Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0007

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    /* KUMM/2010/0007 finali - NLE 2010/0005 */

    52010PC0007

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni /* KUMM/2010/0007 finali - NLE 2010/0005 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 22.1.2010

    KUMM(2010)7 finali

    2010/0005 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1] jippermetti li jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibilità, sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun, lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli tal-eliġġibbiltà applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-Fond huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)[2]. Dan ir-Regolament kien emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 546/2009[3] li jwessa’ temporanjament l-ambitu għall-applikazzjoni tal-EGF u jimmodifika l-kriterji tal-eliġibbiltà.. Ir-Regolament emendat huwa applikabbli għal applikazzjonijiet li waslu sal-1 ta’ Mejju 2009.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni flew bir-reqqa l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru°1927/2006 u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5 u 6 tiegħu.

    Il-Każ EGF/2009/013 DE/ Karmann

    1. Il-Ġermanja ressqet l-applikazzjoni lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Awwissu 2009 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali fit-23 ta’ Ottubru 2009. Din kienet ibbażata fuq il-kriterji ta’ intervent speċifiċi tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jirrekjedi mill-inqas 500 sensja fuq perjodu ta’ erba’ xhur f’impriza fi Stat Membru, fosthom ħaddiema mogħtija s-sensja mill-fornituri jew il-produtturi 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni u tressqet sal-iskadenza ta' 10 ġimgħat msemmija fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

    2. L-applikazzjoni tikkonċerna 2 476 sensja f'żewġ kumpaniji tal-intrapriża Karmann GmbH (Wilhelm Karman GmbH and Karmann-Rheine GmbH & Co.KG), li 1 793 jistgħu jingħataw assistenza mill-EGF.

    3. L-elementi dettaljati tal-valutazzjoni jinsabu fil-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni[4].

    Abbażi tal-konklużjonijiet tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq, qiegħda ssir il-proposta li l-applikazzjoni EGF/2009/013 DE/Karmann mressqa mill-Ġermanja, dwar is-sensji fl-intrapriża Karmann GmbH involuta fl-industrija tal-manifattura fis-settur awtomobilistiku, tiġi aċċetta abbażi tal-evidenza li ġiet ipprovduta li dawn is-sensji jirriżultaw minn bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin. Ġie propost pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati eliġibbli li minnhom il-kontribuzzjoni mitluba mill-EGF hija ta' EUR 6 199 341 (ara l-paġna li jmiss).

    Finanzjament

    Il-baġit annwali totali disponibbli għall-EGF huwa ta’ EUR 500 miljun.

    Ammont ta’ EUR 258 163 diġà kien immobilizzat għal applikazzjoni preċedenti fl-2010 u dan iħalli disponibbli ammont ta’ EUR 499 741 837. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mill-Ġermanja.

    Abbażi tal-applikazzjoni għal għajnuna mill-Fond imressqa mill-Ġermanja fejn intlaqat is-settur tal-manifattura awtomobilitsiku, il-kontribuzzjoni mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jrid jiġi ffinanzjat huwa ta' EUR 6 199 341, li jirrapreżenta 65 % tal-ispiża totali.

    Meta jitqies li l-għotja massima possibli mill-EGF stabbilita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u kif ukoll l-ambitu tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tuża l-ammont totali msemmi hawn fuq mill-EGF, li għandu jiġi allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

    Dan l-ammont ta' sostenn mitlub jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-EGF jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12 (6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

    Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi użat il-Fond, il-Kummissjoni qed tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta tal-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha.

    F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit, tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu.

    Il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment separata sabiex iddaħħal approporjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet speċifiċi fil-baġit għall-2010, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

    2010/0005 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[5], u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea[7],

    Billi:

    (1) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) huwa intiż sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2) L-għan tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

    (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

    (4) Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-karrozzi, u fit-13 ta' Awwissu 2009 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-23 ta' Ottubru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 6 199 341.

    (5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja.

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 199 341 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [2] ĠU L 406, tat-30.12.2006, p. 1.

    [3] ĠU L 167 tad-29.06.2009, p. 26.

    [4] SEC(2009) 1619 tat-30/11/2009

    [5] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [6] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

    [7] ĠU C [...], [...], p. [...].

    Top