosovo | 0% |

0301 91 90 |

0302 11 10 |

0302 11 20 |

0302 11 80 |

0303 21 10 |

0303 21 20 |

0303 21 80 |

0304 19 15 |

0304 19 17 |

ex 0304 19 18 |

ex 0304 19 91 |

0304 29 15 |

0304 29 17 |

ex 0304 29 18 |

ex 0304 99 21 |

ex 0305 10 00 |

ex 0305 30 90 |

0305 49 45 |

ex 0305 59 80 |

ex 0305 69 80 |

09.1573 | 0301 93 00 | Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem | 20 tunnellata | it-territorju doganali tal-Kosovo | 0% |

0302 69 11 |

0303 79 11 |

ex 0304 19 18 |

ex 0304 19 91 |

ex 0304 29 18 ex 0304 99 21 ex 0305 10 00 ex 0505 30 90 ex 0305 49 80 ex 0305 59 80 ex 0305 69 80 |

09.1575 | ex 0301 99 80 | Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem | 45 tunnellata | it-territorju doganali tal-Kosovo | 0% |

0302 69 61 |

0303 79 71 |

ex 0304 19 39 |

ex 0304 19 99 |

ex 0304 29 99 |

ex 0304 99 99 |

ex 0305 10 00 |

ex 0305 30 90 |

ex 0305 49 80 |

ex 0305 59 80 |

ex 0305 69 80 |

09.1577 | ex 0301 99 80 | Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem | 30 tunnellata | it-territorju doganali tal-Kosovo | 0% |

0302 69 94 |

ex 0303 77 00 |

ex 0304 19 39 |

ex 0304 19 99 |

ex 0304 29 99 |

ex 0304 99 99 |

ex 0305 10 00 |

ex 0305 30 90 |

ex 0305 49 80 |

ex 0305 59 80 |

ex 0305 69 80 |

09.1515 | ex 2204 21 93 | Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-massa ta' mhux aktar minn 15 % vol, għajr inbid effervexxenti | 50 000hl2 | L-Albanija5, il-Bożnja-Ħerzegovina7, il-Kroazja3, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja4, il-Montenegro6, is-Serbja8 jew it-territorju doganali tal-Kosovo | Eżenzjoni |

ex 2204 21 94 |

ex 2204 21 95 |

ex 2204 21 96 |

ex 2204 21 97 |

ex 2204 21 98 |

ex 2204 29 93 |

ex 2204 29 94 ex 2204 29 95 ex 2204 29 96 ex 2204 29 97 ex 2204 29 98 |

1 Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.

2.Il-volum ta' din il-kwota tariffarja globali għandha titnaqqas jekk jiżdied il-volum tal-kwota tariffarja individwali applikabbli taħt in-Nru tal-ordni 09.1588 għal ċerti nbejjed li joriġinaw fil-Kroazja.

3 Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Kroazja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1589.

4 Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1558 u 09.1559.

5 Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina fir-Repubblika tal-Albanija, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1512 u 09.1513.

6.Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Montenegro, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Din il-kwota individwali hi miftuħa skont in-Nru tal-ordni 09.1514.

7.Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Bożnja-Ħerzegovina, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Bożnja-Ħerzegovina. Dawn il-kwoti individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1528 u 09.1529.

8.Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mis-Serbja, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mas-Serbja. Dawn il-kwoti individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1526 u 09.1527.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI JKOLLHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT FUQ L-INTROJTU

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

2. LINJI TAL-BAĠIT:

Il-Kapitolu u l-Artikolu: 120

Ammont stmat għas-sena kkonċernata (2010): EUR 14 079 700 000

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji

X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(EUR miljun sa punt deċimali wieħed)

Linja baġitarja | Dħul[11] | Perjodu ta' 12-il xahar, li jibda mill-01/01/2011 | [Sena n] |

Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 0.3 |

Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

[n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

L-Artikolu ... |

L-Artikolu ... |

4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

Fil-każ ta’ frodi jew nuqqas ta’ kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika ta’ evidenza tal-oriġini, jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati għall-intitolament tal-arranġament preferenzjali, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri biex tissuspendi l-arranġament, kollu kemm hu jew parti minnu, stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009.

5. RIMARKI OĦRA

Il-kalkolu tal-impatt finanzjarju huwa msejjes fuq tariffi għan-Nazzjon l-Aktar Favorit (MFN) ippeżati skont il-kummerċ estern f’livell HS2. Il-kalkolu ssawwar fuq il-bażi taċ-ċifri tal-2008.

L-impatt fuq ir-riżorsi proprji huwa espress bħala ammont nett (jiġifieri kkalkulat billi jitnaqqsu 25 % tal-ispejjeż ta’ ġbir mill-ammont gross).

Fir-rigward tat-trattament preferenzjali għall-frott u l-ħaxix il-kalkolu kien imsejjes fuq it-tneħħija tat-tariffa. Madankollu, it-telf attwali huwa biss ta’ frazzjoni mill-ammonti indikati, billi t-trattament preferenzjali jirreferi biss għal element speċifiku tal-valur totali tal-MFN.

Tabella 2: L-importazzjonijiet ewlenin tal-UE mill-Kosovo bir-reġim tal-importazzjoni u “t-telf” stmat tad-dħul mit-tariffi tal-UE, 2008 (EUR miljun u %)

HS2 | Importazzjonijiet tal-UE* | Importazzjonijiet preferenzjali | Importazzjonijiet MFN-0 | Tariffa MFN** | “Telf ta’ tariffi” |

f'miljuni ta' EUR | f'miljuni ta' EUR | f'miljuni ta' EUR | % | f'miljuni ta' EUR |

Subtotal | 64.2 | 8.7 | 54.8 | m.a. | 0.4 |

Importazzjonijiet oħra HS2 | 13.9 | 0.4 | 13.3 | m.a. | m.a. |

IL-PRODOTTI KOLLHA | 78.1 | 9.2 | 68.1 | m.a. | m.a. |

Sors: COMEXT u TRAINS. Nota: *Naqqas l-importazzjonijiet li jaqgħu taħt reġim 'mhux magħruf'. **Ippeżati skont il-kummerċ estern

[1] ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

[3] Kif definit mill-UNSCR 1244/99.

[4] ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

[5] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

[6] ĠU L 233, 30.8.2008, p. 6.

[7] ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2.

[8] Kif definit mill-UNSCR 1244/99.

[9] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[10] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[11] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir

Top